Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 26 ta' April 2007 - Strasburgu
Simplifikazzjoni tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni***I
 Kumpens għal ċerti prodotti tas-sajd *
 Politika Komuni għas-Sajd (Kunsilli Konsultattivi Reġjonali) *
 Is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità fl-UE
 Informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet ta" Kapaċità għall-Infiq (kalkolu u disseminazzjoni) ***I
 Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri ***I
 Il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd *
 In-Negozjati ta' kuntratt ta' konċessjoni Galileo
 Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika ta' l-UE fir-rigward ta' dan
 Moratorju universali għall-piena tal-mewt
 L-omofobija fl-Ewropa
 Il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006
 Ripressjoni riċenti ta' dimostrazzjonijiet fir-Russja
 Il-Ħtif f'Gaża tal-Ġurnalist tal-BBC Alan Johnston
 Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Filippini
 Żimbabwe

Simplifikazzjoni tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni***I
PDF 286kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikatii u razzjonaliżżati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika (COM(2006)0390 – C6-0242/2006 – 2006/0127(COD))
P6_TA(2007)0157A6-0059/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0390)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tal-Parlament (C6-0242/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0059/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tikkonsulta mal-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-26 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonaliżżati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika

P6_TC1-COD(2006)0127


(Billi intlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkorrispondi ma' l-att leġiżlattiv aħħari, id-Direttiva 2007/30/KE.)

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Kumpens għal ċerti prodotti tas-sajd *
PDF 486kWORD 96k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013 (COM(2006)0740 – C6-0505/2006 – 2006/0247(CNS))
P6_TA(2007)0158A6-0083/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0740)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2), tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0505/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0083/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Titolu
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi tal-Gujana u r-Réunion.
(Din l-emenda tiġi applikata għat-test leġiżlattiv sħiħ.)
Emenda 2
Premessa -1 (ġdida)
(-1) L-ibgħad reġjuni għandhom ekonomiji fraġili, ikkaratterizzati b'fatturi strutturali permanenti li jikkundizzjonaw l-iżvilupp tagħhom u għandhom ftit possibilitajiet ta' diversifikazzjoni ekonomika, li fihom is-settur tas-sajd u l-komunitajiet antiki tas-sajjieda għandhom irwol importanti biex jissalvagwardjaw l-attività ekonomika u l-impjiegi, 'il fuq(upstream) u 'l isfel(downstream), u għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.
Emenda 3
Premessa -1 a (ġdida)
(- 1 a) Il-karatteristiċi speċifiċi u d-differenzi settorjali li jeżistu fl-ibgħad reġjuni għandhom jitqiesu, peress li dawn ta' l-aħħar għandhom bżonnijiet differenti.
Emenda 4
Premessa -1 b (ġdida)
(-1b) Għandha titqies iż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport u spejjeż konnessi, innotati prinċipalment wara l-2003, u dovuti għaż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li taggrava aktar l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-bgħudija.
Emenda 5
Premessa 1
(1)  Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li prinċipalment joriġinaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.
(1)  Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u b'mod partikolari partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.
Emenda 6
Premessa 5
(5)  L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni u partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom, u fl-ebda każ m'għandha taqbeż sehem determinat ta' l-ispejjeż tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll tipi oħrajn ta' interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.
(5)  L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni, jiġifieri mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll tipi oħrajn ta' interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.
Emenda 7
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Għandha tkun ikkunsidrata kif suppost l-importanza soċjo-ekonomika tas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fl-ibgħad reġjuni u tal-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom.
Emenda 8
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  Il-provvista għas-suq Komunitarju għandha tkun awtorizzata, fil-limitu tal-kapaċità tal-produzzjoni attwali, meta l-qabdiet tal-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni ma jkunux biżżejjed għall-provvista ta' l-industrija ta' trasformazzjoni ta' ħut lokali.
Emenda 9
Premessa 6
(6)  Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha.
(6)  Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun mogħtija għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha kif ukoll għall-materji primi użati għall-ipproċessar tal-ħut.
Emenda 10
Premessa 7 a (ġdida)
(7 a)  Tista' tingħata deroga għall-politika tal-Kummissjoni li ma tigix awtorizzata għajnuna ta' l-Istat fil-każ ta' proċessi fis-settur tal-produzzzjoni, tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, li t-Trattat jerreferi għalihom, bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi tas-sajd fl-ibgħad reġjuni, b'riżultat ta' l-iżolazzjoni, l-insularità, d-daqs żgħir, t-topografija u l-klima u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ftit prodotti.
Emenda 11
Premessa 9
(9)  Biex ikun possibli li tittieħed deċiżjoni dwar jekk titkompliex l-iskema tal-kumpens wara l-2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti fi żmien xieraq qabel ma tintemm l-iskema.
(9)  Biex ikun possibli li tiġi riveduta l-iskema tal-kumpens, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha, minn issa sal-31 ta' Diċembru 2011, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti, li turi l-impatt tal-miżuri implimentati fil-qafas ta' dan ir-regolament, u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.
Emenda 12
Artikolu 1, parti introduttorja
Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mir-reġjuni li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):
Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali, li huma riżultat tal-bgħudija, għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mill-ibgħad reġjuni, li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):
Emenda 13
Artikolu 3, paragrafu 1, parti introduttorja
1.  Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd:
1.  Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd tar-reġjuni msemmija f'Artikolu 1:
Emenda 14
Artikolu 3, paragrafu 1, punt c
c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.
c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jipproduċu, jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.
Emenda 15
Artikolu 4, paragrafu 3, punt c a (ġdid)
c a) monitoraġġ.
Emenda 16
Artikolu 4, paragrafu 4, punt b
b)  Maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1,
b)  Maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tar-rikors għall-użu ta' ħut maqbud mill-bastimenti Komunitarji meta l-qabdiet mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 ma jkunux biżżejjed biex isostnu l-industrija ta' l-ipproċessar tagħhom;
Emenda 17
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4 a
Prodotti oħra ammissibbli
Jista' jingħata bl-istess mod kumpens dwar xi prodotti użati fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, sakemm dan il-kumpens ma jikkostitwixxix akkumulazzjoni ta' għajnuniet Komunitarji għall-istess prodott.
Emenda 18
Artikolu 5, paragrafu 2, punt a
a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew,
a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, jiġifieri l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni ġirien imsemmija fl-Artikolu 1;
Emenda 19
Artikolu 5, paragrafu 2, punt b
b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta' spejjeż addizzjonali.
b) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali relatati ma' l-ispejjeż tat-trasport f'kull reġjun imsemmi fl-Artikolu 1 u maħluqa minħabba l-pożizzjoni ġeografika;
Emenda 20
Artikolu 5, paragrafu 2, punt ba (ġdid)
b a) it-tip ta' destinatarji, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u għas-sajd artiġjanali;
Emenda 21
Artikolu 5, paragrafu 2, punt bb (ġdid)
b b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jkollu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.
Emenda 22
Artikolu 5, paragrafu 3
3.  Il-kumpens għall-ispejjez adizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpatti, u m'għandux jaqbeż il-75% ta' l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati.
3.  Il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpaċċi u għandu jkopri l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 u spejjeż oħra relatati.
Emenda 23
Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż a
a)  L-Ażores u Madeira: EUR 4,283,992;
a)  L-Ażores u Madeira: EUR 4,855,314;
Emenda 24
Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż b
(b)  Il-Gżejjer Kanari: EUR 5,844,076;
(b)  Il-Gżejjer Kanari: EUR 6,623,454;
Emenda 25
Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż c
c)  Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 4,868,700
c)  Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 5,518,000
Emenda 26
Artikolu 5, paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Kull sena, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu suġġetti għal aġġustament tekniku kif stipulat fil-punt 16 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida1.
___________
1 ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
Emenda 27
Artikolu 7, paragrafu 1
1.  Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".
1.  Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5(1) u lista dettaljata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati biex tkun żgurata l-konformita mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) sa 4(4), minn hawn'il quddiem flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".
Emenda 28
Artikolu 7, paragrafu 4
4.  Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u3 tapplika mutatis mutandis.
4.  Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tirreaġixxi fi żmien erba' ġimgħat li jibdew jgħoddu mid-data li fiha tirċievi l-pjan emendat, dan ta' l-aħħar jiġi meqjus li huwa approvat.
Emenda 29
Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Aġġustamenti ta' l-ammonti
Jista' jiġi magħmul aġġustament bejn ir-reġjuni li jappartjenu għall-istess Stat Membru, fil-limiti tal-qafas finanzjarju globali ta' dan ir-regolament.
Emenda 30
Artikolu 7 b (ġdid)
Artikolu 7 b
Għajnuna Statali
1.  Għall-prodotti tas-sajd li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuniet fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti msemmija, bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni, b'riżultat tal-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċjali tagħhom.
2.  F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuniet, bħala parti mill-pjanijiet ta' kumpens u approvati minnha b'konformità ma' l-Artikolu 7. L-għajnuniet notifikati b'dan il-mod jiġu meqjusa li jissodisfaw l-obbligu ta' informazzjoni previst fl-Artikolu 88(3), l-ewwel sentenza, tat-Trattat.
Emenda 31
Artikolu 8, paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena.
1.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena.
Emenda 32
Artikolu 8, paragrafu 2
2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.
3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, u wara, darba kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.
Emenda 33
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd huma dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodotti li mhux ammissibbli li jibbenefikaw mill-kumpens.
Emenda 34
Artikolu 14, paragrafu 2
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.
Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Politika Komuni għas-Sajd (Kunsilli Konsultattivi Reġjonali) *
PDF 198kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali skond il-Politika Komuni għas-Sajd (COM(2006)0732 – C6-0051/2007 – 2006/0240(CNS))
P6_TA(2007)0159A6-0078/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0732)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0051/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0078/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi li l-proposta preżenti tikkonċerna biss l-aspetti finanzjarji tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u li aspetti oħra għad iridu jiġu solvuti fir-reviżjoni li jmiss, partikolarment dawk relatati ma' l-għadd u l-għamla tagħhom;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament ;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità fl-UE
PDF 229kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea (2006/2277(INI))
P6_TA(2007)0160A6-0075/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet adottata fit-13 ta' Diċembru 2006 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

–   wara li kkunsidra l-Manifest tan-Nisa b'Diżabilità fl-Ewropa adottat fit-22 ta' Frar 1997 mill-Forum Ewropew tad-Diżabilitajiet,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra s-Sena Ewropea għal Opportunitajiet Indaqs (2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "Opportunitajiet Indaqs għall-Persuni b'Diżabilitajiet: Pjan ta' Azzjoni Ewropew" (COM(2003)0650),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is Sessi (A6-0075/2007),

A.   billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (il-Konvenjoni) tirrikonoxxi li n-nisa u l-bniet b'diżabilità normalment huma iktar esposti għar-riskju, fid-dar u barra mid-dar, ta' vjolenza, korriment u abbużi, abbandun jew trattament traskurat, maltrattament jew sfruttament,

B.   billi l-Konvenzjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi inkorporata il-perspettiva ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isforzi kollha għall-promozzjoni tat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali mill-persuni b'diżabilitajiet,

C.   billi l-Konvenzjoni tirrikonoxxi d-dritt tal-persuni kollha b'diżabilitajiet, u li għandhom biżżejjed età biex jiżżewġu, li jiżżewġu u jibdew familja,

D.   billi madwar 80% tan-nisa b'diżabilitajiet huma vittmi ta' vjolenza psikoloġika u fiżika u billi r-riskju ta' vjolenza sesswali hu akbar għal dawn in-nisa milli għal oħrajn; billi fil-ħajja tan-nisa b'diżabilità l-vjolenza mhix biss fenomenu frekwenti f'ħajjithom, imma hija ġieli l-oriġini innifisha tad-diżabilità tagħhom,

E.   billi l-persuni b'diżabilitajiet jikkostitwixxu grupp ta" popolazzjoni diversifikat, u billi l-azzjonijiet maħsuba biex jappoġġawhom għandhom iqisu kemm id-diversità kif ukoll il-fatt li xi gruppi, bħan-nisa b'diżabilità, iħabbtu wiċċhom ma diffikultajiet addizzjonali u ma' aktar minn tip wieħed ta' diskriminazzjoni,

F.   billi, skond riċerka li twettqet fl-Istati Membri, huma b'mod partikulari l-ommijiet ta' tfal b'disabilita' li jieħdu passi (mediċi, edukattivi, amministrattivi, eċċ.) bil-għan li jidentifikaw id-diżabilità ta" uliedhom u li jsibu l-aħjar soluzzjonijiet biex jindirizzawha,

G.   billi r-responsabbiltà għal persuni b'diżabilità u dipendenti s-soltu jeħduha fuqhom in-nisa u dan ifisser, f'ċerti każi fejn m'hemmx faċilitajiet xierqa ta' kura, li jkollhom jitilqu mis-suq tax-xogħol,

H.   billi kemm l-istituzzjonijiet ta' l-UE kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ta" l-Istati Membri jridu jieħdu azzjoni bl-għan li jiżguraw li l-ugwaljanza għal kulħadd tkun awtentika u effettiva, u billi jkun xieraq li s-Sena ta" l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) isservi ta" katalista għal dan,

I.   billi n-nisa b'diżabilitajiet isofru minn aktar minn tip wieħed ta" diskriminazzjoni minħabba s-sess, ir-razza, l-infermità u d-diżabilità tagħhom u billi huma aktar fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali,

J.   billi t-trattament indaqs tan-nisa b'diżabilitajiet u ta" l-ommijiet ta" ulied b'diżabilitajiet huwa dritt tal-bniedem fundamentali u obbligu etiku,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiggarantixxu t-tneħħija ta' l-ixkiel u l-ostakli eżistenti, inkluż l-ixkiel arkitettoniku, sabiex tinħoloq ugwaljanza ta' drittijiet u opportunitajiet għan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni fil-ħajja familjari, politika, kulturali soċjali u professjonali, b'mod partikolari permezz ta" implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u permezz ta użu aħjar ta' l-opportunitajiet ipprovduti mill-programmi Komunitarji rilevanti u mill-Fond Soċjali Ewropew;

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu b'mod sħiħ il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilitajiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa fil-politiki nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, partikularment dawk li jirrigwardjaw l-ippjanar urban, l-edukazzjoni, ix-xogħol, l-akkomodazzjoni, it-trasport, is-saħħa u s-servizzi soċjali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jappoġġaw lin-nisa b'diżabilitajiet sabiex ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem f'dawk l-oqsma tal-ħajja soċjali, professjonali, kulturali u politika li fihom għadhom m'humiex rappreżentati biżżejjed;

4.  Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali biex jippromwovu u jiffinanzjaw, b'riżorsi xierqa, b'politiki innovattivi u b'servizzi li jindirizzaw is-sessi u d-diżabilità, b'mod partikulari rigward l-assitenza personali, il-mobilità, is-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, ix-xogħol, il-ħajja indipendenti u s-sigurtà soċjali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw leġiżlazzjoni u politiki effettivi li jiffokaw fuq in-nisa u t-tfal, li jiżguraw li każi ta" sfruttament, vjolenza u abbuż sesswali kontra persuni b'diżabilitajiet – fil-post fejn ikunu joqogħdu jew barra minnu – jiġu identifikati u investigati u, fejn ikun xieraq, jittieħdu passi bil-liġi; jissuġġerixxi li, f'dak il-kuntest, tingħata attenzjoni partikulari lin-nisa b'diżabilitajiet li d-diżabilità tagħhom ma tkunx tħallihom jirrappreżentaw lilhom infushom, u li jitfasslu miżuri preventivi sabiex tiġi eliminata kull differenza f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt tan-nisa b'disabilita' u dak ta' nisa oħra rigward l-integrita' fiżika personali u l-espressjoni sesswali tagħhom;

6.  Jiddeplora l-fatt li huwa tliet darbiet aktar probabbli għan-nisa b'diżabilitajiet li jisfaw vittmi tal-vjolenza milli għan-nisa mingħajr diżabilitajiet, u għaldaqstant jagħmel stedina biex il-Programm Daphne jintuża wkoll biex tiġi miġġielda vjolenza ta" dan it-tip;

7.  Jenfasizza l-importanza li tiġi miġġielda b'mod attiv is-segregazzjoni mit-tfulija 'l quddiem tan-nies b'diżabilitajiet;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-proġetti pilota u l-proċeduri ppruvati u misjuba tajbin għal stabbilimenti integrattivi mill-kindergarten, l-iskola u t-taħriġ sal-ħajja professjonali;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tieħu l-passi kollha possibbli, inkluża azzjoni leġiżlattiva, biex tintegra s-sistema ta" għajnuna u tagħmel disponibbli aktar finanzjament għan-nisa u t-tfal b'diżabilitajiet;

10.  Jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqas ta" sanita' adatta għan-nisa b'diżabilitajiet billi jipprovdu staff mediku speċjalizzat u infrastrutturi xierqa;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien ma" l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tinvestiga l-problemi partikulari rigward l-assistenza tas-saħħa u dik medika li jiltaqgħu magħhom in-nisa b'diżabilitajiet, b'attenzjoni fuq il-prevenzjoni u t-tagħrif;

12.  Iqis li hemm relazzjoni bejn li wieħed ikollu diżabilità u livell aktar baxx ta' studju milħuq u r-riperkussjonijiet ta' dan aktar tard fir-rati tax-xogħol fost il-persuni b'diżabilità;

13.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li n-nisa b'diżabilitajiet jilħqu livelli ta' studju aktar baxxi, u li għalhekk ikollhom aktar problemi biex jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol, biex jibqgħu fih u biex jiġu promossi fih; jenfasizza li l-persuni b'diżabilità għandu jkollhom l-istess possibilitajiet li jistudjaw u d-dritt ta' aċċess għas-suq tax-xogħol bl-għan li jkunu jistgħu jappoġġaw lilhom infushom; huwa tal-fehma li jkun xieraq li n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet ikunu wkoll inkuraġġiti biex ifittxu l-edukazzjoni u x-xogħol fuq il-bażi tar-riżorsi u l-interessi tagħhom aktar milli fuq il-bażi tan-nuqqasijiet tagħhom;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawwmu l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" l-aċċess universali fejn jidħlu l-ambjent, il-prodotti u s-servizzi, sabiex in-nisa b'diżabilitajiet ikunu jistgħu jgawdu mill-akbar awtonomija possibbli;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, minħabba l-fatt li f'bosta sitwazzjonijiet il-faċilitajiet tat-Teknoloġiji ta" l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ITC) huma strument fundamentali għall-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità, ifasslu miżuri xierqa sabiex tiġi eliminata d-distinzjoni diġitali bejn is-sessi, sabiex in-nisa b'diżabilitajiet ikunu jistgħu jkollhom aċċess għall-faċilitajiet ta" l-ITC u jibbenefikaw minnhom b'kundizzjonijiet daqs dawk ta" l-irġiel;

16.  Jemmen li, bil-ħsieb li jitjieb l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuni b'diżabilitajiet, biex ikunu jistgħu jsiru aktar attivi u biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom, ikun xieraq li jsir użu mill-inċentivi kollha possibbli, inklużi l-inċentivi tat-taxxa, sabiex dawk li jħaddmu jitħeġġu sabiex jimpjegaw persuni b'diżabilitajiet u biex jadattaw il-ħinijiet tax-xogħol skond il-ħtiġijiet tal-ġenituri li jkunu qed irabbu tfal b'diżabilitajiet;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fl-isforzi tagħhom biex iżidu t-tħaddim ta" nisa b'diżabilitajiet, ma jħallux li ssir diskriminazzjoni minn min iħaddem b'konnessjoni ma' l-impjieg ta" nisa b'diżabilitajiet;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu il-prinċipju ta' "flessibilità" fl-oqsma marbuta mad-diżabilità, peress li kull persuna b'diżabilità jkollha bżonnijiet differenti, sabiex, f'komunità b'diversitajiet ta' ċittadini l-għajnuniet ikunu jistgħu jiġu adattati għal kull sitwazzjoni individwali;

19.  Iqis li l-miżuri maħluqa jkunu mmirati lejn integrazzjoni ikbar;

20.  Ifakkar li huma n-nisa li, fil-biċċa l-kbira tal-każi, jieħdu ħsieb in-nies b'diżabilitajiet, u għalhekk huwa tal-fehma li huwa neċessarju li jiġu żviluppati miżuri sabiex jinħoloq għarfien soċjali bil-għan li jiġi żgurat li anki l-irġiel ikunu mdaħħla f'dan ix-xogħol;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifittxu li r-responsabbiltà li wieħed jieħu ħsieb il-persuni b'diżabilitajiet u dik għall-parteċipazzjoni tagħhom, jagħmluha responsabbiltà tas-soċjetà kollha kemm hi aktar milli tal-familji tal-persuni kkonċernati u biex iqisu, meta jfasslu l-politiki, id-dedikazzjoni partikulari tan-nisa li huma responsabbli minn persuni b'diżabilitajiet, u s-sitwazzjoni tal-persuni, ta' spiss il-qraba, li jieħdu responsabbiltà għall-persuni b'diżabilitajiet; huwa tal-fehma li huwa importanti li wieħed jenfasizza l-fatt li dan ix-xogħol prinċipalment jagħmluh in-nisa u li għaldaqstant in-nisa huma affettwati b'mod partikulari mit-tnaqqis fis-servizzi ta" l-assistenza pubblika, kemm bħala persuni mħallsin biex jieħdu ħsieb ħaddieħor kif ukoll bħala qraba;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu l-miżuri meħtieġa biex tingħata assistenza lix-xogħol tal-familji u l-organizzazzjonijiet li jgħinu kemm lil persuni b'diżabilitajiet kif ukoll lill-familji tagħhom;

23.  Huwa tal-fehma li hu neċessarju li jitressqu proposti dwar modi kif jiġu stabbiliti diversi miżuri ta" appoġġ sabiex kemm il-persuni b'diżabilitajiet kif ukoll il-familji tagħhom ikunu jistgħu jkollhom ħajja normali bħall-persuni mingħajr diżabilitajiet u l-familji tagħhom, kif ukoll miżuri ta' appoġġ għal dawk – spiss qraba – li jieħdu fuq spallejhom ir-responsabbiltà ekonomika u soċjali għal persuni b'diżabilitajiet, li għalihom ta' spiss jiddedikaw ħinhom kollu, responsabilità li tiżolahom u teħtieġ appoġġ fuq diversi livelli; jinnota li, kif inhuma l-affarijiet bħalissa, in-nisa jġorru parti kbira minn tali responsabiltajiet, kemm dawk imħallsa kif ukoll dawk li m'humiex; huwa tal-fehma li huwa evidenti minnu nnifsu li dan m'hux xogħol li primarjament għandu jsir minn sess jew ieħor u li jkun xieraq li l-idea li din hija responsabbiltà tan-nisa tiġi miġġielda b'mod attiv;

24.  Jipproponi li l-Istati Membri jarmonizzaw ir-regolamenti muniċipali li jirregolaw l-ipparkjar għad-diżabbli u li jikkunsidraw li jnaqqsu n-nollijiet tat-trasport għal dawk li jkunu qed jakkumpanjaw lil persuni diżabbli;

25.  Hu tal-fehma li wieħed mill-għanijiet prinċipali li l-Unjoni Ewropea għandha timmira li tilħaq huwa t-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità u tal-familji tagħhom u l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà;

26.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li fil-media tissaħħaħ il-viżibilità tan-nisa b'diżabilitajiet u tittejjeb l-impressjoni li tingħata dwarhom, u dan iwassal biex il-pubbliku ġenerali jsir jaf aktar dwar il-ħajja ta" kuljum tagħhom u jingħatawlhom opportunitajiet akbar biex jesprimu lilhom infushom u jieħdu sehem fil-ħajja soċjali u politika;

27.  Jisħaq fuq kemm hu importanti li l-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt evidenti minnu nnifsu tan-nisa b'diżabilitajiet għall-espressjoni sesswali tagħhom infushom u d-dritt tagħhom li jibdew familja;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu leġiżlazzjoni li tiżgura ħajja indipendenti għan-nisa u l-irġiel b'diżabilità, b'mod li wieħed jirrikonoxxi li din hija dritt fundamentali li jrid jiġi rrispettat;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti b'diżabilitajiet japprofittaw mill-kondizzjonijiet neċessarji għall-indipendendenza u d-determinazzjoni awtonoma tagħhom u biex, filwaqt li jagħmlu dan, jiddedikaw attenzjoni speċjali għall-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza;

30.  Jirrikonoxxi li, anki fir-rigward ta" servizzi dwar il-ħajja indipendenti u servizzi tas-saħħa eżistenti, in-nisa b'diżabilità jesperjenzaw diskriminazzjoni fejn jidħol l-aċċess;

31.  Jenfasizza l-irwol ta" l-edukazzjoni tat-tfal subien u bniet fil-bini tas-soċjetà tal-ġejjieni, u jenfasizza li għandhom isiru sforzi biex tkun immirata biex tiżgura li d-diżabilità ma xxekkilhomx milli jipparteċipaw fis-soċjetà bl-istess drittijiet u opportunitajiet, sabiex titħeġġeġ klima ta' koperazzjoni, integrazzjoni, u tqajjim ta' kuxjenza dwar id-diżabilità fl-iskejjel, peress li din ta' l-aħħar hi għodda indispensabbli biex issir realtà;

32.  Jisħaq fuq l-irwol importanti ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu man-nisa b'diżabilitajiet u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħinuhom;

33.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar 'data' reċenti kklassifikata skond is-sessi dwar is-suġġett tad-diżabilità u li ssir riċerka li tuża l-indikaturi tas-sessi sabiex tiskopri s-sitwazzjoni reali tan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet;

34.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-assistenza għas-saħħa riproduttiva tan-nisa b'diżabilitajiet, b'mod li jingħata kas ta" aspetti bħall-ippjanar tal-familja, is-servizzi tas-saħħa u l-informazzjoni dwar il-maternità, sabiex ikunu kapaċi jistabbilixxu relazzjonijiet li jkunu ġusti, responsabbli u sodisfaċenti;

35.  Huwa tal-fehma li jkun xieraq li l-politika ta" l-UE tagħti lill-organizzazzjonijiet ta" min iħaddem, lill-'unions' tal-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi aktar inkuraġġiment biex ifasslu mezzi aktar effettivi biex jassistu lill-persuni b'diżabilitajiet;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-ħolqien ta" network għan-nisa b'diżabilitajiet madwar l-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi kandidati, b'mod li tippermetti l-iskambju ta" l-aħjar prassi, il-bini tal-kapaċità u r-responsabilizzazzjoni;

37.  Jenfasizza l-ħtieġa għal aċċess tan-nisa b'diżabilitajiet għall-medja awdjoviżiva ġdida;

38.  Ifakkar lill-Kummissjoni li għarfien fil-fond ta' din il-kwistjoni u tal-"mudell soċjali għad-diżabilità", msejjes fuq ix-xkiel soċjali kuntrarjament għall-"approċċ mediku għad-diżabilità" li jillimita ruħu biss għall-aspetti mediċi tad-diżabilità, jikkostitwixxi bażi xierqa biex jiġu provduti soluzzjonijiet, servizzi u appoġġ, biex jitfasslu politiċi, biex jiġu attribwiti riżorsi u biex titkejjel l-inċidenza tal-politiki fuq il-qagħda tal-persuni b'diżabilità;

39.  Ifakkar lill-Istati Membri li l-kollaborazzjoni tagħhom biex tkun avvanzata u mtejba l-qagħda tan-nisa u l-bniet li jbatu minn kwalunkwe tip ta" diżabilità għandha importanza fundamentali;

40.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu mmirati biex jgħinu lil dawk li għandhom diżabilitajiet;

41.  Ifakkar fl-importanza ta' l-imsieħba soċjali, tan-negozju u tas-soċjetà ċivili, u b'mod partikulari ta' l-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-ġenituri tat-tfal b'diżabilità fil-promozzjoni ta' l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għax-xogħol u t-taħriġ tul il-ħajja għal persuni b'diżabilitajiet, b'attenzjoni xierqa lejn il-ħtiġijiet speċjali tagħhom;

42.  Jirrikonoxxi x-xogħol ta" l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri, li normalment jinħolqu u jitmexxew minn ommijiet ta' tfal b'diżabilitajiet, li permezz ta" l-organizzazzjonijiet tagħhom u tas-siti tagħhom fuq l-Internet jiġbru tagħrif (dwar ċentri mediċi speċjalizzati, u dwar regolamenti dwar l-edukazzjoni, is-sigurtà soċjali, eċċ.) li bih jgħinu lil ġenituri oħra u joħolqu l-għarfien fost l-awtoritajiet pubbliċi;

43.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-qagħda tan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet fuq il-bażi tar-rapporti nazzjonali tagħhom u tal-miżuri adottati bi qbil mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta" kull forma ta" Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

44.  Huwa tal-fehma li jkun xieraq li d-diżabilitajiet jitqiesu bħala fenomenu naturali, li jagħmel parti mill-ħajja ta' kuljum, u mhux devjazzjoni minnha; jinnota li dejjem se jkun hemm ċittadini b'diżabilitajiet u li għaldaqstant huwa evidenti minnu nnifsu li d-diżabilità hija parti integrali mis-soċjetà;

45.  Jemmen li għandu jippromvovi hu stess żvilupp u sfruttament akbar tat-teknoloġija u tal-faċilitajiet sabiex jinqerdu l-ambjenti li huma ostili għall-persuni b'dizabilita'; huwa tal-fehma li jkun xieraq li l-ħidma għall-iżvilupp tkun ibbażata fuq il-fatt li l-irġiel u n-nisa kultant ikollhom ħtiġijiet differenti;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ugwaljanza tal-kundizzjonijiet ta" l-għixien għall-bniet u s-subien u n-nisa u l-irġiel b'diżabilitajiet;

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.


Informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet ta" Kapaċità għall-Infiq (kalkolu u disseminazzjoni) ***I
PDF 284kWORD 80k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tiġi provduta informazzjoni dwar il-Paritajiet ta" Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (COM(2006)0135 – C6-0100/2006 – 2006/0042(COD))
P6_TA(2007)0161A6-0077/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0135)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0100/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0077/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tiġi provduta informazzjoni dwar il-Parità ta" Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkulazzjoni u t-tixrid tagħha

P6_TC1-COD(2006)0042


(Billi intlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkorrispondi ma' l-att leġiżlattiv aħħari, ir-Regolament (KE) Nru .../2007.)

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri ***I
PDF 294kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta" Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta" dak il-mekkaniżmu (COM(2006)0401 – C6-0253/2006 – 2006/0140(COD))
P6_TA(2007)0162A6-0135/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0401)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62(2) (a) u 66 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0253/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0135/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni annessa;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru.../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta" Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta" dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta' uffiċjali mistiedna.

P6_TC1-COD(2006)0140


(Billi intlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkorrispondi ma' l-att leġiżlattiv aħħari, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007.)

P6_TC1-COD(2006)0140


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfassizzaw li f'każ ta' sitwazzjoni ta' pressjoni urġenti u eċċezzjonali fil-fruntieri esterni li teħtieġ l-intervent ta' Tim ta' Intervent Rapidu fuq il-Fruntiera u possibilment f' każ ta' nuqqas ta' mezzi finanzjarji fil-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjon Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX) sabiex jagħmlu dan, il-possibbiltajiet kollha sabiex jiġi żgurat il-finanzjament għandhom jiġu esplorati. Il-Kummissjoni ser tivverifika b'urġenza kbira jekk jista' jsir tqassim mill-ġdid tal-fondi. F'każ li tkun meħtieġa deċiżjoni ta' l-awtorita' baġitarja, il-Kummissjoni ser tagħti bidu għal proċedura li hi skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju , jiġifieri l-Artikolu 23 u 24, sabiex tiżgura deċiżjoni bikrija taż-żewġ kapaċitajiet ta' l-awtorita' baġitarja dwar il-mezzi biex tipprovdi għal finanzjament addizjonali għall-FRONTEX sabiex jibgħat Tim ta' Intervent Rapidu fuq il-Fruntiera. L-awtorita' baġitarja timpenja ruħa sabiex taġixxi kemm jista' jkun malajr, filwaqt li tqis l-urġenza.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd *
PDF 293kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2006)0587 – C6-0402/2006 – 2006/0190(CNS))
P6_TA(2007)0163A6-0085/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0587)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0402/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0085/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament ;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 3
Artikolu 1, Punt 1
Artikolu 11, Paragrafu 5 (Regolament (KE) 2371/2002)
5.  Bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006, fuq bastimenti tas-sajd ta' 5 snin jew aktar, il-modernizzazzjoni 'l fuq mill-gverta prinċipali sabiex tittejjeb is-sikurezza abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u l-kwalità tal-prodott jistgħu jżidu t-tunnellaġġ tal-bastiment, sakemm din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut. Il-livelli ta' referenza, kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12, għandhom jiġu adattati kif jixraq. Il-kapaċità korrispondenti m'hemmx għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ ta' dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.
5.  Il-modernizzazzjoni 'l fuq mill-gverta prinċipali sabiex tittejjeb is-sikurezza abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u l-kwalità tal-prodott jistgħu jżidu t-tunnellaġġ tal-bastiment, sakemm din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut. Il-livelli ta' referenza, kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12, għandhom jiġu adattati kif jixraq. Il-kapaċità korrispondenti m'hemmx għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ ta' dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.
Emenda 1
ARTIKOLU 1, PUNT 1
Artikolu 11, paragrafu 6, inċiżi 1 u 2 (Regolament (KE) Nru 2371/2002)
- 4 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li kienu parti mil-Komunità fl-1 ta' Jannar 2003, u 4 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, u,
- 10 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li kienu parti mil-Komunità fl-1 ta' Jannar 2003, u 10 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, u,
- 4 % tat-tunnellaġġ irtirat mill-flotta bl-għajnuna pubblika mill-1 ta' Jannar 2007.
- 10 % tat-tunnellaġġ irtirat mill-flotta bl-għajnuna pubblika mill-1 ta' Jannar 2007.
Emenda 2
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 13, paragrafu 1, punt (c), sotto-paragrafi 1a u 1b (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2371/2002)
Minkejja dan, dan it-tnaqqis fil-qawwa, m'għandu taħt l-ebda ċirkustanza jnaqqas is-sikurezza, l-abitabilità jew l-effiċjenza tas-sistemi ta" l-ipproċessar tal-ħut tal-bastiment,
Barra minn hekk, peress li l-għan tat-tnaqqis hu li tiġi evitata kwanunkwe żieda fil-kapaċità tas-sajd tal-bastiment, id-dispożizzjonijiet ta" l-ewwel sotto paragrafu m'għandhomx jiġu kkunsidrati fejn il-magna tkun ġiet mibdula biex tiġi ffrankata l-enerġija u/jew biex ittejjeb l-effiċjenza tal-bastiment f'oqsma oħra ħlief il-kapaċita tas-sajd, jew fejn ikunu intgħażlu metodi ta' sajd aktar selettivi, fir-rigward ta" l-użu tal-bastiment.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


In-Negozjati ta' kuntratt ta' konċessjoni Galileo
PDF 206kWORD 49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar in-negozjati ta' kuntratt ta' konċessjoni Galileo
P6_TA(2007)0164B6-0155/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskjerament u l-fażijiet operattivi kummerċjali tal-programm Ewropew tal-programm ta' radju navigazzjoni bis-satellita (COM(2004) 0477), u l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Settembru 2005(1),

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Istatuti ta' l-Intrapriża Konġunta Galileo annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 (COM(2006)0351), u l-pożizzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2006(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-twaqqif ta' strutturi għall-immaniġġjar tal-programmi Ewropej tar-radju navigazzjoni bis-satellita(3) u l-proposta mill-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda dan ir-Regolament (COM(2005)0190), u l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar analiżi ġenerali tal-Programm Galileo,(5)

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill għat-Trasport, it-Telekomunikazzjonijiet u l-Enerġija (TTE) dwar l-istat tan-negozjati tal-kuntratti ta' konċessjoni tat-22 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra d-dokumenti relevanti ppreżentati lill-Ministri TTE, bħall-ittra mill-Viċi President Barrot tal-Kummissjoni rigward l-istatus tan-negozjati ta' konċessjoni u r-rapport mill-President attwali tal-Kunsill rigward il-kwistjonijiet pendenti elenkati mill-konsorzju li għamel l-offerta,

–   wara li kkunsidra l-mandat doppju mogħti mill-Kunsill TTE lill-Viċi President Barrot tal-Kummissjoni biex jippreżenta lill-laqgħa tal-Kunsill ta' Ġunju 2007 proposti biex jiżguraw l-objettivi finanzjarji pubbliċi fuq perjodu ta' żmien fit-tul u għal possibilitajiet alternattivi, fil-każ ta' falliment, biex ikomplu negozjati effettivi u b' limitu ta' żmien li jorbot mal-konsorzju li għamel l-offerta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

1.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Programm Galileo, inklużi s-servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita EGNOS bħala prekursur ta' Galileo, iżda huwa mħasseb serjament bil-fatt li n-negozjati ta' konċessjoni waqfu għal bosta xhur u li dewmien bħal dan se jkollu impatt sinifikattiv fuq l-ispiża ġenerali;

2.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006, li stiednet lill-partijiet ikkonċernati fin-negozjati biex jilħqu ftehim b'mod kostruttiv; għalhekk, jilqa' l-ittra tal-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Programm Galileo u l-konklużjonijiet tal-Kunsill TTE tat-22 ta' Marzu 2007, u jenfasizza l-importanza tal-partijiet ikkonċernati li jimplimentaw id-deċiżjonijiet milħuqa f'Diċembru 2005 ('l hekk imsejħa ftehim van Miert);

3.  Jinnota li l-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni u l-korpi konsultattivi ta' l-UE jappoġġjaw b'mod qawwi l-mandat ċar mogħti lill-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Programm Galileo biex iressaq lill-Kunsill ta' Ġunju 2007, b'mod partikulari:

   a. pjan direzzjonali kredibbli biex jiġu konklużi kuntratti mill-aktar fis possibbli,
   b. soluzzjonijiet possibbli biex jiżguraw obbligi finanzjarji fuq perjodu ta' żmien twil,
   c. possibiltà għal dispożizzjoni mill-aktar fis possibbli ta' servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita EGNOS,
   d. possibilitajiet alternattivi għat-twettieq tal-programm, b'mod speċjali għal spejjeż, riskju u prezz li jkun possibbli li jitħallas;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproċedi b'rittmu mgħaġġel fir-rigward tal-leġiżlazzjoni relatata mas-suq regolat, ibbażat fuq il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Applikazzjonijiet tan-Navigazzjoni bis-Satellita, biex tiżgura pjan ta' negozju kredibbli;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq proposta - flimkien ma' l-Aġenzija ta' l-Ispazju Ewropea - kapaċi li ssolvi l-problema ta' tmexxija pubblika aħjar billi tiżgura responsabbiltà u tmexxija ċara min-naħa tal-Kummissjoni;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-karatteristika Komunitarja tal-proġett, biex tirrispetta il-Ftehim ta' Qafas dwar relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni(6) u, b'mod partikulari, il-paragrafu 19 tagħha dwar ir-relazzjonijiet esterni, u b'hekk biex tiżgura li l-Parlament ikun infurmat b'mod sħiħ bl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-Kummissjoni biex tinnegozja ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li tikkonkludi ftehim dwar is-sħubija assoċjata tagħhom għal parteċipazzjoni fl-Awtorità Superviżorja Galileo;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżentalu rapport ta' progress wieħed sa nofs Lulju 2007 u ieħor ferm qabel ma n-negozjati jilħqu l-punt ta' proposta riveduta għal bażi legali modifikata għal finanzjament tal-Programm Galileo ikun disponibbli;

8.  Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura li kwalunkwe dewmien ieħor għal dan il-proġett jibqa' f'livell minimu;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 61.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2006)0423.
(3) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2006)0401.
(5) Testi adottati, P6_TA(2006)0385.
(6) Ara l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Parlament tas-26 ta' Mejju 2005 (ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 125).


Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika ta' l-UE fir-rigward ta' dan
PDF 638kWORD 241k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 u l-politika ta' l-UE fir-rigward ta' dan (2007/2020(INI))
P6_TA(2007)0165A6-0128/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-tmien Rapport Annwali ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2006)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 11, 13 u 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 177 u 300 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali relevanti kollha għad-drittijiet tal-bniedem(2),

–   wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–   wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet kollha tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli mhux obbligatorji tagħhom,

–   wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002 ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u r-riżoluzzjonijiet tiegħu relatati mal-Qorti Kriminali Internazzjonali(3),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin u l-Pjan ta' l-UE ta' l-2005 dwar l-aħjar prattiki, standards u proċeduri għall-ġlieda u l-prevenzjoni ta' l-ittraffikar tal-bnedmin(4),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR), rigward it-tneħħija tal-piena kapitali f'kull ċirkostanza,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastigi oħra li huma Krudili, Inumani jew Degradanti,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(5),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-EU (Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku) u r-reviżjoni tiegħu(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2006 dwar ir-riżultat tan-negozjati fil-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fit-62 sessjoni ta' l-UNCHR(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija (8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Frar 2007 dwar l-inizjattiva favur moratorju universali fuq il-piena tal-mewt(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha ta' urġenza li adotta dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Jannar 2007 dwar is-seba' u t-tmien Rapporti Annwali tal-Kunsill skond id-Dispożizzjoni Operattiva 8 tal-Kodiċi ta" Kondotta ta" l-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjonijiet ta" l-Armi(10),

–   wara li kkunsidra Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta" strument ta" finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(11)

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabilixxi Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(12)

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Forum Annwali ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, organizzat mill-Presidenza Finlandiża u l-Kummissjoni u li sar f'Helsinki f'Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni id-Drittijiet u tal-Persuni b'Diżabilità, adottata bir-riżoluzzjoni A/RES/61/106 TA' L-Assemblea Ġenerali tan-NUfit-13 ta' Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-obbligu li l-interessi u l-preokkupazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità jiddaħħlu f'azzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' pajjiżi terzi,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha kontra l- Għajbien Sfurzat, adottata bir-riżoluzzjoni A/RES/61/177 TA'L-Assemblea Ġenerali ta' l-20 ta' Diċembru 2006 u miftuħa għall-firma fis-6 ta' frar 2007

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' l-osservanza tal-liġi umanitarja nazzjonali(13),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0128/2007),

A.   billi r-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2006 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE u barra l-UE,

B.   billi din ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li teżamina, tevalwa u, f'każijiet speċifiċi, toffri kritika kostruttiva ta" l-attivitajiet fir-rigward tad--drittijiet tal-bniedem tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, u ta' l-attivitajiet ġenerali tal-Parlament, b'mod partikulari billi jiġbed l-attenzjoni għal kwistjonijiet minsija f'dawn l-attivitajiet,

C.   billi għandu jkun rikonoxxut li hemm rabta bejn il-politiki interni u esterni ta' l-UE fuq il-bażi li r-rekord intern ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu impatt dirett fuq il-kredibilità u l-abilità tagħha li timplimenta politika esterna effettiva,

D.   billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u sistema demokratika ta' governanza huma neċessarjament marbuta bejniethom, u billi l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għandha tkun marbuta mal-promozzjoni u l-applikazzjoni tal-governanza demokratika,

E.   billi għandhom isiru sforzi b'mod ġenerali biex jiffukaw attenzjoni akbar fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, b'mod partikulari d-drittijiet politiċi, waqt li jkunu qed jiġu nnegozjat ftehim bilaterali jew kummerċjali reġjonali anke ma' sieħba importanti fil-kummerċ;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE għandha rwol li dejjem qed ikun iktar attiv fix-xena dinjija biex ittejjeb id-drittijiet tal-bniedem globalment; jikkonsidra li t-tkabbir l-iktar riċenti ta' l-UE għal 27 Stat Membru b'494 miljun abitant żied l-importanza globali ta' l-UE u, b'hekk, taha importanza ikbar fl-isforzi tagħha biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija internazzjonalment;

2.  Jikkonsidra li jeħtieġ li tingħata aktar prijorità lit-titjib fil-kapacita' ta" l-UE li tirreaġixxi dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi, mhux l-anqas billi tintegra sistematikament il-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-politiki ta' l-UE fil-konfront ta' pajjiżi bħal dawn, inkluż l-impatt estern tal-politiki interni ta' l-UE;

3.  Ikompli jenfasizza l-ħtieġa għall-politika konsistenti implimentata mill-Istati Membri kollha ta' l-UE fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom ma' pajjiżi terzi fejn id-drittijiet tal-bniedem jinkisru ta' spiss jew fejn hemm riskju ġenwin li dawn jistgħu jinkisru, u jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-kuntatti bilaterali tagħhom ma' dawn il-pajjiżi b'mod konsistenti mal-politika ta' l-UE, b'mod partikulari fir-rigward ta' sforzi attivi biex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittjiet tal-bniedem;

4.  Huwa ta' l-opinjoni li politika ta' l-affarijiet barranin Ewropea konsistenti għandha tagħti prijorità assoluta lill-promozzjoni tad-demokrazija, peress li s-soċjetà demokratica hija l-bażi sabiex ikunu sostnuti d-drittijiet tal-bniedem;

5.  Jikkonsidra li l-progress li sar biex titwaqqaf l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jirrappreżenta pass ieħor lejn it-tweġiba għas-sejħa tal-Parlament biex jiġi stabbilit qafas integrat ta' regoli u istituzzjonijiet imfassla biex jagħtu forza vinkolanti lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u biex jiżguraw l-osservanza tas-sistema prevista fl-ECHR; jenfasizza l-fatt li l-mandat ta" l-Aġenzija jkopri wkoll lil dawk il-pajjiżi li kkonkludew Ftehim ta" Stabilità u Assoċjazzjoni ma" l-UE; jemmen li l-Aġenzija għandu jkollha l-kompetenza ta" rwol ta" assistenza lill-UE fl-implimentazzjoni tal-politiki barranin tagħha, meta dawn jirrikjedu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni f'pajjiż terz fir-rigward tal-drittijiet tal-bniedem;

Ir-Rapport Annwali ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2006 (imħejji mill-Kunsill u mill-Kummissjoni)

6.  Jenfasizza l-importanza tar-Rapport Annwali ta" l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem ta" l-UE, b'mod partikolari bil-għan li tikber il-viżibilità ta" kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni pubblika tar-Rapport 2006 mill-Kunsill u l-Kummissjoni fil-plenarja ta' Diċembru 2006, fl-istess żmien ta' l-għoti mill-Parlament tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, premju li l-Parlament jagħti kull sena, lis-Sur Alexandr Milinkevic, attivist għal-libertà u d-demokrazija mill-Belarus; jikkonsidra li, bit-twaqqif ta' din il-prattika, is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ta' Diċembru saret punt ta' fokali annwali għall-attivitajiet ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jirrikonoxxi l-volum ta' l-attivitajiet ta' l-UE relatati mad-drittijiet tal-bniedem f'partijiet differenti tad-dinja, imma jerġa' jitlob għal iktar evalwazzjoni ta' l-użu ta' l-istrumenti u l-inizjattivi ta' l-UE f'pajjiżi terzi; jilqa' l-evalwazzjoni msemmija fir-rapport mill-Kunsill u mill-Kummissjoni; jikkonsidra li għandu jiġi żviluppat mekkaniżmu li jippermetti lill-Membri tal-Parlament li jirċievu evalwazzjonijiet magħmula dwar oqsma differenti bħalma huma l-pajjiżi individwali, gruppi ta" pajjiżi u żoni ġeografiċi u, l-ewwel u qabel kollox, dwar zoni problematiċi mil-lat ta" drittijiet tal-bniedem, jikkonsidra li dan il-mekkaniżmu għandu jippermetti lill-Parlament li jiddiskuti r-riżultat ta" dawn l-evalwazzjonijiet fl-aktar qafas xieraq;

9.  Jenfasizza l-importanza ta' sforzi kontinwi għall-promozzjoni ta" l-integrazzjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u l-koerenza u l-konsistenza tal-politiki u ta" l-azzjonijiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u ta' l-Istati Membri ta" l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

10.  Jikkonsidra li huwa żvilupp pożittiv li r-rapport jipprova jkun ġust rigward l-attivitajiet tal-Parlament Ewropew, iżda jerġa' jtenni t-talba tiegħu, inkluża fir-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-2006 dwar id-drittijiet tal-bniedem, li l-Presidenzi li ġejjin jirrapurtaw fir-Rapporti Annwali ta" l-UE dwar il-modi kif ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament – inklużi riżoluzzjonijiet urġenti dwar każijiet ta" ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt – ġew ikkunsidrati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni; jinnota b'sodisfazzjon l-iżviluppi msemmija fil-paragrafu 13 hawn taħt;

11.  Itenni li, fir-Rapporti Annwali tal-futur tagħhom dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom janalizzaw il-modi ta" kif id-drittijiet umani qed jiġu ttrattati f'politiki oħra ta" l-UE, bħalma huma l-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà, il-politiki dwar l-iżvilupp u l-kummerċ u l-immigrazzjoni, u politiki rilevanti oħra relatati mar-relazzjonijiet esterni ta" l-UE, b'mod partikulari fi ħdan il-gruppi ta" ħidma tal-Kunsill u f'mekkaniżmi speċifiċi stabbiliti fi ftehim ta" koperazzjoni; jikkonsidra li huma għandhom jieħdu wkoll nota tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

12.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tadotta l-approċċ li ttieħed minn gvernijiet ta' xi Stati Membri u minn ċerti organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali, u b'hekk jidentifikaw lista globali ta' "pajjiżi fejn hemm lok għal tħassib partikulari" fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tar-Rapport Annwali tagħhom kull sena;

13.  Jifhem li, speċjalment fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivitajiet ta' l-UE bħal demarches lejn pajjiżi terzi xi drabi għandhom ikunu kunfidenzjali; madankollu, jemmen li għandha tiddaħħal lista ta' dawk l-attivitajiet fir-Rapport Annwali filwaqt li jiġi permess ftit lok għal kuntatti bilaterali diplomatiċi ma' gvernijiet bil-kunfidenzjalità kollha;

14.  Jilqa" b'sodisfazzjoni il-konsultazzjoni akbar mal-Parlament Ewropew u l-passi lejn l-abbozzar ta" rapport annwali ta" l-UE li jirrappreżenta l-attivitajiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, filwaqt li hu tal-fehma li l-Parlament għandu jkompli jippubblika r-rapport tiegħu dwar din il-kwistjoni; jikkonsidra f'dan il-kuntest li fil-ġejjieni diskussjoni miftuħa waqt l-istadju ta' l-abbozzar fil-Kumitati tagħti lill-Parlament opportunità biex itejjeb l-eżattezza u l-kontenut tar-rapport;

L-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-fora internazzjonali

15.  Ifaħħar ix-xogħol eċċellenti li sar fl-2006 mir-Rappreżentant Personali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-qasam tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (CFSP), is-Sur Michael Matthiessen, li spiċċa l-mandat tiegħu; ikompli jappoġġja lir-Rappreżentant Personali, is-Sinjura Riina Kionka, li għadha kif inħatret, fl-isforzi tagħha biex iżżid il-viżibilità ta' l-UE u biex issaħħaħ l-irwol ta' l-UE fil-fora internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem; jistenna li r-Rappreżentant Għoli, il-Kunsill u r-rappreżentanti ta' l-Istati Membri kollha jappoġġjaw il-ħidma tagħha b'mod sħiħ f'kull mument;

16.  Jikkonsidra li l-kapaċità ta' l-UE biex tevita, tirreaġixxi għal u timmaniġġja kriżijiet mhix suffiċjenti fil-preżent; jirrakkomanda t-twaqqif ta" infrastruttura ġdida għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta" konflitti ċivili li jirrikjedu miżuri proattivi/preventivi, il-provvediment ta' sistemi ċivili xierqa ta" twissija bikrija, l-introduzzjoni ta" ppjanar preventiv ta" kontinġenza, it-taħriġ ta" ħaddiema speċjalizzati għal missjonijiet internazzjonali ta" mmaniġjar tal-kunflitti u konċentrazzjoni akbar fuq il-promozzjoni ta" soċjetajiet li huma strutturalment kapaċi li jgħixu fil-paċi; jenfasizza l-importanza li jkunu kkunsidrati bir-reqqa l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem marbuta ma' l-ippjanar ta' miżuri preventivi u ta' mmaniġġjar ta' konflitti rigward kull kriżi li fiha tkun involuta l-UE;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri ta' l-UE biex jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet ewlenin kollha u l-protokolli fakultattivi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-NU u tal-Kunsill ta' l-Ewropa; jiġbed l-attenzjoni ta" l-Istati Membri ta" l-UE b'mod partikulari għall-ħtieġa li jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1990 dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u l-Membri tal-Familji tagħhom, u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tal-Persuni Kollha minn Għajbien Sfurzat li kienet adotta riċentement;

18.  Jirrikonoxxi l-involviment attiv ta' l-UE u ta' l-Istati Membri tagħha fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f'fora internazzjonali varji fl-2006, inklużi l-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC), li kien imwaqqaf reċentement, l-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-Kunsill Ministerjali ta' l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Kunsill ta' l-Ewropa;

19.  Jilqa" bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kunsill li jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta" l-Ewropa; għal dan il-għan, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkonsidrau r-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-rapport Juncker tal-11 ta" April 2006 bit-titolu: "Kunsill ta" l-Ewropa-Unjoni Ewropea: ambizzjoni waħda għall-kontinent Ewropew";

20.  Jinnota li l-UNHCR il-ġdid għandu l-potenzjal li jsir qafas ta' valur għall-isforzi multilaterali ta' l-UE għad-drittijiet tal-bniedem, u jirrikonoxxi li, fl-ewwel sena ta' l-eżistenza tiegħu, il-UNHCR fassal programm ta" ħidma ambizzjuż li jinkludi r-reviżjoni u l-manteniment tas-sistema ta" Proċeduri Speċjali, it-twaqqif u l-implimentazzjoni tar-Reviżjoni Perjodika Universali li se jkunu suġġetti għaliha l-istati kollha, id-definizzjoni tal-metodi ta" ħidma tiegħu u l-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fejn dawn id-drittijiet inkisru jew hemm riskju li jinkisru; jiddispjaċih, madankollu, li l-UNHCR il-ġdid ma kienx kapaċi jirrispondi kif xieraq għall-kriżijiet fid-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja minħabba li ħafna stati użaw l-UNHRC bħala forum għall-pressjoni politika minflok għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex ikollhom rwol aktar attiv fil-UNHRC fi ħdan il-qafas tad-demokraziji komunitarji, sabiex isaħħu u japprofondixxu r-regoli u l-prattiċi madwar id-dinja;

21.  Jitlob lill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranijin ta' l-UE u l-Presidenzi ta' l-UE biex jużaw l-influwenza politika tagħhom biex jiġu iffaċċjati d-diffikultajiet li jiltaqa' magħhom il-UNHCR il-ġdid; jafferma l-bżonn għal aġenda politika ċara fir-rigward ta' l-azzjoni mill-Istati Membri fi ħdan il-UNHCR; jisħaq li l-UNHCR m'għandux jibqa" jintuża bħala forum politiku għall-kunflitt bejn blokki ġeografiċi u ideoloġiċi differenti fuq skala dinjija; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Ministri ta" l-Affarijiet Barranin ta" l-UE u l-Presidenzi sabiex jaħdmu biex jintlaħaq kunsens fil-UNHCR favur involviment akbar tal-komunità internazzjonali fil-kontribut sabiex jinqered l-abbuż gravi f'termini ta' drittijiet tal-bniedem u fuq il-livell umanitarju;

22.  Itenni t-talba tiegħu għal ftehima ta' firxa wiesgħa dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn il-partijiet f'kunflitt fis-Sri Lanka u l-faċilitazzjoni tagħha minn missjoni internazzjonali ta" monitoraġġ indipendenti u effettiva, b'aċċess bla xkiel għal zoni kkontrollati kemm mill-gvern kif ukoll mit-Tigri tal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam, kif rakkomandat mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extra-ġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, s-Sur Philip Alston; jikkonsidra li l-Unjoni Ewropea, bħala l-Ko-President tal-Konferenza ta' Tokjo għal-Pajjiżi Donaturi, għandha tieħu l-inizjattiva għall-iżvilupp ta" kunsens dwar il-proposti ppreżentati lill-UNHCR f'dan ir-rigward;

23.  Jirrikonoxxi l-bżonn li l-UE tagħmel użu iktar effettiv mill-influwenza tagħha sabiex tippromwovi kwistjonijiet importanti fl-aġenda tal-UNHCR u biex tipprefezzjona iżjed l-attivitajiet tagħha ta' lobbying u ta' involviment;

24.  Ifakkar lill-Kunsill fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tas-16 ta' Marzu 2006, li laqgħet bi pjaċir it-twaqqif tal-UNHCR u talbet lill-UE biex ikollu rwol mexxej f'din l-istituzzjoni; jilqa" b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, il-ħolqien ta" mekkaniżmu mmirat għat-tlaqqigħ ta" sessjonijiet speċjali b'risposta għall-kriżijiet urġenti u każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; hu mħasseb, madanakollu, dwar l-grad diġà għoli ta' politiċizzazzjoni tas-sessjonijiet speċjali tal-UNHCR; jitlob li tinżamm u tiġi mħarsa l-indipendenza tal-Proċeduri Speċjali; jilqa" b'sodisfazzjon il-ħolqien ta" mekkaniżmu ta' reviżjoni perjodika universali u f'dan ir-rigward, jitlob għal proċess ta" evalwazzjoni msejjes fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn mekkaniżmi indipendenti tan-NU; jinkoraġġixxi l-involviment tas-soċjetà ċivili indipendenti fejn huwa xieraq, u jirrikonoxxi l-valur ta" l-involviment ta" vittmi ta" ksur tad-drittijiet tal-bniedem fi djalogu interattiv mal-komunità internazzjonali, b'mod speċjali f'każijiet fejn il-persuni ma jistgħux jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fil-pajjiżi tagħhom stess; jitlob lill-membri ta' l-UE li huma membri tal-UNHCR biex jispjegaw il-voti tagħhom dwar ir-riżoluzzjonijiet kollha;

25.  Jissottolinja l-irwol pożittiv li jista' jkollhom ir-Rapporteurs Speċjali fl-istruttura tal-UNHCR, u jitlob appoġġ kontinwu għal proċeduri speċjali bħal dawn; jirrikonoxxi, madankollu, li, jekk ir-Rapporteurs Speċjali għandhom ikunu effettivi, dawn għandu jkollhom il-finanzi u l-persunal xierqa; jissottolinja li għandha tinżamm l-indipendenza tagħhom;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fin-negozjati bilaterali tagħhom mal-membri tal-UNHCR, jimbottaw l-aġenda tal-UNHCR f'direzzjoni pożittiva; jirrikonoxxi li l-Parlament u l-UE għandhom ikomplu joħolqu alleanzi barra Ġinevra, b'mod partikulari ma' stati li jinfluwenzaw; jikkonsidra li l-Parlament jeħtieġ ikompli jattendi l-laqgħat tal-UNHCR fuq bażi regolari;

27.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar id-dgħjufija tar-riżoluzzjoni tal-UNHCR dwar id-Darfur; jikkonsidra li l-kunflitt tad-Darfur qiegħed jaffettwa dejjem aktar l-istabilità tar-reġjun ta" l-Afrika Ċentrali, u jikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; jiddeplora l-fatt li d-delegazzjoni tal-UNHCR inżammet milli tidħol fis-Sudan billi ma' ġewx mogħtija viżi mill-awtoritajiet; jikkonsidra li l-ogħla prijorità għall-komunità internazzjonali għandha tibqa" t-twaqqif immedjat tat-tixrid tal-vjolenza u l-ħarsien tal-poplu tad-Darfur; jirrikonoxxi wkoll li s-sigurtà fuq medda twila ta" żmien tista" tiġi żgurata biss permezz ta" soluzzjoni politika tat-tilwimiet fir-reġjun; iħeġġeġ kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Kummissjoni sabiex jaħdmu fi ħdan il-UNHCR għall-istabbiliment ta" strateġija komprensiva għall-paċi li tinvolvi lill-partijiet kollha; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu aktar effettiv ta'l-influwenza tagħhom fil-livell tal-UNHCR, u jħeġġeġ lill-UNHCR sabiex jadotta miżuri xierqa u b'saħħithom b'risposta għad-diżastru umanitarju fid-Darfur, wara r-rapport tal-missjoni speċjali tal-UNHCR;

28.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri ta' l-UE biex jilħqu ftehim ma' l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Islamika dwar sensiela ta' riżoluzzjonijiet tal-UNHCR; jikkonsidra li l-kunflitt li għadu għaddej bla soluzzjoni bejn l-Iżrael u l-Palestina huwa ostakolu kbir għall-koperazzjoni pożittiva;

29.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta" riżultati pożittivi fil-proċess li jinkiseb il-ħelsien ta", jew li jiġi żgurat proċess ġust, għall-ħames infermiera Bulgari flimkien ma" tabib Palestinjan li ġew miżmuma u ngħataw il-piena tal-mewt mir-reġim Libjan talli intenzjonalment infettaw tfal bil-virus ta" l-AIDS, fuq il-bażi ta'stqarrijiet li nkisbu permezz ta" tortura ; jinnota li, minkejja sforzi kontinwi mill-Kummissjoni sabiex issolvi l-kwistjoni permezz ta" djalogu politiku u billi tipprovdi trattament mediku għat-tfal infettati, ir-reġim Libjan għadu jwebbes rasu fuq il-każ, u qed ikompli joħroġ stqarrijiet provokattivi fil-media; fid-dawl ta" dan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-għodda tal-politika tagħha fil-konfront tal-Libja sabiex jinstab approċċ aktar effiċjenti biex il-kwistjoni tkun solvuta malajr u jintemmu t-tmien snin ta" agunija u ksur flagranti tad-drittijiet tal-bniedem;

30.  Jinkoraġġixxi lill-membri ta' l-UE li huma membri tal-UNHCR biex jeżaminaw kif huma jistgħu jagħmlu użu iktar effettiv mill-ħin tagħhom fid-dibattiti;

31.  Hu mħasseb li, minkejja l-fatt li l-Grupp ta' Ħidma għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill (COHOM) żied in-numru ta' laqgħat li jkollu, huma meħtieġa iktar ħin u riżorsi biex jinkisbu l-objettivi ta' l-UE fuq il-livell tal-UNHCR; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex isaħħu r-riżorsi umani disponibbi f'Ġinevra;

32.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jappoġġjawx bħala kandidati għal pożizzjonijiet ta' responsabilità f'fora internazzjonali lil dawk il-pajjiżi li ntwera li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija flagranti u sistematiku; jistieden lill-Istati Membri sabiex jibdew negozjati ma" stati influwenti li huma ta" l-istess fehma, bl-għan li jwaqqfu l-għażla ta" dan it-tip ta" pajjiżi għal tali pożizzjonijiet; jappoġġja t-talba li l-pajjiżi kandidati kollha jintalbu li jikkoperaw mal-Proċeduri Speċjali u ma' mekkaniżmi oħra mwaqqfa mill-UNHCR; f'dan ir-rigward, jerġa" jistieden lill-Istati Membri sabiex jesprimu appoġġ għal kriterji ta" sħubija li jorbtu d-dħul fil-UNHCR ma' l-obbligu ta' l-Istati Membri li jagħmlu stedina permanenti lill-mekkaniżmi tan-NU;

33.  Jinkoraġġixxi lill-Kunsill sabiex juża sanzjonijiet immirati, bħal dawk introdotti kontra r-reġim tal-Belarus, sabiex jiġu kkastigati persuni li huma responsabbli b'mod partikulari ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi oħra;

34.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jispjega kif kien possibbli li l-Belarus tinħatar fuq il-Korp Governattiv ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali għax-Xogħol (ILO) f'Ġunju 2005 meta erba' pajjiżi kbar membri ta' l-UE huma membri permanenti ta' dak il-Korp Governattiv; jitlob lill-Kunsill biex jispjega d-demarches diplomatiċi tiegħu qabel dik l-elezzjoni u jekk ikkunsidrax li jopponi s-sħubija tal-Belarus;

35.  Jinnota bi tħassib li f'Ottubru 2006, rapport ta' grupp ta' esperti tan-NU ikkonkluda li djamanti li ġejjin minn zoni ta' kunflitt fil-Kosta ta' l-Avorju kienu qed jinfiltraw il-kummerċ leġittimu tad-djamanti billi jgħaddu mill-Gana, pajjiż li jipparteċipa fil-Proċess Kimberley; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża l-pożizzjoni tagħha, bħala l-President tal-Proċess Kimberley tul l-2007, sabiex issaħħaħ il-mekkaniżmi mfassla sabiex iwaqqfu l-fluss ta" djamanti miz-zoni ta' kunflitt; jirrakkomanda li l-Kummissjoni taħdem għall-ħolqien ta" kunsens li jirrikjedi li s-setturi kollha tal-kummerċ tad-djamanti jimplimentaw sistemi li jittraċċjaw id-djamanti mill-minjieri sax-xerrej, li jkollhom politiki responsabbli u trasparenti b'garanziji vverifikati minn awditur indipendenti u sabiex itejbu l-preċiżjoni ta" l-istatistiċi tal-kummerċ fid-djamanti mhux maħduma sabiex ikunu jistgħu jsiru analiżi effettivi bil-ħeffa biżżejjed sabiex jinkixef kwalunkwe kummerċ fid-djamanti miz-zoni ta' kunflitt;

36.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jappoġġjaw id-Dikjarazzjoni ta" Oslo dwar munizzjoni cluster tat-23 ta" Frar 2007 ffirmata minn 46 pajjiż, li għandha l-għan li sa l-2008 jkun konkluż trattat internazzjonali li jipprojbixxi l-produzzjoni, l-użu, it-trasferiment u l-ħażna ta" bombi tat-tip 'cluster' skond il-prinċipji tal-liġi umanitarja internazzjonali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jieħdu azzjoni fil-livell ta" l-Unjoni Ewropea sabiex jiżguraw li l-Istati Membri varji jsegwu l-eżempju ta" l-Awstrija u l-Belġju billi jipprojbixxu l-bombi tat-tip 'cluster' u fil-livell internazzjonali biex jiżguraw li dawk il-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx id-Dikjarazzjoni ta" Oslo, issa jagħmlu dan;

37.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-isforzi qawwija tagħhom biex jippromwovu r-ratifikazzjoni universali ta' l-Istatut ta' Ruma u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni, b'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) (14) u l-Pjan ta' Azzjoni relatat ta'l-4 ta' Frar 2004; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċad riċentament irratifika l-Istatut ta' Ruma, u b'hekk ġab in-numru totali ta' stati kontraenti għal 104 fl-1 ta' Jannar 2007; iħeġġeġ lir-Repubblika Ċeka, l-uniku Stat Membru ta" l-UE li għadu ma rratifikax l-Istatut ta" Ruma, sabiex jagħmel dan bla dewmien; fl-istess spirtu, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi sabiex jippromwovu mekkaniżmi ta" ġustizzja tranżitorji fit-territorju tagħhom bħala pass lejn il-kisba tal-ġustizzja għall-vittmi ta" ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

38.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-fatt li r-referenzi għall-Qorti Kriminali Internazzjonali ddaħħlu f'diversi Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Viċinat Ewropew ġodda (relatati ma' l-Eġittu, il-Ġordan, il-Moldova, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja, il-Libanu u l-Ukraina) u qed jiġu nnegozjati fil-kuntest ta' Pjanijiet ta' Azzjoni oħra kif ukoll fil-Ftehim ta' Sħubija u ta' Kooperazzjoni ma' diversi pajjiżi; jappoġġja bis-sħiħ l-iffinanzjar tal-Kummissjoni, permezz ta' l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), tal-ħidma, fost oħrajn, tal-Koalizzjoni għall-Qorti Kriminali Internazzjonali, ta'Ma Hemmx Paċi mingħajr Ġustizzja, tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Parlamentari għal Azzjoni Globali, għall-promozzjoni tar-ratifika u ta" l-implimentazzjoni ta' l-Istatut ta' Ruma;

39.  Jirrikonoxxi l-importanza li jkollha r-ratifika ta" l-Istatut ta' Ruma mill-Istati Uniti mill-perspettiva globali; jerġa" jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jużaw il-mekkaniżmi kollha disponibbli sabiex jinkoraġġixxu lill-Istati Uniti sabiex jiffirmaw u jirratifikaw l-Istatut ta" Ruma, u wkoll biex jesprimu diżapprovazzjoni qawwija ta' l-isforzi ta" l-Istati Uniti biex attivament iwaqqfu lill-pajjiżi oħra milli jirratifikaw l-Istatut u milli jipproponu lill-pajjiżi terzi ftehim paralleli bħal trattati bilaterali ta" eżenzjoni;

40.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jikkollaboraw b'mod sħiħ mal-mekkaniżmi internazzjonali ta' ġustizzja kriminali, u b'mod speċjali biex iressqu quddiem qorti lill-persuni li ħarbu mill-ġustizzja;

41.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jikkontribwixxu b'mod attiv fil-mekkaniżmi legali internazzjonali ad hoc, b'mod partikulari dawk li jirċievu fondi voluntarji;

42.  Jisħaq li dawn il-mekkaniżmi legali tranżitorji msemmija hawn fuq m'għandhom qatt jiddevjaw mir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u ta" l-istat tad-dritt, billi dan huwa l-uniku mezz li jiżgura l-ġustizzja għall-vittmi u jevita li tkompli l-impunità għall-aktar ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

Rendiment fir-rigward tal-Linji Gwida ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

43.  Japprezza l-isforzi li qed isiru attwalment biex jiġu implimentati l-metodi u l-prijoritajiet politiċi msemmija fil-ħames linji gwida ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll biex isiru evalwazzjonijiet dwar l-impatt għal kull wieħed minn dawk il-linji gwida li fihom tintiżen l-effettività tagħhom biex iġibu l-bidla f'pajjiżi terzi; hu mħasseb dwar rapporti regolari li l-ambaxxati ta' l-Istati Membri ta' l-UE f'pajjiżi terzi u l-missjonijiet ta' l-UE jafu ftit jew xejn dwar dawn il-linji gwida;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-persunal tagħha kollu, b'mod partikulari dak li jaħdem fil-qasam tal-politika ta' l-iżvilupp, ikun konxju biżżejjed mil-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem; jirrikonoxxi l-bżonn li jkun hemm iktar trasparenza fir-rigward tal-mod li bih qed joperaw il-linji gwida differenti, inkluża reazzjoni dwar każi individwali u informazzjoni dwar azzjoni meħuda mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jitlob evalwazzjonijiet regolari u trasparenti dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida ta' l-UE li jinvolvu l-Parlament, sabiex dan ikun jista' jkollu rwol attiv fir-responsabilizzazzjoni;

45.  Ifaħħar l-impenn tal-Presidenza Ġermaniża biex tistabbilixxi linji gwida ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal; jinkoraġġiha sabiex tikkonsulta lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lis-soċjetà ċivili dwar id-dettalji ta' dan it-tip ta' linji gwida, u, jekk ikun hemm bżonn, li tikkoordina mal-Presidenza Portuġiża ġejjiena għat-twettiq ta' l-introduzzjoni ta' dawn il-linji gwida, li għandu jkollhom l-għan li jeliminaw effettivament ix-xogħol mit-tfal, filwaqt li jiffokaw prinċipalment fuq it-tagħlim u l-edukazzjoni tat-tfal, minħabba li dan huwa wieħed mill-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp;

46.  Jinnota li l-linji gwida ta' l-UE jirrelataw ma' pajjiżi differenti b'modi differenti u li pjanijiet individwali biex jimplimentaw il-linji gwida huma meħtieġa f'ċirkostanzi differenti;

47.  Jinnota r-responsabilità tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-UE u l-missjonijiet ta' l-UE barra l-Unjoni biex jippromwovu l-linji gwida ta' l-UE; jinkoraġġixxi approċċ iktar proattiv għall-promozzjoni tal-linji gwida fuq il-livelli kollha; jissottolinja l-problema tar-riżorsi u tal-persunal fost il-missjonijiet ta' l-UE f'pajjiżi terzi li jikkonċernaw it-tqajjim ta' kuxjenza dwar il-linji gwida u l-immoniterjar u l-implimentazzjoni tagħhom; jistieden lir-rappreżentanzi ta' l-Istati Membri f'pajjiżi terzi u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni sabiex jikkordinaw b'mod aktar effettiv, jaqsmu bejniethom l-istrutturi u l-istaff sabiex joħolqu "Ambaxxati ta" l-Unjoni Ewropea" ġenwini madwar id-dinja, u b'hekk jassumu responsabilitajiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

Il-piena kapitali

48.  Iħeġġeġ lill-Presidenzi biex ikomplu l-approċċ tal-promozzjoni favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt billi jagħżlu bħala prijorità numru speċifiku ta' pajjiżi fejn hemm prospetti għal bidla pożittiva fil-politika;

49.  Jinkoraġġixxi lill-Presidenzi biex jiżvelaw liema pajjiżi bi ħsiebhom ipoġġu fil-mira tagħhom fil-kuntest tal-linji gwida ta' l-UE dwar il-piena kapitali skond 'l hekk imsejħa kampanja "pajjiżi fil-quċċata" immirata lejn Stati li l-politika tagħhom dwar il-piena kapitali qed tinbidel; jinkoraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex ifittxu appoġġ akbar għal passi mill-Assemblea Ġenerali tan-NU attwali għall-kisba ta" moratorju universali fuq il-piena kapitali li jwassal għal abolizzjoni totali tagħha, inklużi l-għoti tas-sentenzi; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jaġġorna l-linji gwida, li huma tas-sena 1998, sabiex ikun jista' jittieħed kont ta'l-elementi u strateġiji ġodda li kienu żviluppati minn dak inhar 'l hawn;

50.  Jissuġġerixxi li l-Kunsill jagħmel reviżjoni tal-linji gwida u li din ir-reviżjoni tkun tista' tipprovdi għall-UE biex tintervjeni fir-rigward ta' każi individwali li jagħtu lok għal tħassib partikulari li ma jaqgħux taħt l-istandards minimi tan-NU kif previst fil-linji gwida;

51.  Jitlob lill-Presidenza biex tinkoraġġixxi lill-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx u ma rratifikawx it-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) biex jagħmlu dan, kif ukoll lill-Istati Membri li ma ffirmawx il-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha(15); jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, li l-linji gwida dwar il-piena tal-mewt jistgħu jiġu implimentati b'mod iktar koerenti jekk l-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw protokolli u konvenzjonijiet bħal dawn;

52.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-organizzazzjoni tat-tielet Kungress Dinji kontra l-Piena Kapitali f'Pariġi (1-3 ta' Frar 2007) u jassoċja ruħu mad-dikjarazzjoni finali tiegħu; għandu l-ħsieb li jsegwi l-Kungress, b'mod partikulari billi jiżviluppa d-dimensjoni parlamentari tal-kampanja globali kontra l-piena tal-mewt u billi jqajjem il-kwistjoni permezz tad-delegazzjonijiet interparlamentari tiegħu u permezz ta' parteċipazzjonijiet f'assemblei parlamentari konġunti; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jieħdu kull opportunità possibbli sabiex jappoġġjaw it-twaqqif ta" koalizzjonijiet reġjonali għall-abolizzjoni, b'attenzjoni speċjali ffokata fuqil-pajjiżi Għarab;

53.  Jilqa' b'sodisfazzjon - bħala eżempju tajjeb ta' użu effettiv tal-linji gwida ta' l-UE dwar il-piena kapitali - ir-reazzjoni koordinata u pubblika tar-rappreżentanti ta' l-UE fil-Peru għall-proposti sabiex il-piena kapitali f'dak il-pajjiż tkun estiża bi ksur tal-kostituzzjoni Peruvjana u tal-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

54.  Ifaħħar l-azzjoni koordinata u effettiva – kemm pubblika kif ukoll diplomatika – tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni, ta' l-Istati Membri kkonċernati u ta' l-NGOs sabiex jiksbu d-deċiżjoni sovrana tal-President tal-Pakistan li jibdel is-sentenza ta" mewt mogħtija lil Mirza Tahir Hussain, ċittadin tar-Renju Unit li qatta" 18-il sena fil-kuritur tal-mewt fil-Pakistan, u li wara jeħles lill-istess Mirza Tahir Hussain; iħeġġeġ lill-UE sabiex tkompli tqajjem każi individwali skond il-linji gwida dwar il-piena tal-mewt, u jirrakkomanda lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jagħmlu użu effettiv mid-dimensjoni parlamentari f'dan ir-rigward, billi jirrikorru, b'mod partikolari, għal interventi f'waqthom u siewja minn delegazzjonijiet inter-parlamentari;

It-tortura u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor

55.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Mhux Obbligatorju tal-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (OPCAT) fit-22 ta' Ġunju 2006; jinnota li 19-il Stat Membru ta' l-UE biss s'issa ffirmaw il-Protokoll u li 9 biss irratifikawh(16); iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha ta' l-UE li s'issa għadhom ma ffirmawx u ma rratifikawx l-OPCAT biex jagħmlu dan fis-sena li ġejja;

56.  Jilqa" bi pjaċir it-tnedija tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha minn Għajbien Impost; jitlob lill-Istati Membri kollha sabiex jiffirmawha u jirratifikawha mill-aktar fis;

57.  Jirrakkomanda li l-UE tibqa' tqajjem każi individwali ta' tortura skond il-linji gwida dwar it-tortura bl-istess mod kif għamlet bil-każi tal-piena tal-mewt skond il-linji gwida dwar il-piena tal-mewt;

58.  Japprova d-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħmel pubbliċi l-kondizzjonijiet ta' ċerti inizjattivi, u jirrikonoxxi dan il-pass bħala progress lejn trasparenza ikbar; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw b'mod partikulari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-istudju tal-Parlament li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-linji gwida ta' l-UE dwar it-tortura u trattament jew kastigi oħra krudili, inumani jew degradanti;

59.  Jenfasizza li, għalkemm dawk il-linji gwida ilhom li ġew adottati minn l-2001, l-użu tad-djalogu politiku, dikjarazzjonijiet u ta' inizjattivi fir-rigward tal-prattika attwali tat-tortura kien minimu; jinkoraġġixxi lill-Presidenzi futuri sabiex iwettqu valutazzjoni, evalwazzjoni u ppjanar għal-linji gwida dwar it-tortura; jistieden lill-Kunsill sabiex fil-proċess ġejjieni ta" evalwazzjoni ta" dawn il-linji gwida, jikkonsidra ir-rakkomandazzjonijiet provduti mill-istudju dwar din il-kwistjoni li ġie mitlub mis-sottokumitat tiegħu; jinkoraġixxi Presidenzi futuri sabiex iwettqu studju, evalwazzjoni u ppjanar dwar il-linji gwida dwar it-tortura; jistieden lill-Kunsill sabiex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li pprovda l-istudju dwar dan mitlub mis-Sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-proċess futur ta' l-evalwazzjoni ta' dawk il-linji gwida; jinkoraġġixxi lill-UE biex twessa' l-kamp ta' implimentazzjoni, b'mod partikulari billi tiżviluppa proċedura biex tidentifika u tieħu inizjattivi fuq każi individwali f'pajjiżi magħżula;

60.  Jirrakkomanda lill-Presidenzi tal-Ġermanja u tal-Portugall biex ikomplu s-sensiela ta' inizjattivi dwar it-tortura meta u fejn dan ikun relevanti; jenfasizza, madankollu, li l-inizjattivi waħedhom m'humiex biżżejjed u għandha ssir azzjoni kumplimentari oħra b'mod konsistenti u wara analiżi dettaljata tas-sitwazzjonijiet lokali, pereżempju billi jissaħħu r-relazzjonijiet mal-gruppi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tat-tortura u tat-trattament ħażin, filwaqt li jitqiesu modi effiċjenti biex jiġu indirizzati każi individwali ta' tortura u ta' trattament ħażin flimkien ma' dawk li jinvolvu difensuri magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem u billi jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta' l-azzjoni tal-missjonijiet ta' l-UE li huma impenjati li jiġġieldu t-tortura u t-trattament ħażin f'pajjiżi terzi;

61.  Jenfasizza li l-preżenza regolari tal-Presidenza jew tas-Segretarjat tal-Kunsill fil-Kumitati relevanti tan-NU kif ukoll iktar koperazzjoni mal-Kunsill ta' l-Ewropa u mal-Kumitat tiegħu għall-Prevenzjoni tat-Tortura jistgħu jirriżultaw f'informazzjoni materjali sostanzjali u utli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw inizjattivi lejn ċerti pajjiżi;

62.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-prattika ta' inizjattivi fir-rigward ta' l-imsieħba internazzjonali kollha ta' l-UE dwar ir-ratifikazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali li jipprojbixxu l-użu tat-tortura u tat-trattament ħażin, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-riabilitazzjoni tas-superstiti tat-tortura; jistieden lill-UE sabiex tikkonsidra bħala prijorità ewlenija tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin, b'mod partikulari permezz ta" implimentazzjoni mtejba tal-linji gwida ta" l-UE u l-istrumenti l-oħra kollha ta" l-UE bħall-EIDHR, u billi tiżgura li l-Istati Membri ta' l-UE jonqsu milli jużaw l-assigurazzjonijiet diplomatiċi ma' pajjiżi terzi fejn hemm riskju reali li persuni jkunu suġġetti għat-tortura u għat-trattament ħażin;

63.  Itenni li l-mutilazzjoni ġenitali femminili hija ksur tad-dritt tal-bniedem għall-integrità fiżika, u huwa allarmat bit-tentattivi biex dan it-tip ta' atti ta' mutilazzjoni jitpoġġew fl-istess kategorija ma' prattiki mediċi standard;

It-tfal u l-kunflitt armat (CAAC)

64.  Jilqa' l-ħatra ta' Radhika Coomaraswamy bħala Rappreżentant Speċjali tas-Segretarjat Ġenerali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitt Armat f'April ta" l-2006, bil-kariga li jiddefinixxi strateġiji biex jagħti protezzjoni tanġibbli lit-tfal milquta minn kunflitt armat u biex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta' standards u normi internazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal;

65.  Jilqa' l-organizzazzjoni konġunta mill-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin u mill-Fond għat-Tfal tan-NU (UNICEF) tal-Konferenza bl-isem ta' "Neħilsu lit-tfal mill-gwerra" fi Frar 2007, u l-adozzjoni tal-Prinċipji ta' Pariġi u l-linji gwida dwar it-tfal assoċjati ma' forzi armati jew gruppi armati, bħala pass importanti biex l-komunità internazzjonali tiġi motivata biex tippromwovi l-protezzjoni, biex tqajjem kuxjenza u biex tagħmel il-kwistjoni tat-tfal fil-kunflitti armati ċentrali għaż-żamma u għall-bini ta' paċi;

66.  Jenfasizza li t-tfajliet suldati huma kawża ta' tħassib partikulari, peress li huma vittmi kemm ta' esplojtazzjoni sesswali u kemm ta' ostraċiżmu frekwenti fil-komunijitajiet tagħhom wara d-demobilizzazzjoni tagħhom u jistieden sabiex ikun hemm miżuri li jindirizzaw speċifikament il-problemi tagħhom u jgħinuhom jaddattaw wara l-demobilizzazzjoni tagħhom u jerġu lura għall-ħajja ċivili;

67.  Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jirratifikaw il-protokolli mhux obbligatorji tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

68.  Jinnota li ħafna pajjiżi, inklużi wħud mill-Istati Membri ta' l-UE, iħarrġu t-tfal għall-konflitti armati; jistieden lill-pajjiżi kollha sabiex jieħdu passi biex jiżguraw li l-persuni kollha taħt l-età ta' 18-il sena ma jingħatawx taħriġ fil-konflitti armati

69.  Jilqa' l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni ("Implementation Strategy" (IS)) adottata f'April 2006 mill-Presidenza Awstrijaka, li tidentifika rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal azzjoni, u l-indikazzjonijiet tagħha li l-kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem għandhom jitqiesu b'mod sistematiku fl-istadji bikrin ta' l-ippjanar ta' l-operazzjonijiet tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (ESDP); ifaħħar l-isforzi tal-Presidenza Finlandiża bl-għan li tkun implimentata l-IS; jiddispjaċih li għodod politiċi disponibbli għall-UE (bħal inizjattivi u djalogi politiċi) ma ġewx applikati bil-potenzjal sħiħ tagħhom mill-adozzjoni tal-linji gwida fl-2003 'l hawn;

70.  Jenfasizza l-importanza li wieħed ikompli jiffoka fuq il-linji gwida flimkien ma' l-IS, peress li l-linji gwida huma iktar olistiċi; jiddispjaċih li l-Presidenza Finlandiża ħadet biss ftit inizjattivi u passi oħra fir-rigward tas-CAAC ; jinsisti li l-UE żżomm standards ta' kwalità għoljin u profondi meta timmoniterja u tirraporta dwar is-CAAC; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tas-CFSP sabiex jassigura li Presidenzi futuri huma totalment konxji ta" l-IS;

71.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iħejju lista ta' mistoqsijiet li l-kapijiet tal-missjonijiet jistgħu jirreferu għalihom biex jgħinuhom fl-irrapurtar regolari tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iħejju lista ta' kriterji li jiddeterminaw jekk pajjiż hux "prijorità" jew le, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkonsultaw iktar mal-parteċipanti bl-għan li jinkisbu l-opinjonijiet tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipproduċu dokument, kif inhu ssuġġerit fir-rakkomandazzjonijiet ta' l-IS, li jinkludi proposti dwar kif għandha tiġi implimentata r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU S/RES/1612 (2005);

72.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrifletti aħjar l-għanijiet tal-linji gwida billi tintegra sistematikament is-CAAC fiz-zoni kollha, inkluż fil-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp;

73.  Jilqa' s-sejħa għal proposti mnedija mill-Kummissjoni fil-bidu ta' l-2006 bl-għan li jintgħażlu biex jiġu ffinanzjati proġetti li jiġġieldu kontra l-ittraffikar tan-nisa u tat-tfal u li jħarsu l-protezzjoni tad-drittijiet ta' gruppi vulnerabbli f'kunflitti armati, b'mod partikulari d-drittijiet tat-tfal;

74.  Jilqa' ukoll l-adozzjoni f'Diċembru 2006 tal-Kunċett ta' l-UE għal appoġġ għal Diżarm, Dimobilizzazzjoni u Reintegrazzjoni, li jinkludi referenzi qawwija u sistematiċi għat-tfal, u l-appoġġ tal-KE (permezz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għal Għajnuna Umanitarja, ECHO) lill-proċess ta' reviżjoni mmexxi mill-UNICEF tal-"Prinċipji ta' Cape Town" dwar id-diżarm, id-dimobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni ta' tfal;

Difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

75.  Jisħaq li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Linji Gwida ta' l-UE ta' l-2004 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem għandha tieħu prijorità u li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'Ġunju 2006, b'żieda ma" l-ewwel reviżjoni ta' l-implimentazzjoni tal-linji gwida mwettqa mill-Presidenza Awstrijaka, għandhom jiġu segwiti b'azzjoni konkreta; jinkoraġġixxi lill-Kunsill biex jiffaċilita segwitu xieraq għall-inizjattivi, u l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' azzjoni meħuda f'isem individwi, billi jinħoloq database ċentrali fir-rigward ta' l-inizjattivi ta' l-UE;

76.  Jisħaq li l-UE għandha bżonn iżżid il-livell ta' konoxxenza fost l-atturi ta' l-UE kollha fi Brussell, f'kapitali u fuq il-livell ta' missjoni dwar l-eżistenza, l-iskop, il-kontenut u l-applikazzjoni operattiva tal-linji gwida; jirrikonoxxi li t-trawwim intern ta' kuxjenza għandu jkollu l-għan li joħloq fehim iktar profond tal-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorganizzaw workshops ta" ħidma u taħriġ għal dipartimenti reġjonali kif ukoll għal persunal fid-delegazzjonijiet, ambaxxati jew konsulati dwar l-applikazzjoni ta' dawk il-linji gwida, bil-parteċipazzjoni ta' difensuri tad-drittijiet fi stadju bikri, kif ukoll skambji ta' prattiki tajbin fir-rigward tal-provvista ta' appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jikkonsidra li l-idea li tinħareġ visa għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'periklu gravi, kif inhu rakkomandat mill-Kunsill, għandha tkun prijorità importanti;

77.  Jenfasizza l-importanza li l-manwal ta' tħaddim għall-implimentazzjoni tal-linji gwida jsir disponibbli għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu fil-post; iħeġġeġ lis-COHOM biex ixerred traduzzjonijiet tal-Linji Gwida ta' l-UE għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem bil-lingwi ta' l-UE li huma l-lingua franca f'pajjiżi terzi u b'lingwi prinċipali mhux ta' l-UE f'uffiċji reġjonali u fl-ambaxxati jew delegazzjonijiet; jisħaq li l-missjonijiet ta' l-UE għandhom jilħqu lid-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem b'mod iktar proattiv;

78.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sistematikament fid-djalogi politiċi kollha inkluż fid-djalogi bilaterali ma' l-Istati Membri ta' l-UE; jitlob lill-Kunsill biex jinforma lill-Parlament b'mod sistematiku dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida fil-post u biex jinvolvih bis-sħiħ fil-proċess ta' l-evalwazzjoni tagħhom; jilqa" l-fatt li waħda mill-prijoritajiet ta" l-EIDHR hija l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li tinkludi l-introduzzjoni ta" miżuri urġenti ta" protezzjoni mill-UE jilqa' wkoll l-inizjattiva tal-kampanja globali ta' l-UE ta" appoġġ għad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, Ms. Hina Jilani;

Linji gwida dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet rikonoxxuti ma' pajjiżi terzi

79.  Jisħaq li l-istrateġija globali ta" l-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija ma tistax tkun ibbażata biss fuq relazzjonijiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati, iżda għandhom jinvolvu u jikkomprendu kemm jista" jkun atturi non-governattivi, inkluż parlamentari, akkademiċi, intellettwali, ġurnalisti, id-difensuri ta" valuri demokratiċi, attivisti, mexxejja ta" NGOs u dawk li jfasslu l-oppinjonijiet;

80.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill ħejja dokument li jipprovdi ħarsa ġenerali tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-Kunsill biex jikkonsidra ir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament, li qed jiġi abbozzatbħalissa, dwar l-evalwazzjoni tad-djalogi u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi; f'dan il-kuntest, jiddispjaċih li l-evalwazzjoni tal-Kunsill ġiet iddikjarata kunfidenzjali u jitlob lill-Kunsill biex jirrispondi b'mod favorevoli għall-istedina biex jiżviluppa, flimkien mal-Parlament, sistema li biha Membri magħżula mill-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jinżammu infurmati dwar attivitajiet klassifikati; jissuġġerixxi għal darb' oħra li skema bħal din tista' tiġi mmudellata fuq sistema fejn jiġu infurmati MEPs magħżula dwar materjal klassifikat dwar is-sigurtà u d-difiża; huwa ta" l-opinjoni li, b'mod ġenerali, id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jkun ippjanat u mwettaq b'mod trasparenti, bl-użu ta" mezzi xierqa għal dak l-għan;

81.  Jenfasizza l-ħtieġa li d-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem jissaħħaħ u jitjieb b'mod konsiderevoli; jagħraf li ċ-Ċina issa ddeċidiet li l-każijiet kollha tal-piena tal-mewt ikunu riveduti mill-Qorti Suprema, iżda jibqa' mħasseb li ċ-Ċina għadha twettaq l-akbar numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja; jisħaq li r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina għadu kwistjoni gravi; jitlob lill-Kunsill biex jipprovdi rapport iktar dettaljat lill-Parlament f'sessjoni pubblika wara diskussjonijiet; jisħaq l-importanza li jerġgħu jissemgħu punti li tqajmu fi djalogi preċedenti; jappoġġja lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fir-riflessjonijiet kurrenti tagħhom dwar il-modi kif jitjieb id-djalogu; jinnota li, minkejja riformi ekonomiċi sinifikanti, it-tħassib politiku u dwar id-drittijiet tal-bniedem xorta jippersisti fir-rigward tal-priġunerija għal raġunijiet politiċi, xogħol sfurzat, libertà ta' l-espressjoni u tar-reliġjon, id-drittijiet ta' minoranzi reliġjużi u etniċi, s-sistema tal-kamp ta' Laogai u allegazzjonijiet ta' ksib ta' organi; jinnota li tħassib bħal dan għandu jingħata iktar attenzjoni fil-preparazzjonijiet għall-logħob Olimpiku ta' Beijing; iħeġġeġ lill-UE sabiex tassigura li r-relazzjonijiet tan-negozju tagħha maċ-Ċina huma konformi mar-riformi tad-drittijiet tal-bniedem u f'dan ir-rigward jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jiffinalizza kwalunkwe Ftehima ta" Qafas ġdida għas-Shubija u Koperazzjoni; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iqajmu l-kwistjoni tat-Tibet u sabiex jappoġġjaw b'mod attiv it-tisħiħ tad-djalogu bejn il-Gvern Ċiniż u l-invjati tad-Dalai Lama;

82.  Hu nkwetat ħafna li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' l-Iran ġie interrott minn l-2004 'l hawn minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni minn l-Iran; jiddispjaċih li, skond il-Kunsill, ma sar l-ebda progress; iħeġġeġ lill-Iran biex jerġa' jidħol fid-djalogu u, fuq il-bażi ta' informazzjoni mill-UE, biex jiddefinixxi benchmarks immirati lejn titjib reali fil-qasam; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-azzjonijiet kollha meħtieġa fi ħdan il-qafas ta' l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex il-kuntatti u l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili Iranjana jitmexxew "l quddiem u sabiex id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem jingħataw aktar appoġġ; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u jinnota, b'mod partikulari, l-intensifikazzjoni tar-repressjoni mmirata kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; fl-istess waqt, jiddeplora l-fatt li l-Iran kompla japplika l-piena tal-mewt f'kundizzjonijiet li jiksru l-istandards internazzjonali, u jikkundanna b'mod partikulari l-eżekuzzjonijiet ta' trasgressuri minorenni; jistieden lill-Kunsill biex jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż fil-kuntatti kollha tiegħu mal-gvern Iranjan u biex jikkonċentra l-isforzi tiegħu fuq il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod speċjali n-nisa, kif ukoll biex jikkonvinċi lill-Iran biex jadotta moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tagħhom;

83.  Jinnota l-kontinwazzjoni tal-konsultazzjonijiet ta' l-UE mar-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem; jappoġġja lill-Kunsill fl-għan tiegħu li jiżviluppa dawk il-konsultazzjonijiet fi djalogu leali u ġenwin bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem u jitlob l-involviment tal-Parlament Ewropew u ta" NGOs Ewropej u Russi f'dan it-tip ta" proċess; jiddispjaċih li l-UE kellha biss suċċess limitat fil-ksib ta' bidla fil-politika bħala riżultat li jitqajmu kwistjonijiet diffiċli bħal ma hi s-sitwazzjoni fiċ-Ċeċnija, l-impunità u l-indipendenza tal-ġudikatura, it-trattament tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-indipendenza tal-media u l-libertà ta' l-espressjoni, it-trattament ta' minoranzi etniċi, l-osservanza ta' l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-forzi armati, diskriminazzjoni bbażata fuq orjentazzjoni sesswali kif ukoll kwistjonijiet oħra; huwa mħasseb dwar il-leġiżlazzjoni Russa li tillimita l-attivitajiet ta' l-NGOs; jiddeplora l-fatt li ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġew mhedda u jibqa' mkexkex bil-qtil ta' Anna Politkowskaja; jistenna li r-Russja tieħu miżuri ulterjuri biex tipproteġi l-libertà ta' l-espressjoni u s-sigurtà tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; f'dan is-sens jikkonsidra li l-koperazzjoni Russa mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU kif ukoll ir-ratifika tal-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kollha rilevanti għandha titqies bħala prijorità għall-UE; hu mħasseb dwar l-allegazzjonijiet li l-gvern Russu hu responsabbli mill-ivvelenar ta' Alexander Litvinenko, li miet f'Novembru 2006 f'Londra; jesprimi tħassib dwar allegazzjonijiet ġodda li nġabu kontra Mikhail Khodorkovsky, l-ex-kap tal-Yukos li kien arrestat fl-2003, u hu mħasseb b'istess mod dwar l-allegat trattament tiegħu waqt id-detenzjoni tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iressqu każijiet bħal dawn ma' l-awtoritajiet Russi fl-ogħla livell u fil-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni mar-Russja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex jistabbilixxi obbligi aktar ċari u jistabbilixxi mekkaniżmi ta" monitoraġġ aktar effiċjenti, flimkien mal-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jikseb titjib reali fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

84.  Jilqa' l-isforzi mwettqa s'issa mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Parlament Ewropew fil-ġlieda kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus; jenfasizza li din il-politika għandha titkompla, b'enfasi partikulari fuq il-ksur tal-libertà ta' l-espressjoni u tad-drittijiet ta' assemblea u assoċjazzjoni paċifika, kif ukoll fuq il-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali; jinnota l-ħtieġa ta' appoġġ għall-oppożizzjoni politika, li hija mira ta' repressjoni;

85.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iwaqqfu sottokumitati għad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi ġirien kollha mmirati għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, kif kien il-każ għal-Marokk u għal-Ġordan u kif inhu maħsub fil-preżent għall-Eġittu, it-Tuneżija u l-Libanu; itenni s-sejħa tiegħu biex il-Parlament ikun assoċjat mal-preparazzjoni ta" dawn il-laqgħat u biex ikun magħruf fil-ħin dwar ir-riżultat tagħhom;

86.  Jirrikonoxxi l-isforzi biex jiġi stabbilit djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' l-Uzbekistan, imma jinnota li dan ma kienx possibbli minħabba l-inabilità ta' l-Uzbekistan li jidħol fi djalogu bħal dan b'mod kostruttiv; jikkonsidra, f'dan ir-rigward, li l-proċediment fi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' l-Uzbekistan m'għandux iwassal għat-tneħħija tas-sanzjonijiet imposti fuq dan il-pajjiż jekk ma jkun sar l-ebda progress fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija; konsegwentament, jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jieħu xi deċiżjoni;

87.  Huwa fiduċjuż li l-progress reċenti fit-Taħdidiet bejn Sitt Partijiet se jikkontribwixxu għal ambjent politiku aktar favorevoli li fih jista' jerġa' jinfetaħ id-djlaogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex isegwu b'mod vigoruż l-objettiv fit-triq ta" kuntatti u negozjati mad-DPRK;

88.  Jinnota li n-negozjati mill-Kummissjoni u l-Kunsill fir-rigward tat-triq għall-adeżjoni tat-Turkija u l-problemi li wieħed iltaqa' magħhom; huwa mħasseb dwar il-progress limitat miksub sal-lum u l-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, b'mod speċjali fir-rigward tal-libertà tar-reliġjon għall-komunitajiet reliġjużi kollha u t-tgawdija b'mod sħiħ tad-drittijiet ta' proprjetà tagħhom, il-protezzjoni tal-minoranzi, il-libertà ta' l-espressjoni u kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-popolazzjoni ta' oriġini Kurda fix-Xlokk tal-pajjiż; jikkundanna l-qtil traġiku tal-ġurnalista Hrant Dink f'Jannar ta' l-2007, li jservi bħala eżempju ta' sentiment nazzjonalista fost ċerti sezzjonijiet tas-soċjetà Turka, iżda jikkonsidra li, il-kundanna qawwija mal-pajjiż kollu tal-qtil inkluż mill-gvern u l-arrest immedjat ta' min ikkommettih, huwa inkoraġġanti; jinkoraġġixxi lill-gvern Tork biex ibiddel l-Artikolu 301 tal-Kodiċi Kriminali tat-Turkija, li jillimita b'mod ċar il-libertà ta' l-espressjoni fil-media;

89.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, b'mod partikulari f'sitwazzjonijiet post-konflittwali, inkluż sitwazzjonijiet fejn l-istupru tan-nisa u tal-bniet intuża bħala arma tal-gwerra, u fejn il-vjolenza fuq in-nisa għadu mxerred, sabiex jikkonsidrau l-isforzi ta' pajjiżi msieħba biex jindirizzaw vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mill-passat bħala xhieda ta' impenji kurrenti tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

90.  Jenfasizza li, matul id-djalogi u l-konsultazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandhom iressqu l-kwistjonijiet kollha relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ukoll każijiet ta' diskriminazzjoni; jisħaq l-importanza ta' dawn it-tip ta' djalogi u konsultazzjonijiet meta l-vjolazzjonijiet huma mxerrda u/jew sistematiċi u jagħraf li l-pressjoni internazzjonali jista' jkollha rwol fil-prevenzjoni ta' vjolazzjonijiet futuri;

91.  Jinnota bi tħassib li l-parteċipazzjoni tal-Parlament mhux dejjem hi komprensiva kemm għandha tkun fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jinkoraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiftħu d-djalogu għal parteċipazzjoni akbar minn Membri tal-Parlament Ewropew;

Skrutinju ġenerali ta' l-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inklużi r-rendiment taż-żewġ Presidenzi

92.  Ifaħħar il-koperazzjoni bejn il-Presidenza Finlandiża u dik Awstrijaka mmirata lejn l-assigurazzjoni tal-konsistenza ta' l-approċċ lejn il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jistenna bil-ħerqa l-kontinwazzjoni ta' dan il-proċess ta' kollaborazzjoni mill-Presidenzi tal-Ġermanja, tal-Portugall u tas-Slovenja;

93.  Jappoġġja l-Kunsill u l-Kummissjoni fil-pożizzjoni tagħhom kontra l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'Burma/Myanmar u l-impenn ta' l-UE biex jinkisbu l-objettivi ddikkjarati tagħha, jiġifieri biex tara t-twaqqif ta' gvern ċivili leġittimu u elett b'mod demokratiku li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem tal-poplu tiegħu u jerġa' jistabbilixxi relazzjonijiet normali mal-komunità internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex isaħħu l-pożizzjoni komuni ta' l-UE billi jadottaw sanzjonijiet aktar effettivi u mmirati fir-rigward tar-realtà li s-sitwazzjoni fil-Burma/Myanmar qed tkompli tmur għall-agħar; jinkoraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni - bħala parti mill-pożizzjoni komuni dwar Burma/Myanmar - biex jimpenjaw ruħhom b'mod iktar proattiv ma' l-Assoċjazzjoni ta' Nazzjonijiet tax-Xlokk ta' l-Asja (ASEAN) u ma' l-istati ġirien ta' Burma/Myanmar biex iħeġġuhom biex jużaw l-influwenza tagħhom b'mod responsabbli sabiex iġibu bidla pożittiva; jistieden għal inizjattiva proattiva biex tittieħed mill-UNHCR, li tista' tieħu l-forma ta' sessjoni speċjali dwar din il-kwistjoni; jinkoraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħeġġu liċ-Ċina, lill-Indja u lil pajjiżi oħra li qed ikomplu jipprovdu armi u appoġġ ieħor lill-ġunta militari biex jieqfu milli jagħmlu dan u biex jissieħbu mal-komunità internazzjonali fl-isforzi tagħha biex iġġib bidla għal sitwazzjoni aħjar f'Burma/Myanmar; jinnota l-isforzi mwettqa sal-lum mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU b'rikonoxximent tal-kriżi umanitarja kontinwa; iħeġġeġ lill-Kunsil u lill-Kummissjoni biex jilħqu kunsens maċ-Ċina, mar-Russja u ma' l-Afrika tan-Nofsinhar dwar riżoluzzjoni li torbot, li jeħtieġ djalogu sinifikattiv ta' tliet partijiet bejn il-Kunsill ta' Stat għal Paċi u l-Iżvilupp, il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija u n-nazzjonalitajiet etniċi, u l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, inkluż Aung San Suu Kyi;

94.  Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-effetti fuq in-nies ordinarji fil-Palestina tad-Deċiżjoni tal-UE sabiex tissospendi l-għoti ta' għajnuna permezz ta' l-Awtorità Palestinjana, b' riżultat tam-nuqqas ta'l-Awtorita li tilħaq kundizzjonijiet leġittimi; iħeġġeġ l-espansjoni tal-mekkaniżmu internazzjonali temporanju i jħeġġeġ lill-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jimmonitoraw it-tibdil fiċ-ċirkustanzi mill-qrib u sabiex jinkuraġġaw ċirkostanzi li jippermettu il-bidu mill-ġdid ta' l-għajnuna permezz ta' l-Awtorità.

95.  Jiddispjaċih li l-Kunsill u l-Kummissjoni fallew milli jieħdu azzjoni deċiżiva biex jikkonvinċu lill-Gvern ta' l-Etijopja biex jeħles b'mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet lill-Membri Parlamentari eletti kollha u priġunieri politiċi oħrajn u biex iwettaq l-obbligi tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt; ifakkar fil-bosta riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar l-Etijopja, adottati mill-elezzjonijiet ta' l-Etijopja ta' l-2005 li ġew osservati mill-UE, u b'mod speċjali dik l-aktar reċenti, adottati fis-16 ta' Novembru 2006(17);

96.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu u jgħinu lill-gvern tas-Senegal biex iħejji l-proċess ġust u bla dewmien ta' ' Hissène Habré sabiex iwieġeb għal akkużi ġudizzjarji ta' ksur qawwi ta' drittijiet umani tal-massa;

97.  Jirrikonoxxi l-konsegwenzi sinifikanti għad-drittijiet tal-bniedem tal-gwerra li hemm bħalissa fl-Iraq u n-natura kumplessa tas-sitwazzjoni politika fraġli kurrenti; jinnota r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament dwar l-Iraq u r-rakkomandazzjonijiet li hemm fihom; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jevalwaw b'mod konstanti kif l-UE jista' jkollha rwol iktar kostruttiv biex iġġib l-istabilità fl-Iraq; jinnota b'sorpriża totali s-sospensjoni proviżorja mill-ECHO ta' l-għajnuna umanitarja għall-Iraq, minkejja s-sitwazzjoni diżastruża li qed iġarrabu l-poplu ta' l-Iraq u r-rifuġjati Iraqini; jilqa, madankollu il-bidu mill-ġdid ta' din l-għajnuna fi Frar 2007;

98.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħolli l-profil tal-problema tat-traffikar ta' persuni fl-UE u jħeġġeġ biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun miġġieled it-traffikar ta' persuni, b'mod partikulari ta' nisa u tfal; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli żżomm responsabbli Stati Membri li ma jkunux osservaw konvenzjonijiet u direttivi miftiehma kontra t-traffikar, b'mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' l-immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti(18); jenfasizza wkoll li fil-ġlieda kontra t-traffikar ta' persuni għandu jiġi adottat approċċ tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-vittmi tat-traffikar; ifaħħar lill-Presidenza Awstrijaka b'mod partikulari għall-organizzazzjoni ta' numru ta' inizjattivi kontra t-traffikar fosthom konferenza ta' l-esperti ta' l-UE f'Ġunju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' l-UE dwar it-Traffikar tal-Persuni, u jinnota l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dak l-avveniment ta' jumejn;

99.  Jiddispjaċih li l-Presidenza Finlandiża ma organizzatx ir-raba' laqgħa tan-Network ta' l-UE tal-punti ta' kuntatt fir-rigward ta' persuni responsabbli għall-ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra, li tirrappreżenta mezz ta' valur li ma jistax jitqies biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-UE fl-investigazzjonijiet u fil-prosekuzzjonijiet ta' reati internazzjonali fuq livell nazzjonali; jiġbed l-attenzjoni lejn l-impenn tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Network ta' l-UE biex ikollu laqgħa waħda matul kull Presidenza, u jitlob l-implimentazzjoni effettiva tal-konklużjonijiet tal-laqgħat tan-Network ta' l-UE preċedenti; jitlob lil kull Presidenza biex tagħmel dan punt standard fil-programm tagħha;

100.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Lejn Strateġija ta' l-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal" (COM(2006)0367); jittama li l-Kummissjoni qegħda b'hekk tipprovdi bażi solida għal politiki aktar effettivi u komprensivi mfassla biex jipproteġu l-aktar drittijiet fundamentali tat-tfal; iżda huwa mħasseb dwar iż-żieda fin-nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tat-tfal li qed jintwera fil-livell internazzjonali;

101.  Jiddeplora l-fatt li l-vjolenza fid-Darfur kompliet mingħajr kontroll, u li l-gvern tas-Sudan mhux qed jinżamm responsabbli tal-fallimenti ripetuti biex jikkonforma mat-talbiet internazzjonali u jipproteġi liċ-ċittadini tiegħu mill-vjolenza, waqt li jilqa' l-akkużi reċenti maħruġa mill-ICC; jiddispjaċih li l-UE ma ħaditx aktar azzjoni unilaterali fir-rigward tal-kriżi fid-Darfur u ma ppruvatx b'mod aktar qawwi biex tikkonvinċi lill-gvern tas-Sudan biex jaċċetta forza internazzjonali għaż-żamma tal-paċi; jenfasizza li teħtieġ pressjoni diplomatika persistenti biex jintwera lill-gvern tas-Sudan li l-impenji verbali tiegħu jridu jkunu segwiti bi sforzi komprensivi u sostnuti mmirati lejn il-waqfien tal-vjolenza fid-Darfur, u li l-komunità internazzjonali mhux se taċċetta aktar traskuraġni mis-Sudan ta' l-impenji tiegħu u tar-responsabilità tiegħu biex jipproteġi liċ-ċittadini tiegħu; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jaqbel ma' pjan ta' sanzjonijiet speċifiċi u immirati biex ikunu imposti fuq ir-reġim ta' Khartoum, skond skeda ċara, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-talbiet tal-komunità internazzjonali; iħeġġeġ lill-UE biex tikkontribwixxi (u biex tagħmel pressjoni fuq oħrajn biex jikkontribwixxu) għal forza internazzjonali għaż-żamma tal-paċi u għall-infurzar taz-zona fejn ma jistgħux isiru titjiriet fuq id-Darfur u biex tiżgura li l-Unjoni Afrikana jkollha r-riżorsi u l-assistenza xierqa biex twettaq il-mandat tagħha; jitlob li l-UE tisħaq ghal missjoni ta' l-UN għaż-żamma tal-paċi fiċ-Chad b'mandat qawwi ta' protezzjoni ċivili; jimplora lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jassumu r-responsabilitajiet tagħhom u biex jipprovdu protezzjoni effettiva għall-poplu tad-Darfur minn diżastru umanitarju;

102.  Jitlob għall-adozzjoni ta' kodiċi ta' kondotta dwar l-istandards li jridu jiġu rispettati mill-persunal militari u ċivili għaż-żamma tal-paċi u umanitarju waqt li jkunu fuq missjoni f'zoni ta' konflitt armat, biex jinkludu sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità ma' l-istandards għoljin ta' kondotta li jkunu mistennija, b'mod speċjali fir-rigward ta' kwalunkwe forma ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru;

103.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ħames Stati Membri ħatru Ambaxxaturi speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex iwettqu attivitajiet ta' involviment, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, ma' pajjiżi terzi u jinnota x-xogħol li qed isir f'dan il-qasam; jitlob lill-Istati Membri l-oħra biex jikkunsidraw li jieħdu l-istess passi;

104.  Jitlob mill-Kummissjoni u mill-Kunsill rapport ġenerali dwar il-pajjiżi li ma ħarġux stediniet permanenti għall-Mekkaniżmi Speċjali, għar-Rapporteurs Speċjali u għar-Rappreżentanti Speċjali kollha tan-Nazzjonijiet Uniti;

105.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-użu ta' l-istrument il-ġdid ta' lista ta' l-UE tal-"priġunieri/detenuti li jqajmu tħassib" fir-rigward ta' ftit pajjiżi individwali; itenni t-talba tiegħu li l-Kunsill għandu jistabbilixxi listi ta' l-UE tal-"priġunieri/detenuti li jqajmu tħassib" għal kull pajjiż terz fejn hemm tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u li għandu jqajjem il-listi relevanti f'kull laqgħa ta' djalogu politiku; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament bil-listi kollha bħal dawn li jeżistu;

106.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill issa jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-listi ta' "pajjiżi li wieħed għandu jiffoka fuqhom" fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi, b'mod partikulari l-lista ta' pajjiżi " fil-quċċata" għall-piena kapitali, "pajjiżi li wieħed għandu jiffoka fuqhom" f'dak li għandu x'jaqsam mat-tortura u pajjiżi fejn is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem hi partikolarment ħażina;

107.  Hu sorpriż li s-Segretarjat tal-Kunsill s'issa ma kkonformax mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2005 li adotta d-dispożizzjoni li l-Fact sheets aġġornati ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill għandhom ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE(19); jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-verżjoni kurrenti ta' dawn il-fact sheets mill-iktar fis possibbli;

108.  Jilqa' r-rikonoxximent mill-Kunsill li l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilitajiet adottata dan l-aħħar se tippermetti aktar l-UE biex tipproċedi bl-attenzjoni aktar mifruxa tagħha lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tad-diżabilità u, fil-kuntest ta' din il-Konvenzjoni, jitlob lill-UE biex timmonitorja b'mod aktar effettiv is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni b'diżabilitajiet f'pajjiżi terzi bil-ħsieb li tirrapporta dwar is-sejbiet ewlenin sa l-2009-2010;

109.  Jinsisti li d-diskussjonijiet kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija ma' pajjiżi terzi, l-istrumenti, id-dokumenti u r-rapporti, inklużi r-Rapporti Annwali, għandhom jindirizzaw b'mod espliċitu kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni inklużi l-kwistjonijiet ta' minoritajiet etniċi, libertajiet reliġjużi anke prattiċi diskriminatorji lejn reliġjonijiet fil-minoranza, id-drittijiet umani tan-nisa, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet ta' popli indiġeni, persuni b'diżabilità anke persuni b'diżabilitajiet intelletwali, u persuni ta' l-orjentazzjonijiet sesswali kollha, filwaqt li l-organizzazzjonijiet tagħhom jiġu involuti bis-sħiħ, kemm fl-UE kif ukoll f'pajjiżi terzi, jekk ikun il-każ;

110.  Huwa tal-ħsieb li politika attiva li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem ma tistax tkun limitata għall-każijiet li jattiraw l-aktar l-attenzjoni pubblika; jinnota li ksur serju tad-drittijiet iseħħ lil hinn mill-iskrutinju pubbliku, f'istituzzjonijiet magħluqa, għat-tfal, l-anzjani u l-morda, u fil-ħabsijiet; jinnota dwar il-ħtieġa li l-Unjoni tressaq skrutinju espert fuq il-ħajja ta' dawn l-istituzzjonijiet;

111.  Jitlob lill-Kunsill biex jevalwa mill-ġdid il-proċedura biex jiġu elenkati gruppi terroristiċi u wkoll biex jiġi kkunsidrat metodu ċar li bih jitneħħew gruppi mil-lista jekk dawn ikun jistħoqilhom li jitneħħew (filwaq li jiġu kkunsidrati l-attitudni, l-istorja u l-prattika tagħhom);

112.  Jikkonsidra li l-politika komuni ta' kontroll ta' esportazzjoni ta' l-armi ċara, effiċjenti u armonizzata, stabbilita f'kodiċi ta' kondotta li jorbot f'sens legali, jista' jkollha rwol deċiżiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fil-prevenzjoni ta' konflitt, fl-istabilità reġjonali u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Presidenza ta' l-UE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jkunu ta' appoġġ għat-Trattat tal-Kummerċ Internazzjonali ta' l-Armi;

113.  Jiddeplora, kif espress fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2007, il-falliment tal-Kunsill u tal-Presidenzi ta' l-UE li jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom li jżommu l-Parlament kompletament informat dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika komuni dwar tas-CFSP fir-rigward tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju tiegħu li qed jinvestiga l-allegat użu mis-CIA tal-pajjiżi Ewropej għat-trasport u ż-żamma illegali tal-prinġunieri;

114.  Jenfasizza li, f'dan l-istadju meta ma jkunx possibbli għall-UE li toffri lill-Belarus parteċipazzjoni sħiħa fil-politika ta' viċinanzi, l-UE xorta għandha twettaq kull sforz biex issib modi xierqa biex tevita aktar żviluppi kontra d-demokrazija u ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'dan il-pajjiż, li huwa ġar dirett ta' l-UE; għalhekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Belarus u biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' l-oppożizzjoni politika;

Il-programmi ta' għajnuna esterna tal-Kummissjoni
L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

115.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill ftiehmu mal-Parlament, fuq insistenza minn dan ta' l-aħħar, li kien hemm bżonn strument speċjali ta' finanzjament (EIDHR) għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja;

116.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konsultazzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni ma' Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u mas-soċjetà ċivili fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-EIDHR il-ġdid; jitlob trasparenza kompleta fir-rigward tal-modi li bih qed jintefqu l-flus u jintgħażlu u jiġu evalwati proġetti skond dan l-istrument;

117.  Jilqa' l-adozzjoni, skond l-EIDHR, ta' miżura ġdida (fost il-miżuri ad hoc introdotti reċentement skond dak l-istrument), li tippermetti li tittieħed azzjoni urġenti għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr il-ħtieġa ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta din il-miżura ġdida b'mod veloċi u effettiv;

118.  Jinnota li l-fondi ta' l-EIDHR użati għall-missjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet fl-2006 telgħu għal 23% mit-total tal-fondi ta' l-EIDHR użati (EUR 35,176103) u li missjonijiet bħal dawn saru fi 13-il pajjiż u territorju inklużi Aceh, Fiji u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

119.  Jinnota li parti kbira (49%) mill-fondi ta' l-EIDHR għal proġetti li saru fl-2006 marret għal proġetti kbar tematiċi u parti żgħira biss (24%) marret għal proġetti mikro implimentati mid-delegazzjonijiet tal-KE; jistenna li l-istrument finanzjarju l-ġdid se jagħmilha possibbli għall-Kummissjoni li tiffinanzja lil dawn l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom irwol ewlieni fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-pajjiżi tagħhom imma li mhumiex rikonoxxuti legalment mill-awtoritajiet f'dawk il-pajjiżi;

120.  Jibqa' imħasseb dwar il-fatt li l-piż amministrattiv fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala riċevituri ta' fondi għandu jitnaqqas u għandha tiżdied il-flessibilità fil-ħruġ ta' fondi billi jkunu permessi għoti mill-ġdid, għotjiet iżgħar għall-organizzazzjoniet popolari u fondi għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li ma jkunux reġistrati;

121.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tabbozza linji gwida ċari sabiex riċevituri potenzjali tal-fondi jifhmu l-objettivi u l-kriterji kwalifikattivi;

Programmi ta' għajnuna b'mod ġenerali

122.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni bdiet tintegra sistematikament kwistjonijiet relatati mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba fil-laqgħat u fid-dokumenti ta' pprogrammar meta tkun qed tiżviluppa bażijiet legali għal strumenti, strateġiji dwar pajjiżi, programmi indikattivi nazzjonali, programmi settorali, proġetti individwali u evalwazzjonijiet; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-uffiċjali li jippreparaw proġetti u programmi għandhom linji gwida dwar kif jintegraw sistematikament kwistjonijiet bħal dawn;

123.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni (DĠ EuropeAid) qiegħda fil-proċess li tikkommissjona studju dwar kif tintegra sistematikament fl-attivitajiet tagħha numru ta' oqsma ta' governanza bħal ma huma d-demokratizzazzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, it-tisħiħ ta' l-istat tad-dritt u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-empowerment tas-soċjetà ċivili, ir-riforma amministrattiva pubblika inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-diċentralizzazzjoni u l-governanza lokali; jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni biex tiżviluppa dan l-istudju f'għodda prattika li għandha tintuża għall-integrazzjoni sistematika ta' governanza fil-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp tal-KE għall-benefiċċju ta' maniġers tal-programmi fid-delegazzjonijiet u fuq il-livell tal-kwartieri ġenerali u konsultenti involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-KE; jistenna bil-ħerqa li jirċievi dan l-istudju meta jkun finalizzat;

124.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qegħda fil-proċess li tabbozza l-profili ta' governanza għall-pajjiżi kollha ta' l-ACP fil-kuntest ta' l-10 programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; iżda jistieden għal aktar trasparenza fil-proċess ta' żvilupp ta' profili ta' tmexxija, biex jinkludi konsultazzjoni reali u effettiva mal-partijiet kollha li għandhom sehem, inklużi l-imsieħba ta' l-ACP u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi, fit-taqsima dwar it-tmexxija soċjali, il-prestazzjoni tal-gvern fil-provvediment tas-servizzi soċjali bażiċi lill-popolazzjonijiet sħaħ tagħhom;

125.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istrument għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Kooperazzjoni ta' l-Iżvilupp (ECDCI) inqasam fi tnejn b'tali mod li issa l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma separati mill-pajjiżi industrijalizzati(20); jibqa' mħasseb, madanakollu, li issa l-ebda strument donnu ma jkopri l-prevenzjoni tal-kunflitt;

Implimentazzjoni ta' klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fi ftehimestern

126.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq ta' l-14 ta' Frar 2006 fir-rigward tal-futur tal-politika ta' l-UE dwar l-applikazzjoni tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehim kollu ta' l-UE; jinnota bħala l-ewwel reazzjoni li l-Kummissjoni tat ħarsa ġenerali lejn diversi miżuri li jtejbu l-applikazzjoni tal-klawsola, bħal pereżempju, li jestendu b'mod gradwali l-kumitati għad-drittijiet tal-bniedem għal iktar pajjiżi terzi; jinnota li l-Kunsill għadu ma ppreżentax risposta speċifika fir-rigward tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq, iżda pprefera jkompli l-implimentazzjoni tal-klawsola fil-kuntest aktar ġenerali tal-politika barranija; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi huma mitluba, bħala parti mill-kariga tagħhom, li jenfasizzaw id-drittijiet tal-bniedem b'mod iktar speċifiku; iżda huwa mħasseb bil-proposta reċenti tal-Kummissjoni li teżenta lill-Indja mir-regola li l-ftehim kollu ta' l-UE irid jinkludi klawsola għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija, fil-kuntest tan-negozjati għall-Ftehima ta' Kummerċ Ħieles UE-Indja; jikkonsidra li mossa bħal din tkun pass lura u tista' toħloq preċedent preokkupanti għal negozjati fil-futur dwar ftehim ta' kummerċ; jirrikjedi, madanakollu, li l-Kummissjoni u l-Kunsill jadottaw pożizzjoni ċara dwar il-proposti dettaljati li jinsabu fir-riżoluzzjoni fuq imsemmija ta' l-14 ta' Frar 2006; b'mod partikulari jenfasizza l-ħtieġa li jkun introdott mekkaniżmu ta' mmonitorjar, analiżi regolari ta' konformità ma' l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u sistema progressiva ta' pieni għan-nuqqas ta' konformità biex jiżguraw implimentazzjoni xierqa tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija stipulata fil-ftehim konkluż mill-UE ma' pajjiżi terzi;

127.  Jinnota li l-Kummissjoni hija intenzjonata biex tabbozza miżuri ġodda biex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-klawsola tad-demokrazija, bħal l-estensjoni progressiva tal-kumitati għad-drittijiet tal-bniedem biex jinkludu numru akbar ta' pajjiżi terzi, jew l-istedina lill-"kapijiet tad-delegazzjoni ta' l-UE" madwar id-dinja biex jiddedikaw aktar enfasi lid-drittijiet tal-bniedem; iżda josserva li huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tressaq pjan politiku strateġiku flimkien ma' inizjattiva leġiżlattiva speċifika għar-riforma komprensiva tal-klawsola demokratika kif indikat mill-Parlament, peress li din hija problema strateġika li tolqot l-approċċ ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għall-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

128.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, b'mod partikulari, għall-ħtieġa biex il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem tkun inkluża b'mod sistematiku fil-ftehim ta' ġenerazzjoni ġdida bbażat fuq is-setturi kollha bħal ftehim ta' kummerċ sabiex trawwem aktar il-promozzjoni, il-protezzjoni u t-twaqqif tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-miri ta' dan il-ftehim;

L-integrazzjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem

129.  Ikompli jappoġġja lill-Kunsill fl-isforzi tiegħu biex jintegra sistematikament id-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fost il-ħidma ta' l-UE, b'mod partikulari billi jiffoka fuq ir-reviżjoni regolari u l-implimentazzjoni ta' sensiela partikolari ta' linji gwidi ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;

130.  Jinnota li bosta politiki interni, b'mod partikulari dawk relatati ma' miżuri ta' l-ażil, l-immigrazzjoni u dawk kontra t-terroriżmu, qed ikollhom impatt maġġuri fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; jikkonsidra li sforzi akbar iridu jitwettqu biex jiżguraw li l-politiki interni kkonċernati jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u mal-liġi umanitarja internazzjonali; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-numru kbir ta' mwiet ta' refuġjati li jippruvaw jidħlu fl-Istati Membri; jitlob li jkun hemm aktar għażliet legali għar-rifuġju politiku u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'kunsiderazzjoni tad-dritt tal-persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li jingħataw ir-rifuġju politiku fi Stat Membru; josserva li, skond il-korp tal-każistika stabbilit mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istati Ewropej ma jistgħu taħt l-ebda ċirkustanza jirritornaw individwi lill-Stati fejn dawn ikunu fil-periklu li jiġu suġġetti għat-tortura jew trattament krudil, inuman jew degradanti;

131.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma li qed issir mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex isaħħu l-koerenza bejn il-politika ta' l-UE għad-drittijiet tal-bniedem u politiki internazzjonali oħra; jikkonsidra li huwa vitali għall-kisba ta' politika kredibbli ta' l-UE għad-drittijiet tal-bniedem li koerenza bħal din tkun imsaħħa; jikkonsidra li jkun meħtieġ li fil-futur l-Ewropa titkellem b'vuċi waħda; japprova t-tema ċentrali tal-Forum ta' l-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem bit-titolu "Integrazzjoni sistematika tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-demokrazija fil-politiki ta' l-Unjoni Ewropea";

132.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli timmonitorja mill-qrib l-għoti ta' benefiċċji tal-GSP+ (Sistema Ġeneralizzata ta' Benefiċċji) lil pajjiżi li wrew difetti serji fl-implimentazzjoni tat-tmien konvenzjonijiet ta' l-ILO relatati ma' l-istandards ewlenin tax-xogħol, minħabba ksur ta' drittijiet ċivili u politiċi jew l-użu ta' xogħol fil-ħabs; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kriterji għal meta għandu jitneħħa l-GSP minħabba d-drittijiet tal-bniedem;

133.  Jikkundanna mingħajr kundizzjoni il-forom kollha ta' sfruttament tat-tfal, kemm fil-forma ta' sfruttament sesswali, inklużi l-pornografija tat-tfal u t-turiżmu sesswali, kemm ix-xogħol sfurzat, flimkien mal-forom kollha ta' traffikar uman; jinnota b'għadab in-nuqqas ta' kwalunkwe tnaqqis reali fl-isfruttament sesswali tat-tfal, b'mod partikulari b'riżultat ta' l-użu ta' l-internet; huwa tal-ħsieb li qed jitwettqu offiżi kriminali serji li jridu jkunu mħarrka u kkastigati bil-liġi;

134.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tippromwovi r-responsabilità soċjali korporattiva mal-kumpaniji Ewropej u lokali; jitlob lill-Kunsill biex jirraporta lura lill-Parlament dwar kwalunkwe reazzjoni mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar in-Negozji u Drittijiet tal-Bniedem, is-Sur John Ruggie, li tiċċara standards ta' responsabilità korporattiva u responsabilizzazzjoni għal korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi tan-negozju oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

135.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-13 ta' Novembru 2006 fir-rigward ta' l-ugwaljanza tas-sessi u l-integrazzjoni sistematika tas-sessi fl-immaniġjar tal-kriżijiet;

136.  Jirrikonoxxi li l-politika ta' immigrazzjoni saret prijorità għall-aġenda ta' politika interna u esterna ta' l-Unjoni u li fit-testi tagħha l-Unjoni ppruvat tgħaqqad l-immigrazzjoni u l-iżvilupp u tiżgura li d-drittijiet fundamentali ta' l-immigranti jkunu rispettati; iżda jtenni li r-realtà fl-iktar livell baxx tgiddeb dawn it-testi; jesprimi tħassib partikulari għall-fatt li l-ftehim għall-ammissjoni mill-ġdid ta' immigranti illegali qed ikunu konklużi ma' pajjiżi terzi li m'għandhomx il-qafas legali u istituzzjonali meħtieġ biex jindirizzaw l-ammissjoni mill-ġdid ta' ċittadini u biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jgħaddulu informazzjoni dwar il-progress imwettaq f'dan il-qasam mill-pubblikazzjoni, fl-2005, ta' l-ewwel rapport annwali ta' mmonitorjar u evalwazzjoni dwar il-koperazzjoni minn pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra l-emigrazzjoni illegali; jirrakkomanda li l-Parlament ikun involut mill-bidu meta jkunu konklużi u negozjati ftehim ta' ammissjoni mill-ġdid; u jsostni, fil-qosor, li kwalunkwe politika ta' emigrazzjoni għandha tkun politika komuni u, fuq kollox, preventiva aktar milli punittiva;

137.  Itenni l-importanza tal-politika interna ta' l-UE biex tippromwovi l-aderenza mal-liġi internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u l-bżonn li l-Istati Membri jilleġiżlaw b'tali mod li jkun konsistenti, inter alia, mal-Konvenzjonijiet ta' Ġeneva, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura, il-Konvenzjoni dwar il-Ġenoċidju u l-Istatut ta' Ruma ta' l-ICC; jilqa' l-progress imwettaq fl-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni universali f'xi Stati Membri; fil-kisba ta' aktar koerenza tal-politiki interni u esterni, jinkoraġġixxi lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkorporaw il-ġlieda kontra l-impunità għal reati internazzjonali serji fl-iżvilupp ta' zona komuni ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja ta' l-UE;

138.  Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri sabiex sistematikament jinkludu fil-qafas ta' diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali ma' pajjiżi terzi, il-kwistjoni tal-persekuzzjoni ta, jew id-diskriminazzjoni kontra, persuni fuq il-bażi ta' l-orjentament sesswali tagħhom, u sabiex progressivament jieħdu miżuri xierqa meta jsir tali ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jitlobhom jieħdu l-intizjattivi kollha meħtieġa fuq il-livell internazzjonali sabiex jieqfu l-persekuzzjonijiet ibbażati fuq l-orjetament sesswali kif ukoll għad-dekriminalizzazzjoni, bħall-adozzjoni ta' riżoluzzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet mill-korpi tan-NU, u jiddeċiedi li jkun sponsor ta' u jiċċelebra kull sena, fis-17 ta' Mejju, il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobja;

Effettività ta' l-interventi tal-Parlament Ewropew fil-każi tad-drittijiet tal-bniedem

139.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol importanti tal-Parlament fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem u biex jiżgura l-impenji biex ittejbu d-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija madwar id-dinja billi jifli bir-reqqa l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet l-oħra u, b'mod partikulari, permezz tal-Premju Sakharov;

140.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinnotaw l-istudju li sar miċ-Ċentru Ewropew Interuniversitarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni bl-isem ta' "Lil Hinn mill-Attiviżmu: L-impatt tar-riżoluzzjonijiet u ta' attivitajiet oħra tal-Parlament Ewopew fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem barra l-Unjoni Ewropea", iffinalizzat f'Ottubru 2006;

141.  Jilqa' l-attivitajiet tas-Sottokumitat tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi rapporti regolari mill-Presidenza, mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Personali għad-Drittijiet tal-Bniedem, skambji ta' opinjonijiet (b'mod partikulari ma' Rapporteurs Speċjali tan-NU u esperti indipendenti), sessjonijiet ta' smigħ, dikjarazzjonijiet formali u studji ta' l-esperti; jissuġġerixxi li l-impatt tal-ħidma tiegħu jista' jkun imsaħħaħ b'assoċjazzjoni sistematika ma' kumitati oħrajn bħall-Kumitati għall-Iżvilupp, il-Kummerċ Internazzjonali, il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Baġits;

142.  Jirrikonoxxi li s-Sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kompla jkun impenjat fl-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti ta' l-UE fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, b'iffukar speċjali fuq il-linjigwida ta' l-UE dwar it-tortura, fit-tfassil tal-Kummissjoni u tal-Kunsill bħala responsabbli mill-azzjonijiet tagħhom f'dan il-qasam, fit-twaqqif ta' djalogu kostanti ma' istituzzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, fil-provvediment ta' pjattaforma ta' kompetenza u, fl-istess waqt, informazzjoni dwar aspetti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fi tweġiba għal rapporti mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, fl-abbozzar ta' rapporti ta' inizjattiva tiegħu stess dwar strumenti speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem, fl-integrazzjoni sistematika ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-korpi differenti tal-Parlament Ewropew (kumitati u delegazzjonijiet), fl-organizzazzjoni u preparamenti tal-proċedura ta' għoti tal-Premju Sakharov u fil-provvediment ta' pjattaforma għal djalogu permanenti mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;

143.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni msaħħa ma' parlamentari nazzjonali bil-ħsieb ta' koordinazzjoni fl-immonitorjar tal-politiki tad-drittijiet tal-bniedem; jikkonsidra li s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jinsisti biex jiftaħ opportunitajiet ta' komunikazzjoni u jorganizza laqgħat ma' kumitati analogi tal-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri ta' l-UE kif ukoll tal-pajjiżi terzi;

144.  Jitlob irwol iktar kostruttiv għas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-iżvilupp ta' kriterji konsistenti u trasparenti għall-għażla ta' temi ta' urġenza sabiex ikun żgurat li l-interventi parlamentari jsiru fil-waqt u jkollhom l-ikbar impatt; jissuġġerixxi li d-dibattiti u l-ħin għall-votazzjoni dwar riżoluzzjonijiet ta' urġenza jiġu organizzatti mill-ġdid sabiex il-Kunsill ikun jista' jipparteċipa;

145.  Jirrakkomanda l-implimentazzjoni sħiħa tal-linji gwida tad-delegazzjonijiet tal-Parlament waqt żjarat f'pajjiżi terzi;

146.  Jirrakkomanda traduzzjoni ta' riżoluzzjonijet u ta' dokumenti prinċipali oħrajn relatati ma' kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem fil-lingwa mitkellma fil-pajjiżi mmirati;

147.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol attiv li għandhom is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-President tal-Parlament meta jqumu kontra każi ta' inġustizzja madwar id-dinja, speċjalment permezz ta' l-għoti tal-Premju Sakharov; jikkonsidra li l-Parlament għandu jimmira biex jagħti iktar minn viżibilità momentanja u li għandu jissodisfa l-aspettativi mqajma, eż. permezz ta' rabta sistematika ma' dawk li rebħu l-premju u appoġġ sostenut; huwa tal-ħsieb li l-Parlament Ewropew għandu jiffaċilita t-twaqqif ta' netwerk ta' dawk li ngħataw l-unur tal-Premju Sakharov, b'laqgħat regolari li jseħħu fil-Parlament Ewropew biex dawk li ngħataw l-unur tal-Premju Sakharov jistgħu jassoċjaw lilhom infushom ma' l-attivitajiet tal-Parlament fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih b'mod qawwi għat-tweġiba mogħtoja mill-awtoritajiet tal-Burma u ta' Kuba għat-talba tal-Parlament għal kunsens tagħhom biex tintbagħat delegazzjoni biex iżżur dawk li ngħataw l-unur tal-Premju Sakharov;

148.  Jitlob lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jgħolli l-profil ta' seduti ta' smigħ pubbliku billi jtejjeb l-attendenza tal-MPE u l-viżivilità tal-media; jitlob lis-Sottokumitat biex jistieden esperti prominenti u atturi prinċipali biex jattendu, u biex jikkonsidra li jestendi l-istediniet lil rappreżentanti tal-pajjiżi terzi u lill-kapijiet tal-missjonijiet ta' l-UE; jitlob lis-Sottokumitat biex iħejji konklużjonijiet operattivi mill-laqgħat u l-iskambji ta' opinjonijiet tiegħu kollha bl-għan li jkun hemm segwitu ta' l-impenji u l-informazzjoni miksuba u ta' l-għażliet politiċi maħsuba;

149.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament li jitolbu l-għeluq taċ-ċentru ta' detenzjoni tal-bajja ta' Guantánamo u l-kontribuzzjonijiet li l-Parlament għamel biex jagħmel pubbliku il-profil ta' dak iċ-ċentru u t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem relatati miegħu; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħeġġu lill-Gvern ta' l-Istati Uniti biex isib mekkaniżmu li jiffaċilita l-akkuża jew ir-rilaxx ta' persuni taħt arrest skond il-liġi internazzjonali; jilqa' l-fatt li, f'Mejju 2006, l-Albanija sar l-ewwel pajjiż li reġa sab post għal ħames Ċiniżi Uiguriżi minn Guantánamo, imma jiddispjaċih li 13-il Ċiniż Uigur li għandhom kollox lest biex jinħelsu mill-Gvern ta' l-Istati Uniti għadhom fi Guantánamo Bay peress li l-Gvern ta' l-Istati Uniti kkonkluda ġustament li ma jistawx jiġu rritornati liċ-Ċina minħabba l-biża' li jiġu ttorturati; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jaħdmu mal-Gvern ta' l-Istati Uniti biex ikun aktar faċli li dawk l-individwi kollha li l-Istati Uniti kkonkludew li mhumiex ta' theddida għall-Istati Uniti jew għall-alleati tagħhom iżda li ma jistgħux jintbagħatu lura f'pajjiżhom minħabba l-biża' li jiġu ttorturati, jistabbilixxu ruħhom; huwa mħasseb li l-eżistenza proprja taċ-ċentru ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantánamo jibqa' jibgħat sinjal negattiv dwar kif għandha sseħħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

150.  Jikkonsidra li l-effettività tal-ħidma tal-Parlament dwar id-drittijiet tal-bniedem tista' tissaħħaħ billi jiġu stabbiliti prijoritajiet għall-azzjonijiet tiegħu, b'mod partikulari billi jiffoka fuq kwistjonijiet fejn hu possibbli li jintlaħaq kunsens politiku wiesa'; jikkonsidra li s-Sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandu jwaqqaf gruppi ta' ħidma żgħar biex isegwu kull wieħed mil-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem; jikkonsidra li l-poteri formali eżistenti għandhom jintużaw aħjar biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-poteri baġitarji u d-dritt li jingħata l-kunsens;

151.  Ifakkar fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2007 dwar l-integrazzjoni tas-sessi fix-xogħol tal-Kumitat(21); jistieden lill-kumitati tiegħu sabiex iwettqu kull sforz raġonevoli sabiex jirrispettaw il-bilanċ bejn is-sessi fl-attivitajiet tagħhom (inkluż il-kompożizzjoni ta' delegazzjonijiet u kelliema mistiedna) u sabiex jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni rigward is-sessi ppreżentati mill-Membri maħtura bħala responsabbli mill-integrazzjoni tas-sessi f'kull Kumitat;

152.  Jissuġġerixxi li oqsma differenti tal-politika fi ħdan il-Parlament Ewropew jistgħu jkunu magħquda aħjar permezz ta' ħidma tal-kumitati inkarigati mid-drittijiet tal-bniedem, mill-baġits, u mill-kummerċ internazzjonali, b'mod li jtejbu l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet baġitarji u kummerċjali fl-artikulazzjoni tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, biex dawn ta' l-aħħar ikunu aktar realistiċi fis-sens tal-kisba milħuqa u armonizzati aħjar għall-poteri formali tal-Parlament Ewropew;

153.  Jistieden b'mod sistematiku lill-Kunsill biex jistieden lill-MEPs biex jattendu għal sessjonijiet preparatorji u ta' għoti ta' informazzjoni, bħal dawk organizzati ma' l-NGOs, għal djalogi tad-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi kif ukoll għal sottokumitati għad-drittijiet tal-bniedem tal-Politika Ewropea ta' Viċinanzi;

154.  Jikkonsidra bħala prijorità li wieħed ikompli jaħdem mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari il-UNHCR, u mar-rappreżentanti u korpi tal-Kunsill ta' l-Ewropa; jikkonsidra li huwa wkoll importanti li jkunu stabbiliti relazzjonijiet ta' ħidma mill-qrib ma' l-assemblej parlamentari ta' l-ACP, Ewro-Mediterranja (EMPA) u Ewro-Latino Amerikana (EUROLAT) biex iseħħ skambju ta' tagħrif kompetenti u biex tkun żgurata koerenza akbar fir-rigward ta' l-attivitajiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

155.  Jagħraf il-ħidma tal-Kumitat Temporanju dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasportazzjoni u ż-żamma illegali ta' priġunieri, u r-rapport ta' dak il-Kumitat adottat fl-14 ta' Frar 2007(22); jilqa' l-isforzi biex tinġabar informazzjoni, ikunu analizzati l-allegazzjonijiet u jkunu stabbiliti l-fatti fir-rigward u biex jingħata aktar importanza lill-profil ta' eżekuzzjoni straordinarja u l-użu ta' pajjiżi ta' l-UE minn ajruplani tas-CIA biex jittrasportaw vittmi bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem u vjolazzjoni tal-liġi internazzjonali; jinnota l-kritika, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet, indirizzati lill-Kunsill, lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli tiegħu u lill-Istati Membri; jinnota l-irwol tal-kumitati kompetenti tiegħu biex jiżguraw is-segwitu politiku xieraq għar-rapport imsemmi hawn fuq; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fil-livelli kollha biex jikkundannaw il-prattika ta' eżekuzzjoni straordinarja issa u fil-futur;

156.  Jilqa' l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tad-Daliti fl-Indja(23);

Riżorsi ddedikati għall-ħidma għad-drittijiet tal-bniedem

157.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni issa qed tagħti prominenza akbar lid-drittijiet tal-bniedem fil-kariga tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi;

158.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-proċess li għadu sejjer għat-tiġdid tal-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali ta'l-UE, ġiet miżjuda referenza għad-drittijiet tal-bniedem f'kull mandat;

159.  Jargumenta favur li jsiru disponibbli riżorsi umani miżjuda fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għal Rappreżentanti Speċjali maħtura mill-Kunsill;

o
o   o

160.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-OSCE, lill-gvernijiet tal-pajjiżi u territorji msemmija f'din ir-riżoluzzjoni, u lill-uffiċji ta' l-NGOs prinċipali għad-drittijiet tal-bniedem ibbażati fl-

(1) Dokument tal-Kunsill 13522/1/2006.
(2) Għat-testi bażiċi rilevanti kollha, ikkonsulta t-tabella fl-Anness III għar-rapport A6-0128/2007 tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.
(3) ĠU C 379, 7.12.1998, p. 265; ĠU C 262, 18.9.2001, p. 262; ĠU C 293 E, 28.11.2002, p. 88; ĠU C 271 E, 12.11.2003, p 576.
(4) ĠU C 311, 9.12.2005, p. 1.
(5) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(6) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3; ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27
(7) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p.409.
(8) ĠU C 290 E, 29.11.2006, p 107.
(9) Testi Adottati, P6_TA(2007)0018.
(10) Testi Adottati, P6_TA(2007)0008.
(11)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1
(12) ĠU L 53, 22.2.2007, p.1.
(13) ĠU C 327, 23.12.2005, p. 4.
(14) ĠU L 150, 18.6.2003, p. 67.
(15) Fis-7 ta' Frar 2007, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Polonja u Spanja ffirmaw iżda ma rratifikawx il-Protokoll Nru 13.
(16) Iffirmaw imma għadhom ma rratifikawx (sa Jannar 2007): l-Awstrija (2003), il-Belġju (2005), Ċipru (2004), il-Finlandja (2003), Franza (2005), il-Ġermanja (2006), l-Italja (2003), il-Lussemburgu (2005), l-Olanda (2005), il-Portugal (2006), ir-Rumanija (2007). Iffirmaw u rratifikaw: ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Polonja, Spanja, l-Isveżja, ir-Renju Unit, Malta, l-Estonja u s-Slovenja. Dan ifisser li l-Bulgarija, l-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja s'issa għadhom la ffirmaw u lanqas irratifikaw l-OPCAT.
(17) Testijiet Adottati, P6_TA(2006)0501.
(18) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19.
(19) Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2005, 15293/1/05 REV 1, Anness, p. 14.
(20) Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41) u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (ĠU L 29, 3.2.2007, p. 16).·
(21)1 Testijiet Adottati, P6_TA(2007)0010.
(22) Testi Adottati, P6_TA(2007)0032.
(23) Testi Adottati, P6_TA(2007)0016.


Moratorju universali għall-piena tal-mewt
PDF 202kWORD 41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar l-inizjattiva favur moratorju universali għall-piena tal-mewt
P6_TA(2007)0166B6-0164/2007

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 dwar l-inizjattiva favur moratorju universali għall-piena tal-mewt(1),

-   wara li kkunsidra l-Linji gwida dwar il-politika ta' l-UE lejn pajjiżi terzi fir-rigward tal-piena tal-mewt, tat-29 ta' Ġunju 1998,

-   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tat-tielet Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt li sar f'Pariġi bejn l-1 u t-3 ta' Frar 2007;

-   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar it-tneħħija tal-piena tal-mewt li ngħatat fid-19 ta' Diċembru 2006 fl-Assemblea Ġenerali tan-NU mill-Presidenza ta' l-UE, li ġiet iffirmata inizjalment minn 85 pajjiż mill-gruppi ġeografiċi kollha;

-   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li nqrat mill-Presidenza ta' l-UE f'isem l-Unjoni Ewropea waqt ir-raba' sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-29 ta' Marzu 2007;

-   wara li kkunsidra l-appoġġ pubbliku għall-moratorju espress mis-Segretarju Ġenerali tan-N.U waqt iż-żjara reċenti tiegħu f'Ruma

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta" Proċedura;

A.  Billi l-bżonn ta' moratorju universali għall-piena tal-mewt huwa pass strateġiku lejn it-tneħħija tal-piena tal-mewt fil-pajjiżi kollha;

B.  Billi r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 ħeġġet lill-Presidenza ta' l-UE biex tressaq malajr test ta' riżoluzzjoni lill-Assemblea Ġenerali tan-NU attwali u biex iżżomm lill-Parlament informat dwar ir-riżultati miksuba; billi sa dan il-punt ma tressqet l-ebda riżoluzzjoni lill-Assemblea Ġenerali tan-NU;

C.  Billi d-dikjarazzjoni dwar il-piena tal-mewt, imressqa mill-Unjoni Ewropea fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Diċembru 2006, issa ġabret 88 firma minn pajjiżi mill-gruppi ġeografiċi kollha;

1.  Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri ta' l-UE biex jiġbru appoġġ għad-Dikjarazzjoni minn pajjiżi terzi;

2.  Iħeġġeġ lill-UE biex taħtaf l-opportunitajiet eżistenti u tinsisti fuq il-pożizzjoni tagħha u jitlob lill-Istati Membri Ewropej ta' l-UE u lill-UE biex iressqu immedjatament - billi jfittxu ko-sponsorizzazzjoni ta' pajjiżi f'kontinenti oħra - riżoluzzjoni għall-moratorju universali għall-piena tal-mewt lill-Assemblea Ġenerali tan-NU attwali;

3.  Jitlob lill-Presidenza ta' l-UE biex tħeġġeġ il-pajjiżi li fadal li għadhom ma ffirmawx u ma rratifikawx it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi biex jagħmlu dan, kif ukoll dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-Protokoll No. 13 lill-Konvenjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-piena tal-mewt;

4.  Jappoġġja bis-sħiħ id-dikjarazzjoni finali tat-tielet Kungress Dinji u għandu intenzjoni li jsegwi dan il-Kungress, partikolarment billi jiżviluppa d-dimensjoni parlamentari tal-kampanja globali kontra il-piena tal-mewt u billi jqajjem il-kwistjoni fost id-delegazzjonijiet u l-parteċipazzjonijiet inter-parlamentari waqt l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-EU u l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja;

5.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu kull opportunità possibbli biex jappoġġjaw it-twaqqif ta' koalizzjonijiet reġjonali abolizzjonisti,

6.  Jitlob lill-Istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Kunsill ta' l-Ewropa, biex jappoġġjaw il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt billi l-10 ta' Ottubru jiġi ddikjarat bħala, il-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt, mill-2007 il quddiem, u jappoġġa l-inizjattiva li jorganizza Konferenza Ewropea ta' importanza kbira kontra l-piena tal-mewt b'konnessjoni ma' dak il-jum; jagħti mandat lill-President biex jirrappreżenta l-Parlament Ewropew, flimkien mad-delegazzjoni relevanti, għal din l-okkażjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ta' l-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-Istati Membri tan-NU.

(1) Testi adottati, P6_TA(2007)0018.


L-omofobija fl-Ewropa
PDF 222kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007dwar l-omofobija fl-Ewropa
P6_TA(2007)0167RC-B6-0167/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni, fosthom notevolment il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat ta" l-Unjoni Ewropea (TEU) u l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, li jorbtu lill-UE u l-Kommunita' rispettivament kif ukoll lill-Istati Membri biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u biex jipprovdu mezzi fuq livell Ewropej għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea, speċjalment l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali,

–   wara li kkunsidra l-attivitajiet tal-KE biex tiġġieled l-omofobija u d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali, b'mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u x-xogħol(1) u d-Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 li tistabbilixxi is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għall-Kulhadd (2007) - lejb soċjeta' ġusta(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-omofobija, il-ħarsien tal-minoranzi u l-politiki dwar l-antidiskriminazzjoni, u notevolment ir-riżoluzzjonijiet tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-omofobija fl-Ewropa(3), u tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar iż-żieda fil-vjolenza razzista u omofobika fl-Ewropa(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Parlament immonitorja proliferazzjoni ta' diskors ta' mibegħda mmirat lejn il-lesbjani, il-gay, il-bisesswali u transesswali (LGBT) f'numru ta" pajjiżi Ewropej,

B.   billi stqarrijiet u azzjonijiet minn mexxejja politiċi u reliġjużi għandhom impatt kbir fuq l-opinjoni pubblika, għandhom responsabilità kbira li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għal ambjent ta" tolleranza u ugwaljanza,

C.   billi din ir-riżoluzzjoni, bħar-riżoluzzjonijiet hawn fuq imsemmija ngħatat bidu minħabba l-proliferazzjoni ta' diskorsi ta' mibegħda u diversi avvenimenti inkwetanti oħra, bħall-projbizzjoni imposta minn awtoritajiet lokali biex isiru dimostrazzjonijiet ta' ugwaljanza u ta' l-omosesswali, l-użu minn politiċi importanti u minn mexxejja reliġjużi ta' kliem xewwiexi jew ta' theddid jew ta' diskors ta' mibegħda, u n-nuqqas tal-pulizija li jagħtu protezzjoni xierqa kontra dimostrazzjonijiet vjolenti minn gruppi omofobiċi, filwaqt li jisfrattaw dimostrazzjonijiet paċifiċi wkoll,

D.   billi dimostrazzjonijiet ta" l-ugwaljanza u avvenimenti ta" l-omosesswali huma ppjanati madwar l-Ewropa u d-dinja fix-xhur li ġejjin, filwaqt li hemm il-possibiltà ta" vjolenza fiżika kontra parteċipanti u organizzaturi, minkejja d-dritt fundamentali tagħhom għal-libertà ta" l-espressjoni u ta" l-għaqda, kif imsemmi inter alia mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill ta" l-Ewropa,

E.   billi Matteo, żagħżugħ ta' ċittadinanza Taljana ta" 16-il sena u li joqgħod Turin, ikkommetta suwiċidju u ħalla żewġ noti ta' suwiċidju bir-raġunijiet għas-suwiċidju tiegħu, jiġifieri l-ibbuljar li ffaċċja minħabba l-orjentament sesswali tiegħu; billi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-Renju Unit innutaw żieda fil-każijiet ta" bbuljar omofobiku fi skejjel sekondarji madwar ir-Renju Unit; billi raġel omosesswali nqatel bis-swat fl-Olanda minħabba l-orjentament sesswali u l-apparenza ta" mara,

F.   billi l-Parlament talab kemm-il darba biex jitlesta l-pakkett leġiżlattiv antidiskriminatorju bbażat fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, u għadu jitlob regolarment lill-Kummissjoni biex tniedi direttiva li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali fis-setturi kollha,

G.   billi fir-Riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tal-15 ta' Ġunju 2006, il-Parlament diġà esprima t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Ewropa u notevolment fil-Polonja, u b'dan jikkundanna d-dikjarazzjonijiet ta" tixwix għall-vjolenza mill-mexxejja tal-Partit tal-Lega tal-Familji Pollakki u notevolment dawk tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Edukazzjoni;

H.   billi f'Marzu 2007 il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Edukazzjoni Pollakk ħabbar abbozz ta" liġi li tikkastiga l-"propaganda omosesswali" fl-iskejjel, u wera l-kontenut li għandha ddaħħal it-tkeċċija, il-multi jew il-ħabs għad-diretturi, l-għalliema u l-istudenti ta" l-iskejjel, fil-każ ta" "attiviżmu" għad-drittijiet tal-LGBT fl-iskejjel;

I.   billi l-Viċi Ministru għall-Edukazzjoni Pollakk ikkonferma li l-amministrazzjoni qed tfassal liġi bħal din u ddikjara li "l-għalliema li juru l-omosesswalità tagħhom jitkeċċew mix-xogħol"; billi diversi membri tal-Gvern Pollakk irreaġixxew b'modi differenti u b'hekk ħallewha diffiċli li wieħed jara jekk il-leġiżlazzjoni hix fil-fatt se tiġi proposta,

J.   billi l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Edukazzjoni Pollakk esprima x-xewqa li jmexxi 'l quddiem l-adozzjoni ta" liġijiet simili fil-livell Ewropew;

K.   billi l-leġiżlazzjoni proposta kellha l-appoġġ tal-Prim Ministru Pollakk li ddikjara li "li wieħed ikun qed jaqbeż il-limitu meta jippromwovi stil ta" ħajja omosesswali għaż-żgħażagħ fl-iskejjel bħala alternattiva għall-ħajja normali, u li għandhom jitwaqqfu dawn it-tipi ta" inizjattivi fl-iskejjel", u għaldaqstant qed tkun ippreżentata interpretazzjoni mgħawġa ta" l-edukazzjoni u t-tolleranza,

L.   billi l-Ombudsman Pollakk għat-Tfal stqarret li qiegħda tħejji lista ta' xogħlijiet li għalihom l-omosesswali m'humiex adattati;

M.   billi f'Ġunju 2006 l-uffiċċju tal-Prosekutur ta" l-Istat ordna kontrolli fuq l-iffinanzjar ta" organizzazzjonijiet LGBT b'rabta ma" "movimenti kriminali", kif ukoll dwar il-preżenza tagħhom fl-iskejjel, sabiex jinstabu traċċi ta" attivitajiet kriminali, mingħajr ebda riżultat,

N.   billi fit-8 ta" Ġunju 2006 l-Gvern Pollakk keċċa l-kap taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta" l-Għalliema u pprojbixxa t-tqassim ta" manwal uffiċjali dwar l-antidiskriminazzjoni tal-Kunsill ta" l-Ewropa, u billi l-kap il-ġdid taċ-Ċentru ddikjara fid-9 ta" Ottubru 2006 li "tendenzi mhux xierqa m'għandhomx ikunu preżenti fl-iskejjel, għaliex l-għan ta" l-iskola huwa li tkun spjegata d-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin, is-sabiħ u l-ikrah ...; l-iskola trid tispjega li l-prattiki omosesswali jwasslu għat-traġedja, għal sens ta' vojt u għad-deġenerazzjoni';

O.   billi, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta" l-Ewropa Terry Davis, irreaġixxa għal dawn l-avvenimenti deskritti billi ddikjara li "l-Gvern Pollakk huwa liberu li jiddeċiedi jekk jixtieqx juża materjal tal-Kunsill ta" l-Ewropa għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, iżda jekk il-materjal għat-tagħlim huwa għażla, il-valuri u l-prinċipji f'dan il-materjal żgur li m'humiex" u esprima tħassib dwar "ċerti politiki li jippromwovu l-omofobija ... u li imġieba omofobika qed tkun aċċettata mill-gvern",

P.   billi l-Gvern Pollakk ma ppermettiex ukoll l-iffinanzjar ta" proġetti sponsorjati minn organizzazzjonijiet tal-LGBT fil-qafas tal-Programm Ewropew għaż-Żgħażagħ, u wera din id-deċiżjoni f'ittra lil dawk l-organizzazzjonijiet billi ddikjara li "l-politika tal-Ministeru ma tappoġġjax azzjonijiet bil-għan li tixxerred l-imġiba omosesswali u attitudnijiet simili fost iż-żgħażagħ u l-irwol tal-Ministeru m'huwiex li jappoġġja l-koperazzjoni ma" organizzazzjonijiet ta' l-omosesswali",

Q.   billi jidhru wkoll numru ta" żviluppi pożittivi, bħad-dimostrazzjoni omosesswali li rnexxiet f'Varsavja f'Ġunju 2006, id-dimostrazzjoni massiva għat-tolleranza u d-demokrazija f'Varsavja f'Novembru 2006 wara l-projbizzjoni ta" manifestazzjoni għat-tolleranza f'Poznan, il-protezzjoni tad-drittijiet ta" l-omosesswali fi Krakovja f'April 2007, u l-fatt li dimostrazzjonijiet omosesswali m'humiex aktar ipprojbiti b'mod sistematiku,

R.   billi l-Parlament talab liċ-Ċentru Ewropew ta" Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija biex imexxi inkjesta dwar l-ambjent ta' intolleranza razzista, ksenofobika u omofobika fil-Polonja, u talab lill-Kummissjoni biex tivverifika jekk l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Ministru għall-Edukazzjoni Pollakk humiex konsistenti ma" l-Artikolu 6 tat-TEU, filwaqt li jfakkar fis-sanzjonijiet li hemm għall-ksur ta" l-Artikolu, u billi dawk it-talbiet għadhom ma ntlaqgħux,

1.  Jenfasizza li qabel kollox l-Unjoni Ewropea hija komunità ta" valuri, fejn ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni huma fost il-valuri l-aktar għeżież tagħha;

2.  Jafferma li l-istituzzjonijiet ta" l-UE u l-Istati Membri għandhom dmir jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini fl-Ewropa jkunu rispettati, imħarsa u promossi, kif stipulat mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 6 tat-TEU u mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li jimplimenta il-prinċipju ta' trattament indaqs bejn persuni irrispettivament mill-oriġini razjali jew etniċi(5) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE;

3.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta" l-orjentament sesswali fit-taqsimiet kollha tkun ipprojbita billi jitlesta l-pakkett leġiżlattiv kontra d-diskriminazzjoni bbażat fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, mingħajr liema pakkett il-lesbjani, l-omosesswali, il-bisesswali u individwi oħrajn li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla jibqgħu bir-riskju ta" diskriminazzjoni; jitlob dekriminilizzazzjoni dinjija ta" l-omosesswalità;

4.  Se jfakkar il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija fis-17 ta" Mejju ta" kull sena;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħaġġel ir-reviżjoni ta" l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar l-antidiskriminazzjoni u biex tistabbilixxi proċeduri kontra l-Istati Membri f'każ ta' ksur ta' l-obbligi tagħhom taħt il-liġi Komunitarja;

6.  Ifakkar lill-Istati Membri kollha li skond il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem id-dritt tal-libertà ta' għaqda jista' jiġi eżerċitat anke meta l-ideat ta' dawk li jeżerċitaw id-dritt jisfidaw l-maġġoranza u li, bħala konsegwenza, projbizzjonijiet diskriminatorji ta' dimostrazzjonijiet Pride, kif ukoll in-nuqqas ta' protezzjoni xierqa lill-partiċipanti, jmorru kontra l-prinċipji mħarsa mill-ECHR; u jistieden lill-awtorijiet kompetenti kollha, inkluż lill-awtoritajiet lokali, biex jawtorizzaw dimostrazzjonijiet bħal dawn u jipproteġu lill-parteċipanti kif suppost;

7.  Jikkundanna r-rimarki diskriminatorji minn mexxejja politiċi u reliġjużi kontra l-omosesswali, peress li jżidu l-mibegħda u l-vjolenza anke jekk wara jiġu rtirati, u jitlob li l-ġerarkiji ta' l-organizzazzjonijiet rispettivi jikkundannawhom;

8.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri kollha biex jipproponu leġiżlazzjoni biex tingħeleb id-diskriminazzjoni li jgħaddu minnha koppji ta" l-istess sess, u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel proposti biex ikun żgurat li l-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku jkun applikat ukoll f'dan il-qasam, sabiex ikun żgurat il-moviment ħieles tal-persuni kollha fl-UE mingħajr diskriminazzjoni;

9.  Jesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ tiegħu għal attivisti tad-drittijiet fundamentali u għal difensuri tad-drittijiet indaqs għall-membri tal-Komunita' LGBT;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti Pollakki biex iżommu lura milli jipproponu jew jadottaw liġi kif deskritta mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Edukazzjoni Pollakk jew milli jimplimentaw miżuri ta" intimidazzjoni kontra organizzazzjonijiet LGBT;

11.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti Pollakki biex jikkundannaw pubblikament u jieħdu miżuri kontra dikjarazzjonijiet minn mexxejja pubbliċi li jinċitaw id-diskriminazzjoni u l-mibegħda bbażati fuq l-orjentament sesswali; jemmen li kwalunkwe mġiba oħra tikkostitwixxi ksur ta" l-Artikolu 6 tat-TEU;

12.  Jitlob lill-awtoritajiet Pollakki biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tas-Sena għall-Opportunitajiet Indaqs 2007, u jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Sena, b'mod partikulari l-klawsola li l-iffinanzjar ikun bil-kundizzjoni li jkun żgurat li r-raġunijiet kollha għal diskriminazzjoni jkunu indirizzati b'mod ugwali fil-programmi nazzjonali;

13.  Jitlob lill-Konferenza tal-Presidenti biex tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha sabiex tintbagħat delegazzjoni l-Polonja għal missjoni biex ikunu magħrufa l-fatti, bil-għan li jikseb stampa ċara tas-sitwazzjoni u jibda djalogu mal-partijiet konċernati kollha;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati, u lill-Kunsill ta" l-Ewropa.

(1) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(2) ĠU L 146, 31.5.2006, p. 1.
(3) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.179.
(4) Testi adottati, P6_TA(2006)0273.
(5) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.


Il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006
PDF 317kWORD 71k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006 (2007/2004(INI))
P6_TA(2007)0168A6-0076/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata " Il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006 - L-ewwel sena tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir Ekonomiku rivedut" (COM(2006)0304),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma tat-23 u ta' l-24 ta' Marzu 2001 li jitlobu għal reviżjoni regolari tas-sostenibilità fuq żmien twil tal-finanzi pubbliċi, inkluż it-tensjonijiet mistennija kkawżati mill-bidliet demografiċi tal-futur,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sostenibilità fuq żmien twil tal-finanzi pubbliċi ta' l-UE (COM(2006)0574),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1056/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(1),

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' Konverġenza tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2006 (COM(2006)0762),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-programmi ta' stabilità u konverġenza ta' l-Istati Membri ta'l-2006 u l-2007,

   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005 dwar ir-reviżjoni tal-Patt ta' l-Istabilità u t-Tkabbir,

   wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni relatati mat-tieni rapport dwar il-preparazzjonijiet prattiċi għat-tkabbir futur taz-zona ta' l-euro (COM(2005)0545) u d-Dikjarazzjoni Annwali dwar iz-Zona ta' l-Euro (COM(2006)0392),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar iz-zona ta' l-euro(2) u ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar ir-rapport annwali 2006 dwar iz-zona ta' l-euro(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0076/2007),

A.   billi l-Istati Membri huma mistennija li jżommu ddefiċit tal-baġit tagħhom taħt it-3% tal-GDP f'konformità mar-regoli li jikkonsolidaw il-munita waħda u billi dik ir-regola ġiet miksura b'mod regolari, billi kull meta d-defiċit ikun ogħla minn 3% dan jista' jiġi ġġudikat b'mod aktar favorevoli jekk ikun marbut ma' tkabbir għoli u relazzjoni ta' dejn li tkun qed tonqos (minbarra d-dħul mill-privatizzazzjoni), filwaqt li tnizzel ukoll l-defiċit annwali għal taħt it-3% fuq żmien medju,

B.   billi t-twissijiet riċenti ta' l-OECD dwar d-defiċit jistiednu lill-Istati Membri biex jiffukaw fuq riformi sabiex jikkonsolidaw il-progress ekonomiku tagħhom billi jużaw l-irkupru ekonomiku sabiex inaqqsu l-defiċit tal-baġit tagħhom u billi jagħmlu s-swieq tax-xogħol aktar kompetittivi,

C.   billi l-medja ta' relazzjoni ta' dejn għaz-zona ta' l-euro kienet 70.6 % fl-2005 u madwar 69.4% fl-2006 u huwa maħsub li taqa' għal 68 % fl-2007; billi d-differenza bejn l-inqas u l-ogħla relazzjoni ta' dejn kienet f'eċċess ta' 100 punt perċentwali tal-GDP kemm fl-2005 kif ukoll fl-2006, u mistenni li tkun miżmuma l-istess firxa fl-2007; billi dawn iċ-ċifri għadhom ħafna ogħla mill-valur ta' referenza ta' 60 % għar-relazzjoni bejn id-dejn u l-GDP, li huwa wieħed miż-żewġ pilastri tal-Patt ta' l-Istabilità u t-Tkabbir (SGP),

D.   billi l-medja ta' defiċit għaz-zona ta' l-euro kienet -2.6 % tal-GDP fl-2005 u madwar −2,0 % fl-2006 u huwa maħsub li taqa' għal -1.5 % fl-2007; billi l-firxa fir-relazzjoni tad/defiċit kienet qrib ta' 9 punti perċentwali fl-2005 u fl-2006 u huwa mistenni li taqa' għal madwar 7 punti perċentwali fl-2007,

E.   billi l-medja tar-rata ta' tkabbir tal-GDP għaz-zona ta' l-euro fl-2005 kienet ta' 1.4 % u madwar 2.6 fl-2006 u huwa maħsub li tkun ta' 2.1 % fl-2007; billi l-firxa fir-rata ta' tkabbir fl-2005 u fl-2006 kienet madwar 5 punti perċentwali u huwa maħsub li tibqa' madwar 5 punti perċentwali fl-2007; billi dawn ir-rati ta' tkabbir huma b'mod ċar inqas minn dawk ta' zoni oħra tad-dinja,

F.   billi r-rata tal-qgħad fiz-zona ta' l-euro kienet ta' 8.6 % (12,600,000) fl-2005 u niżlet għal 8.1 % (11,900,000) fl-2006; billi r-rata tal-qgħad hija maħsuba li taqgħa għal 7.7 % (11,500,000) fl-2007 u billi l-waqgħa mistennija turi li t-tnaqqis ta' l-defiċit iżid l-attività ekonomika u jnaqqas il-qagħad,

G.   billi huwa maħsub li l-infiq marbut ma" l-età jiżdied b'4 % tal-GDP sa' l-2050; billi, bħala riżultat, f'numru ta' Stati Membri l-infiq pubbliku marbut ma' l-età se jiżdied bil-5% sat-13% tal-GDP, li se jpoġġi pressjoni enormi fuq is-sostenibiltà tal-finanzi pubbliċi tagħhom, filwaqt li t-tkabbir huwa maħsub li jaqa' minn 2.4 % fil-perjodu 2004 sa 2010 għal 1.9 % fil-perjodu 2011 sa 2030 u jerġa' għal 1.2 % biss fil-perjodu 2031 sa 2050; billi t-tnaqqis fit-tkabbir u ż-żieda fl-infiq marbut ma' l-età jistgħu jipperikolaw il-ġid ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini Ewropej u l-koeżjoni soċjali tas-soċjetajiet tagħna, u jistgħu jpoġġu pressjoni għad-diżintegrazzjoni fuq l-istituzzjonijiet Ewropej u fuq politiki komuni,

H.   billi l-Kummissjoni u l-BĊE kull sentejn jevalwaw it-twettiq tal-kriterji ta' Maastricht għall-adozzjoni ta' l-euro mill-Istati Membri kollha li għandhom deroga,

Esperjenzi bl-SGP rivedut

1.  Ifakkar li l-għan ewlieni ta' l-SGP huwa li jkunu żgurati pożizzjonijiet baġitarji li jkunu viċin bilanċ jew b'bilanċ favorevoli fuq żmien medju u s-sostenibilità u l-istabilità tal-finanzi tal-gvern, li huma essenzjali fid-dawl ta' l-isfidi demografiċi tal-futur;

2.  Jilqa' l-fatt li numru kbir ta' Stati Membri għamlu sforz konsiderevoli sabiex jippruvaw jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward ta' l-SGP; madankollu, jinnota li għadu kmieni wisq biex ikunu evalwati r-riżultati miksuba wara d-dħul fis-seħħ ta' l-SGP irrivedut;

3.  Jaqsam mal-Kummissjoni t-tħassib tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-funzjoni preventiva ta' l-SGP, b'mod speċjali fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li għadhom ma rnexxielhomx jibbilanċjaw il-finanzi pubbliċi tagħhom;

4.  Jibża li l-SGP rivedut, b'mod partikulari l-funzjoni korrettiva tiegħu, jekk ikun infurzat b'mod klementi, jinvolvi riskju ta' dejn pubbliku għoli u persistenti, li jista' joħloq theddida serja lill-finanzi pubbliċi bbilanċjati u lill-opportunitajiet ta' impieg;

5.  Jisħaq li l-attitudni ta' l-Istati Membri lejn l-SGP rivedut għandu fl-aħħar jiddeċiedi s-suċċess jew il-falliment ta' l-SGP; iwissi li kull reviżjoni ulterjuri x'aktarx ma tiġix aċċettata mill-pubbliku jew minn atturi ekonomiċi;

6.  Huwa mħasseb li firxiet differenti fost l-Istati Membri fl-oqsma ta'defiċit, ta' dejn u ta' tkabbir jistgħu jitwessgħu, u dan jista' jkollu l-effett li jdgħajfu l-munita waħda, ifixxklu t-tkabbir ekonomiku u jnaqqsu l-prospetti ta' l-impjieg; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw politiki ekonomiċi kkoordinati li jdejqu l-firxiet identifikati u jwasslu għal aktar konverġenza lejn defiċit u livelli ta' dejn aktar baxxi u lejn tkabbir ogħla;

7.  Huwa mħasseb dwar il-pass bil-mod tat-tnaqqis tad-dejn pubbliku f'xi Stati Membri; jopponi proċeduri ta' żbilanċ inkonklussivi u li jibqgħu għaddejjin għal dejjem u għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaġixxu b'mod lvent u deċisiv; jissuġġerixxi li tinżamm l-kredibilità tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv u li l-Istati Membri jkomplu jiġu ġġudikati skond standard wieħed;

8.  Jistaqsi sa liema punt it-tkabbir Ewropew jista' jkun ċikliku u jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea bħala mod ta' kif jinħoloq l-impjieg; ifakkar lill-Istati Membri li t-tkabbir miżjud u aktar impjieg għandhom iwasslu għal żieda sostanzjali fid-dħul mit-taxxi, biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' defiċit eċċessiv filwaqt li jitħalla lok għal tnaqqis sostanzjali fid-dejn pubbliku;

9.  Jenfasizza li vjolazzjonijiet ta' l-SGP jistgħu fl-aħħar idgħajfu l-politika monetarja komuni u jżidu mal-pressjoni biex jogħlew ir-rati ta' l-interessi; jenfasizza li Bank Ċentrali Ewropew indipendenti huwa essenzjali sabiex tinżamm l-istabilità tal-prezzijiet, biex b'hekk jinħolqu kundizzjonijiet għall-politiki ekonomiċi li jikkontribwixxu għal livelli għoljin ta' tkabbir u ta' impjieg;

10.  Għalhekk, jara bżonn urġenti li l-Istati Membri jadattaw il-politiki fiskali tagħhom għar-rekwiżiti tal-Politika Ekonomika u Monetarja komuni sabiex jiżdied aktar il-ġid taċ-ċittadini Ewropej u li kalendarju u qafas baġitarji komuni għandhom japplikaw lill-Istati Membri kollha;

11.  Jilqa' l-fatt li l-SGP rivedut jippermetti li jkunu żviluppati programmi ta' riforma li jkollhom skadenzi realistiċi u objettivi tal-baġit għall-perjodu medju ta' żmien;

12.  Jaqbel li programmi ta' riforma magħmula apposta u adattati għall-ħtiġijiet ta' l-Istati Membri għandhom jippermettu għall-implimentazzjoni aħjar tal-funzjoni preventiva ta' l-SGP;

13.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma jisfruttawx is-sitwazzjoni ekonomika pożittiva tagħhom biżżejjed sabiex jimplimentaw riformi strutturali sinifikanti li jżidu l-effiċjenza tas-swieq fil-prodotti, fis-servizzi, fl-impjieg u fil-kapital u li fit-tul taż-żmien jassiguraw il-konsolidazzjoni fiskali, it-tkabbir ekonomiku u aktar impjieg;

L-isfidi li ġejjin

14.  Ifakkar li l-SGP huwa l-istrument ewlieni u l-aktar b'saħħtu għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea; jisħaq li sakemm l-SGP huwa implimentat b'mod konsistenti u vigoruż il-politiki ekonomiċi jkomplu jwasslu għal aktar tkabbir u għal żieda fl-impieg;

15.  Huwa allarmat bl-istimi tal-Kummissjoni li juru żieda drammatika fl-infiq marbut ma' l-età filwaqt li tkabbir fit-tul ta' żmien juru tnaqqis fil-futur, li, meta meħuda flimkien, inevitabbilment ipoġġu pressjoni enormi fuq is-sostenibiltà tal-finanzi pubbliċi ta' l-Istati Membri;

16.  Huwa mħasseb li sitt Stati Membri huma kkonsidrati li jkunu esposti għal riskju għoli fir-rigward tas-sostenibilità fuq żmien twil tal-finanzi pubbliċi bħala riżultat ta' l-impatt li popolazzjonijiet li qed jixjieħu jkollhom fuq il-baġit, waqt li għaxar Stati Membri huma meqjusa li qed jiffaċċjaw riskju medju, u disgħa Stati Membri biss għandhom riskju baxx;

17.  Iħeġġeġ li tiġi indirizzata sfida baġitarja Ewropea tant kbira; ifakkar li t-tnaqqis tad-dejn pubbliku għandu jitħaffef matul il-perjodi ta' titjieb ekonomiku filwaqt li jiġu evitati miżuri proċiklikali u jiġu implimentati riformi strutturali u fiskali sabiex jitjieb ir-rendiment ekonomiku ta' l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw it-titjib attwali fl-ekonomija sabiex iwettqu r-riformi neċessarji fis-suq tax-xogħol u fis-settur tas-servizzi u biex inaqqsu l-piż amministrattiv minn fuq in-negozju; jikkunsidra li għad hemm lok u bżonn għal aċċelerazzjoni ulterjuri f'attività ta' investiment u jitlob li jsiru riformi strutturali u miżuri addizzjonali li jtejbu b'mod permanenti l-klima ta' l-investiment u li jagħtu spinta lill-investiment;

18.  Jitlob orjentazzjoni mill-ġdid ta' l-infiq pubbliku lejn l-akkumulazzjoni kapitali fiżika u umana u l-ħolqien ta' sħubijiet bejn il-gvern u l-privat li joperaw f'oqsma bħal ma huma l-innovazzjoni, l-enerġiji li jiġġeddu, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka, it-teknoloġiji ta' l-informatika, it-telekomunikazzjoni, u n-networks tat-trasport;

19.  Jilqa' l-fatt li l-istimi magħmula mill-Istati Membri għall-2007 u għall-2008 inkorporaw iż-0.5% tat-tnaqqis tad-defiċit tal-GDP previst mill-SGP rivedut; jaqsam mal-Kummissjoni t-tħassib tagħha li l-aġġustament strutturali annwali medju għall-2006 ma jilħaqx dik il-mira; huwa konvint li minħabba l-prospetti ekonomiċi tajba hemm skop għal aġġustament strutturali li jaqbeż sew iż-0.5% rakkomandat fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jevitaw stimi baġitarji mhux sostanzjati u sabiex jibqgħu lura minn miżuri ta' darba biss u mill-kontabilità kreattiva; jagħti parir lill-Kunsill sabiex jassigura li l-Istati Membri, li qed jagħmlu dejn pubbliku mhux sostenibbli, jikkonsidraw d-dejn pubbliku ġdid jew anti-kostituzzjonali jew illegali sa l-2015, b'hekk jużaw l-aħjar prattiki ta' ċerti Stati Membri u reġjuni fl-Unjoni Ewropea; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprepara studju dwar l-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-governanza statistika ta' rappurtaġġ ta' data fiskali u ż-żamma tal-kotba ta' l-assi u r-responsabilitajiet pubbliċi fl-Istati Membri;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-ftehimiet riċenti ta' l-Ewrogrupp biex flimkien jiġu diskussi stimi baġitarji sabiex tiġi ddeterminata ex ante l-istrateġija fiskali adegwata għas-sena rispettiva li jkun imiss u huwa konvint li għandha ssir diskussjoni pubblika dwar dawn l-istimi fil-Parlament Ewropew flimkien ma' rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali;

22.  Jirrakkomanda li jiġi esplorat jekk għandux jiġi stipulat kalendarju uniformi għal proċeduri baġitarji madwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-ippjanar baġitarju jiġi estiż lil hinn mill-perjodu attwali ta' sena; huwa tal-fehma li l-ippjanar ta' l-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq suppożizzjonijiet uniformi rigward il-parametri ekonomiċi prinċipali li għandhom jiġu evalwati u stabbiliti b'mod uniformi madwar l-Unjoni Ewropea;

23.  Iwissi lill-Istati Membri sabiex jirrappurtaw statistiċi li huma ta' standard għoli lill-Kummissjoni sabiex jassiguraw li d-defiċit u d-dejn pubbliku jistgħu jitqabblu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkontrolla b'mod vigorus l-kwalità ta' l-istatistiċi rrappurtati mill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu kull pass meħtieġ, inklużi miżuri penali, sabiex tassigura li l-Istati Membri jipprovdu statistiċi ta' kwalità għolja, ta' min joqgħod fuqhom, uniformi u komparabbli, filwaqt li jinkorporaw ir-responsabilitajiet preżenti u futuri kollha (bħal ma huma l-pensjonijet u l-kura tas-saħħa); jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittemm ix-xogħol tagħha bil-ħeffa;

24.  Jaqbel mal-Kummissjoni li istituzzjonijiet indipendenti u regoli speċifiċi rigward il-bilanċ baġitarju għandhom influenza pożittiva ħafna fuq l-għanijiet fuq perjodu medju ta' żmien u fuq l-istabilità fuq żmien twil tal-finanzi pubbliċi bbilanċjati;

25.  Jinnota li fir-rapport ta' konverġenza l-aktar riċenti f'Diċembru 2006 l-Kummissjoni tikkonsidra li l-maġġoranza ta' l-Istati Membri li ġew evalwati għamlu progress, iżda tikkonsidra li fil-preżent l-ebda wieħed ma jissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji kollha biex jadotta l-euro;

26.  Ifakkar li l-kriterji ta' Maastricht, li fuqhom il-Kummissjoni twettaq l-evalwazzjoni tagħha, għandhom jiġu applikati b'mod ugwali, jiġifieri mingħajr ma wieħed la jagħmilha iktar diffiċli għall-Istati Membri biex jidħlu fiz-zona euro, u lanqas ma jinterpreta l-kriterji b'mod klementi;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-vantaġġi li jiġu stabbiliti korpi nazzjonali indipendenti biex jieħdu ħsieb li jiddeterminaw il-livell annwali ta' żbilanċ b'mod konsistenti ma' l-objettiv ta' perjodu ta' żmien medju ta' baġit bilanċjat;

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex itejbu l-governanza ta' l-istatistika ta' rappurtaġġ ta' data fiskali permezz ta' rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar standards għall-UE kollha li jikkonċernaw istituti ta' l-istatistika, inklużi prinċipji dwar l-indipendenza professjonali, il-kunfidenzjalità, l-affidabilità, il-puntwalità tad-data, u l-adegwatezza tar-riżorsi ta' l-istituti ta' l-istatistika u drittijiet ta' monitoraġġ aħjar għall-Kummissjoni;

29.  Jikkonsidra li hemm lok għal titjib fil-kontabilità ta' l-assi pubbliċi u ta' l-obbligi impliċiti sabiex jiżdiedu t-trasparenza u t-tqabbil u sabiex tiġi provduta bażi iżjed soda għat-teħid ta' deċiżjonijiet; jikkonsidra li l-Kummissjoni għandha tniedi inizjattiva f'dan il-qasam;

30.  Jiddeplora n-nuqqas ta' koordinazzjoni politika fiz-zona ta' l-euro u jiġbed l-attenzjoni dwar id-diverġenza fil-politiki fiskali ta' l-Istati Membri fiż-żona ta' l-euro u huwa mħasseb dwar l-effetti antagonistiki possibbli ta' nuqqas ta' koordinazzjoni bħal dan; iħeġġeġ iżjed riċerka dwar tipi differenti ta' u miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' riformi strutturali u makroekonomiċi u dwar l-interazzjoni u l-impatt reċiproku waqt fażijiet differenti taċ-ċiklu ekonomiku sabiex jiġi identifikat l-aħjar mezz possibbli biex jissaħħu l-finanzi pubbliċi waqt li fl-istess ħin tinkiseb l-Istrateġija ta' Liżbona;

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5.
(2) ĠU C 298E, 8.12.2006, p.249.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2006)0485.


Ripressjoni riċenti ta' dimostrazzjonijiet fir-Russja
PDF 210kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar ir-Russja
P6_TA(2007)0169RC-B6-0172/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-objettivi għal konsolidazzjoni tal-libertajiet demokratiċi u politiċi fil-Federazzjoni Russa, kif stipulat fil-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra (PCA)(1), li daħlu fis-seħħ fl-1997 u jiskadu fl-2007,

–   wara li kkunsidra d-djalogu bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, u b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijjiet EU-Russja wara l-qtil tal-ġurnalista Russja Anna Politkovskaya(2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar il-laqgħa għolja bejn l-UE u r-Russja f'Ħelsinki ta' 24 ta' Novembru, 2006(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-membri ta' l-oppożizzjoni Russa ħarġu jiddimostraw fi Pjazza Pushkin f'Moska fl-14 ta' April 2007; billi l-hekk imsejjaħ 'Dissenters' March' kien organizzat minn 'Another Russia', grupp li jinkludi diversi movimenti li għandhom sfond politiku differenti,

B.   billi ftit minuti wara li bdiet id-dimostrazzjoni, l-2 000 dimostrant sabu ruħhom jaffaċċjaw numru erba' darbiet daqs tagħhom ta' forzi tas-sigurtà li malajr ferrxu lill-attivisti, sawtuhom, u arrestaw għal żmien qasir li dawk li ppruvaw jisfidaw il-linji ta' kontroll ta' l-irvell;

C.   billi fost dawk miżmuma kien hemm il-mexxej ta' l-United Civic Front, l-eks 'champion' dinji taċ-ċess Gari Kimovič Kasparov u Maria Gaidar, it-tifla ta' l-ewwel Prim Ministru riformista Russu wara l-Unjoni Sovjetika; billi l-eks Prim Ministru Mikhail Mikhailovitch Kasyanov evita l-arrest minħabba li l-uffiċjali tas-sigurtà tiegħu għenuh jaħrab; billi ħafna ġurnalisti, inkluż korrispondent ta' l-ARD Stephan Stuchlik li prova jirrekordja l-avvenimenti u jxerridhom fil-Punent, kien imsawwat u arrestat ukoll;

D.   billi fil-15 ta' April 2007, protesta oħra, għalkemm iżgħar, organizzata mill-istess grupp, kienet sfrattata b'mod simili f'San Pietruburgu, għalkemm Gari Kimovič Kasparov kien arrestat qabel il-protesta kienet biss bdiet u xi dimostranti kienu arrestati minn qabel b'mod preventiv fi triqithom lejn l-avveniment,

E.   billi Vladimir Petrovich Lukin, l-ombudsman Russu għad-drittijiet tal-bniedem, qal li hu jemmen li l-pulizija fiż-żewġt ibliet abbużaw mill-awtorità tagħhom u billi Valentina Ivanovna Matviyenko, il-gvernatur ta' San Pietruburgu, ordnat investigazzjoni rigward il-vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew waqt id-dimostrazzjoni f'San Pietruburgu,

F.   billi l-awtoritajiet Russi qedgħin fit-tellieqa għall-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali, iżidu l-pressjoni fuq gruppi ta' l-oppożizzjoni u organizzazzjonijiet mhux tal-gvern, sabiex dawn ma jorganizzaw l-ebda attività direttament kontra l-President u l-Gvern u sabiex jevitaw li l-midja tirrapporta xi attività bħal din,

G.   billi d-demokrazija ddgħajfet fir-Russja, speċjalment minħabba li l-istazzjonijiet ewlenin tat-TV u tar-radju waqgħu taħt il-kontroll tal-gvern, minħabba l-firxa ta' l-awtoċensura fost il-midja stampata, minħabba restrizzjonijiet ġodda dwar id-dritt għall-organizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi u l-klima li qed teħżien għall-NGOs,

H.   billi l-libertà ta' għaqda hija parti fundamentali mill-prinċipji demokratiċi u mill-istandards tad-drittijiet tal-bniedem li r-Russja wegħdet li se żżomm li rrepetiet diversi drabi l-impenn tagħha għalihom; dawn il-prinċipji u valuri huma wkoll il-bażi ta' sħubija strateġika bejn l-UE u r-Russja;

I.   billi bħala membru tan-Nazzjon Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u l-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Federazzjoni Russa obbligat ruħha li tosserva l-libertajiet tal-kelma u ta' għaqda; billi l-osservazzjoni ta' dawk il-prinċipji hija ta' importanza partikolari fid-dawl ta' l-elezzjonijiet li ġejjin fir-Russja,

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu ta' forza eċċessiva mill-pulizija kontra l-irvellijiet Russa waqt id-dimostrazzjonijiet paċifiċi ta' tmiem il-ġimgħa li għaddiet f'Moska u f'San Pietruburgu u jistieden lill-awtoritajiet Russi jikkonformaw ma' l-obbligi internazzjonali tagħhom u jirrispettaw il-libertà ta' l-espressjoni u ta' għaqda;

2.  Jikkundanna b'mod partikolari l-azzjonijiet ripressivi tal-forzi tas-sigurtà kontra ġurnalisti li jkunu qed jagħmlu d-dover professjonali tagħhom; iqis attakki bħal dawn fuq il-midja bħal inaċċettabbli;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet Russi sabiex jinvestigaw il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew fiż-żewġ manifestazzjonijiet u sabiex jidentifikaw u jressqu l-qorti lil dawk responsabbli għall-vjolenza;

4.  Jinkoraġġixxi lid-Duma ta' l-Istat Russu sabiex iwaqqaf grupp ta' ħidma li jinvestiga għalfejn forza bħal din kienet użata kontra dimostranti paċifiċi;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jesprimu b'mod ċar dan it-tħassib fil-kuntatti tagħhom mal-gvern Russu, b'mod partikolari waqt is-samit UE/Russja li se jiltaqa' fit-18 ta' Mejju 2007 f'Samara;

6.  Jistieden lit-tmexxija Russa sabiex tagħmel l-isforzi kollha tagħha sabiex tevita r-repetizzjoni ta' dawk l-avvenimenti ta' dispjaċir, b'mod partikolari fit-tellieqa għall-elezzjonijiet presidenzjali u għad-Duma li jmiss u sabiex tiggarantixxi lill-partiti politiċi u l-movimenti ċ-ċans li jipparteċipaw fil-proċess demokratiku; jistieden lill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali u lill-ġudikatura Russa sabiex ikunu viġilanti, oġġettivi u imparzjali fl-iskrutinju tal-kampanja u l-proċess elettorali;

7.  Jinsab imħasseb ħafna dwar l-użanza li qed titfaċċa ta' użu ta' forza eċċessiva mill-awtoritajiet Russi fil-konfront ta' attivisti ta' l-oppożizzjoni, li tqajjem tħassib serju dwar id-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa;

8.  Jerġa jtenni l-istedina tiegħu li tingħata spinta lid-Djalogu għad-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u r-Russja, sabiex dan isir aktar effettiv u orjentat lejn ir-riżultati, filwaqt li jinvolvu b'mod sħiħ lill-Parlament Ewropew fil-livelli kollha, bil-għan li jsaħħu dak l-element fil-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni ġdida, li għandha tiġi nnegozjata dalwaqt;

9.  Jenfasizza li, sabiex jintlaħaq progress viżibbli firrigward tad-demokrazija fir-Russja, il-politika komuni ta' l-UE u r-relazzjonijiet bilaterali ta' l-Istati Membri mar-Russja għandhom ikunu gwidati minn prinċipji komuni miftiehma u pużizzjonijiet komuni;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex jirrispettaw b'mod sħiħ matul it-tellieqa għall-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali, l-istandards demokratiċi u l-prinċipji stabbiliti mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u l-Kunsill ta' l-Ewropa; jistieden lill-Kunsill ta' l-Ewropa jinvestiga l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew waqt il-manifestazzjonijiet f'Moska u San Pietruburgu;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Federazzjoni Russa.

(1) ĠU L 327, 28.11.1997, p.1.
(2) Testi adottati, P6_TA(2006)0448.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2006)0566.


Il-Ħtif f'Gaża tal-Ġurnalist tal-BBC Alan Johnston
PDF 207kWORD 39k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-ħtif f'Gaża tal-ġurnalista tal-BBC Alan Johnston
P6_TA(2007)0170RC-B6-0159/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-ġurnalista tal-BBC Alan Johnston inħataf waqt li mhedded b'arma tan-nar fit-12 ta' Marzu 2007, meta kien sejjer lura d-dar fil-Belt ta' Gaża u minn dakinhar ħadd ma jaf fejn jinsab,

B.   billi s-Sur Johnston baqa' f'Gaża għal dawn l-aħħar tliet snin waqt perjodu ta' vjolenza dejjem akbar, preċiżament biex jirrapporta dwar dak li qed jiġri f'Gaża lill-bqija tad-dinja,

C.   billi l-komunità tal-midja, il-pubbliku u l-politiċi minn kull naħa Palestinjani kkundannaw il-ħtif u qed jitolbu l-ħelsien immedjat tiegħu u l-waqfien tal-ħtif kollu, dan jipprova sa liema punt il-ħidma tiegħu hija apprezzata mill-popolazzjoni tal-lokal,

D.   billi l-President ta' l-Awtorita Nazzjonali Palestinjana Mahmoud Abbas ikkonferma pubblikament li hemm evidenza kredibbli li s-Sur Johnston huwa ħaj, li qed jinżamm f'kondizzjonijiet ta' sigurtà u li hemm informazzjoni dwar liema grupp qed iżommu,

E.   billi l-ebda grupp ma ħa r-responsabilità għall-ħtif tas-Sur Johnston, liema ħtif ġie kkundannat mill-President Abbas u l-kapijiet kollha tal-movimenti ewlenin tal-Palestina,

F.   billi, skond il-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti, ir-Riporters Mingħajr Fruntieri, u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti (IFJ), 15-il ġurnalist barrani nħatfu fil-Medda ta' Gaża minn Awwissu 2005, u eluf ta' ġurnalisti madwar id-dinja jaffaċċjaw kuljum it-theddid ta' ħtif, vjolenza u intimidazzjoni,

G.   billi l-BBC għandha reputazzjoni ġustifikata bħala waħda mix-xandara ewlenin, li tħares il-valuri ta' l-imparzjalità, l-oġġettività u l-ġustizzja fir-rappurtaġġ tagħha,

H.   billi l-libertà ta' l-istampa hija ta' importanza primarja għad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, minħabba l-irwol essenzjali tagħha fil-garanzija ta' l-espressjoni ħielsa ta' opinjonijiet u ideat u fil-kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoni effettiva tan-nies fi proċessi demokratiċi,

1.  Jitob li s-Sur Johnston jinħeles qawwi u sħiħ, immedjatament u mingħajr kundizzjoni u jittieħed lura f'ambjent ta' sikurezza;

2.  Jesprimi l-appoġġ mill-qalb tiegħu għall-familja tas-Sur Johnston f'dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli, u għall-kollegi tiegħu u l-maniġment tal-BBC, li għaddejjin b'kampanja bla waqfien biex jibnu appoġġ pubbliku u politiku għall-ħelsien tiegħu;

3.  Jagħti ġieħ lir-reputazzjoni tas-Sur Johnston bħala ġurnalist ta' l-ogħla integrità, b'sittax-il sena ta' ħidma għall-BBC u, b'mod partikulari, b'dawn l-aħħar tliet snin f'Gaża, fejn huwa kien l-unika ġurnalist barrani bbażat hemmekk b'mod permanenti, minn organizzazzjoni tal-midja ewlenija;

4.  Jesprimi solidarjetà ma' l-IFJ u l-unjonijiet membri tagħha, inkluż is-Sindakat tal-Ġurnalisti tal-Palestina, fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw il-ħelsien tas-Sur Johnston u fil-kampanja tagħhom għal impenn globali ġdid għall-waqfien ta' theddid kontra l-ġurnaliżmu indipendenti; f'dan ir-rigward ifakkar l-appell li l-IFJ għamlet lill-kapijiet ta' l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana fid-19 ta' April 2007, bil-firem ta' 197 Membru tal-Parlament Ewropew;

5.  Jistieden lill-Awtorità Nazzjonali Palestinjana biex tirdoppja l-isforzi tagħha biex tikseb il-ħelsien mgħaġġel tas-Sur Johnston u biex tiżgura li l-ġurnalisti f'Gaża jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom mingħajr it-theddid ta' ħtif u fastidju u biex jiġi żgurat li l-attakki kollha kontra l-ġurnalisti u ċivili oħra jiġu investigati bir-reqqa u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

6.  Jistieden lill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea għall-Assistenza Teknika għax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, lir-rappreżentanti diplomatiċi ta' l-Istati Membri ta' l-UE u lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Komuni ta' l-Affarjiet Barranin u tas-Sigurtà (CFSP) biex isaħħu u jikkoordinaw l-isforzi tagħhom sabiex jiksbu l-ħelsien tas-Sur Johnston u biex jappoġġjaw l-isforzi ta' l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana f'dan ir-rigward;

7.  Jikkundanna dan l-att u l-atti kollha l-oħra ta' vjolenza u intimidazzjoni kontra l-eżerċizzju ħieles tal-ġurnaliżmu u l-libertà ta' l-espressjoni; jenfasizza li s-sikurezza tal-ġurnalisti għandha tiġi indirizzata bħala prijorità minn dawk kollha li jħaddnu soċjetà miftuħa u demokratika u li għandhom għal qalbhom il-progress lejn il-paċi kullimkien, b'konformità mar-Riżoluzzjoni S/RES/1738(2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li dwarha sar ftehim unanimu li ġiet adottata fit-23 ta' Diċembru 2006;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għas-CFSP, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-President ta' l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Istati Uniti.


Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Filippini
PDF 214kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Filippini
P6_TA(2007)0171RC-B6-0160/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni Indipendenti sabiex Tindirizza Każijiet ta" Qtil ta" Ġurnalisti u Attivisti, ippreseduta mill-Imħallef Jose Melo (il-Kummissjoni Melo) , li ġie ppubblikat fit-22 ta" Frar 2007,

–   wara li kkunsidra r-rapport preliminarju ta" Philip Alston, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħelsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tul il-ġlieda kontra t-terroriżmu, Martin Scheinin, tat-12 ta" Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra l-wegħdiet li għamel il-Gvern tal-Filippini lill-komunità internazzjonali qabel ma ġie magħżul għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig Krudili, Inuman u Degradanti Ieħor ta" l-1984, kif ratifikata mill-Filippini fit-18 ta" Ġunju 1986, kif ukoll l-Ewwel u t-Tieni Protokoll mhux Obbligatorju tagħha, li jippermettu, rispettivament, l-ilmenti individwali u ż-żjarat lil faċilitajiet ta" detenzjoni minn korpi indipendenti,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU għall-ħarsien tal-Persuni Kollha minn Għajbien Sfurzat ta' l-2006,

–   wara li kkunsidra l-elezzjonijiet tal-Kungress u l-elezzjonijiet lokali fil-Filippini li huma ppjanati għall-14 ta" Mejju 2007, u l-missjoni ta" osservaturi ta" l-UE li ser tintbagħat,

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Ko-Chairpersons tas-16-il Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-ASEAN tal-15 ta" Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra l-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) tal-Ministri ta" l-Affarijiet Barranin li hija ppjanata għat-28 u d-29 ta" Mejju 2007 f'Hamburg,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea tas-26 ta' Ġunju 2006 dwar l-abolizzjoni kompluta tal-piena tal-mewt fil-Filippini,

–   wara li kkunsidra l-Karta ta" Strateġija dwar Pajjiż (CSP) tal-Kummissjoni Ewropea, u l-Programm Indikattiv Nazzjonali (NIP) 2005-2006 għall-Filippini,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Filippini,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi f'dawn l-aħħar snin, in-numru ta" każijiet ta" qtil b'mottiv politiku fil-Filippini kiber b'mod drammatiku, u li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħti lok għal tħassib serju,

B.   billi l-organizzazzjoni lokali tad-drittijiet tal-bniedem Karapatan irreġistrat 180 każ ta" għajbien sfurzat u aktar minn 800 każ ta" qtil, ħafna minnhom minn persuni armati mhux identifikati, sa mill-2001,

C.   billi ħafna mill-persuni maqtula, bħalma huma membri tal-partiti ta' l-oppożizzjoni, persuni involuti fil-knejjes, mexxejja tal-komunità, bdiewa, avukati, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, trejdjunjonisti, jew sempliċi xhieda ta" każijiet ta" qtil extra-ġudizzjarju, qed jiġu akkużati minn rappreżentanti tal-gvern li huma membri ta' "organizzazzjonijiet ta" faċċata" għal gruppi armati illegali u "terroristi",

D.   billi l-President tar-Repubblika tal-Filippini, Gloria Macapagal-Arroyo ħatret il-Kummissjoni Mello fuq imsemmija sabiex teżamina l-problema, kif ukoll "task force" tal-pulizija fuq livell nazzjonali (Task Force Usig) sabiex b'ħeffa tinvestiga l-każijiet ta" qtil, u tressaq lill-persuni responsabbli quddiem Qorti,

E.   billi kemm is-sejbiet tal-Kummissjoni Melo kif ukoll ir-riżultati ta" l-investigazzjonijiet tar-Rapporteur speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet extra-ġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji jindikaw l-involviment tal-Forzi Armati tal-Filippini (AFP) f'dawn il-qtil politiku, u billi l-attakki rari jirriżultaw fl-arrest jew l-imputazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-qattiela,

F.   billi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Melo jinkludu: il-ħolqien ta" aġenzija investigattiva ċivili indipendenti li jkollha l-awtorità li teżegwixxi l-mandati u tagħmel arresti; it-taħriġ tal-prosekuturi; il-ħolqien ta" Qrati Speċjali biex jaħdmu fuq dawn il-każijiet; it-titjib tal-Programm tal-Protezzjoni tax-Xhieda; żieda fil-ħiliet investigattivi tal-pulizija; u orjentament u taħriġ għall-forzi tas-sigurtà,

G.   billi bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Melo, il-President Arroyo ħarġet pjan ta" 6 punti sabiex jieqfu l-każijiet ta" qtil extra-ġudizzjarju, liema pjan jinkludi ordni lid-Dipartiment tal-Ġustizzja sabiex iwessa" u jtejjeb il-Programm tal-Protezzjoni tax-Xhieda, talbiet lill-Qorti Suprema għall-ħolqien ta Qrati Speċjali sabiex jipproċessaw lill-persuni akkużati b'każijiet ta" qtil ta natura politika jew ideoloġika, lill- AFP sabiex joħorġu dokument ġdid dwar ir-Responsabilità tal-Kmand u lid-Dipartiment tal-Ġustizzja u d-Dipartiment tad-Difiża Nazzjonali sabiex jikkoordinaw mal-Kummissjoni indipendenti Melo dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u ordni lid-Dipartiment ta" l-Affarijiet Barranin sabiex jippreżenta talba formali lill-Unjoni Ewropea, lil Spanja, lill-Finlandja u lill-Iżvezja sabiex jibagħtu investigaturi sabiex jassistu lill-Kummissjoni,

H.   billi l-miżuri kontra t-terroriżmu adottati mill-Gvern riċentement wasslu għal tħassib serju dwar il-ksur potenzjali tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni miżmuma fuq il-bażi ta" din il-liġi,

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-numru li qed jikber ta" każijiet ta" qtil politiku li seħħew fis-snin riċenti fil-Filippini; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Filippini sabiex jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa b'mod f'waqtu, bir-reqqa u trasparenti, u li jipproċedi kontra l-persuni responsabbli;

2.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi, il-qtil ta" Siche Bustamante-Gandinao, attivista dedikata tad-drittijiet tal-bniedem li nqatlet ftit jiem wara li xehdet quddiem ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar eżekuzzjonijiet, extra-ġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, u huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta" kwalunkwe investigazzjoni mill-pulizija dwar dan il-każ importanti,

3.  Huwa tal-fehma li l-adozzjoni ta' l-Att dwar is-Sigurtà tal-Bniedem 2007, li ser jidħol fis-seħħ f'Lulju 2007, aktarx se jkompli jżid l-inċidenza ta" ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Forzi tas-Sigurtà, għax ser tagħti lok għal arresti mingħajr mandat u detensjoni arbitrarja sa tul ta' tlett ijiem; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Gvern tal-Filippini sabiex jintroduċi miżuri konkreti ta" protezzjoni sabiex jevita l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta" din il-liġi;

4.  Jikkundanna l-attakki fuq gruppi legali ta" oppożizzjoni, u jistieden lill-awtoritajiet sabiex iġibu fi tmiemhom l-allegazzjonijiet ta" konfoffi bejn gruppi oppożizzjoni paċifika u gruppi armati illegali;

5.  Jilqa" bi pjaċir it-twaqqif u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Melo u t-twaqqif tat-Task Force Usig, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-President Arroyo tat-30 ta" Jannar 2007 li hi "ma tittollerax ksur tad-drittijiet tal-bniedem" bħala l-ewwel pass;

6.  Jistieden lill-Gvern Filippin sabiex jadotta miżuri sabiex tintemm l-intimidazzjoni u l-fastidju sistematiku tax-xhieda b'konnessjoni mal-prosekuzzjoni ta" każijiet ta" qtil, u jiżgura ħarsien tax-xhieda li jkun verament effettiv; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li ma tibqax tiġi inċitata l-vjolenza kontra wħud mill-gruppi politiċi u tas-soċjetà ċivili, u sabiex jerġgħu jiġu introdotti l-mekkaniżmi normali ta" responsabilizzazzjoni sabiex jaqtgħu l-abbużi mill-gvern; f'dan is-sens, jistieden b'mod partikulari lill-Ombudsman Filippin sabiex jieħu l-irwol kostituzzjonali tiegħu bis-serjetà fir-rigward tar-rispons għal każijiet ta" qtil extraġudizzjarju attribwiti lil uffiċjali pubbliċi;

7.  Iħares b'mod pożittiv lejn il-Pjan ta" Sitt Punti tal-Gvern sabiex jintemmu l-każijiet ta" qtil politiku; jisħaq, madankollu, li l-Gvern tal-Filippini jrid juri impenn ġenwin li jinvestiga dawn il-każijet ta" qtil, u li huwa lest li jġib il-persuni responsabbli għalihom, inklużi rappreżentanti tal-forzi tas-sigurtà, quddiem il-ġustizzja; jinnota li s'issa, ħafna mill-investigazzjonijiet tal-pulizija kienu difettużi;

8.  Jilqa" bi pjaċir l-iffirmar mill-President Arroyo fl-24 ta" Ġunju 2006 ta' leġiżlazzjoni li tabolixxi l-piena tal-mewt fil-Filippini (L-Att Nru 9346 jew "Att li jiprojbixxi l-impożizzjoni tal-Piena tal-Mewt fil-Filippini"); jistieden ukoll lill-awtoritajiet Filippini sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar Għajbien Sfurzat li ġie adottata dan l-aħħar, u sabiex jadottaw leġiżlazzjoni ta" implimentazzjoni;

9.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-klima ta" impunità għandha impatt korrużiv fuq il-kunfidenza tal-pubbliku fl-istat tad-dritt u li l-każijiet ta" qtil joħolqu klima li fiha l-poplu fil-Filippini ma iħossux ħieles li jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta" espressjoni u assoċjazzjoni politika,

10.  Jappella lill-President Arroyo sabiex tieħu azzjoni immedjata sabiex tevita r-riskju li tkompli tinfirex il-vjolenza qabel u waqt l-elezzjonijiet li ġejjin,

11.  Jistieden lill-Gvern tal-Filippini sabiex jiggarantixxi s-sigurtà ta" dawk li japplikaw għad-distribuzzjoni mill-ġdid ta" l-art skond il-Programm Komprensiv ta" Riforma Agrarja (CARP) u sabiex tħaffef l-implimentazzjoni tal-programm ta" tqassim mill-ġdid ta" l-artijiet, sabiex taħsad waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-vjolenza politika;

12.  Jilqa" bi pjaċir it-tħabbira tal-Kummissjoni li hi ser tagħti kontribut għall-isforzi tal-Gvern tal-Filippini fir-rigward ta" l-inkjesti tal-każijiet ta" qtil extra-ġudizzjarju, billi tibgħat tim ta" esperti;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membru ta' l-ASEAN u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Filippini.


Żimbabwe
PDF 234kWORD 77k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar iż-Żimbabwe
P6_TA(2007)0172RC-B6-0162/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004(1), tas-16 ta' Diċembru 2004(2), tas-7 ta' Lulju 2005(3) u tas-7 ta' Settembru 2006(4),

–   wara li kkunsidra s-Samit ta' Emerġenza tal-Komunita' għall-Iżvilupp ta' l-Afrika t-Isfel (SADC) tat-28 u d-29 ta' Marzu 2007 li sar f'Dar es Salaam, fit-Tanżanija;

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Bureau ta' l-Assemblea Konġunta ta' l-ACP-EU tal-21 ta' Marzu 2007, dwar it-trattament ħażin ta' l-MP ta' l-oppożizzjoni taż-Żimbabwe Nelso Chamisa,

–   wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/120/CFSP(5) tad-19 ta' Frar 2007, li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe sa l-20 ta' Frar 2008,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 236/2007(6) li jestendi l-lista ta' dawk il-persuni fiż-Żimbabwe li huma fil-mira tal-miżuri restrittivi,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar iż-Żimbabwe tal-Forum Afrikan għas-Soċjetà Ċivili 2007 ta' l-24 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp Internazzjonali dwar Kriżi tal-5 ta' Marzu 2007 bl-isem 'Zimbabwe: An End to the Stalemate?',

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi f'dan ix-xagħar jaħbat is-27 anniversarju ta' l-indipenenza taż-Żimbabwe imma l-poplu taż-Żimbabwe għad irid jakkwista il-ħelsien tiegħu,

B.   billi membri tal-partiti ta' l-oppożizzjoni, gruppi mis-soċjetà ċivili u individwi fiż-Żimbabwe huma attakkati u/jew arrestati b'mod arbitrarju u vittmi tal-brutalità tal-pulizija u tas-servizzi ta' sigurtà tal-gvern f'ċirkostanzi ta' vjolenza politika u sistematika mmirata biex teqred l-istrutturi ta' l-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili qabel l-elezzjonijiet ta' l-2008;

C.   billi, wara l-intervent vjolenti waqt il-laqgħa ta' l-oppożizzjoni tal-11 ta' Marzu 2007, li kkawżat il-mewt ta' żewġ persuni, kienu arrestati aktar minn 300 membru tal-gruppi tas-soċjetà ċivili u tal-partiti ta' l-opppożizzjoni;

D.   billi l-Bureau ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE stabbilit li tikkundanna l-attakk brutali fuq il-kollega tiegħu Nelson Chamisa bl-aktar mod qawwi possibbli'

E.   billi s'issa din hija t-tmien sena li s-sitwazzjoni politika u ekonomika fil-pajjiż marret lura u ċ-ċittadini taż-Żimbabwe qed ikomplu jaffaċċjaw nuqqasijiet ta' ikel serji, bil-Programm Dinji għall-Ikel jipprovdi għajnuna ta' ikel ta' emerġenza lil 1.5 miljun ċittadin taż-Żimbabwe fl-ewwel tliet xhur ta' l-2007 iżda bil-kalkolu li 'l fuq minn 4.5 miljun persuna tbati minn malnutrizzjoni;

F.   billi t-tul ta' żmien li persuna mistennija li tgħix fiż-Żimbabwe fil-preżent huwa wieħed mill-aktar baxxi fid-dinja - sa 37 sena għall-irġiel u 34 sena għan-nisa, 20 fil-mija ta' l-adulti għandhom l-HIV, b'aktar minn 3,200 mewt fil-ġimgħa kkawżati minn din il-marda, li qed toħloq l-ogħla rata ta' orfni fid-dinja;

G.   billi 80% tal-popolazzjoni qed tgħix taħt il-livell tal-faqar, il-pajjiż għandu rata ta' qgħad ta' 80% fis-settur formali u dawk il-ftit ċittadini impjegati taż-Żimbabwe m'għandhomx dħul biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, isofru minn telf qawwi ta' ħiliet, korruzzjoni, miżati projbitivi għall-iskejjel u sistema tas-saħħa u servizzi vitali diżastrużi;

H.   billi terz mill-popolazzjoni taż-Żimbabwe jgħixu fi ħdan il-fruntieri ta' pajjiżi ġirien, miljuni ta' ċittadini taż-Żimbabwe diġà ħarbu mill-pajjiż u attwalment 50,000 ċittadin taż-Żimbabwe qed jaħarbu mill-pajjiż kull xahar,

I.   billi l-biża' qed tiżdied madwar ir-reġjun dwar ir-riperkussjonijiet tad-diżastru ekonomiku taż-Żimbabwe fuq il-pajjiżi ġirien,

J.   billi l-forom kollha ta' laqgħat ta' aktar minn tliet persuni issa huma suġġetti għal permess minn qabel tal-pulizija skond l-Att Pubbliku ta' Ordni u Sigurtà b'riżultat ta' l-emendi mwettqa mill-President Robert Mugabe fil-Kostituzzjoni qabel Frar 2007, il-liġijiet tal-midja huma ripressivi u l-Att Elettorali m'huwiex demokratiku;

K.   billi bosta persuni miż-Żimbabwe ma jirċivux informazzjoni dwar il-vjolenza li l-forzi tas-sigurtà wettqu fuq l-oppożizzjoni u l-attivisti tas-soċjetà ċivili minħabba n-nuqqas ta' stampa u midja ta' kuljum indipendenti, iżda l-istejjer tal-vittmi ta' vjolenza qed jinfirxu fuq medda wiesgħa,

L.   billi, skond il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), kull pajjiż Afrikan se jgawdi minn tkabbir ekonomiku pożittiv fl-2007, bl-eċċezzjoni taż-Żimbabwe, li f'dawn l-aħħar għaxar snin l-ekonomija tiegħu naqset b'40% u se tonqos b'5.7% oħra din is-sena; billi ż-Żimbabwe resaq lejn definizzjoni teknika ta' 'iperinflazzjoni' meta r-rata annwali ta' inflazzjoni tiegħu telgħet għal 2.200% f'Marzu 2007 u billi, skond l-IMF, din ir-rata tista' titla' sa 5000% sa l-aħħar tas-sena,

M.   billi skond il-Kamra tal-Mini taż-Żimbabwe, is-settur tal-mini tad-deheb, li huwa l-akbar esportatur tal-pajjiż u jikkonsisti f'52% tal-produzzjoni tal-minerali tiegħu, qed jiffaċċja kollass; billi l-industrija tat-tabakk taż-Żimbabwe li tikkontribwixxi għal madwar 50% tal-kambju (ta' flus barranin) tal-pajjiż qed taffaċċja pożizzjoni simili bil-bidu ta' l-istaġun tal-bejgħ tat-tabakk għall-2007 li qed ikun pospost; u billi l-produttività ta' l-agrikoltura niżlet bi 80% mill-1998,

N.   billi l-iżvilupp ta' l-Afrika huwa prijorità għad-demokraziji tal-Punent, l-għajnuna waħida ma tistax tikseb wisq suċċess u l-gvernijiet ta' l-Afrika mistennija li jimpenjaw favur id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,

O.   billi l-Unjoni Afrikana (UA), is-SADC u b'mod partikolari l-Afrika t'Isfel kollha għandhom irwoli vitali x'jilagħbu fis-soluzzjoni tal-kriżi u billi, l-laqgħa ta' l-SADC tat-28 u d-29 ta' Marzu 2007 kienet pass sinifikanti f'din id-direzzjoni;

1.  Jikkundanna bil-qawwa d-dittatorjat ta' Mugabe għall-oppressjoni bla waqfien tal-poplu ta' Żimbabwe, tal-partiti ta' l-oppożizzjoni u tal-gruppi tas-soċjetà ċivili u għall-qerda tiegħu ta' l-ekonomija ta' Żimbabwe, li kabbret il-miżerja ta' miljuni ta' Żimbabwani;

2.  Jilqa' l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' April 2007, li juru tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed teħżien b'mod mgħaġġel ħafna fiż-Żimbabwe u dwar l-abbuż qawwi tad-Drittijiet tal-Bniedem li għadu qed iseħħ fil-pajjiż u jħeġġeġ lill-gvern Żimbabwan jonora l-obbligi tiegħu bħala firmatarju tat-trattat u l-protokoll tal- SADC, l-Att Kostituttiv ta' l-AU u l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, Is-sħubija l-Ġdida għall-prinċipji ta' l-iżvilupp, għall-prinċipji demokratiċi, għad-drittijiet tal-bniedem u għall-Istat tad-dritt ta' l-Afrika;

3.  Jiddeplora li minkejja l-kundizzjoni tal-pajjiż l-kritika reġjonali u internazzjonali u tmexxija ta' 27 sena, Robert Mugabe, kien għal darb'oħra aċċettat mill-Unjoni Nazzjonali Afrikan tal-Zimbabwe - Front Patrijotiku (Zanu-PF) bħala l-kandidat tiegħu għal president fl-2008 u li kampanja ta' intimidazzjoni diġà qed iseħħ biex teqred l-istrutturi ta' l-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili u biex tiżgura r-riżultat ta' l-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali;

4.  Jistieden mill-ġdid lill-Robert Mugabe biex iżomm kellmtu u jirreżenja, malajr kemm jista' jkun, u dan ikun l-akbar pass uniku possibbli lejn it-tiġdid tas-soċjetà, tal-politika u ta' l-ekonomija taż-Żimbabwe;

5.  Jikkundanna bil-qawwi l-intervent vjolenti kontra l-laqgħa ta' talb tal-Kampanja għas-Salvazzjoni taż-Żimbabwe organizzata fil-11 ta' Marzu 2007 mill-avversarji ta' Mugabe; jikkundanna b'mod partikulari l-qtil u jesprimi niket profond għall-imwiet ta' Gift Tandare, attivist ta' l-oppożizzjoni, li sparawlu u ġismu kien maħtuf u midfun b'mod sigriet mingħajr l-għarfien tal-familja tiegħu, ta' Itai Manyeruke li miet ġurnata wara li kien imsawwat b'mod serju mill-pulizija u tal-ġurnalist Edmore Chikomba fit-30 ta' Marzu 2007;

6.  Jikkundanna bil-qawwi l-attakki fuq mexxejja ta' l-oppożizzjoni u l-arrest sussegwenti ta' Morgan Tsvangirai, Chairman tal-Moviment għal Bidla Demokratika (MDC), Nelson Chamisa, Grace Kwinjeh, Lovemore Madhuku, William Bango, Sekai Holland, Tendai Biti, Arthur Mutambara u ħafna oħrajn, it-trattament brutali tagħhom mill-forzi tal-pulizija u l-projbizzjoni li jfittxu trattament mediku barra ż-Żimbabwe; jiddeplora b'mod qawwi l-fatt li bosta parteċipanti oħrajn fil-laqgħa kienu attakkati b'mod selvaġġ mill-Pulizija ta' Żimbabwe; jesprimi tħassib qawwi bil-fatt li fl-istess okkażjoni l-Ministru ta' l-Informazzjoni taż-Żimbabwe, is-Sur Ndlovu, irrifjuta r-rapporti ta' brutalità u tortura mill-pulizija, u minflok akkuża l-oppożizzjoni b'attakk fuq il-pulizija;

7.  Jipprotesta dwar l-arrest mill-ġdid tal-membri tal-MDC, inkluż Morgan Tsvangirai u oħrajn fit-28 ta' Marzu 2007, it-tkomplija tad-detenzjoni ta' ħafna attivisti ta' l-oppożizzjoni, inkluż Ian Makone, il-konsulent speċjali tas-Sur Tsvangirai, u l-attakki rinnovati kontra l-membri tal-MDC, il-proċessi fil-Qorti bbażati fuq akkużi mhux sostenibbli li qed jiffaċċjaw, kif ukoll l-arresti kontinwi u l-ħtif ta' suspettati Membri ta' l-oppożizzjoni;

8.  Iħoss mhux aċċettabbli l-attakk fuq Nelson Chamisa, magħmul meta kien fi triqtu lejn l-ajruport Harare, fejn kellu jieħu titjira biex jattendi għal-laqgħat ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta (ACP-EU JPA);

9.  Jinsab imħasseb ħafna bl-aħbarijiet li 56 mara mill-NGO ta' Żimbabwe "Women of Zimbabwe Arise" kienu arrestati fit-23 ta' April 2007, u li għaxra mit-trabi tagħhom intefgħu il-ħabs magħhom ;

10.  Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza indiskriminata kontra n-nies ċivili mill-pulizija u l-armata, kif ġara lejliet il-vaganza ta' l-Għid meta pulizija armati ħafna attakkaw persuni li kienu qed jistennew it-trasport lejn id-destinazzjoni tal-vaganza tagħhom - tattika li hi mfassla b'mod ċar bil-għan li tinħoloq il-biża';

11.  Jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe sabiex jerġa jdaħħal l-istat tad-dritt u sabiex iwaqqaf immedjatament l-attakki vjolenti fuq il-gruppi u l-individwi ta' l-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili,

12.  Jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe sabiex jibda immedjatament il-proċess biex tintemm il-kriżi tal-pajjiż billi jsir qbil dwar pjan kredibbli għal tranżizzjoni demokratika, id-dħul mill-ġdid ta' l-istat tad-dritt, il-qafas għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti taħt superviżjoni internazzjonali u garanziji tranżizzjonali ta' kontroll mhux partiġġjan ta' istituzzjonijiet ewlenin bħall-armata u l-pulizija;

13.  Jistieden ukoll biex isir it-tibdil kostituzzjonali meħtieġ u li l-Kummissjoni Elettorali tingħata setgħa xierqa bħala korp verament indipendenti li kapaċi jissorvelja l-andament ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti, permezz ta' sistema trasparenti, u jqis li parti essenzjali minn dan il-proċess tkun il-kontroll sħiħ tal-karti tal-voti, verifikati kif suppost mill-bidu sat-tmiem, tittieħed nota ta' kemm karti tal-voti jkunu ġew stampati, kemm minnhom tqassmu f'kull distrett u kemm minnhom intużaw b'mod validu;

14.  Joffri, f'dan ir-rigward, l-għajnuna tiegħu fl-implimentazzjoni ta' kull proċess miftiehem li jistabilixxi l-bażi għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, inkluż it-twaqqif ta' Missjoni ta' l-UE għall-Osservanza ta' l-Elezzjoni, u jispera li organizzazzjonijiet oħra, bħal Commonwealth, ikunu wkoll mistiedna biex jibagħtu osservaturi ta' l-elezzjoni;

15.  Jilqa' l-għan milħuq mill-ġdid għall-unità fost il-partiti u l-gruppi ta' l-oppożizzjoni fiż-Żimbabwe, inkluż l-elementi kollha ta' l-MDC, il-Knejjes u l-Kungress taż-Żimbabwe tat-Trade Unions (ZCTU), u d-determinazzjoni tagħhom biex jaħdmu flimkien bi sfida għall-oppressjoni tal-gvern biex ikunu jistgħu iġibu d-demokrazija u l-ħelsien lill-poplu;

16.  Jilqa" bi pjaċir ir-rikonoxximent mill-SADC li teżisti kriżi fiż-Zimbabwe, u l-ħatra tal-President Thabo Mbeki ta" l-Afrika t'Isfel sabiex jiffaċilita djalogu bejn iż-Zanu PF u l- MDC fl-oppożizzjoni; jappoġġja l-evalwazzjonijiet onesti tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe mill-President taż-Żambja Levy Mwanawasa, il-President tal-Ghana John Kuffour, l-Arċisqof Desmond Tutu u l-Arċisqof Pius Ncube ta" Bulawayo; jenfasizza li m'hemm ebda sanzjonijiet ekonomiċi kontra ż-Żimbabwe, iżda biss miżuri restrittivi mmirati lejn ir-Reġim Mugabe; jilqa" bi pjaċir l-inizjattiva ta" l-SADC sabiex tinstab soluzzjoni li tkun ta" benefiċċju kemm għaċ-ċittadini taż-Żimbabwe, kif ukoll għar-reġjun kollha kemm hu; U jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali kollha, u b'mod partikulari n-nazzjonijiet Afrikani, sabiex jaħtfu din l-opportunità;

17.  Jemmen li l-medjazzjoni tal-President Mbeki ta' l-Afrika t-Isfel ser twassal fit-tmiemu ċ-ċiklu attwali ta" vjolenza u intimidazzjoni, li mingħajru, il-mandat tiegħu għall-faċilitazzjoni tad-djalogu bejn l-oppożizzjoni u l-gvern taż-Żimbabwe u djalogu nazzjonali wiesa" lil hinn miż-Zanu PF u l-MDC u li jinkludi l-mexxejja tal-Knisja, in-negozju, it-trejdjunjins u parteċipanti oħra tas-soċjetà ċivili, ma jkunx issodisfat b'mod adegwat;

18.  Jappoġġa l-moviment ta' l-istudenti fiż-Żimbabwe, li l-mexxejja u l-attivisti tiegħu qed ikunu kontinwament arrestati, msawwta u ffastidjati, u l-kampanja kontinwa taż-ZCTU, u jfaħħar il-qlubija tagħhom fit-tħejjija ta' 'national stay away' li damet jumejn, fejn tkellmu kontra n-nuqqas ta" ħila ta' Mugabe li jwaqqaf il-kollass ekonomiku tal-pajjiż, minkejja l-fatt li kien hemm rapporti ta' brutalità min-naħa tal-pulizija u li l-mexxejja taz-ZCTU kienu attakkati b'mod qawwi mill-pulizija wara l-aħħar dimostrazzjoni tagħhom fl-2006; jiddispjaċih li ma" gvern vjolenti, m'hemm ebda possibilità ta' involviment kostruttiv;

19.  Jiddeplora t-tiġdid tad-dikjarazzjoni ta' ħsieb mġedda tal-Gvern taż-Żimbabwe li l-NGOs li huma meqjusa li qed jappoġġaw l-oppożizzjoni u l-bidla politika jiġu fastidjati u mġegħla jagħlqu, u jħares lejn din it-theddida bħala indikazzjoni serja ta' nuqqas ta' intenzjoni tajba min-naħa tal-gvern li tinstab triq 'il quddiem għall-pajjiż;

20.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jiżgura li l-Istati Membri kollha japplikaw b'mod rigoruż il-miżuri ristrettivi eżistenti, inkluż l-embargo fuq l-armi u l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, filwaqt li jenfasizza li ż-Żimbabwe ma jistax jiġi trattat bħala kwistjoni separata mir-relazzjonijiet usa" ta" l-UE ma" l-Afrika; jistieden, għaldaqstant, lill-Kunsill, sabiex jiżgura li l-ebda persuna pprojbita ma tiġi mistiedna, jew tattendi, is-Samit maħsub bejn l-UE u l-Afrika, f'Liżbona f'Diċembru ta" din is-sena; jikkonsidra li d-dgħjufija fl-applikazzjoni ta" sanzjonijiet immirati ddgħajjef sew lill-politika ta' l-UE fir-rigward taż-Żimbabwe, u tiddiżappunta ħafna lill-persuni fiż-Żimbabwe li qed ifittxu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali;

21.  Jistieden lill-Kunsill sabiex ikabbar iktar il-kamp ta" applikazzjoni tal-miżuri restrittivi mmirati u jkabbar il-lista ta" individwi pprojbiti sabiex din tinkludi dejjem aktar minn dawk il-persuni li jagħmlu parti mill-istruttura tas-setgħa ta" Mugabe, inklużi l-ministri tal-gvern, deputati u gvernaturi, persunal militari, persunal ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Intelligence Ċentrali u tal-pulizija, u l-Gvernatur tal-Bank ta" Riżerva taż-Żimbabwe;

22.  Josserva li l-UE hija l-aktar donatur importanti taż-Żimbabwe, b'finanzjament totali ta" € 193 miljun fl-2006, li minnhom, il-finanzjament totali mill-Istati Membri ta" l-UE jammonta għal € 106.9 miljun u l-finanzjament totali mill-Kummissjoni jammonta għal € 86.1 miljun, u li € 94.7 miljun imorru għall-ikel u għall-għajuna umanitarja u ta" emerġenza, filwaqt li € 49.9 miljun imorru għall-iżvilupp uman u soċjali; Jiddispaċih ħafna, madankollu, li r-reġim ta" Mugabe jimmanipula dan it-tip ta' appoġġ, b'mod partikulari, l-għajnuna f'ikel, billi jużah bħala arma politika li biha jikkastiga lil dawn li jsemmgħu leħinhom u jopponu r-reġim;

23.  Jinsisti li l-għajnuna kollha għaż-Żimbabwe trid tingħata permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi ġenwini u għandha tilħaq lin-nies li hi maħsuba għalihom, mingħajr ma tiġi interċettata b'xi mod minn aġenti tar-reġim ta' Mugabe;

24.  Jistieden lir-Renju Unit, li se jieħu f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti f'April 2007, biex iqiegħed liż-Żimbabwe fuq l-agenda tal-Kunsill tas-Sigurtà, u jistenna li l-Afrika ta' Isfel ser ikollha rwol kostruttiv bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà;

25.  Itenni t-talba tiegħu sabiex ir-reġim ta' Mugabe ma jieħu ebda benefiċċju finanzjarju jew propaganda mit-tħejjija għat-Tazza tad-Dinja ta" l-2010 jew mit-turnew innifsu; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Afrika ta' Isfel, li se tospita t-Tazza tad-Dinja 2010, u lill-FIFA, biex jeskludu liż-Żimbabwe milli tieħu sehem fil-logħbiet ta" qabel it-Tazza tad-Dinja, u milli tilgħab logħbiet ta' ħbiberija internazzjonali jew tospita timijiet nazzjonali involuti fl-avveniment;

26.  Jilqa' bi pjaċir l-inizjattiva ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE JPA u l-ACP li tintbagħat delegazzjoni konġunta fiż-Żimbabwe sabiex taċċerta s-sitwazzjoni fil-post, jistieden lill-ACP-UE JPA sabiex tagħmel din l-investigazzjoni mill-aktar fis possibbli u jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe sabiex jagħti aċċess għaż-Żimbabwe lill-membri kollha ta' tali delegazzjoni; jenfasizza li d-delegazzjoni għandha jkollha aċċess għall-oqsma kollha tas-soċjetà ċivili u m'għandhiex tkun ristretta għal laqgħat ma' gruppi organizzati mill-gvern; jitlob lill-Kummissjoni sabiex jorganizzaw żjara ż-Żimbabwe u jħeġġeġ lill-awtoritajiet fiż-Żimbabwe sabiex jikkoperaw fir-rigward ta' l-idea ta" żjara;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament taż-Żimbabwe, lill-Gvern u lill-Parlament ta' l-Afrika ta' Isfel, lis-Segretarju Ġenerali tal-Komunità għall-Iżvilupp ta' l-Afrika t'Isfel, lill-Ko-Presidenti ta" l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta" l-UE u l-ACP, liċ-Chairmen tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Eżekuttiv ta' l-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-G8 u lill-President ta' l-Assoċjazzjoni tal-Federation Internationale de Football (FIFA);

(1) ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 417.
(2) ĠU C 226 E, 15.9.2005, p. 358.
(3) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 491.
(4) Testi adottati, P6_TA(2006)0358.
(5) ĠU L 51, 20.2.2007, p. 25.
(6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 236/2007 tat-2 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri ta' restrizzjoni rigward iż-Żimbabwe (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 14).

Avviż legali - Politika tal-privatezza