Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0026(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0283/2007

Testi mressqa :

A6-0283/2007

Dibattiti :

PV 04/09/2007 - 21
CRE 04/09/2007 - 21

Votazzjonijiet :

PV 05/09/2007 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0372

Testi adottati
PDF 321kWORD 54k
L-Erbgħa, 5 ta' Settembru 2007 - Strasburgu
L-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999) *
P6_TA(2007)0372A6-0283/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (COM(2007)0058 – C6-0084/2007 – 2007/0026(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0058),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0084/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0283/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni(1)   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
PREMESSA 4
(4)  In accordance with Article 6(3) of Regulation (EC) No 1255/1999 aid for private storage of cream shall be granted as a market support measure. Equally, pursuant to Article 7(3) of that Regulation aid for private storage of skimmed milk powder may be granted. Given that the two support measures in practice have been inactive for a long time, even in situations with serious unbalance of the markets for milk fat and proteins, the two measures may be considered obsolete and should be abolished.
(4)  B'konformità ma' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 l-għajnuna għall-ħżin privat ta' krema għandu jingħata bħala miżura ta' appoġġ għas-suq. Bl-istess mod, skond l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament tista' tingħata għajnuna għall-ħżin privat ta' trab tal-ħalib xkumat.
Emenda 2
PREMESSA 8 A (ġdida)
(8a)  Fondi mfaddla mill-baġit ġejjin mill-istandardizzazzjoni għandhom jinżammu fis-settur tal-ħalib. Għandu jiġi stabbilit programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib sabiex jakkumpanja u jappoġġja r-riformi fis-settur tal-ħalib. L-għanijiet tal-programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, appoġġ għall-proċess ta' ristrutturazzjoni għall-produtturi u għal dawk li jipproċessaw il-ħalib li jintlaqtu mil-liberalizzazzjoni dejjem tikber tas-suq, it-tisħiħ ta' miżuri li jappoggawi t-tqegħid fis-suq u miżuri ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni (attivitajiet promozzjonali) għas-settur tal-ħalib, appoġġ sabiex tinżamm u tkun immodernizzata l-produzzjoni tal-ħalib f'kundizzjonijiet diffiċli fir-reġjuni fil-muntanji, u t-tisħiħ tas-sistema ta' tqassim tal-ħalib fl-iskejjel.
Emenda 3
ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (C), PUNT (I)
Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1, inċiż -1 (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
- krema,
Emenda 4
ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (B)
Artikolu 7, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
(b) paragraph 3 is deleted.
imħassar
Emenda 5
ARTIKOLU 1, PUNT 6
Artikolu 14, paragrafu 3, inċiż 2 (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
–  EUR 16,11/100 kg of all milk from 1 August 2007 onwards.
-  EUR 18,15 għal kull 100 kg tal-ħalib kollu, mill-1 ta' Awwissu 2007.
Emenda 6
ARTIKOLU 1, PUNT 6 A (ġdid)
Artikolu 14, paragrafu 4 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
(6a)  Ma' l-Artikolu 14 għandu jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:
"4a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' l-impatt dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel u, f'dan il-kuntest, għandha tikkunsidra alternattivi oħra biex twessa' l-għażla ta' prodotti li jaqgħu taħt l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel. Hawnhekk hija għandha partikolarment tqis prodotti ġodda, innovattivi u tajbin għas-saħħa."
Emenda 7
ARTIKOLU 1, PUNT 6 B (ġdid)
Titolu I, Kapitolu III A (ġdid), Artikolu 15 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
(6b)  Mat-TITOLU I għandu jiżdied dan il-Kapitolu li ġej:
"KAPITOLU IIIA
Programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib
Artikolu 15a
Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008 għandu jiġi stabbilit programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib biex jappoġġja l-miżuri ta' riforma fis-settur tal-ħalib.
L-għanijiet tal-programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib għandhom jinkludu,inter alia:
- appoġġ għall-proċess ta' ristrutturazzjoni fost il-produtturi u dawk li jipproċċessaw il-ħalib li jintlaqtu mil-liberallizzazzjoni dejjem tikber tas-suq;
- it-tisħiħ ta' miżuri li jappoggawi t-tqegħid fis-suq u miżuri ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni (attivitajiet ta' promozzjoni ) għas-settur tal-ħalib;
- iż-żamma u l-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib f'kundizzjonijiet diffiċli fir-reġjuni fil-muntanji;
- it-tisħiħ tas-sistema ta' tqassim tal-ħalib fl-iskejjel."

(1)* Il-Proposta Uffiċjali tal-Kummissjoni għadha mhijiex disponibbli bil-Malti. It-Test bl-Ingliż qed jiġi riprodott għal finijiet ta' informazzjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza