Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom (COM(2006)0787 – C6-0053/2007 – 2006/0276(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2006)0787)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0053/2007),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-1 u t-2 ta' Diċembru 2005 dwar il-prinċipji għal Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2005 tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' infrastruttura kritika fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0270/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Titlu
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
Emenda 2 Premessa 2
(2) Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper urew b'mod ċar il-ħtieġa li jitwaqqaf qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet emfasizzata l-importanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati.
(2) Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Papersaħqu l-valur miżjud possibbli ta' qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet enfasizzata l-importanza tal-prinċipji ewlenin tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tal-kumplimentarjetà kif ukoll tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati
Emenda 3 Premessa 3
(3) F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jiġi affrontat it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddid mit-terroriżmu. Jekk il-livell ta' miżuri ta' ħarsien kontra theddid partikolari ta' livell għoli jinstab li huwa adattat f'settur ta' infrastruttura kritika, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiffokaw fuq theddid ieħor li għadhom vulnerabbli għalih.
(3) F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jiġi affrontat it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, filwaqt li theddid maħluq mill-istruttura għandu jiġi kopert ukoll. It-theddid mit-terroriżmu għandu, madankollu, jingħata prijorità.
Emenda 4 Premessa 4
(4) Illum il-ġurnata r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Dan m'għandux jinbidel.
(4) Ir-responsabilità primarja u finali għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Filwaqt li jitqies li s-servizzi nazzjonali jafu l-aħjar x'qed jiġri f'pajjiżhom, għandhu jittieħed approċċ minn isfel għal fuq lejn ħarsien mill-Infrastruttura Kritika Ewropea (ECI).
Emenda 5 Premessa 4 a (ġdida)
(4a)Il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika huwa ta' importanza vitali għas-sigurtà interna fl-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Fl-analiżi finali, il-qerda jew l-interruzzjoni ta' ċerti infrastrutturi jistgħu jeqirdu ħajjet in-nies, l-ambjent u l-assi ekonomiċi kif ukoll joħolqu ħsara fit-tul għall-kunfidenza pubblika fil-ħarsien u l-kura ta' l-Istat.
Emenda 6 Premessa 5
Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew Stat Membru għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex tiġi ttrattata l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
(5) Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni tagħhom kieku tolqot tliet Stati Membri jew aktar jew mill-inqas żewġ Stati Membri oħra għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Din l-infrastruttura kritika Ewropea għandha tiġu identifikata permezz ta' proċedura komuni. Fuq il-bażi ta' kriterji komuni għandha titfassal lista ta' setturi prijoritarji ta' Infrastruttura Kritika Ewropea. Għandu jiġi stabbilit qafas ta' azzjoni komuni għall-ħarsien ta' din l-Infrastrutturi Kritika Ewropea li jqiegħdu l-Istati Membri fil-qagħda li jnaqqsu l-perikli potenzjali għall-infrastruttura kritika fuq it-territorju tagħhom billi jieħdu l-miżuri adattati. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-koperazzjoni.
Emenda 7 Premessa 5 a (ġdida)
(5a)F'ċerti oqsma diġà jeżistu għadd ta' miżuri li jirregolaw l-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej. Kwalunkwe regolament futur li japplika fil-Komunità kollha m'għandux jirriżulta f'regolamentazzjoni doppja f'dawn l-oqsma fin-nuqqas ta' sigurtà akbar.
Emenda 8 Premessa 6
(6) Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara d-diżastru, il-metodu Komunitarju se jkollu bżonn iħeġġeġ l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq bażi settorjali, tkun aktar faċli.
(6) Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara d-diżastru, il-metodu Komunitarju għandu jiżgura l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea fuq bażi settorjali, tkun aktar faċli.
Emenda 9 Premessa 6 a (ġdida)
(6a)L-Infrastruttura Kritika Ewropea għandha titfassal b'tali mod li timminimizza kwalunkwe konnessjonijiet u lokalizzazzjoni f'pajjiżi terzi. Il-lokalizzazzjoni ta' elementi ta' infrastrutturi kritiċi Ewropej barra l-UE żżid ir-riskju ta' attakki terroristiċi b'effetti ulterjuri fuq l-infrastruttura kollha, l-aċċess għat-terroristi għad-dejta maħżuna barra l-UE, kif ukoll r-riskji ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'hekk dan iwassal biex l-infrastruttura kollha tkun aktar vulnerabbli.
Emenda 10 Premessa 7
(7) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istati Membri.
(7) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet dwar it-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istati Membri. Dawn il-Pjanijiet tas-Sigurtà għall-Operaturi għandhom jiġu mgħoddija lill-Punti ta' Kuntatt għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea fl-Istati Membri. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti għandha titqies li tista' tissodisfa r-rekwiżit għat-twaqqif u l-aġġornament ta' Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
Emenda 11 Premessa 8
(8) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandu jinnomina Uffiċjal għall-Koperazzjoni fis-Sigurtà biex il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli.
(8) Kull propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jinnomina Uffiċjal għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà biex il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti għndha titqies bħala li tista' tissodisfa r-rekwiżit li jiġi nominat Uffiċjal għall-Koperazzjoni fis-Sigurtà.
Emenda 12 Premessa 10
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet, it-theddid u r-riskji għall-assi infrastrutturali.
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati u implimentati metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-theddid u r-riskji għal vulnerabilitajiet strutturali li jaffettwaw l-assi infrastrutturali.
Emenda 13 Premessa 11
(11) Huwa biss qafas komuni li jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea u jipprovdi definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati. Il-propjetarji/operaturi ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-aħjar prassi u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
(11) Bid-definizzjoni tar-responsabilitajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati, qafas komuni jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea. L-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-aħjar prassi u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 14 Premessa 12
(12) Il-ħarsien effettiv ta' l-infrastruttura kritika teħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-CIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-CIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
(12) Il-ħarsien effettiv ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea teħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-ECIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-ECIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
Emenda 15 Premessa 13
(13) Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
(13) Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
Emenda 16 Premessa 14
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom se tkun imħarsa b'mod xieraq. Biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' l-informazzjoni, għandu jkun ċar għall-industrija li l-benefiċċji li joħorġu mill-għoti ta' l-informazzjoni relatata ma' l-Infrastruttura Kritika huma akbar mill-ispejjeż għall-industrija u għas-soċjetà b'mod ġenerali. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika għandha għalhekk tiġi mħeġġa.
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq.
Emenda 17 Premessa 15
(15) Din id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.
(15) Din id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi u leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu implimentati u applikati sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza pubblika, filwaqt li jiġi evitat l-irduppjar u kontradizzjonijiet ma' din id-Direttiva u l-impożizzjoni ta' spejjeż addizzjonali mingħajr ma tiżdied is-sikurezza.
Emenda 18 Premessa 17
(17) Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.
(17) Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu fil-każijiet kollha b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, iżda għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċettabilità finanzjarja għall-proprjetarji jew operaturi u għall-Istati Membri.
Emenda 19 Artikolu 1
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Emenda 20 Artikolu 2, punt (b)
b) "Infrastruttura Kritika Ewropea" tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq żewġ Stati Membri jew aktar, jew fuq Stat Membru wieħed jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
b) "Infrastruttura Kritika Ewropea" tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq tliet Stati Membri jew aktar, jew fuq mill-anqas żewġ Stati Membri barra minn dak li fih tkun tinsab l-infrastruttra kritika. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura.
Emenda 21 Artikolu 2, Punt (d)
d) "vulnerabilità" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
d) "vulnerabilità strutturali" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu u l-adozzjoni tagħha tiddetermina tibdil tekniku fit-test kollu kemm hu.)
Emenda 22 Artikolu 3, Paragrafu 1
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu wżati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu adotttati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu użati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu msejsa fuq kriterji ta' ħarsien eżistenti u għandhom jiġuadottatiu emendati skond l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat tal-Euratom.
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu, kif jixraq, il-partijiet ikkonċernati rilevanti. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti u jiġu msejsa fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha peress li f'kull settur ikun hemm esperjenza, kompetenza u r-rekwiżiti partikolari dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tagħhom. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Fejn il-mekkaniżmi tal-Komunità jkunu diġà stabbiliti, dawn għandhom jibqgħu jintużaw. Id-duplikazzjonijiet ta' atti jew dispożizzjonijiet differenti, jew il-kontradizzjonijiet bejniethom, għandhom ikunu evitati akkost ta' kollox.
Emenda 23 Artikolu 3, Paragrafu 2
2.Is-setturi bi projorità li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta' żvilupp ta' kriterji misjuba fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali minn fost dawk elenkati fl-Anness I.
imħassar
L-Anness I jista' jiġi emendat skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 11(3) sakemm din id-Direttiva ma tingħatax għan aktar wiesgħa.
Emenda 24 Artikolu 3, Paragrafu 3
3. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-infrastrutturi kritiċi li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-infrastrutturi kritiċi barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-paragrafi 1 u 2.
3. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej possibbli li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej possibbli barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-Paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-infrastrutturi kritiċi identifikati b'dan il-mod sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Emenda 25 Artikolu 4, Titolu
L-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea
L-identifikazzjoni u l-għażla tas-setturi bi prijorità
Emenda 26 Artikolu 4, Paragrafu -1 (ġdid)
-1.Kull Stat Membru għandu jidentifika s-setturi bi prijorità fi ħdan it-territorju tiegħu, kif ukoll dawk barra t-territorju tiegħu li jista' jkollhom effett fuqu, u li għandhom jintużaw għall-iskopijiet ta' l-iżvilupp tal-kriterji adottati skond l-Artikolu 3(1).
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-infrastrutturi kritiċi identifikati b'dan il-mod sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Emenda 27 Artikolu 4, Paragrafu 1
1. Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3) u ta' kwalumkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' l-infrastrutturi kritiċi li għandhom jiġu magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej.
1. Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond il-Paragrafu -1 u ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista tas-setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea.
Emenda 28 Artikolu 4, Paragrafu 1 a (ġdid)
1a.L-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jitfasslu b'tali mod li jimminimizzaw kwalunkwe konnessjoni ma' pajjiżi terzi kif ukoll kwalunkwe lokalizzazzjoni fihom.
Emenda 29 Artikolu 4, Paragrafu 2
2. Il-lista ta' infrastrutturi kritiċi magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
2. Il-lista tas-setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandha tiġi adottata u emendata mill-Kunsill.
Il-lista tista' tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Emenda 30 Artikolu 4 (ġdid)
Artikolu 4 a Ipproċessar ta' data personali L-ipproċessar tad-data personali li jsir b'mod dirett jew permezz ta' intermedjarju u meħtieġ għall-attivitajiet ta'ħarsein ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dejta bħal din1 kif ukoll tal-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ipproċessar tad-data għandu jsir fl-Unjoni u kwalunkwe duplikazzjoni tad-dejta m'hijiex permessa f'pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' sigurtà.
________________________________ 1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
Emenda 31 Artikolu 5, Paragrafi 1 u 2
1. Kull Stat Membru għandu jesiġi li l-propjetarji/operaturi ta' kull Infrastruttura Kritika Ewropea misjuba fit-territorju tiegħu, jistabbilixxu u jaġġornaw Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li għandu jiġi reveduta kull sentejn.
1. Kull Stat Membru għandu jesiġi li l-propjetarji/operaturi ta' kull Infrastruttura Kritika Ewropea misjuba fit-territorju tiegħu, jistabbilixxu u jaġġornaw Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li għandu jiġi rivedut kull sentejn.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jadottaw lista tal-miżuri protettivi eżistenti li japplikaw għas-setturi speċifiċi mniżżla fl-Anness I. Il-konformità ma' waħda jew iżjed mill-miżuri ta' protezzjoni mniżżla fil-lista għandha tissodisfa r-rekwiżit li jiġi stabbilit u aġġornat Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
2. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-osservanza ta' miżuri applikabbli għal setturi partikolari elenkati fl-Anness I tissodisfa r-rekwiżiti biex tistabbilixxi u taġġorna Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
2. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità.
Emenda 32 Artikolu 5, Paragrafu 3
3. Il-propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jissottometti Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi lill-awtorità ta' l-Istat Membru rilevanti fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
3. Il-propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jissottometti Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi lill-Punt ta' Kuntatt ta' l-ECIP rilevanti fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għal settur partikolari dwar Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi jiġu adottati skond il-paragrafu 2, il-pjan tas-sigurtà għall-operaturi għandu jkun sottomess biss lill-awtorità ta' l-Istat Membru relattiv fi żmien sena mill-adozzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari.
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għal settur partikolari dwar Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi jiġu adottati skond il-Paragrafu 2, il-pjan tas-sigurtà għall-operaturi għandu jkun sottomess biss lill-Punt ta' Kuntatt ta' l-ECIP rilevanti fi żmien sena mill-adozzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari.
Emenda 33 Artikolu 5, Paragrafu 5
5.Il-konformità mad-Direttiva Nru 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet diġà tilħaq ir-rekwiżit li twaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
imħassar
Emenda 34 Artikolu 6, Paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu jinnominaw Uffiċjal għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà bħala punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura u l-awtoritajiet għall-ħarsien ta' l-infrstruttura kritika rilevanti fl-Istat Membru. L-Uffiċjal għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà għandu jkun nominat fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
1. Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu jinnominaw Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà bħala punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura u l-Punt ta' Kuntatt ta' l-ECIP fl-Istat Membru. L-Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun nominat fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
Il-konformità ma' waħda jew iżjed mill-miżuri ta' protezzjoni mniżżla fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tissodisfa r-rekwiżit biex jiġi nominat Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà.
Emenda 35 Artikolu 6, Paragrafu 2
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji u t-theddid identifikati lill-Uffiċjali għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea relattiva.
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji u t-theddid identifikati lill-Uffiċjali għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea relattiva permezz tal-Punt ta' Kuntatt nazzjonali ta' l-ECIP.
Emenda 36 Artikolu 7, Paragrafu 2
2. Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
2. Kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet strutturali, theddid u riskji li ltaqa' magħhom fl-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) u minn dik id-data 'l hemm, fuq bażi regolari, kull sentejn.
Qafas komuni għal dawn ir-rapporti għandu jkun żviluppat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Qafas komuni għal dawn ir-rapporti għandu jkun żviluppat mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill.
Emenda 37 Artikolu 7, Paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina fuq bażi settorjali jekk tezistix il-ħtieġa ta' miżuri għall-ħarsien speċifiku ta' l-Infarstrutturi Kritiċi Ewropej.
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw fuq bażi settorjali jekk teżistix il-ħtieġa ta' miżuri għall-ħarsien speċifiku ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej. F'dan il-kuntest għandhom jitqiesu l-prattika tajba u l-metodoloġiji eżistenti.
Emenda 38 Artikolu 7, Paragrafu 4
4. Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
4. Jekk jitqies li jkun meħtieġ, metodoloġiji komuni ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabilitàstrutturali, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali. Metodoloġiji komuni bħal dawn għandhom jieħdu konsiderazzjoni tal-metodoloġiji eżistenti.
Emenda 39 Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tappoġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi jagħtu aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 40 Artikolu 10, Paragrafu 2
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha livell xieraq ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha l-aħjar livell ta' skrutinju mill-Istat Membru kkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà.
Emenda 41 Artikolu 10, Paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infarstrutturi kritiċi.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea sottomessa lilhom, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-Infrastrutturi KritiċiEwropej, u li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-prinċipju tal-proporzjonalità mill-perspettiva materjali, kif ukoll lid-drittijiet fundamentali u lill-istituzzjonijiet li għandhom ikunu mħarsa.
Emenda 42 Artikolu 11
Artikolu 11 Il-Kumitat
imħassar
1.Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' kull Punt ta' Kuntatt tas-CIP.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3.Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
4.Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2007. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Emenda 44 Anness I, Titolu
Lista tas-Setturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi
Lista tas-Setturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi possibbli
Emenda 45 Anness I, Settur III, Sottosettur 9
Il-komunikazzjoniji u n-navigazzjoni bir-radju
Il-komunikazzjoni bir-radju, in-navigazzjoni u l-identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID)
Emenda 46 Anness I, Settur VII, Sottosettur 19
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji u l-fornituri tas-servizz tagħhom
Emenda 47 Anness I, Settur VII, Sottosettur 19 a (ġdid)