Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2015(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0217/2007

Testi mressqa :

A6-0217/2007

Dibattiti :

PV 12/07/2007 - 3
CRE 12/07/2007 - 3

Votazzjonijiet :

PV 12/07/2007 - 6.15
CRE 12/07/2007 - 6.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0355

Testi adottati
PDF 347kWORD 97k
Il-Ħamis, 12 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Mandat għal negozjati: ftehima msaħħa KE-Ukraina
P6_TA(2007)0355A6-0217/2007

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 lill-Kunsill dwar mandat għal negozjati għal ftehim ġdid u msaħħaħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra (2007/2015(INI))

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Michał Tomasz Kaminski f'isem il-Grupp UEN dwar il-mandat għal negozjati għal ftehim ġdid u msaħħaħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (B6-0022/2007),

-   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta" Jannar 2007 biex jinfetħu negozjati ma" l-Ukraina dwar ftehim ġdid u msaħħaħ,

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukraina, b'mod partikulari dik tat-13 ta' Jannar 2005 dwar ir-riżultati ta' l-elezzjonijiet presidenzjali(1), dik tas-6 ta' April 2006 dwar l-elezzjonijiet parlamentari(2) u dik tad-19 ta' Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat(3),

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta" Mejju 2004 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2004)0373) u l-Komunikazzjoni riċenti mill-Kummissjoni ta" l-4 ta" Diċembru 2006 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726),

-   wara li kkunsidra l-Pjan ta" Azzjoni UE-Ukraina adottat b'mod konġunt fil-21 ta" Frar 2005 u r-Rapport riċenti tal-Kummissjoni dwar il-Progress fil-Politika Ewropea tal-Viċinat ta" l-4 ta" Diċembru 2006 dwar l-Ukraina (SEC(2006)1505/2),

-   wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tas-Samit ta' bejn l-UE u l-Ukraina ta' l-1 ta' Diċembru 2005 u l-Istqarrija Konġunta tas-Samit ta' bejn l-UE u l-Ukraina tas-27 ta' Ottubru 2006,

-   wara li kkunsidra l-assistenza lill-Ukraina li se tingħata skond l-Istrument Ewropew ta" Viċinat u Sħubija(4) biex tkun appoġġjata l-aġenda ta" riforma ta" l-Ukraina,

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 49 tat-Trattat UE,

-   wara li kkunsidra l-firma fit-18 ta' Ġunju 2007 tal-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-visas u dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' l-immigranti illegali,

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 83(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0217/2007),

A.   billi l-Ukraina għandha rabtiet storiċi, kulturali u ekonomiċi b'saħħithom ma" l-Unjoni Ewropea u billi hija waħda mill-imsieħba ewlenin ta" l-UE fil-viċinat tal-Lvant tagħha, filwaqt li għandha influwenza kbira fuq is-sigurtà, l-istabilità u l-prosperità tal-kontinent kollu,

B.   billi l-Ukraina adottat pakkett importanti ta' liġijiet u emendi legali meħtieġa biex hi ssir membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

C.   billi fir-Rapport fuq imsemmi tal-Kummissjoni dwar il-Progress ta' l-ENP ta' l-2006 irrikonoxxiet il-passi konsiderevoli meħuda mill-Ukraina sabiex jiġi konsolidat rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, iżda ddikjarat li jridu jitjiebu l-isforzi lejn ir-riforma,

D.   billi l-Ukraina ddikjarat il-volonta? tagħha biex issegwi d-direzzjoni ta' l-integrazzjoni Ewropea u biex issir Stat Membru ta' l-UE, u billi dan il-għan ikompli jiġi appoġġjat minn konsensus mill-parteċipanti kollha fuq il-pjattaforma politika tagħha,

E.   billi l-Parlament stieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jagħtu lill-Ukraina perspettiva Ewropea ċara,

F.   billi l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet l-aspirazzjonijiet Ewropej ta' l-Ukraina u laqgħet l-għażla Ewropea ta' l-Ukraina fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2005 u fil-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, li ma teskludix, fil-ġejjieni, perspettiva Ewropea ċara,

G.   billi fid-deċiżjoni tagħha dwar il-mandat ta' negozjazzjoni, il-Kunsill ikkunsidra l-bini ta' relazzjoni aktar mill-viċin ma' l-Ukraina; billi, pero?, kienet tkun aħjar kieku kienet tinkludi perspettiva tanġibbli u tispeċifika l-forma ta' relazzjoni li l-ftehim se jistabbilixxi,

H.   billi l-ftehim l-ġdid għandu jimmotiva lill-Ukraina biex twettaq riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali oħra, u biex tinforza mill-ġdid il-koperazzjoni bejn iż-żewġ imsieħba,

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill biex jiftaħ negozjati dwar ftehim ġdid bil-għan li tissaħħaħ il-koperazzjoni politika u li tinkiseb l-integrazzjoni ekonomika gradwali ta' l-Ukraina fis-suq intern ta' l-Unjoni Ewropea;

2.  Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward it-tensjonijiet politiċi attwali, u jistieden lill-parteċipanti involuti kollha biex iżommu mal-ftehim milħuq fis-27 ta' Mejju 2007, u biex ifasslu soluzzjoni politika komprensiva u sostenibbli li tinvolvi lill-partijiet kollha, filwaqt li żżomm lill-Ukraina fit-triq li twassal għall-integrazzjoni Ewropea;

3.  Jistieden lit-tmexxija Ukraina kif ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li n-negozjati li bdew f'Marzu 2007 jitkomplew; madankollu jemmen li qabel ma jiġu konklużi n-negozjati, u qabel ma tiġi stabbilita relazzjoni aktar mill-viċin bejn l-UE u l-Ukraina, il-kriżi attwali għandha tiġi solvuta b'mod paċifiku, is-sistema ta' kontrolli u bilanċi għandha tiġi restawrata u għandu jkun żgurat l-infurzar ta' l-istat ta' dritt;

4.  Jirrikonoxxi li l-Ukraina u l-UE rnexxielhom iwettqu x-xogħol previst fil-Ftehim ta" Sħubija u Koperazzjoni (PCA) u approfittaw mill-possibiltajiet mogħtija minn dak il-format; huwa konvint li l-livell ta" koperazzjoni bejn l-Ukraina u l-UE u l-irwol ta" l-Ukraina fi kwistjonijiet Ewropej kontemporanji jeħtieġu format ġdid ta" relazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-impenji tal-PCA;

5.  Huwa konxju mill-importanza essenzjali ta' simboli u perspettivi fl-iżgurar ta' appoġġ pubbliku għall-implimentazzjoni ta' aġenda ta' riforma ambizzjuża; jemmen li n-negozjati għandhom iwasslu għall-konklużjoni ta' ftehima ta' assoċjazzjoni li tikkontribwixxi b'mod effiċjenti u kredibbli għall-perspettiva Ewropea ta' l-Ukraina u tiftaħ il-proċess korrispondenti inkluża l-possibbiltà ta' adeżjoni;;

6.  Huwa tal-fehma li l-ħeffa u l-profondità ta' dan il-proċess Ewropew komuni jridu jikkorispondu mill-qrib ma' l-abilità li tinġieb ir-riforma fl-Ukraina u fl-UE;

7.  Huwa tal-fehma li l-konklużjoni tal-ftehim ġdid għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 310 tat-Trattat KE;

8.  Huwa tal-fehma li l-ftehim għandu jipprevedi l-iżvilupp tar-relazzjoni fi stadji progressivi, filwaqt li jiġu stipulati kundizzjonijiet konkreti u skadenzi li jridu jkunu rispetatti; jitlob li tkun stipulata reviżjoni tal-ftehim, sabiex jitqiesu żviluppi dinamiċi fl-Ukraina u fir-relazzjoni bilaterali;

9.  Jistieden lill-mexxejja politiċi ta" l-Ukraina biex jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni qawwija ta" riformi, u jappella lil dawk kollha involuti fil-politika u fis-soċjetà ċivili fl-Ukraina biex jistinkaw biex jistabbilixxu konsensus politiku wiesa" favur sitwazzjoni kostituzzjonali stabbli u favur riformi li għandhom ikunu fil-bażi ta' l-aspirazzjonijiet Ewropej ta" pajjiżhom; jirrakkomanda l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ukraina l-ġdida dwar il-partiti politiċi u l-iffinanzjar tal-kampanji politiċi bi qbil mal-prassi ta' l-UE; kif ukoll leġiżlazzjoni ċara li tissepara l-kummerċ mill-poter u tirregola l-kunflitt ta' interessi;

10.  Jinkoraġġixxi l-mexxejja ta' l-Ukraina biex jibqgħu fidili lejn l-impenji tagħhom favur il-prinċipji ta' libertà, demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ġew difiżi mill-poplu ta' l-Ukraina fl-Diċembru 2004;

11.  Jitlob lill-Gvern ta' l-Ukraina biex jenfasizza l-importanza li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-bżonn biex wieħed ikompli jirriforma s-servizz ċivili fuq il-bażi ta' l-istandards Ewropej, sabiex tiġi promossa t-trasparenza u tiżdied ir-responsabilizzazzjoni tal-korpi amministrattivi statali billi jiġi adottat il-qafas leġiżlattiv relevanti;

12.  Jenfasizza, fir-rigward ta' l-isfidi li se tiffaċċja l-Ukraina meta timplimenta l-impenji tagħha li jirriżultaw mill-ftehim, li għandu jittieħed vantaġġ mir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja 2007-2013 u ta' l-Istrument għall-Viċinat u Sħubija Ewropea ppjanat għall-2008-2009, b'tali mod li tiżdied l-assistenza finanzjarja ta' l-UE għall-Ukraina, li bħalissa hija pjuttost ta' livell baxx f'termini per capita; iħeġġeġ lill-Ukraina biex tipparteċipa b'mod aktar effiċenti fi proġetti Ewropej;

13.  Jenfasizza l-importanza ta' koperazzjoni multilaterali fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jitlob li titwaqqaf Komunità bejn l-UE u l-Baħar l-Iswed, skond id-Dimensjoni Nordika, biex jittejjeb u jiġi inkoraġġut iktar djalogu bil-għan li jiġi stabbilit viċinat iktar stabbli, sikur u demokratiku, u jirrikonoxxi l-irwol vitali li l-Ukraina għandu jkollha f'inizjattivi bħal dawn, speċjalment fl-oqsma tal-koperazzjoni ekonomika, tas-sigurtà enerġetika, tal-migrazzjoni u ta' l-ambjent;

14.  Jilqa' d-deċiżjoni mill-UEFA biex il-Polonja u l-Ukraina jingħataw f'idejhom l-organizzazzjoni konġunta tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-2012; jaraha bħala espressjoni ta' fiduċja kbira fl-Ukraina bħala membru ta' valur għall-komunita? demokratika Ewropea, u jemmen li din se tipprovdi lit-tmexxija Ukraina b'impetu ieħor biex tikseb ir-riformi;

15.  Jenfasizza l-irwol importanti li għandu l-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Ukraina biex jippromwovi l-koperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, u jħeġġeġ iktar tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina; jitlob lid-diversi istituzzjonijiet ta' l-UE biex itejbu l-koordinazzjoni tal-politiki tagħhom favur l-Ukraina;

16.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill u jitolbu biex jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tikkunsidrahom fit-twettiq tan-negozjati:

   a) jiġbed l-attenzjoni ta' l-imsieħba tiegħu Ukraini għall-ħtieġa biex jiġu konsolidati aktar il-pedamenti tad-demokrazija liberali, b'mod partikulari sa fejn huma konċernati sistema kostituzzjonali stabbli, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet individwali, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi demokratiċi ta' kontroll, inkluża soċjeta? ċivili b'saħħitha, u l-ankrar fis-sod ta' l-Istat ta' Dritt; ifakkar f'dan ir-rigward fir-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja relatati ma' l-Ukraina, li ħafna minnhom għad iridu jiġu implimentati;
   b) jistieden lill-awtoritajiet Ukraini biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex jeżerċitaw diliġenza xierqa fl-iżgurar tad-drittijiet tan-nisa għall-ugwaljanza, il-ħajja, il-liberta? u s-sigurta?, u l-ebda tolleranza għad-diskriminazzjoni, it-tortura u t-trattament krudili, diżuman u degradanti;
   c) jinnota li l-aspetti ewlenin għall-istabbilizzazzjoni ta' l-Ukraina huma s-separazzjoni tas-setgħat politiċi minn dawk ekonomiċi, il-qerda tal-korruzzjoni, l-istabbiliment tat-trasparenza fil-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku, u l-garanzija ta" ġudikatura indipendenti; iħeġġeġ lill-Ukraina biex timplimenta u tinforza miżuri ta' kontra l-korruzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-prevenzjoni ta' ġurisdizzjonijiet legali li jikkompetu fil-liġi Ukraina; jappoġġja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' riforma amministrattiva komprensiva; jenfasizza l-ħtieġa għal implimentazzjoni effettiva tal-Pjan ta' Azzjoni revedut fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;
   d) jesprimi t-tħassib tiegħu dwar allegazzjonijiet ta' trattament mhux xieraq u tortura mill-pulizija ta' detenuti bil-għan li jakkwistaw konfessjonijiet ta' ħtija, u jistieden lill-awtoritajiet ta' l-Ukraina biex jimplimentaw b'mod sħiħ il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig Ieħor Krudili, Inuman jew Degradanti;
   e) jiżdied id-djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali, reġjonali u internazzjonali bi qbil ma' l-impenji meħudin mill-Ukraina fil-livell reġjonali u internazzjonali;ikun provdut involviment mill-qrib ta" l-Ukraina fil-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà, kif ukoll fl-iżvilupp ta' koperazzjoni reġjonali fiz-zona tal-Baħar l-Iswed; timmira biex issaħħaħ l-irwol tagħha fir-reġjun tal-Lvant ta" l-Ewropa u titħeġġeġ tkompli l-attivitajiet tagħha kkonċentrati fuq il-promozzjoni ta" l-istabiltà, is-sigurtà u d-demokrazija, kif ukoll ta' l-iżvilupp sostenibbli, fil-viċinat komuni, b'enfasi partikulari fuq il-ftehim ta' konflitti pendenti f'dan ir-reġjun; tittieħed tagħlima mill-koperazzjoni ta' l-Ukraina mal-Missjoni ta' Assistenza mal-Fruntiera ta' l-UE fil-fruntiera tagħha mal-Moldova, waqt li jitfakkar li l-Parlament japprova l-inizjattiva li l-mandat tal-missjoni jkun estiż għal sentejn oħra;
   f) jappoġġja l-intrapriża ħielsa u l-konsolidazzjoni ta' l-ekonomija tas-suq ta' l-Ukraina, u jaħdem fuq l-approssimazzjoni ta' leġiżlazzjoni lejn l-acquis Komunitarju sabiex tiġi mtejba l-klima ta' l-investiment tagħha, b'referenza partikulari għad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li jaħdmu fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta(5) u għad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament ta' proċeduri għall-għotja ta' kuntratti ta' ħidma pubblika, kuntratti ta' forniment pubbliku, u kuntratti ta' servizz pubbliku(6), u permezz ta' l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-finanzjament ta' proġett, u l-kontribuzzjoni għall-potenzjal tiegħu għat-tkabbir; jenfasizza li s-soluzzjoni biex jiġi attirat l-investiment barrani għall-Ukraina hija t-twaqqif ta' klima ta' investiment soda, stabbli u prevedibbli, u jħeġġeġ lill-Gvern ta' l-Ukraina biex ikompli bl-implimentazzjoni tar-riformi legali u ġudizzjarji tagħha u biex tindirizza problemi li għadhom ma ġewx solvuti, dwar ir-rimbors tal-VAT u l-kontrolli fuq l-esportazzjoni, bħala kwistjoni ta' prijorita?; jistieden lill-Istati Membri li għadhom impjegati tas-servizz ċivili ta' esperjenza, b'sengħa lingwistika adegwata, biex jidħlu f'arranġamenti ta' ġemellaġġ, bil-ħsieb li jagħtu parir lill-kontrapartijiet Ukraini tagħhom dwar l-acquis communautaire ta' l-UE;
   g) jinnota l-ħtieġa li jitwaqqaf qafas regolatorju stabbli li għandu jiżgura l-ħolqien ta' ekonomija tas-suq kompetittiva bbażata fuq il-prinċipju ta' drittijiet tal-proprjetà, bħala fattur marbut b'mod strett mal-perspettiva Ewropea ta' l-Ukraina;
   h) jilqa' t-twaqqif tal-Kummissjoni bejn l-Aġenziji għall-Ġlieda kontra l-Akkwisti Illegali u l-Ħtif ta' Intrapriżi; jinkoraġġixxi l-Gvern biex jieħu azzjoni konkreta, permezz tar-riformi meħtieġa ta' leġiżlazzjoni ta' l-intrapriżi u tal-ġudikatura, biex jelimina t-theddida ta' akkwisti illegali u l-ħtif ta' intrapriżi;
   i) jistipula pjan konkret għall-istabbiliment gradwali ta' Zona ta' Kummerċ Ħieles komprensiva u fil-fond, biex ikun ibbażat fuq bażi regolatorju komuni u biex ikopri kważi l-kummerċ kollu fi prodotti, servizzi u kapital bejn l-UE u l-Ukraina; jistieden lill-partijiet kollha biex jinkludu kemm jista' jkun il-prodotti agrikoli; f'dan ir-rigward tkun enfasizzata l-importanza li jitwettaq aktar progress mal-proċess ta' riforma regolatorja, b'mod speċjali fl-oqsma tal-politika ta' kompetizzjoni, sussidji ta' l-istat, akkwist pubbliku, tassazzjoni u drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
   j) jitqies għal kollox l-irwol kritiku ta" l-Ukraina fl-iżgurar tas-sigurtà ta' l-enerġija u tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li l-kontroll sħiħ ta" l-Ukraina fuq is-sigurtà ta" l-enerġija tagħha huwa marbut direttament ma" l-istabbiltà politika u mal-prosperità tagħha;
   k) iħeġġeġ, għalhekk, li s-settur ta' l-enerġija ta' l-Ukraina jikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji ta' l-ekonomija u t-trasparenza tas-suq, b'mod partikular sa fejn huma konċernati prezzijiet, aċċess għan-netwerk u effiċjenza; tiġi appoġġjata l-integrazzjoni mgħaġġla ta" l-Ukraina fil-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija; jinnota l-importanza ta' l-iffirmar ta' l-Ukraina fir-rigward tat-Trattat tal-Komunità ta' l-Enerġija; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ li titħaffef il-proċedura ta' l-evalwazzjoni tas-sikurezza nukleari ta' l-impjanti nukleari li joperaw kollha fl-Ukraina, bi qbil mal-programm ta' ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt dwar is-Sikurezza Nukleari; tingħata għajnuna għad-diversifikazzjoni tar-riżorsi ta" l-Ukraina, eż. bl-aċċess dirett għal fornimenti mill-Asja Ċentrali; jissaħħaħ l-irwol strateġiku tagħha bħala pajjiż ta" tranżitu għall-forniment ta' żejt u gass lill-UE, eż. billi tiġi appoġġjata bidla fid-direzzjoni tas-sistema ta" 'pipeline' Odessa-Brody u l-estensjoni tagħha fl-UE; tkun enfasizzata l-ħtieġa biex l-Ukraina tkun involuta fl-iżvilupp tal-proġett ta' 'pipeline' tal-gass ta' Nabucco, biex jitlesta l-kuritur ta' l-enerġija bejn il-Baħar Kaspju u l-Baħar l-Iswed u biex il-grid ta' l-elettriku ta' l-Ukraina jingħaqad man-netwerk UCTE; jinsisti għat-tisħiħ tal-koperazzjoni ta' l-enerġija fil-qafas ta' l-Alleanza tal-Ġeorġja, l-Ukraina, l-Ażerbajġan u l-Moldova (GUAM);
   l) jenfasizza l-importanza ta' strateġija ta' enerġija sostenibbli għall-Ukraina; jinnota li, wara l-esperjenza tad-diżastru nukleari ta' Chernobyl, u l-iffaċċjar tal-problemi ta' dipendenza ta' importazzjoni li qed tikber u l-isfida tal-bidla fil-klima, l-Ukraina għandha twettaq sforzi maġġuri fir-rigward ta' ffrankar ta' enerġija, effiċjenza fl-enerġija u enerġija li terġa' tiġġedded; juri li l-Ukraina hija waħda mill-aktar pajjiżi enerġikament ineffiċenti fid-dinja u li jekk tikseb standards medji ta' effiċenza il-pajjiż ikun jista' jissodisfa d-domanda interna għall-enerġija; jitlob koperazzjoni teknika f'dan il-qasam bejn l-UE u l-Ukraina, u sabiex din il-koperazzjoni tkun tista' tiġi inkluża fil-ftehim msaħħaħ il-ġdid;
   m) jissaħħaħ il-potenzjal ta" l-Ukraina bħala msieħba ewlenija fl-immaniġġjar ta" flussi ta" migrazzjoni u tal-fruntieri; hemm il-ħsieb ta' aktar passi konġunti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata inkluż l-għoti eventwali ta' 'status privileġġjat' lill-Ukraina fir-rigward ta' l-Europol; tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta" proċess iktar mgħaġġel biex jinħarġu l-viżi u tal-ftehim ta" rijammissjoni; jitfassal l-objettiv ta" l-introduzzjoni ta" sistema ta" vjaġġi mingħajr il-bżonn ta" viża u jittieħdu l-passi meħtieġa biex din isseħħ;
   n) isaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina dwar il-kwistjonijiet ambjentali u jsaħħaħ il-kapaċita? ta' l-Ukraina biex tittratta kwistjonijiet relatati mal-kwalita? ta' l-arja u ta' l-ilma, l-immaniġġar ta' l-iskart, il-ħarsien tan-natura u l-kontaminazzjoni tar-radjazzjoni, li ħafna minn dawn għandhom implikazzjonijiet transkonfinali qawwija; jipprovdi għajnuna teknika u finanzjarja lill-Ukraina fil-proċess ta' approssimazzjoni gradwali għall-acquis ambjentali ta' l-UE u standards ambjentali bbażati fuq il-liġi internazzjonali dwar l-ambjent, inklużi l-Konvenzjoni ta' Espoo ta' l-1991 dwar l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f'kuntest Transkonfinali u mal-Konvenzjoni ta' Berna ta' l-1979 dwar il-Konservazzjoni ta' Ħlejjaq Selvaġġi u Ħabitati Naturali; jipprevedi t-twaqqif ta' mekkaniżmu sostenibbli u li jaħdem b'mod sħiħ biex jippromwovi kuxjenza u protezzjoni ambjentali billi jipprovdi forum għal koperazzjoni bejn il-gvernijiet, is-soċjeta? ċivili/NGOs u s-settur privat fil-viċinat tal-Lvant ta' l-UE;
   o) jistieden lill-mexxejja politiċi ta' l-Ukraina biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Protokoll ta' Kyoto mal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-NU għall-Bidla fil-Klima, b'mod speċjali meta jitqiesu l-possibilitajiet sinifikattivi disponibbli għall-Ukraina biex tuża mekkaniżmi flessibbli skond dan il-Protokoll; appoġġ għal azzjoni konġunta mill-UE u l-Ukraina dwar il-futur tal-Protokoll ta' Kyoto;
   p) jittieħdu provvedimenti għall-parteċipazzjoni ta" l-Ukraina fi programmi u aġenziji Komunitarji sabiex jiżdied l-aċċess tal-politiċi u l-esperti tagħha għan-netwerks Ewropej; jiżdiedu u jikbru l-opportunitajiet għal kuntatti personali, b'mod partikulari għal min hu parti mis-soċjetà ċivili, għall-istudenti u għar-riċerkaturi; tiġi msaħħa l-koperazzjoni fil-kuntest tas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u tkomplija tal-ħidma dwar it-twaqqif/żvilupp ta' djalogu strutturat bejn l-UE u l-Ukraina dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u r-riċerka spazjali;
   q) juri li l-Istati Membri li ssieħbu ma' l-UE fl-2004 u l-2007 għandhom jieħdu rwol attiv fil-mixja ta' l-Ukraina lejn l-Unjoni Ewropea, billi jippermettulha li tibbenefika mill-esperjenzi tagħhom ta' riformi;

17.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżommu lill-korpi responsabbli tiegħu infurmati sew u regolarment dwar il-progress tan-negozjati;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Verkhovna Rada ta' l-Ukraina, lill-Gvern ta' l-Ukraina u lill-President ta' l-Ukraina.

(1) ĠU C 247 E, 6.10.2005, p 155.
(2) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 307.
(3) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.
(4) Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1).
(5) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

Avviż legali - Politika tal-privatezza