Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0143(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0153/2007

Testi mressqa :

A6-0153/2007

Dibattiti :

PV 09/07/2007 - 15
CRE 09/07/2007 - 15

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.32
CRE 10/07/2007 - 8.32
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0320

Testi adottati
PDF 535kWORD 205k
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi ta" l-ikel ***I
P6_TA(2007)0320A6-0153/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta" l-ikel (COM(2006)0423 – C6-0258/2006 – 2006/0143(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0423),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0258/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0153/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta" l-ikel
P6_TC1-COD(2006)0143

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Il-moviment liberu ta" l-oġġetti ta" l-ikel sikuri u mhux perikolużi għas-saħħa jikkostitwixxi aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, kif ukoll għall-interessi ekonomiċi u soċjali tagħhom.

2)   ║Hemm ħtieġa li jkun assigurat livell għoli ta" ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent fl-eżekuzzjoni tal-politika Komunitarja.

(3)  Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem, l-użu ta" addittivi, ta" enżimi u ta" ħwawar fl-ikel tal-bniedem għandu jiġi soġġett għal evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru XXX/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …. [dwar l-addittivi ta" l-ikel](3), ir-Regolament (KE) Nru YYY/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …. [dwar l-enżimi ta" l-ikel](4) u r-Regolament (KE) Nru ZZZ/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …. [dwar il-ħwawar ta" l-ikel u ċerti ingredjenti ta" l-ikel li għandhom kwalitajiet ta" ħwawar](5) jistabbilixxu l-kriterji u l-esiġenzi█ relattivi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta" dawn is-sustanzi.

(5)  Huwa maħsub b'mod partikolari li l-addittivi ta" l-ikel, l-enżimi ta" l-ikel u l-ħwawar ta" l-ikel, sakemm dawn ta" l-aħħar ma jkunux soġġetti għal evalwazzjoni tas-sikurezza skond ir-Regolament (KE) Nru ZZZ/2007, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq u jiġu utilizzati fl-ikel tal-bniedem, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti għal kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, jekk dawn ma jkunux inklużi f'lista tal-Komunità ta' sustanzi awtorizzati.

(6)  It-trasparenza fil-produzzjoni u t-trattament ta' l-ikel huma assolutament kruċjali biex tinkiseb il-kredibilità mal-konsumaturi.

(7)  F'dan il-kuntest, jidher xieraq li tiġi stabbilita proċedura Komunitarja uniformi ta" evalwazzjoni u ta" awtorizzazzjoni għal dawn it-tliet kategoriji ta" sustanzi, li tkun effikaċi, limitata fiż-żmien u trasparenti sabiex tikkontribwixxi għall-moviment liberu tagħhom fis-suq tal-Komunità.

(8)  Din il-proċedura uniformi trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta" l-amministrazzjoni tajba u ta" ċertezza ġuridika u trid tiġi implimentata skond dawn il-prinċipji.

(9)  Il-kriterji għal awtorizzazzjoni stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru XXX/2007, (KE) Nru YYY/2007 u (KE) Nru ZZZ/2007 għandhom wkoll jiġu sodisfatti għall-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament.

(10)  Għalhekk, dan ir-Regolament ser jikkompleta l-qafas regolatorju ta" l-awtorizzazzjoni ta" sustanzi billi jistabbilixxi l-istadji differenti tal-proċedura, taż-żminijiet relattivi għalihom, tar-rwol tal-partijiet kollha implikati u tal-prinċipji applikabbli. Madankollu, għal ċerti aspetti tal-proċedura, huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta" kull leġiżlazzjoni ta" l-ikel settorjali.

(11)  Skond il-qafas ta" l-evalwazzjoni tar-riskji fil-qasam tas-sikurezza ta" l-oġġetti ta" l-ikel iffissat mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta" sigurtà ta" l-ikel(6), it-tqegħid fis-suq tas-sustanzi m'għandux jiġi awtorizzat ħlief wara evalwazzjoni xjentifika indipendenti, fl-għola livell possibbli, tar-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem. Din l-evalwazzjoni, li trid titwettaq taħt ir-responsabbiltà ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa "l quddiem "l-Awtorità"), trid tiġi segwita minn deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji li tittieħed mill-Kummissjoni, fil-qafas ta" proċedura regolatorja li tassigura kooperazzjoni stretta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(12)  Huwa rrikonoxxut li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji ma tistax█ tipprovdi waħedha l-informazzjoni kollha li fuqha trid tiġi bbażata deċiżjoni ta" ġestjoni tar-riskji, u li fatturi oħra leġittimi u pertinenti għall-kwistjoni li qed tiġi eżaminata għandhom jiġu kkunsidrati.

(13)  Sabiex dawk l-operaturi ta" negozju fis-setturi kkonċernati u l-pubbliku jinżammu infurmati bl-awtorizzazzjonijiet fis-seħħ, hemm bżonn li s-sustanzi awtorizzati jidhru fuq lista tal-Komunità stabbilita, miżmuma u ppubblikata mill-Kummissjoni.

(14)  L-iffunzjonar f'network bejn l-Awtorità u l-entitajiet ta" l-Istati Membri li jaħdmu fl-oqsma li jaqgħu taħt il-missjoni ta" l-Awtorità huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi ta" l-iffunzjonar ta" din ta" l-aħħar. Għalhekk, meta tkun qed tħejji l-parir tagħha, l-Awtorità tista" tirrikorri għan-network li huwa disponibbli għaliha permezz ta" l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta" Diċembru 2004 ║ li jindika t-termini ta" l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 f'dak li għandu x'jaqsam max-xibka ta" organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni ta" l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel(7).

(15)  Il-proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi tas-sustanzi trid tissodisfa l-esiġenzi ta" trasparenza u ta" l-informazzjoni tal-pubbliku filwaqt li tiggarantixxi d-dritt għall-kunfidenzjalità ta" ċerta informazzjoni għal min jagħmel it-talba, f'każijiet debitament ġustifikati u għal raġunijiet iddikjarati.

(16)  Skond l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta" Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(8) japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

(17)  L-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxu l-proċeduri ta" l-adozzjoni ta" miżuri ta" urġenza f'dak li għandu x'jaqsam ma" oġġetti ta" l-ikel ta" oriġini Komunitarji jew impurtati minn pajjiż terz. Dawn jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri bħal dawn fejn hemm possibilità li l-oġġetti ta" l-ikel ║jikkostitwixxu riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ta" l-annimali jew għall-ambjent u li dan ir-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta" miżuri li jittieħdu mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri kkonċernati.

(18)  Fl-interess ta" l-effiċjenza u s-simplifikazzjoni leġiżlattiva, ║fi żmien medju għandu jkun hemm eżami, inkluż b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, tal-possibiltà li l-kamp ta" l-applikazzjoni tal-proċedura uniformi ikun estiż għal leġiżlazzjoni oħra eżistenti fil-qasam ta" l-ikel.

(19)  Minħabba li l-għanijiet ta" dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri minħabba d-differenzi li jeżistu bejn il-leġiżlazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali, u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà taħt l-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità hekk kif iddikjarat fl-imsemmi Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(  20) ║ Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(9). Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tikkonsulta lill-partijiet interessati waqt it-tħejjija ta' miżuri li għandhom jitressqu quddiem il-Kumitat imsemmi f'dik id-Deċiżjoni.

(21)  B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taġġorna u timmodifika l-lista Komunitarja ta" addittivi, enzimi u ħwawar ta" l-ikel li se tkun stabbilita skond dan ir-Regolament. Peress li dawk huma miżuri ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IL-PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

L-għan u l-qasam ta" l-applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura ta" evalwazzjoni u ta" awtorizzazzjoni uniformi (minn issa "l quddiem il-"proċedura uniformi") ta" l-addittivi ta" l-ikel, ta" l-enżimi ta" l-ikel, tal-ħwawar ta" l-ikel u ta" sorsi ta" ħwawar ta" l-ikel utilizzati jew maħsuba biex jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel (minn issa "l quddiem is-"sustanzi"), li tikkontribwixxi għall-ħarsien aħjar tal-konsumatur u tas-saħħa pubblika u għall-moviment liberu ta" l-ikel fil-Komunità.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal prodotti awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel(10).

2.  Il-proċedura uniformi tiddetermina l-modalitajiet proċedurali għall-aġġornament tal-listi tas-sustanzi li t-tqegħid tagħhom fis-suq hija awtorizzata mill-Komunità taħt ir-Regolamenti (KE) Nru XXX/2007, (KE) Nru YYY/2007 u (KE) Nru ZZZ/2007 (minn issa "l quddiem il-"leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel").

3.  Il-kriterji li taħthom jistgħu jiġu inklużi s-sustanzi fil-lista Komunitarja stipulata fl-Artikolu 2, il-kontenut tar-Regolament maħsub fl-Artikolu 7 u, jekk ikun il-każ, id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jkunu għaddejjin jiġu ddeterminati minn kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel.

Artikolu 2

Il-lista Komunitarja tas-sustanzi

1.  Fil-qafas ta" kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, is-sustanzi li hu awtorizzat it-tqegħid tagħhom fis-suq fil-Komunità għandhom jidhru fuq lista li l-kontenut tagħha huwa ddeterminat mil-leġiżlazzjoni msemmija (minn issa "l qudiem il-"lista Komunitarja"). Il-lista Komunitarja għandha tkun aġġornata mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). Din għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Sustanzi inklużi fil-lista Komunitarja jistgħu jintużaw mill-operaturi kollha tan-negozju ta' l-ikel suġġett għall-kundizzjonijiet applikabbli għalihom, sakemm l-użu tagħhom m'huwiex ristrett skond l-Artikolu 12(7).

2.  L-aġġornament tal-lista Komunitarja, ifisser:

   a) iż-żieda ta" sustanza fuq il-lista Komunitarja;
   b) it-tneħħija ta" sustanza mil-lista Komunitarja;
   c) iż-żieda jew il-modifika tal-kundizzjonijiet, speċifikazzjonijiet jew restrizzjonijiet li huma marbuta mal-preżenza ta" sustanza fuq il-lista Komunitarja.

KAPITOLU II

IL-PROĊEDURA UNIFORMI

Artikolu 3

L-istadji prinċipali tal-proċedura uniformi

1.  Il-proċedura uniformi li twassal għall-aġġornament tal-lista Komunitarja tista" tinbeda kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u kemm fuq applikazzjoni. Din l-applikazzjoni tista" tiġi introdotta minn Stat Membru jew minn persuna interessata, fejn din il-persuna tkun tista" tirrappreżenta diversi persuni interessati (minn issa "l quddiem, "l-applikant"), skond il-kundizzjonijiet stipulati permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 1 punt (a).

2.  Il-Kummissjoni għandha tfittex minn qabel l-opinjoni ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa "l quddiem, "l-Awtorità"), skond l-Artikolu 5.

Madankollu, għall-aġġornamenti maħsuba fl-Artikolu 2, paragrafu 2, punti (b) u (c), il-Kummissjoni ma għandhiex tfittex il-parir ta" l-Awtorità ħlief jekk dawn l-aġġornamenti huma suxxettibli li jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem.

3.  Il-proċedura uniformi tintlaħaq permezz ta" l-adozzjoni ta" Regolament mill-Kummissjoni li jwassal għall-aġġornament, skond l-Artikolu 7.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista" ttemm il-proċedura uniformi u tirrifjuta li tipproċedi għall-aġġornament maħsub, f'kull stadju tal-proċedura, jekk din tqis li aġġornament bħal dak mhux ġustifikat. Hija tibqa" tikkunsidra, jekk ikun il-każ, l-opinjoni ta" l-Awtorità, kull dispożizzjoni pertinenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fatturi oħra leġittimi utli għall-kwistjoni eżaminata.

F'dan il-każ,█ il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, u għandha tinforma direttament lill-applikant, filwaqt li fl-ittra tagħha tindika r-raġunijiet li għalihom hi taħseb li aġġornament m'huwiex ġustifikat.

Artikolu 4

Il-bidu tal-proċedura

1.  Meta tirċievi l-applikazzjoni li l-għan tagħha huwa l-aġġornament tal-lista Komunitarja, il-Kummissjoni għandha:

   a) tagħti dikjarazzjoni bil-miktub li l-applikazzjoni intlaqgħet, indirizzata lil min qed jagħmel it-talba fi żmien erbatax-il jum tax-xogħol wara li tirċeviha;
   b) █ tikkomunika l-applikazzjoni lill-Awtorità u ║ titlobha ║ opinjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-applikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati.

2.  Meta tibda l-proċedura fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri u tippubblika l-fatt u, jekk ikun il-każ, ║ titlob ║opinjoni ta' ║ l-Awtorità.

Artikolu 5

L-opinjoni ta" l-Awtorità

1.  L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien disa' xhur wara li tkun intlaqgħet applikazzjoni valida.

2.  L-Awtorità għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u█ ║ lill-applikant. L-opinjoni għandha tkun ukoll ippubblikata, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12.

Artikolu 6

Informazzjoni komplementari li tikkonċerna l-evalwazzjoni tar-riskji

1.  Meta l-Awtorità titlob informazzjoni komplementari mingħand min qed jagħmel it-talba, iż-żmien maħsub fl-Artikolu 5, paragrafu 1, jista" jiġi estiż. Wara konsultazzjoni ma" l-applikant, l-Awtorità tiffissa żmien li fih din l-informazzjoni tista" tingħata u tinforma lill-Kummissjoni biż-żmien supplementari neċessarju. Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien tmint ijiem tax-xogħol wara l-għoti ta" l-informazzjoni mill-Awtorità, iż-żmien maħsub fl-Artikolu 5, paragrafu 1 jiżdied awtomatikament biż-żmien supplementari.

2.  Jekk l-informazzjoni komplementari ma tiġix mogħtija fiż-żmien supplementari maħsub fil-paragrafu 1, l-Awtorità tiffinalizza l-opinjoni tagħha fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li jkollha f'idejha.

3.  Meta l-applikant jissottometti informazzjoni komplementari fuq inizjattiva tiegħu stess, dan jgħaddi din l-informazzjoni lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-Awtorità tagħti l-opinjoni tagħha fiż-żmien inizjali, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali biex il-perjodu ikun estiż.

4.  L-Awtorità għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni komplementari lill-Istati Membri.

Artikolu 7

L-aġġornament tal-lista Komunitarja

Fi żmien sitt xhur wara l-opinjoni ta" l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14, paragrafu 1, abbozz ta" Regolament li jaġġorna l-lista Komunitarja, filwaqt li jitqiesu l-opinjoni ta" l-Awtorità, id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fatturi oħra leġittimi utli għall-kwistjoni eżaminata.

Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-abbozz ta' Regolament tagħha u tispjega l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ir-Regolament ikun ibbażat.

Meta l-abbozz tar-Regolament m'huwiex konformi għall-opinjoni ta" l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Ir-Regolament għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Artikolu 8

Informazzjoni addizzjonali rigward il-ġestjoni tar-riskji

1.  Meta l-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali mill-applikant dwar l-aspetti rigward il-ġestjoni tar-riskji, din tiffissa, f'konsultazzjoni ma" l-applikant, żmien li fih tista" tingħata din l-informazzjoni. F'dan il-każ, il-Kummissjoni tista' testendi ż-żmien maħsub fl-Artikolu 7 u għandha tinforma lill-Istati Membri bl-estensjoni.

2.  Jekk l-informazzjoni addizzjonali ma tiġix mogħtija fiż-żmien supplementari maħsub fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni taġixxi fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li diġà ngħatat.

KAPITOLU III

ID-DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELANJI

Artikolu 9

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.  Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2), fi żmien massimu ta" erbgħa u għoxrin xahar wara l-adozzjoni ta" kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, il-modalitajiet ta" applikazzjoni ta" dan ir-Regolament jiġu adottati, f'dak li jikkonċerna partikolarment:

   a) il-kontenut, il-mod ta" kif tiġi stabbilita u ppreżentata l-applikazzjoni maħsuba fl-Artikolu 4(1);
   b) il-modalitajiet għall-kontroll tal-validità tat-talba;
   c) in-natura ta" l-informazzjoni li trid tidher fl-opinjoni ta" l-Awtorità maħsuba fl-Artikolu 5.

2.  Sabiex jiġu adottati l-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità li tippreżentalha, fi żmien sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, proposta dwar l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tar-riskji tas-sustanzi kkonċernati.

Artikolu 10

L-estensjoni tal-limiti ta' żmien

Il-perijodi msemmija fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 7 jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha jew, jekk ikun il-każ, fuq it-talba ta" l-Awtorità, jekk il-karatteristiċi tal-fajl jiġġustifikaw dan, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1), u għall-Artikolu 8(1). F'dan il-każ█ il-Kummissjoni għandha tinforma lil min qed jagħmel it-talba u lill-Istati Membri b'din l-estensjoni, kif ukoll bir-raġunijiet li jiġġustifikawha.

Artikolu 11

It-trasparenza

L-Awtorità tassigura t-trasparenza ta" l-attivitajiet tagħha skond l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. B'mod partikolari, hija tagħmel pubbliċi l-opinjonijiet tagħha mingħajr dewmien. Barra minn dan, hija tagħmel pubbliċi t-talbiet għal opinjoni kif ukoll l-estensjoni tal-perijodi msemmija fl-Artikolu 6, paragrafu 1.

Artikolu 12

Il-kunfidenzjalità

1.  █L-informazzjoni kkomunikata min-naħa ta" l-applikant, tista" tiġi trattata bħala kunfidenzjali biss fejn it-tixrid tagħha jista" jkun ta" detriment għall-pożizzjoni kompetittiva tiegħu.

Fl-ebda każ ma tista' qatt tkun meqjusa bħala kunfidenzjali l-informazzjoni li ġejja:

   a) l-isem u l-indirizz ta" l-applikant u l-isem tas-sustanza;
   b) deskrizzjoni ċara tas-sustanza u l-kundizzjonijiet ta" l-użu tagħha fl-oġġetti ta" l-ikel jew fuq oġġetti ta" l-ikel speċifiċi jew il-kategoriji ta" l-oġġetti ta" l-ikel;
   c) l-informazzjoni li hija ta" interess għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi;
   d) jekk ikun il-każ, il-metodu jew metodi ta" l-analiżi.

2.  Għall-applikazzjoni ta" l-ewwel paragrafu, l-applikant għandu jindika liema parti mill-informazzjoni kkomunikata jixtieq li tkun trattata bħala kunfidenzjali. F'każijiet bħal dawn, trid tingħata ġustifikazzjoni li tista" tiġi verifikata.

3.  Il-Kummissjoni tiddetermina x'inhi l-informazzjoni li tista" tibqa" kunfidenzjali u tinforma b'dan lill-applikant u lill-Istati Membri.

4.  Wara li jkun ġie mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-applikant għandu żmien ta" tliet ġimgħat biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu biex jippreserva l-kunfidenzjalità ta" l-informazzjoni kkomunikata. Il-kunfidenzjalità tinżamm sakemm jiskadi dan iż-żmien.

5.  Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw il-kunfidenzjalità mitluba fuq l-informazzjoni li huma jirċievu taħt dan ir-Regolament, ħlief għal dik li trid issir pubblika jekk iċ-ċirkustanzi jirrikjedu dan, sabiex iħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta" l-annimali jew l-ambjent.

6.  Jekk l-applikant jirtira jew ikun irtira l-applikazzjoni tiegħu, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta" l-informazzjoni kummerċjali u industrijali, inkluż fil-qasam tar-riċerka u ta" l-iżvilupp, inkluż l-informazzjoni li n-natura tagħha tkun soġġetta għal diverġenza fl-opinjoni bejn il-Kummissjoni u l-applikant.

7.  Id-data xjentifika u informazzjoni oħra pprovduta mill-applikant ma tistax tkun użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għall-perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant preċedenti li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, u l-ispejjeż jinqasmu skond dan, fejn:

   a) id-data xjentifika u informazzjoni oħra kienu koperti mis-sjieda ta' l-applikant preċedenti fiż-żmien li saret it-talba preċedenti; u
   b) l-applikant preċedenti kellu drittijiet esklusivi ta' referenza għad-data koperta mis-sjieda fiż-żmien li saret it-talba preċedenti; u
   c) is-sustanza ma setatx tkun awtorizzata mingħajr is-sottomissjoni ta' data koperta mis-sjieda mill-applikant preċedenti.

8.  L-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6 ma tippreġudikax iċ-ċirkulazzjoni ta" l-informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità.

Artikolu 13

Urġenzi

F'każ ║ta" urġenza li tikkonċerna sustanza li tidher fuq il-lista Komunitarja, partikolament fuq opinjoni ta" l-Awtorità, jiġu stabbiliti miżuri skond il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 14

Il-Kumitat

1.  Il-Kummisjoni hija assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta" l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Fil-każ fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa ffissat għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 15

L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri

Sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, fir-rigward ta" kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, l-isem u l-indirizz, kif ukoll punt ta" kuntatt, ta" l-awtorità nazzjonali kompetenti għall-iskopijiet tal-proċedura uniformi.

KAPITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 16

║Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ║wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan japplika, għal kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, għad-data ta" l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(1).

L-Artikolu 9 jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 34.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007.
(3) ĠU L ...
(4) ĠU L ...
(5) ĠU L ...
(6) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(7) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 64.
(8) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(10) ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza