Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0302(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0188/2007

Testi mressqa :

A6-0188/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/07/2007 - 7.7

Testi adottati :

P6_TA(2007)0333

Testi adottati
PDF 282kWORD 27k
L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I
P6_TA(2007)0333A6-0188/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), rigward is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0914 – C6-0019/2007 – 2006/0302(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0914)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0019/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0188/2007),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata,

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid,

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU Ċ... /Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/96/KE dwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) rigward is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni
P6_TC1-COD(2006)0302

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2007/.../KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza