Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2003/0168(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0257/2007

Testi mressqa :

A6-0257/2007

Dibattiti :

PV 09/07/2007 - 22
CRE 09/07/2007 - 22

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.29
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0317

Testi adottati
PDF 203kWORD 39k
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ("RUMA II") ***III
P6_TA(2007)0317A6-0257/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ("RUMA II") (PE-CONS 3619/2007 – C6-0142/2007 – 2003/0168(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3619/2007 – C6-0142/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2003)0427)(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0083)(3),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(4) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(5),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2007)0126)(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0257/2007),

1.  Japprova t-test konġunt u jiġbed l-attenzjoni għall-istqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 371.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(4) Testi Adottati, 18.1.2007, P6_TA(2007)0006.
(5) ĠU C 289 E, 28.11.2006, p. 68.
(6) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza