Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0035(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0252/2007

Testi mressqa :

A6-0252/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/07/2007 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0329

Testi adottati
PDF 284kWORD 36k
L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Mergers u Diviżjoni ta" kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata ***I
P6_TA(2007)0329A6-0252/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta' rapport ta" espert indipendenti fl-okkażjoni ta" għaqda jew diviżjoni ta" kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (COM(2007)0091 – C6-0082/2007 – 2007/0035(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill(1) (COM(2007)0091),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0082/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0252/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta' rapport ta" espert indipendenti fl-okkażjoni ta" għaqda jew diviżjoni ta" kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata
P6_TC1-COD(2007)0035

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2007/63/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza