Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2192(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0230/2007

Testi mressqa :

A6-0230/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.23

Testi adottati :

P6_TA(2007)0311

Testi adottati
PDF 268kWORD 40k
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar- Regoli ta" Proċedura tal-Parlament (Emenda ta" l-Artikolu 201)
P6_TA(2007)0311A6-0230/2007

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar emenda ta" l-Artikolu 201 tar-Regoli ta" Proċedura tal-Parlament dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-Regoli ta" Proċedura (2006/2192(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0166/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0230/2007),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura kif jidher hawn taħt;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-emenda se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test preżenti   Emendi
Emenda 1
Artikolu 201, paragrafu 1
1.  Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta" dawn ir-Regoli ta" Proċedura, il-President jista", mingħajr ħsara għal kull deċiżjoni preċedenti li jista" jkun hemm f'dan il-qasam, jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għall-eżami.
1.  Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta" dawn ir-Regoli ta" Proċedura, il-President jista" jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għall-eżami.
Fejn titqajjem kwistjoni ta" proċedura korretta skond l-Artikolu 166, il-President jista" wkoll jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli.
Min ikun jippresiedi kumitat jista" jagħmel dan meta jqum xi dubju bħal dan waqt li jkun għaddej ix-xogħol tal-kumitat u jkollu x'jaqsam miegħu.
Avviż legali - Politika tal-privatezza