Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) (16369/2/2006 – C6-0100/2007 – 2005/0042A(COD))
Proċedura ta' Kodeċiżjoni : t-tieni qari
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16369/2/2006 – C6-0100/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0115)(2),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0234)(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0184/2007),
– having regard to the trilateral declaration of Parliament, the Council and the Commission and the Commission declaration, both annexed hereto,
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adazzjoni ta' Deċiżjoni Nru .../2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE.)
DIKJARAZZJONI TRILATERALI
Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill u l-Kummissjoni:
–
jaqblu fil-fehma li t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) irid jingħata mezzi finanzjarji li jippermettu bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tiegħu;
–
jirtiraw l-Artikolu 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja sana(1) filwaqt li ddikjaraw li l-awtorità baġitarja u l-Kummissjoni jintrabtu li ma jiskorrux b'aktar minn 5 % mill-baġit sakemm ma jinqalgħux ċirkustanzi ġodda, oġġettivi u li jifirxu fit-tul ta' żmien li għalihom jingħataw raġunijiet speċifiċi. Kull żieda li tirriżulta minn varjazzjoni tali trid tibqa' fi ħdan il-limitu massimu ta' l-intestatura kkonċernata;
–
jassiguraw ir-rieda tagħhom li jivvalutaw f'mod korrett il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-Programm tas-Saħħa fil-proċedura baġitarja annwali.
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
1. Fl-24 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni għamlet proposta emendata għat-tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2007 - 2013)(2). Fl-Artikolu 7, l-ammont ta' referenza tal-programm kien propost li jkun ta' EUR 365,6 miljun għal perijodu li jibda mill-2007 u li jispiċċa fl-2013.
2. Minħabba dewmien fil-proċedura leġiżlattiva, fit-23 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtorità tal-Baġit li l-bidu tal-programm ġdid ta' Saħħa Pubblika ser ikollu jkun pospost għas-sena baġitarja 2008(3). Bħala konsegwenza, il-pakkett tal-programm ġdid ta' Saħħa Pubblika 2008 -2013 irid ikun aġġustat għal livell ta' EUR 321.5 miljun.
3. L-ammont ta' EUR 44,1 miljun ser jintuża fis-sena baġitarja 2007 għall-programm kurrenti ta' Saħħa Pubblika(4) sabiex tkun żgurata kontinwità massima ta' l-azzjonijiet dwar is-saħħa pubblika. Għalhekk, il-pakkett kollu għall-azzjonijiet għas-saħħa pubblika iffinanzjati mill-programmi għal perijodu 2007 - 2013 ilaħħaq EUR 365,6 miljun.
Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa Pubblika (2003 - 2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1).