Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta" servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (COM(2006)0396 – C6-0248/2006 – 2006/0130(COD))
(Proċedura ta" kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0396)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0248/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0178/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa" tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva relatata mal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fis-settur ta' l-avjazzjoni ta' l-Ewropa u, sadattant, sad-dħul fis-seħħ ta' tali leġiżlazzjoni, jitlob lill-kumpaniji ta' l-ajru biex josservaw ir-regoli dwar l-impjegar fejn ikunu konċernati l-ħaddiema tagħhom
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (tfassil mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand il-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Għandu jsir għadd ta' bidliet sostanzjali għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' trasportaturi bl-ajru(4), ir-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji(5), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi ta' l-ajru(6). Fl-interessi taċ-ċarezza, dawn ir-Regolamenti għandu jiġu fformulati mill-ġdid u kkonsolidati f'Regolament waħdieni uniku.
(2) Bis-saħħa ta' l-adozzjoni ta' dawk it-tliet Regolamenti, it-trasport bl-ajru fil-Komunità ġie lliberalizzat. Minkejja s-suċċess tal-liberalizzazzjoni f'termini ta' tkabbir ekonomiku, kompetizzjoni u nollijiet irħas, l-applikazzjoni inkonsistenti ta' dawk ir-Regolamenti fl-Istati Membri toħloq distorsjoni tas-suq intern ta' l-avjazzjoni.
(3) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni aktar effiċjenti u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għas-suq intern ta' l-avjazzjoni, hija meħtieġa sensiela ta' aġġustamenti għall-qafas ġuridiku attwali.
(4) Fl-għarfien ta' rabta potenzjali bejn is-saħħa finanzjarja ta' trasportatur bl-ajru u s–sikurezza, għandu jiġi stabbilit monitoraġġ aktar strett tal-qagħda finanzjarja tat-trasportaturi bl-ajru.
(5) Minħabba l-importanza dejjem akbar ta' trasportaturi bl-ajru b'bażijiet operattivi f'bosta Stati Membri u l-ħtieġa li tiġi żgurata s–superviżjoni effiċjenti ta' dawk it-trasportaturi bl-ajru, l-istess Stat Membru għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni ta' attivitajiet imwttqa skond iċ-ĊOA (Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru) u tal-liċenzja għall-operat.
(6) Sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-konformità mar-rekwiżiti tal-liċenzji ta' operat ta' kull trasportatur bl-ajru Komunitarju, l-awtoritajiet tal-liċenzjar għandhom iwettqu verifiki regolari tal-qagħda finanzjarja tat-trasportaturi bl-ajru. Għalhekk, ta' l-aħħar għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom, l-aktar fl-ewwel sentejn ta' l-eżistenza tagħhom minħabba li dawn huma partikolarment kritiċi għas-soppravivenza fis-suq ta' trasportatur bl-ajru. Biex ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' regoli differenti fil-livell nazzjonali, huwa meħtieġ li tkun żgurata t-trasparenza u li s-sitwazzjoni finanzjarja tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità tkun suġġetta għall-kontroll konġunt tal-Kummissjoni u l-Istati Membri.
(7) Sabiex jitnaqqsu r-riskji għall-passiġġiera, it-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jonqsu milli jwettqu r-rekwiżiti għaż-żamma ta' liċenzja ta' operat valida m'għandhomx jitħallew ikomplu joperaw. F'dawn il-każi, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha tirrevoka jew tissospendi l-liċenzja ta' operat. F'każi meta l-awtorità tal-liċenzji kompetenti tonqos milli tagħmel dawn, il-Kummissjoni għandh jkollha l-permess tirrevoka jew tissospendi l-liċenzja ta' operat sabiex tiżgura l-applikazjzoni omoġenea tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.
(8) Dabiex jiġi evitat rikors eċċessiv għal ftehimiet ta' kiri ta' ajruplani rreġistrati f'pajjiżi terzi, speċjlament bl-ekwipaġġ (wet-lease), dawn il-possibbilitajiet għandhom biss jiġu permessi f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta' nuqqas ta' ajruplani xierqa fuq is-suq Komunitarju, għandhom ikunu strettament limitati fiż-żmien u għandhom iwettqu l-istandards ta' sikurezza ekwivalenti għar-regoli ta' sikurezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ║.
(9)Fir-rigward ta' impjegati ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità li topera servizzi ta' l-ajru minn bażi operattiva barra mit-territorju ta' l-Istat Membru fejn dik il-kumpanija ta' l-ajru tal-Komunità għandha l-post prinċipali tal-kummerċ tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni soċjali Komunitarja u nazzjonali.
(10) Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sikur u koerenti tas-suq intern ta' l-avjazzjoni, huwa mixtieq li l-Komunità tkun responsabbli għan-negozjati dwar drittijiet tat-traffiku intra-Komunitarji ma' pajjiżi terzi. Dan kieku jevita inkonsistenzi possibbli bejn is-suq intern u n-negozjati individwali ma' l-Istati Membri.
(11) Sabiex jiġi komplut is-suq intern ta' l-avjazzjoni║r-restrizzjonijiet eżistenti li huma applikati bejn l-Istati membri, bħar-restrizzjonijiet dwar il-qsim tal-kodiċi fuq rotot lejn pajjiżi terzi jew dwar l-iffissar tal-prezzijiet fuq rotot lejn pajjiżi terzi b'waqfa intermedja fi Stat Membru ieħor ... għandhom jitneħħew.
(12) Il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu imposti l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubblikugħandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u mhux ambigwu, filwaqt li l-proċeduri assoċjati tat-tfigħ ta' l-offerti għandhom jippermettu li numru suffiċjenti ta' kompetituri jkunu jistgħu jieħdu sehem ║. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikseb kemm jista' jkun informazzjoni li tkun teħtieġ sabiex tkun tista' tistħarreġ il-ġustifikazzjonijiet ekonomiċi għall-obbligi tas-servizz pubbliku għal każi individwali.
(13) Ir-regoli fis-seħħ fir-rigward tad-distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti li jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati.
(14) Jixraq li wieħed jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà jirreaġixxu għal problemi għall-għarrieda li jirriżultaw minn ċirkostanzi li ma jistgħux jitbassru u li ma jistgħux jiġu evitati, u li jagħmulha diffiċli ħafna, teknikament jew prattikament, li jitwettqu s-servizzi ta' l-ajru.
(15) Il-passiġġieri għandhom ikollhom aċċess għall-istess tariffi għall-istess titjiriet irrispettivament mill-post ta' residenza tagħhom fi ħdan il-Komunità jew in-nazzjonalità tagħhom u irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment ta' l-aġent ta' l-ivjaġġar fi ħdan il-Komunità.
(16) Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu iqabblu b'mod effettiv it-tariffi bejn linja ta' l-ajru u oħra. Għalhekk, it-tariffi ppubblikati għandhom jindikaw il-prezz finali li għandu jitħallas mill-passiġġier, inklussiv ta' kull taxxa, imposta u ħlas ieħor.
(17) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(7).
(18) Billi l-applikazzjoni aktar omoġenea tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fir-rigward tas-suq intern ta' l-avjazzjoni ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-karattru internazzjonali tat-trasport bl-ajru, u għalhekk tista' tinkiseb aħjar f'livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif preskritt f'Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(19) Huwa għalhekk neċessarju li jiġu rrevokati r-Regolamenti (KEE) Nru 2407/92, 2408/92 u 2409/92,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jirregola l-liċenzjar tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità, id-dritt tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li joperaw servizzi ta' l-ajru fi ħdan il-Komunità, u l-ipprezzar tas-servizzi ta' l-ajru mħaddma fi ħdan il-Komunità. Id-dispożizzjonijiet dwar tagħrif u nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-ipprezzar għandhom japplikaw għal titjiriet li jitilqu minn ajruport li qiegħed fit-territorju ta' Stat Membru u għal titjiriet li jitwettqu minn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jitilqu minn ajruport li qiegħed f'pajjiż terz lejn ajruport li qiegħed fit-territorju ta' Stat Membru, ħlief jekk it-trasportaturi bl-ajru ma jkunux suġġetti għall-istess obbligi f'dak il-pajjiż terz.
2. L-applikazzjoni tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà hu mifhum li hu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit għar-rigward tal-kwistjoni dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinstab l-ajruport.
3. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà għandha tkun sospiża sakemm l-arranġamenti fid-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jkunu daħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u r-Renju Unit għandhom jinfurmaw lill-Kunsill b'dik id-data.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
1)
"liċenzja ta' operat' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità tal-liċenzji kompetenti lil kull impriża, li jippermettilha li ġġorr bl-ajru passiġġieri, ittri u/jew merkanzija, kif dikjarat fil-liċenza ta' ħidma, għal remunerazzjoni u/jew kiri;
2)
'awtorità tal-liċenzji kompetenti' tfisser awtorità║ intitolata li tagħti, tirrifjuta, tirrevoka jew tissospendi liċenzja ta' l-operat skond il-Kapitolu II;
3)
"impriża' tfisser kull persuna naturali jew legali, kemm jekk topera għall-profitt jew le, jew kull korp uffiċjali kemm jekk ikollu l-personalità legali tiegħu jew le;
4)
"servizz bl-ajru' tfisser titjira jew serje ta' titjiriet li jġorru l-passiġġieri, tagħbija u/jew il-posta bi ħlas u/jew b'kiri;
5)
"titjira' tfisser tluq minn ajruport speċifikat lejn ajruport speċifiku tad-destinazzjoni;
6)
"ajruport' tfisser kwalunkwe żona fi Stat Membru li tkun miftuħa għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru;
7)
"ċertifikat ta' operatur bl-ajru (ĊOA)' tfisser ċertifikat mogħti lil impriża li tafferma li l-operatur in kwistjoni għandu l-abbiltà professjonali u organizzattiva biex jiżgura l-operazzjoni mingħajr periklu ta' ajruplan għall-attivitajiet ta' avjazzjoni speċifikati fiċ-ċertifikat, kif previst fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja;
8)
'kontroll effettiv' tfisser relazzjoni kostitwita permezz ta' jeddijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew konġuntament u li b' konsiderazzjonijiet ta' fatt jew liġi involuta, jagħtu l-possibiltà li direttament jew indirettament tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq kull impriża, b'mod partikolari permezz ta':
a)
id-dritt li jintuża kull ass jew parti minnu ta' kull impriża;
b)
jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq il-komposizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-korpi ta' kull impriża jew mod ieħor jinfluwenzaw b'mod deċiżiv fuq it-tħaddim ta' l-operat kummerċjali ta' l-impriża;
9)
"trasportatur bl-ajru' tfisser kull impriża ta' trasport bl-ajru li jkollha liċenza ta' operat valida;
10)
"trasportatur bl-ajru tal-Komunità' tfisser trasportatur bl-ajru li jkollu liċenza valida biex jopera maħruġa minn awtorità tal-liċenzji kompetenti bi qbil mal-Kapitolu II;
11)
"pjan ta' negozju' tfisser kull deskrizzjoni dettaljata ta' l-attivitajiet kummerċjali maħsuba tat-trasportatur bl-ajru għall-perjodu in kwistjoni, b'mod partikolari għar-rigward ta' l-iżvilupp tas-suq mistenni u investimenti li għandhom isiru, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi ta' dawn l-attivitajiet;
12)
'servizz ta' l-ajru intra-Komunitarju' tfisser servizz ta' l-ajru mħaddem fi ħdan il-Komunità;
13)
"tranżitu' tfisser id-dritt tat-tajran fuq it-territorju tal-Komunità jew ta' pajjiż terz mingħajr inżul u l-inżul għal skopijiet li mhumiex ta' traffiku;
14)
'dritt tat-traffiku' tfisser id-dritt li li jopera servizz ta' l-ajru bejn żewġ ajruporti tal-Komunità;
█
(
15) "bejgħ ta' postijiet biss' tfisser il-bejgħ ta' postijiet, mingħajr xi servizz sħiħ ieħor, bħal ma hi l-akkomodazzjoni, direttament lill-pubbliku mit-trasportatur jew mill-aġent awtorizzat tiegħu jew lil charterer;
(
16) "servizz skedat bl-ajru' tfisser serje ta' titjiriet li kull waħda minnhom tippossjedi dawn il-karatteristiċi segwenti kollha:
a)
tkun magħmula minn ajruplan għat-trasport tal-passiġġieri, tal-merkanzija u/jew tal-posta bi ħlas, b'tali manjiera li f'kull titjira l-postijiet ikunu disponibbli għal bejgħ individwalment lill-membri tal-pubbliku (kemm direttament mit-trasportatur jew mill-aġenti awtorizzati tiegħu);
b)
din tkun operata biex isservi traffiku bejn l-istess żewġ jew aktar ajruporti, jew:
–
skond skeda pubblikata; jew
–
b'titjiriet li tant ikunu regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu serje sistematika li tista' tingħaraf.
(17)
"Volum' tfisser in-numru ta' postijiet offruti lill-pubbliku in ġenerali fuq servizz bl-ajru skedat matul perjodu partikolari;
(
18) 'nollijiet ta' l-ajru' tfisser il-prezzijiet espressi f'ecu jew f'muniti lokali li għandhom jitħallsu minn passiġġieri lil trasportaturi bl-ajru jew l-aġenti tagħhhom għat-trasport ta' dawk il-passiġġieri u ║tal-bagali tagħhom fuq servizzi bl-ajru u kwalunkwe kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lil aġenziji u ta' servizzi awżiljari oħra█;
(
19) "rati ta' l-ajru ' tfisser il-prezzijiet espressi f' euro jew f'muniti lokali li għandhom jitħallsu għat-trasport ta' merkanzija u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhhom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lil aġenziji u ta' servizzi awżiljari oħra█;
( 20) "Stat(i) Membru(i) kkonċernat(i)' tfisser l-Istat(i) Membru(i) bejn jew li fih(om) ikun operat is-servizz bl-ajru;
( 21) "Stat(i) Membru(i) involut(i)' tfisser l-Istat(i) Membru(i) kkonċernati u l-Istat(i) Membru(i) meta t-trasportatur(i) bl-ajru li jopera(w) is-servizz bl-ajru jkun(u) liċenzjat(i);
(
22) "Konurbazzjoni' tfisser żona urbana magħmula minn għadd ta' bliet li, minħabba l-popolazzjoni li kibret u l-espansjoni, ingħaqdu fiżikament sabiex jifformaw żona kontinwa mibnija;
(
23) "kont ta' l-immaniġġjar" tfisser kull dikjarazzjoni dettaljata ta' dħul u nfiq ta' trasportatur bl-ajru għall-perjodu inkwistjoni inkluż kull rendikont dettaljat bejn attivitajiet li jkunu relatati ma' trasport bl-ajru u attivitajiet oħra kif ukoll bejn elementi ta' flus u mhux ta' flus;
24)
"ftehima dry-lease' tfisser ftehima bejn trasportaturi bl-ajru skond liema ftehima inġenju ta' l-ajru jitħaddem skond l-AOC ta' min jikri;
25)
"ftehima wet-lease' tfisser ftehima bejn trasportaturi bl-ajru skond liema ftehima inġenju ta' l-ajru jitħaddem skond l-AOC ta' min jagħti l-kirja;
(26)
"Post prinċipali tax-xogħol' tfisser il-post ta' l-uffiċċju ewlieni u, fejn ikun applikabbli, l-uffiċċju reġistrat ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità fi Stat Membru li fih, lejh jew minnu dak it-trasportatur bl-ajru Komunitarju jwettaq parti sinifikanti tas-servizzi operattivi tiegħu.
Kapitolu II
Liċenzja ta' operat
Artikolu 3
Liċenzja ta' operat
1. L-ebda impriża stabbilita fil-Komunità m'għandha titħalla li ġġorr bl-ajru passiġġieri, ittri u/jew merkanzija għal remunerazzjoni u/jew kiri fi ħdan il-Komunità sakemm hi ma tingħatax il-liċenzja ta' operat xierqa.
Kull impriża li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandha tkun intitolata li tirċievi kull liċenzja ta' operat.
2. L-awtorità tal-liċenzji kompetenti m'għandhiex tagħti liċenzji ta' operat fejn ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu ma jkunux osservati.
3. It-tagħbija bl-ajru ta' passiġġieri, ittri u/jew merkanzija, li ssir minn ajruplani mhux power driven u/jew ajruplani ultra-light power driven, kif ukoll titjiriet lokali li ma jinkludux tagħbija bejn ajruporti differenti, mhumiex soġġetti għal dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra applikabbli tal-liġi Komunitarja, nazzjonali jew internazzjonali, il-kategorji li ġejjin ta' servizzi ta' l-ajru mhumiex soġġetti għar-rekwiżit li jkollhom liċenzja ta' operat valida:
a)
servizzi ta' l-ajru mwettqa minn ajruplani mhux power driven u jew ajruplani ultralight power driven, u
b)
titjiriet lokali li ma jinvolvux ġarr passiġġieri, posta u/jew merkanzija bejn ajruporti differenti.
Artikolu 4
Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzja ta' operat
Impriża m'għandha tingħata liċenzja ta' tħaddim minn awtorità tal-liċenzji kompetenti kemm-il darba:
a)
il-post prinċipali tax-xogħol tagħha jinsab fil-Komunità u topera l-akbar parti tas-servizzi ta' l-ajru tagħha fil-Komunità jew minn jew lejn il-Komunità?;
b)
ikollha ĊOA validu;
c)
meta ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja għand l-awtorità ta' Stat Membru, il-post prinċipali tax-xogħol tagħha jkun jinsab f'dak l-Istat Membru █;
d)
ikollha inġenju ta' l-ajru wieħed jew aktar disponibbli permezz ta' sjieda jew ftehima "dry lease";
e)
ix-xogħol prinċipali tagħha jkun li tħaddem servizzi ta' l-ajru b'mod iżolat jew konġuntivament ma' kull ħidma kummerċjali oħra ta' ajruplan jew it- tiswija u manutenzjoni ta' ajruplan;
(f)
Istruttura tal-kumpanija tippermetti l-awtorità tal-liċenzji kompetentili timplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu;
g)
l-Istati Membri u/jew ċittadini ta' l-Istati Membri li jipposjedu aktar minn 50 fil-mija ta' l-impriża u effettivament jikkontrollawha, sew direttament jew indirettament permezz ta' impriza intermedja jew aktar, ħlief jekk stipulat mod ieħor fi ftehima ma' pajjiż terz li fiha l-Komunità hija parti;
tikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' l-assigurazzjoni speċifikati fl-Artikolu11;
j)
tipprovdi evidenza li hija għandha biżżejjed kopertura ta' assikurazzjoni biex tkun tista' tħallas lura l-ammonti mħallsa u biex tkopri l-ispejjeż ta' ripatrijazzjoni tal-passiġġieri fil-każ li hija ma tkunx tista' topera titjiriet ibbukkjati minabba falliment jew revoka tal-liċenzja tagħha ta' tħaddim.
Artikolu 5
Il-kundizzjonijiet finanzjarji għall-għoti ta' liċenzja ta' operat
1. L-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha tivvaluta mill-qrib jekk impriża li qiegħda tapplika għall-ewwel darba għal-liċenzja ta' operat tistax turi li:
a)
hija tista' tonora f'kull ħin l-obbligi tagħha attwali jew mistennija, stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal kull perjodu ta' 36 xahar mill-bidu tal-ħidmiet;
b)
din tista' tkopri l-ispejjeż tagħha kemm dawk fissi u dawk operattivi li jirriżultaw minn operazzjonijiet b' mod konformi mal-pjan ta' negozju tagħha u stabbiliti taħt assunzjonijiet realistiċi, għal kull perjodu ta' tliet xhur mill-bidu tal-ħidmiet, mingħajr ma jittieħed rendikont ta' kull dħul mill-ħidmiet tagħha; u
c)
il-kapital nett tagħha ikun mhux inqas minn EUR 100 000.
2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, kull applikant għandu jissottometti pjan ta' dħul u nefqa għal, mill-inqas, l-ewwel tliet snin ta' operazzjoni. Il-pjan ta' dħul u nefqa għandu wkoll jagħti dettalji dwar ir-rabtiet fiananzjarji ta' l-applikant ma' kull attività kummerċjali oħra li l-applikant ikun jagħmel jew direttament jew permezz ta' impriżzi relatati. L-applikant għandu wkoll jipprovdi kull informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari d-data msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I. Kull applikant għandu jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jevita jew inaqqas il-konsegwenzi soċjali negattivi ta' insolvenza.
3. Il-Paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal trasportaturi bl-ajru li jeżerċitaw esklussivament ħidmiet b'ajruplani ta' anqas minn 10 tunellati MTOW (il-piż massimu mat-tlugħ) u/jew anqas minn 20 post. Dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom f'kull ħin ikunu kapaċi li juru li l-kapital nett tagħhom ikun mill-inqas EUR 100 000 jew li jagħtu, meta mitluba mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji, l-informazzjoni rilevanti għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 9(2).
Stat Membru jista', minkejja dan, ║japplika l-paragrafi 1 u 2 għal trasportaturi bl-ajru liċenzatji minnu li joperaw servizzi skedati jew li l-fatturat tagħhom jisboq EUR 3 miljun kull sena.
Artikolu 6
Iċ-ċertifikat ta' operatur ta' l-ajru
1. L-għoti u l-validità f'kull ħin ta' kull liċenzja ta' operat għandha tiddependi mill-pussess ta' ĊOA validu li jispeċifika l-attivitajiet koperti mill-liċenzja ta' operat u li taderixxi mal-kriterji stabbiliti skond il-liġi Komunitarji rilevanti.
2. Kull modifika fl-AOC ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju għandha tkun riflessa, fejn xieraq, fil-liċenzja ta' operat tiegħu.
3.Fejn l-AOC jingħata minn awtorita? nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-għoti, għar-rifjut, għar-revoka jew għas-sospensjoni ta' l-AOC u tal-liċenzja ta' tħaddim ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità.
Artikolu 7
Prova ta' reputazzjoni tajba
1. Meta , għall-iskopijiet li joħroġu kull liċenza ta' operat, tkun meħtieġa xhieda li l-persuni li kontinwament jew effettivament jimmaniġġaw il-ħidmiet tal-impriża jkunu ta' reputazzjoni tajba jew li ma jkunux ġew dikjarati falluti, jew għall-għan tas-sospensjoni jew tar-revoka tal-liċenzja ta' operat fil-każ ta' aġir mhux xieraq professjonali serju jew kull offiża kriminali, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha taċċetta bħala kull xhieda xierqa għar-rigward ta' ċittadini ta' Stati Membri t-turija ta' dokumenti maħruġa minn awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' oriġini jew l-Istat Membru fejn il-persuna għandu/ha r-residenza permanenti tiegħu /turi li dawk il-ħtiġiet ikunu milħuqa.
2. Meta l-Istat Membru ta' oriġini jew ta' l-Istat Membru li fih il-persuna għandu/ha r-residenza permanenti tiegħu ma joħroġx id-dokumenti li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 , dawn id-dokumenti għandhom ikunu sostitwiti b'kull dikjarazzjoni ġuramentata – jew, fi Stati Membri fejn ma jkunx hemm dispożizzjoni għal dikjarazzjoni ġuramentata, permezz ta' dikjarazzjoni solenni – magħmula mill-persuna interessata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew, meta xieraq, kull nutar jew korp professjonali kwalifikat ta' l-Istat Membru ta' oriġini jew l-Istat Membru li fih il-persuna għandu/ha r-residenza permanenti tiegħu ; din l-awtorità jew nutar jew korp professjonali kkwalifikat għandhom joħorġu ċertifikat li jattesta l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni fuq ġurament jew dikjarazzjoni solenni.
3. L-awtorità tal-liċenzji kompetenti tista' teħtieġ li d-dokumenti u ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu preżentati sa mhux aktar minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tagħhom.
Artikolu 8
Il-validità ta' liċenzja ta' operat
1. Kull liċenzja ta' operat hi valida kemm-il darba t-trasportatur bl-ajru tal-Komunità jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
Kull trasportatur bl-ajru tal-Komunità għandu f'kull ħin ikun kapaċi li juri lill- awtorità tal-liċenzji kompetenti illi dan jissodisfa l-ħtiġiet kollha ta' dan il-Kapitolu.
2. L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Għandha f'kull każ tirrevedi l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fil-każijiet li ġejjin:
a)
sentejn wara li liċenzja ta' operat tkun ingħatat, jew
b)
meta jkun hemm suspett ta' problema potenzjali, jew
c)
fuq talba tal-Kummissjoni.
Fil-każ li l-awtorità tal-liċenzji kompetenti tissuspetta li problemi finanzjarji ma' trasportatur bl-ajru tal-Komunità jistgħu jeffettwaw is-sikurezza ta' l-operazzjonijiet tagħha, għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità responsabbli għall-ħruġ taċ-ĊOA.
3. Il-liċenzja ta' operat għandha titressaq mill-ġdid għall-approvazzjoni meta trasportatur bl-ajru tal-Komunità:
a)
ma jkunx beda jopera għal sitt xhur wara l-għoti ta' liċenzja ta' operat, jew
b)
ma jibqax jopera għal aktar minn sitt xhur.
4. Kull sena finanzjarja kull trasportatur bl-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi ║lill-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzji il-kontijiet verifikati li jirreferu għas-sena finanzjarja preċedenti fi żmien sitt xhur wara d-data ta' l-għeluq tal-kontijiet. Waqt l-ewwel sentejn ta' operat ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju, id-data msemmija fil-punt 3 ta' l-Anness I għandha tiġi aġġornata u magħmula disponibbli lill-awtorità tal-liċenzji kompetenti fuq bażi ta' kull sitt xhur.
L-awtorità tal-liċenzji kompetenti tista' f'kull ħin tivvaluta r-rendiment finanzjarju ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju li lilu tkun ingħatat liċenzja ta' operat billi titlob għall-informazzjoni rilevanti u, b'mod partikolari, id-data msemmija fil-punt 3 ta' l-Annnes 1.
5. Kull trasportatur bl-ajru tal-Komunità għandu javża lill- awtorità li toħroġ il-liċenzja:
a)
bil-quddiem tal-pjanijiet għaltħaddim ta' servizzi skedati jew servizzi mhux skedati ġodda lejn kontinent jew reġjun dinji li qabel ma kienx jiġi moqdi, bidliet fit-tip jew fin-numru ta' inġenji ta' l-ajru użati jew bidla sostanzjali fl-iskala ta' l-attivitajiet tiegħu;
b)
bil-quddiem kull għaqda jew akkwist maħsuba, u
c)
fi żmien erbatax-il jum b'kull bdil fil-proprjetà ta' ishma li jkunu jirrapreżentaw 10 % jew aktar ta' l-ishma kollha trasportatur bl-ajru tal-Komunità jew tal-kumpannija parent jew tal-kumpannija holding aħħarija tiegħu.
6. Jekk l-awtorità kompetenti li toħroġ il-liċenzja tikkunsidra t-tibdiliet avżati taħt il-paragrafu 5 li għandhom piż sinifikanti fuq il-finanzi tat-trasportatur bl-ajru tal-Komunità, hija għandha teħtieġ il-preżentazzjoni ta' pjan ta' dħul u ħruġ rivedut li jkun fih it-tibdiliet in kwistjoni u li jkopri, mill-inqas, kull perjodu ta' 12-il xahar mid-data tal-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-fatti magħrufa (data) li għaliha saret referenza fil-parti 2 tal-Anness I , flimkien ma' l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skond il-paragrafu 4.
L-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar kull applikazzjoni kemm jista' jkun malajr possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-informazzjoni kollha xierqa tkun mogħtija, meta wieħed jikkunsidra kull xhieda disponibbli.
7. Fir-rigward ta' trasportaturi bl-ajru tal-Komunità liċenzjati minnha, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha tiddeċiedi jekk il-liċenzja ta' operat għandhiex tiġi ppreżentata mill-ġdid għall-approvazzjoni f'każ ta' bidla f'wieħed jew f'ħafna elementi li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u, b'mod partikolari, fil-każ ta' mergers jew takeovers.
8. Il-paragrafi 4, 5 u 6 ma japplikawx għal trasportaturi bl-ajru li jeżerċitaw esklussivament ħidmiet b'ajruplani ta' anqas minn 10 tunellati MTOW (il-piż massimu mat-tlugħ) u/jew b'anqas minn 20 post. Dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom f'kull ħin ikunu kapaċi li juru li l-kapital nett tagħhom ikun mill-inqas EUR 100 000 jew li jagħtu, meta mitluba mill-awtorità kompetenti tal-liċenzji, l-informazzjoni rilevanti għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 9(2).
Kull Stat Membru jista' minkejja dan kollu japplika l-paragrafi 4, 5 u 6 għal trasportaturi bl-ajru liċenzatji minnu li joperaw servizzi skedati jew li l-fatturat tagħhom jisboq EUR 3 miljun kull sena.
Artikolu 9
Sospensjoni u revoka ta' liċenzja ta' operat
1. L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja ta' operat jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli għal suspett li t-trasportatur bl-ajru tal-Komunità ma jistax jonora l-obbligi tiegħu attwali jew potenzjali għal perjodu ta' 12-il xahar.
L-awtorità kompetenti tal-liċenzji tista' tagħti liċenzja temporanja li ma taqbiżx 12-il xahar, sakemm issir organizzazzjoni finanzjarja mill-ġdid tat-trasportatur bl-ajru Komunitarju, kemm-il darba m'hemmx riskju għas-sikurezza?, din il-liċenzja temporanja tirrifletti kull bidla fl-AOC u jkun hemm prospett realistiku ta' bini finanzjarju mill-ġdid f'dak il-perjodu ta' żmien.
2. Kull meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li jeżistu problemi finanzjarji jew meta proċeduri ta' falliment jew proċeduri bħal dawn ikunu nbdew kontra trasportatur bl-ajrutal-Komunità liċenzjat minnha, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha mingħajr dewmien tagħmel evalwazzjoni fil-fond tal-qagħda finanzjarja u fuq il-bażi ta' dawn is-sejbiet tirrevedi l-istejtus tal-liċenzja ta' operat f'konformità ma' l-artikolu f'perjodu ta' żmien ta' tliet xhur.
L-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-proċedura ta' valutazzjoni u s-sejbiet tagħha, kif ukoll dwar id-deċiżjoni li tieħu fir-rigward ta' l-istatus tal-liċenzja ta' operat.
3. Meta l-kontijiet ivverifikati fl-Artikolu 8(4) ma jkunux ġew ikkomunikati fi żmien sitt xhur wara d-data ta' l-għeluq tal-kont tas-sena finanzjarja ta' qabel, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha titlob lit-trasportatur bl-ajru tal-Komunità tikkomunika dawn il-kontijiet verifikati mingħajr dewmien.
Jekk il-kontijiet ivverifikati ma jiġux ikkomunikati fi żmien xahar, il-liċenzja ta' l-operat għandha tiġi rrevokata jew sospiża.
L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas tat-trasportatur bl-ajrutal-Komunità li jikkomunika l-kontijiet ivverifikati tiegħu fi żmien il-limitu ta' sitt xhur u l-azzjonijiet sussegwenti li tieħu.
4. Fil-każ li ċ-ĊOA ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità jiġi sospiż jew irtitrat, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha minniufih tissospendi jew tirrveoka l-liċenzja ta' operat tat-trasportatur bl-ajru .
Artikolu 10
Deċiżjonijiet dwar liċenzji ta' operat
1. L-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar kull applikazzjoni kemm jista' jkun malajr possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-informazzjoni kollha xierqa tkun mogħtija, meta wieħed jikkunsidra kull xhieda disponibbli. Din id-deċiżjoni se tkun ikkomunikata lill-applikant. Rifjut għandu jindika r-raġunijiet għal dan.
2. Proċeduri għall-għoti, is-sospensjoni u r-revoka ta' liċenzji ta' operat għandhom isiru pubbliċi mill-awtoritajiet tal-liċenzji kompetenti li għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni .
3. Lista ta' deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-liċenzji biex jagħtu, jissospendu jew jirrevokaw liċenzja ta' operat għandhom jiġu pubblikati kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Artikolu 11
Rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni
Trasportatur bl-ajru għandu jkun assigurat biex ikopri lijabilità f'każ ta' inċident, b'mod partikolari għar-rigward ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija, ittri u terzi persuni. Fejn applikabbli, il-kopertura ta' l-assigurazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti minimi previsti fir-Regolament (EC) No 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani(8).
Artikolu 12
Reġistrazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(2), l-ajruplani użati minn kull trasportatur bl-ajru tal-Komunità għandhom ikunu rreġistrati █fil-Komunita?. L-Istat Membru li l-awtorita? tal-liċenzji kompetenti tiegħu tkun responsabbli għall-għoti tal-liċenzja ta' operat tat-trasportatur bl-ajru tal-Komunità jista' jitlob li tali inġenji ta' l-ajru jkunu rreġistrati fir-reġistru nazzjonali tiegħu.
2. Konformi mal-paragrafu 1, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti għandha , bla ħsara għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, , jaċċetta fuq ir-reġistru nazzjonali tiegħu, mingħajr ebda ħlas diskriminatorju u mingħajr dewmien, ajruplan li jkun proprjetà ta' ċittadini ta' Stati Membri oħra u trasferimenti minn reġistri ta' ajruplani ta' Stati Membri oħra. L-ebda dritt m'għandu jkun applikat għal trasferiment ta' ajruplan b'żieda mad-dritt normali ta' reġistrazzjoni.
Artikolu 13
Kiri
1. █Impriża li titlob l-għoti ta' liċenzja ta' operat għandha jkollha ajruplan jew aktar għad-dispożizzjoni tagħha permezz tas-sjieda jew ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ (dry lease)
Trasportatur bl-ajru Komunitarju għandu jkollu ajruplan jew aktar għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta' sjieda jew permezz ta' ftehima dry lease.
Trasportatur bl-ajru tal-Komunità jista' jkollu ajruplan jew aktar għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta' ftehima wet lease.
2. Fil-każ ta' ftehim wet lease għal żmien qasir biex jintlaħqu ħtiġiet temporanji ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità jew mod ieħor f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità tal-liċenzji kompetenti tista' jagħti konċessjonijiet għall-ħtiġiet tar-reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 12(1) kemm-il darba:
a)
it-trasportatur bl-ajru tal-Komunità jkun jista' jiġġustifika kirja ta' dan it-tip fuq il-bażi ta' bżonn eċċezzjonali, f'liema każ tista' tingħata deroga għal perjodu ta' mhux aktar minn seba' xhur, li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tista' tiġġedded darba biss għal tieni perjodu ta' mhux aktar minn seba' xhur; jew
b)
it-trasportatur bl-ajru tal-Komunità juri li hemm bżonn tal-kirja biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet staġjonali għal kapaċità, li ma jistgħux jiġu ssodisfati b'mod raġonevoli permezz tal-kiri ta' ajruplani rreġistrati skond l-Artikolu 12(1), f'liema każ id-deroga tista' tingħata għal perjodu ta' mhux aktar minn seba' xhur, li jista' jiġġedded; jew
c)
it-trasportatur bl-ajru tal-Komunità juri li jkun hemm bżonn tal-kirja biex jintgħelbu diffikultajiet operattivi mhux imbassra, bħal problemi tekniċi, u ma jkunx raġonevoli li jinkrew ajruplani rreġistrati skond l-Artikolu 12(1), f'liema każ id-deroga għandha tkun għal żmien limitat li jkun strettament meħtieġ biex jintgħelbu d-diffikultajiet.
█Derogi bħal dawn għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim validu li jipprovdi għar-reċiproċità fir-rigward tal-kiri bl-ekwipaġġ bejn l-Istat Membru kkonċernat jew il-Komunità u l-pajjiż terz tar-reġistrazzjoni ta' l-ajruplan mikri.
3. Għall-iskopijiet li jiġi żgurat standards ta' sigurtà u lijabilità, kull trasportatur bl-ajru tal-Komunità li juża ajruplan ta' impriża oħra jew li jipprovdih lill-impriża oħra, bi jew mingħajr ekwipaġġ , għandu jikseb approvazzjoni bil-quddiem għall-ħidma mill-awtorità tal-liċenzji kompetenti . Il-kondizzjonijiet ta' l-approvazzjoni għandhom ikunu parti mill-ftehim ta' kiri bejn il-partijiet.
4. L-awtorità kompetenti tal-liċenzji m'għandhiex tapprova ftehimiet wet-lease jew ftehimiet dry-leasefir-rigward ta' trasportatur bl-ajru li tkun tatu liċenzja ta' operat kemm-il darba l-awtorità tkun iddeterminat u ddikjarat bil-miktub lit-trasportatur bl-ajru partikolari li l-istandardskollha ta' sikurezza ekwivalenti għal dawk imposti fil-liġi Komunitarja rilevanti jkunu osservati.
Artikolu 14
Eżaminazzjoni mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni, li taġixxi fuq it-talba skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2) fuq talba ta' Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għandha teżamina l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu u tieħu deċiżjoni biex jekk meħtieġ tissospendi jew tirrevoka liċenzja ta' operat.
2. Sabiex twettaq id-doveri tagħha permezz ta' dan l-Artikolu il-Kummissjoni tista' takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-awtoritajiet tal-liċenzji kompetenti jew direttament mit-trasportatur(i) bl-ajru tal-Komunità kkonċernati f' limitu ta' żmien iffissat mill-Kummissjoni.
Artikolu 15
Drittijiet għad-difiża
L-awtorita? kompetenti tal-liċenzji u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, meta jkunu qed jadottaw deċiżjoni biex jissospendu jew jirrevokaw il-liċenzja ta' operat ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità, it-trasportatur bl-ajru tal-Komunità kkonċernat jingħata l-opportunita? li jinstema', filwaqt li titqies il-ħtieġa, f'ċerti każi, ta' proċedura ta' urġenza.
Artikolu 16
Leġiżlazzjoni soċjali
Fir-rigward ta' l-impjegati ta' trasportatur bl-ajru tal-Komunità li jopera servizzi ta' l-ajru minn bażi operattiva barra mit-territorju ta' l-Istat Membru fejn dak it-trasportatur bl-ajru tal-Komunità għandu l-post prinċipali tax-xogħol tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni soċjali Komunitarja u nazzjonali.
Kapitolu III
Aċċess għar-rotot
Artikolu 17
Għoti ta' servizzi intra-Komunitarji
1. It-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw jeddijiet ta' traffiku fuq rotot ġewwa l-Komunita.
2. L-Istati Membri m'għandhomx jissoġġettaw l-eżerċizzju tal-jeddijiet ta' traffiku minn trasportatur bl-ajru Komunitarju għal permess jew awtorizzazzjoni. Jekk Stat Membru għandu raġunijiet biex jiddubita l-validità tal-liċenzja ta' operat maħruġa lil trasportaur bl-ajru Komunitarju, għandha tqajjem il-kwistjoni ma' l-awtorità tal-liċenzji kompetenti. L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu li trasportaturi bl-ajru tal-Komunità jipprovdu dokumenti jew informazzjoni li ma pprovdewx diġà lill-awtorità tal-liċenzji kompetenti.
3. Fl-operazzjoni ta' servizzi bl-ajru intra-Komunitarji , it-trasportatur bl-ajru tal-Komunità għandu jitħalla jikkombina s-servizzi bl-ajru u jidħol għal ftehimiet ta' qsim tal-kodiċi bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità applikabbli għall-impriżi.
4. Kull restrizzjoni fuq il-libertà tat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għall-għoti ta' servizzi ta' l-ajru intra-Komunitarji li joħorġu minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri hija b'hekk sospiża.
5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri, u soġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità applikabbli għall-impriżi u għad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji għandhom ikunu permessi mill-Istati Membri kkonċernati jikkombinaw servizzi ta' l-ajru u jidħlu għal ftehimiet ta' qsim tal-kodiċi ma' kwalunkwe trasportatur bl-ajru fuq servizzi ta' l-ajru lejn, minn jew li jgħaddu minn kwalunkwe ajruport fuq it-territorju tagħhom minn jew lejn kwalunkwe punt f'pajjiżi terzi.
6. Bla ħsara għal jeddijiet eżistenti mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u minkejja r-Regolament (EC) Nr. 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi(9), it-trasportaturi bl-ajru li mhumiex Komunitarji m'għandhomx ikunu permessi mill-Istati Membri kkonċernati jikkombinaw servizzi ta' l-ajru u jidħlu għal ftehimiet ta' qsim tal-kodiċi fir-rigward ta' rotot li qegħdin għal kollox fil-Komunità sakemm ma jkollhomx permess jagħmlu dan bi ftehim konkluż mill-Komunità ma' pajjiż terz.
7. Bla ħsara għal jeddijiet eżistenti mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u minkejja r-Regolament (EC) Nr. 847/2004, it-trasportaturi bl-ajru li mhumiex Komunitarji m'għandhomx ikunu permessi jittranżitaw it-territorju tal-Komunità ħlief jekk il-pajjiż terz ikkonċernat huwa parti għall-Ftehim Internazzjonali tat-Tranżitu tas-Servizzi ta' l-Ajru ffirmat f'Chicago fis-7 ta'Diċembru 1944 jew ikella kkonkluda ftehim għal dak il-għan mal-Komunità.
Artikolu 18
Prinċipji ġenerali għall-obbligi tas-servizz pubbliku
1. ║Stat Membru, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri l-oħra kkonċernati u wara li jkun informa lill-Kummissjoni, lill-ajruporti kkonċernati u lit-trasportaturi bl-ajru li joperaw fuq ir-rotta, jista' jimponi obbligu ta' servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi bl-ajru skedati lejn ajruport fit-territorju tiegħu, meta dik ir-rotta tkun kunsidrata vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun li █l-ajruport jaqdi. Dik l-obligazzjoni tista' biss tiġi imposta sal-limitu meħtieġ biex ikun assigurat li fuq dik ir-rotta l-għoti minimu tas-servizzi bl-ajru skedati jkunu jissodisfaw l-istandards stabbiliti ta' kontinwità, regolarità, prezz jew kapaċità minima, liema standards it-trasportaturi bl-ajru ma jassumux kieku jkunu qiegħdin jikkonsidraw biss l-interess kummerċjali tagħhom.
In-normi fissi imposti fuq ir-rotta soġġetti għal dik l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u li mhuwiex diskriminatorju.
2. Fil-każi meta forom oħra ta' trasport ma jistgħux jassiguraw servizz mhux interrott b'mill-inqas żewġ frekwenzi kuljum, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jinkludu fil-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku l-ħtieġa li kull trasportatur bl-ajru li jkun beħsiebu jopera r-rotta jagħti garanzija li jopera r-rotta għal ċertu perjodu, li għandu jkun speċifikat, skond il-kondizzjonijiet l-oħra ta' l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku.
3. Meta l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku tkun ġiet imposta bi qbil mal-paragrafi 1 u 2, it-trasportaturi bl-ajru jkunu jistgħu mbagħad joffru bejgħ għall-postijiet biss biss jekk is-servizz bl-ajru f'dak il-każ jilħaq il-ħtiġiet kollha ta' l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku. Konsegwentement dak is-servizz ta' l-ajru għandu jkun meqjus bħala servizz bl-ajru skedat.
4. Jekk l-ebda trasportatur bl-ajru ma jkun beda jew ikun sejjer jibda servizz bl-ajru skedat fuq rotta skond l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku li jkun impost fuq dik ir-rotta, l-Istat Membru jista' jillimita l-aċċess għas-servizzi ta' l-ajru skedati fuq dik ir-rotta għal trasportatur bl-ajru wieħed biss, għal perjodu li jlaħħaq sa erba' snin, li wara dan għandu jkun hemm reviżjoni tas-sitwazzjoni.
Dan il-perjodu jista' jkun sa ħames snin jekk l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku tkun imposta fuq rotta lejn ajruport li jaqdi reġjun ultraperiferiku, kif definit fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.
5. Il-jedd li jiġu operati dawk is-servizzi msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun offrut permezz ta' offerta pubblika skond l-Artikolu 19 jew għal rotta singola jew, f'każi fejn dan ikun indispensabbli għal raġunijiet operattivi, għal grupp ta' dawk ir-rotot lejn kull trasportatur bl-ajru tal-Komunità li jkun intitolat li jopera dawk is-servizzi ta' l-ajru.
6. Meta Stat Membru jkun jixtieq jimponi obbligu ta' servizz pubbliku, għandu jikkomunika t-test komplut ta' l-impożizzjoni mbassra ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri kkonċernati, lill-ajruporti kkonċernati u lit-trasportaturi bl-ajru li joperaw ir-rotta partikulari.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea:
a)
li jidentifika ż-żewġ ajruporti konnessi mir-rotta kkonċernata,
b)
isemmi d-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku, u
c)
jindika l-indirizz komplut fejn it-test u kull informazzjoni relevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta ma' l-obbligi ta' servizz pubbliku għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas mill-Istat Membru kkonċernat.
7. Il-ħtieġa u l-adekwatezza ta' obbligu maħsub ta' servizz pubbliku għandha tkun evalwata mill-Istati Membri meta wieħed jikkunsidra:
a)
il-proporzjonalità bejn l-obbligu maħsub u l-ħtiġijiet ta' l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun ikkonċernat;
b)
il-possibbiltà, li jkun hemm aċċess għal modi oħra tat-trasport u l-volum ta' dawk il-modi li jilħqu l-ħtiġiet tat-trasport li jkun qed jiġi kkunsidrat; partikolarment meta servizzi tal-ferrovija eżistenti jservu r-rotta mbassra b'ħin ta' l-ivvjaġġar ta' inqas minn tliet sigħat;
c)
it-tariffi ta' l-ajru u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu kkwotati lill-utenti;
d)
l-effett konġunt tat-trasportaturi bl-ajru kollha li joperaw jew li huma maħsuba li joperaw fuq ir-rotta.
8. Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' obbligazzjoni tas-servizz pubbliku m'għandhiex tkun aktar kmieni mid-data tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6.
9. Obbligazzjoni tas-servizz pubbliku għandha titqies li skadiet jekk l-ebda servizz ta' l-ajru skedat ma jkun tħaddem tul perjodu ta' aktar minn tnax-il xahar fir-rotta soġġetta għal obbligazzjoni bħal din.
10. Fil-każ ta' interruzzjoni għall-għarrieda tas-servizz mit-trasportatur bl-ajru magħżul skond l-Artikolu 19, l-Istat Membru kkonċernat jista', f'każ ta' emerġenza, jagħżel bi ftehim reċiproku trasportatur bl-ajru differenti biex jopera l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku għal perjodu sa xitt xhur, li ma jistax jiġġedded, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
a)
kull kumpens imħallas mill-Istat Membru għandu jsir skond l-Artikolu 19(8);
b)
l-għażla għandha ssir minn fost it-trasportaturi ta' l-jaru tal-Komunità konformi mal-prinċipji tat-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni.
Il-Kummissjoni u l-Istat(i) Membru(i) għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien dwar il-proċedura ta' emerġenza u r-raġunijiet għaliha. Fuq talba ta' Stat Membru jew, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista', fi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2), tissospendi din il-proċedura jekk tqis li din ma tkunx tissodisfax il-ħtiġiet ta' dan il-paragrafu 1 jew tkun mod ieħor kuntrarja għal leġiżlazzjoni tal-Komunità.
Artikolu 19
Proċeduri ta' offerta pubblika għall-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku
1. L-offerta pubblika meħtieġa fl-Artikolu 18(5) għandha titmexxa skond il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 11.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika t-test sħiħ tas-sejħa għall-offerti lill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika is-sejħa għall-offert b'avviż ta' tagħrif fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L-iskadenza għal tfigħ l-offerti m'għandhiex tkun aktar kmieni minn xahrejn wara jum il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' tagħrif bħal dan. Fil-każ li l-offerta tikkonċerna rotta li l-aċċess għaliha ġie diġà limitat għal trasportatur wieħed skond l-Artikolu 18(4), is-sejħa għall-offert se tkun ippubblikata mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-konċessjoni ġdida sabiex tippermetti li tiġi vvalutata l-ħtieġa kontinwata ta' l-aċċess ristrett.
4. L-avviż ta' tagħrif għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a) Stat(i) Membru(i) kkonċernat(i);
(b)
Rotta kkonċernata;
c)
il-perjodu ta' validità tal-kuntratt;
d)
l-indirizz komplut fejn it-test u kull informazzjoni relevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta ma' l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien u bla ħlas mill-Istat Membru kkonċernat;
(e)
Id-data ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti.
5. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw mingħar dewmien u bla ħlas kull tagħrif u dokumenti rilevanti mitluba mill-parti interessata fl-offerta pubblika.
6. Is-sejħa għall-offerti u l-kuntratt sussgewenti għandu jkopri, inter alia, il-punti li ġejjin:
ir-regoli dwar l-emendi u t-terminazzjoni tal-kuntratt, b'mod partikolari biex jieħu in konsiderazzjoni tibdiliet li ma kinux imbassra;
c)
il-perjodu ta' validità tal-kuntratt;
d)
is-sanzjonijiet fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt;
e)
parametri oġġettivi u trasparenti li fuq il-bażi tagħhom għandu jinħadem il-kumpens, jekk hemm, għar-rilaxx ta' l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku.
7. L-għażla fost is-sottomissjonijiet għandha ssir kemm jista' jkun malajr meta wieħed jikkonsidra l-adekwatezza tas-servizz, inklużi l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu ikunu kwotati lejn l-utenti, u l-ispiża tal-kumpens meħtieġ mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), jekk ikun hemm.
8. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jikkumpensaw trasportatur bl-ajru, li jkun magħżul bi qbil mal-paragrafu 7, li jissodisfa l-istandards meħtieġa minn obbligu ta' servizz pubbliku impost skond l-Artikolu 18. Dak il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ammont meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż netti mġarrba fir-rilaxx ta' kull obbligazzjoni tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqies id-dħul marbut miegħu li jinżamm mit-trasportatur bl-ajru u qliegħ raġonevoli.
9. Il-Kummissjoni għandha tkun ikunu infurmata mingħajr dewmien dwar ir-riżultati ta' l-offerta pubblika u dwar l-għażla permezz ta' avviż mill-Istat Membru li jinkludi l-informazzjoni li ġejja.
a)
numri, ismijiet u informazzjoni korporattiva ta' min qed jitfa' l-offert;
b)
elementi operattivi fl-offerti;
c)
kumpens mitlub fl-offerti;
d)
isem min ingħażel.
10. Fuq talba ta' Stat Membru jew inizjattiva tiegħub stess, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati membri jikkomunikaw, fi żmien xahar, kull dokumenti rilevanti marbut ma' l-għażla ta' trasportatur bl-ajru għat-tħaddim ta' l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku. Fil-każ li d-dokumenti mitluba ma jkunux ikkomunikati qabel id-data ta' l-għeluq, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi s-sejħa għall-offerti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2).
Artikolu 20
Eżaminazzjoni ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jassiguraw li kull deċiżjoni meħuda taħt l-Artikoli 18 u 19 tkun tista' tiġi riveduta b'mod effettiv u, b'mod partikolari, malajr kemm jista jkun possibbli għal raġunijiet li dawk id-deċiżjonijiet ikunu kisru liġi tal-Komunità jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi.
B'mod partikolari, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati membri jikkomunikaw, fi żmien xahrejn:
a)
dokument li jiġġustifika l-ħieġa ta' l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku u l-konformità tagħha mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 18,
b)
analiżi ta' l-ekonomija tar-reġjun,
c)
analiżi tal-proporzjonalità bejn l-obbligazzjoni mbassra u l-ħtiġijiet ta' l-iżvilupp ekonomiku;
d)
analiżi tas-servizz ta' l-ajru eżeistenti, jekk ikun hemm, u ta' modi oħra ta' trasport disponibbli li jistgħu jitqiesu bħala sostituti għall-impożizzjoni maħsuba ta' obbligu ta' servizz pubbliku;
2. Fuq talba ta' Stat Membru li jikkonsidra li l-iżvilupp ta' rotta qiegħed ikun ristrett b'mod mhux xieraq permezz tal-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 18 u 19, jew fuq l-inizzjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tagħmel investigazzjoni u fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2) għandha tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-fatturi kollha relevanti dwar jekk l-Artikoli 18 u 19 għandhomx jibqgħu japplikaw għar-rigward tar-rotta f'dak il-każ.
Sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni, l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi dwar miżuri interim inkluża s-sospensjoni, sħiħa jew parzjali, ta' l-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku.
Artikolu 21
Distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti u l-eżerċitar ta' drittijiet tat-traffiku
1. L-eżerċitar ta' drittijiet tat-traffiku għandu jkun suġġett għal regoli ippubblikati ta' l-operazzjoni tal-Komunità, nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jirreferu għas-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-allokazzjoni ta' slotts.
2. Stat Membru, wara konsultazzjoni mat-trasportaturi bl-ajruu l-ajruporti kkonċernati, jista' jirregola mingħajr diskriminazzjoni bejn destinazzjonijiet fil-Komunità jew għal raġunijet ta' nazzjonalità jew ta' l-identità tat-trasportaturi bl-ajru, id-distribuzzjoni tat-traffiku ta' l-ajru bejn ajruporti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
a)
l-ajruporti jaqdu l-istess belt jew jaqdu konurbazzjoni li kollha kemm huma jkunu fiha;
b)
l-ajruporti jkunu moqdija minn infrastruttura tat-trasport xierqa li tagħmilha possibbli li wieħed jasal l-ajruport, billi juża t-trasport pubbliku, fi żmien siegħa; u
c)
l-ajruporti jkunu maqgħuda ma' xulxin u mal-belt jew konurbazzjoni li jkunu qed jaqdu jkunu maqgħuda ma' xulxin b'servizzi tat-trasport pubbliku li jkunu frekwenti, affidabbli u effiċjenti.
Kull deċiżjoni biex tirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku ta' l-ajru bejn l-ajruporti għandha tirrispetta l-prinċipji tal-propozrjonalità u tat-trasparenza, u għandha tissejjs fuq kriteji oġġettivi.
3. Bla ħsara għar-regoli tad-distribuzzjoni tat-traffiku eżeistenti qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istat membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jirregoa d-distribuzzjoni tat-traffiku ta' l-ajru jew li jbiddel regola tad-distribuzzjoni tat-traffiku eżistenti.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 u, fi żmien xahar minn meta tirċievi din it-talba, u wara li tikkonsulta l-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 28(2), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru jistax ikompli japplika l-miżuri.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u l-miżuri m'għandhomx jiġu applikati qabel il-pubblikazzjoni ta' l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 22
Miżuri ta' emerġenza
1. Stat Membru jista' jirrifjuta, jillimita jew jimponi kundizzjonijiet fuq l-eżerċitar tad-drittijiet tat-traffiku biex jitratta ma' problemi li jinqalgħu għall-għarrieda ta' tul qasir li jirriżultaw minn ċirkostanzi li ma jistgħux jitbassru u li ma jistgħux jiġu evitati. Azzjoni bħal din għandha tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trasparenza u għandha tissejjes fuq kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji.
Jekk il-problemi li jkunu ħtieġu dik l-azzjoni jkomplu jeżistu għal aktar minn 14-il jum l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan u jista', bil-ftehim tal-Kummissjoni, jtawwal l-azzjoni għal aktar perjodi sa 14-il jum.
2. Fuq talba ta' l-Istat(i) Membru(i) involut(i) jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tissospendi din l-azzjoni jekk din ma tkunx tissodisfax il-ħtiġiet tal-paragrafi 1 jew tkun mod ieħor kuntrarja għal liġi tal-Komunità.
Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet dwar l-Ipprezzar
Artikolu 23
L-Ipprezzar
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, dan il-Kapitolu ma japplikax għal:
a)
għal nolijiet u rati ta' l-ajru mitluba minn trasportaturi bl-ajru apparti minn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità;
b)
għal nolijiet u rati ta' l-ajru stabbiliti permezz ta' l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku, b'konformità mal- Kapitolu III.
Artikolu 24
Il-Libertà ta' l-Ipprezzar
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 18(1) u 25, trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għandhom jistabbilixxu nollijiet ta' l-ajru u rati għal servizzi Komunitarji b'mod ħieles.
2. Minkejja d-dipsożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri ma jistgħux jiddiskriminaw fuq baż ta' nazzjonalità jew identità ta' trasportatur bl-ajru f'li jħallu lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità jistipulaw nollijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru bejn it-territorju tagħhom u pajjiż terz. Kull restrizzjoni li baqa' fuq l-ipprezzar, inkluż fir-rigward ta' rotot lejn pajjiżi terzi, li toħroġ minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri hija b'hekk sospiża.
█
Artikolu 25
Informazzjoni u non-diskriminazzjoni
1.Dan l-Artikolu għandu japplika għal titjiriet li jitilqu minn ajruport li qiegħed fit-territorju ta' Stat Membru u għal titjiriet imwettqa minn trasportatur bl-ajru tal-Komunità li jitlaq minn ajruport li qiegħed f'pajjiż terz lejn ajruport li qiegħed fit-territorju ta' Stat Membru, ħlief jekk it-trasportaturi bl-ajru ma jkunux suġġetti għall-istess obbligi f'dak il-pajjiż terz.
2. Trasportaturi bl-ajru li joperaw ġewwa l-Komunità għandhom jipprovdu lill-pubbliku ġenerali, b'informazzjoni komprensiva dwar in-nollijiet u r-rati ta' l-ajru tagħhom skond l-Artikolu 2(18) u (19) u l-kundizzjonijiet mehmuża, u dwar it-taxxi, it-tariffi, it-tariffi addizzjonali (surcharges) u l-ħlasijiet kollha applikabbli li m'humiex evitabbli li jimponu għall-benefiċċju ta' partijiet terzi.
Nollijiet ta' l-ajru ppubblikati fi kwalunkwe forma, inklużi fuq l-internet, li huma indirizzati direttament jew indirettament lill-pubbliku li qed jivvjaġġa għandhom jinkludu t-taxxi, it-tariffi li m'humiex evitabbli, it-tariffi addizzjonali u l-ħlasijiet kollha applikabbli li jkunu magħrufa fil-ħin tal-pubblikazzjoni. In-nollijiet ta' l-ajru m'għandhomx jinkorporaw spejjeż li fir-realtà t-trasportaturi bl-ajru ma jkunux għamlu.
Supplimenti tal-prezz mhux obbligatorji għandhom ikunu kkomunikati b'mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu fil-bidu ta' kwalunkwe proċess ta' booking u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-passiġġier għandha tkun fuq bażi "opt-in". Qbil impliċitu li jiġu aċċettati tali supplimenti għandu jkun null u bla effett.
L-ispejjeż kollha li m'humiex parti min-noll ta' l-ajru u li m'humiex imposti mit-trasportaturi bl-ajru li joperaw fil-Komunità jridu jkunu riklamati b'mod komprensiv mill-"bejjiegħ tal-biljetti" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 (d) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta' l-ajru li topera(10).
3. Trasportaturi bl-ajru għandhom jippermettu aċċess għal nollijiet ta' l-ajru mingħajr ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta' residenza tal-passiġġier jew il-post ta' l-istabbiliment ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar fi ħdan il-Komunità.
Trasportaturi bl-ajru m'għandhomx jimponu regoli fuq il-passiġġieri u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar li fil-prattika jillimitaw l-aċċess liberu u indaqs tagħhom għal nollijiet ta' l-ajru.
4.Għall-implimentazzjoni ta' l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2 u 3, it-trasportaturi bl-ajru għandhom jirriklamaw in-nollijiet u r-rati ta' l-ajru tagħhom u l-kundizzjonijiet mehmuża, u t-taxxi, it-tariffi u l-ħlasijiet kollha applikabbli li jimponu għall-benefiċċju ta' partijiet terzi, bl-użu tal-kategoriji li ġejjin:
–
taxxi u tariffi u dazji oħra ta' l-Istat,
–
tariffi, dazji, ħlasijiet u spejjeż oħra għall-benefiċċju tal-linji ta' l-ajru,
–
tariffi, dazji, ħlasijiet u spejjeż oħra għall-benefiċċju ta' l-operaturi ta' l-ajruport.
5.Il-konsumaturi għandhom jingħataw analiżi sħiħa ta' kwalunkwe taxxa, ħlas u tariffa miżjuda mal-prezz tal-biljett.
Artikolu 26
Trasparenza fit-tariffi
Fejn l-ispejjeż tas-sigurtà fl-ajruport jew abbord ikunu nklużi fil-prezz tal-biljett ta' l-ajru, dawk l-ispejjeż għandhom jintwerew separatament fuq il-biljett jew ikunu indikati b'mod ieħor lill-passiġġier. Taxxi u tariffi tas-sigurtà, kemm jekk imposti minn Stati Membri jew minn trasportaturi bl-ajru jew entitajiet, għandhom ikunu trasparenti u għandhom jintużaw esklussivament biex jitħallsu l-ispejjeż tas-sigurtà fl-ajruport jew abbord l-inġenju ta' l-ajru.
Artikolu 27
Pieni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformita? mar-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu u għandhom jistipulaw pieni għall-ksur tagħhom. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Kapitolu V
Dispożizzjonijiet Finali
Artikolu 28
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE║, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
║
Artikolu 29
Il-kooperazzjoni u d-dritt għall-kisba ta' l-informazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fl-applikazzjoni u fil-monitoraġġ ta' dan ir-Regolament.
2. Sabiex twettaq id-doveri tagħha permezz ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni tista' takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Istati Membri , li għandom jassiguraw ukoll l-għoti ta' l-informazzjoni mit-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati mill-awtoritajiet tal-liċenzjar kompetenti tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw kunfidenzjalità approprjata ta' l-informazzjoni riċevuta minnhom bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 30
Taħsir
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2407/92, 2408/92 u 2409/92 huma mħassra.
Ir-referenzi għar-Regolamenti abbrogati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 31
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
L-informazzjoni li għandha tingħata fil-kuntest ta' l-Artikoli 5 u 8
1. Informazzjoni li għandha tingħata għal min qed japplika għall-ewwel darba minn perspettiva ta' saħħa finanzjarja
1.1. Il-kontijiet ta' l-immaniġar interni l-aktar riċenti u, jekk disponibbli, kontijiet verifikati għas-sena finanzjarja ta' qabel.
1.2. Kull balance sheet ipproġettat, inkluż il-kont tal-profitt u tat-telf, għat-tliet snin ta' wara.
1.3. Il-bażi għall-ispiża proġettata u ċ-ċifri ta' dħul dwar dawk l-oġġetti bħal karburant, tariffi u rati, salarji, manutenzjoni, depreciation, it-tibdil fir-rata tal-kambju, l-ispejjeż ta' l-ajruport, assigurazzjoni, eċċ. It-tbassir tat-traffiku/dħul.
1.4. Dettalji dwar l-ispejjez tal-bidu li jkunu saru għall-perjodu mis-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni sal-bidu ta' l-operazzjonijiet u spjega ║dwar l-iffinanzjar ta' dawn l-ispejjeż.
1.5. Dettalji ta' sorsi ta' finanzi eżistenti u proġettati.
1.6. Dettalji ta' shareholders, inkluż nazzjonalità u tip ta' sehem li għandu jinżamm, u l-Artikoli ta' l-Assoċjazzjoni. Jekk parti ta' grupp ta' impriżi, informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' bejniethom.
1.7. Id-dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus ipproġettat u pjanijiet ta' likwidità għall-ewwel tliet snin ta' ħidma.
1.8. Dettalji tal-iffinanzjar tax-xiri/kiri ta' ajruplani inkluż, fil-każ ta' kiri, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt.
2. Informazzjoni li għandha tingħata għall-istima tas-saħħa finanzjarja kontinwa tal-persuni fil-pussess ta' liċenza eżistenti li jkunu qed jippjanaw bidla fl-istrutturi tagħhom jew fl-attivitajiet tagħhom b'kull piż sinifikanti fuq il-finanzi
2.1. Jekk meħtieġ, il-karta tal-bilanċ ta' l-immaniġġar intern l-aktar riċenti u kontijiet verifikati għas-sena finanzjarja ta' qabel.
2.2. Dettalji preċiżi ta' kull tibdil propost e.ż. bidla fit-tip ta' servizz, takeover jew għaqda proposta, modifiki fil-kapital ta' l-ishma, tibdil fl-azzjonisti, eċċ.
2.3. Kull karta tal-bilanċ ipproġettata, b'kont tal-profitt u tat-telf, għas-sena finanzjarja kurrenti, inkluż kull tibdila proposta fl-istruttura jew fl-attivitajiet li jkollhom kull piż sinifikanti fuq il-finanzi.
2.4. Spiża passata u proġettata u ċifri tad-dħul dwar dawk l-oġġeti bħal karburanti, tariffi u rati, salarji, manutenzjoni, deprezzament, it-tibdil fir-rati tal-kambju, l-ispejjeż ta' l-ajruport, assigurazzjoni, eċċ. It-tbassir tat-traffiku/dħul.
2.5. Dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus u pjanijie ta' likwidità għas-sena ta' wara, inkluż kull tibdil propost fl-istruttura jew fl-attività li jkunu ta' piż sinifikanti fuq il-finanzi.
2.6. Dettalji tal-iffinanzjar tax-xiri/kiri ta' ajruplani inkluż, fil-każ ta' kiri, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt.
3. Informazzjoni li għandha tingħata għal stima tas-saħħa finanzjarja kontinwa tal-persuni fil-pussess ta' liċenza eżistenti
3.1. Kontijiet verifikati mhux aktar minn sitt xhur wara l-għeluq tal-perjodu rilevanti u, jekk meħtieġ, il-karta tal-bilanċ ta' l-immaniġġar intern l-aktar riċenti.
3.2. Kull karta tal-bilanċ ipproġetta, inkluż kont tal-profitt u tat-telf, għas-sena ta' wara.
3.3. Spiża passata u proġettata u ċifri tad-dħul dwar dawk l-oġġeti bħal karburanti, tariffi u rati, salarji, manutenzjoni, deprezzament, it-tibdil fir-rati tal-kambju, l-ispejjeż ta' l-ajruport, assigurazzjoni, eċċ. It-tbassir tat-traffiku/dħul.
3.4. Dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus u pjanijiet ta' likwidità għas-sena ta' wara.