Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fuq ir-rum "tradizzjonali" prodott fid-Dipartimenti extra-Ewropej tagħha u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/166/KE tat-18 ta' Frar 2002 (COM(2007)0318 – C6-0249/2007 – 2007/0131(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0318),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0249/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0318/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.