Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0291(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0222/2007

Testi mressqa :

A6-0222/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/07/2007 - 7.9

Testi adottati :

P6_TA(2007)0335

Testi adottati
PDF 284kWORD 51k
L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Ir-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija ***I
P6_TA(2007)0335A6-0222/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2005/32/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (COM(2006)0907 – C6-0034/2007 – 2006/0291(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0907)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0034/2007),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0222/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C ... / Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE li temenda d-Direttiva Nru 2005/32/KEdwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 96/57/KE u Nru 2000/55/KE, rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
P6_TC1-COD(2006)0291

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2007/.../KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza