Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0072(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0272/2007

Testi mressqa :

A6-0272/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.21

Testi adottati :

P6_TA(2007)0309

Testi adottati
PDF 200kWORD 33k
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea *
P6_TA(2007)0309A6-0272/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, stabbilita skond l-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0218 – C6-0156/2007 – 2007/0072(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0218)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0156/2007),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0272/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza