Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0040(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0262/2007

Testi mressqa :

A6-0262/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/07/2007 - 7.4
CRE 11/07/2007 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0330

Testi adottati
PDF 290kWORD 36k
L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Il-Programm Speċifiku "Ġustizzja Ċivili" bħala parti mill-Programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja" (2007-2013) ***II
P6_TA(2007)0330A6-0262/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni Nru .../2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku "Ġustizzja Ċivili" bħala parti mill-Programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja" (8699/2/2007 – C6-0179/2007 – 2005/0040(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (8699/2/2007 – C6-0179/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0122)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2)(c) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0262/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għad-Dikjarazzjoni kif magħmula fis-seduta plenarja tal-11 ta' Lulju 2007 tal-Kummissjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru .../2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku "Ġustizzja Ċivili" bħala parti mill-Programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja"
P6_TC2-COD(2005)0040

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1149/2007/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza