Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0248(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0307/2007

Testi mressqa :

A6-0307/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/09/2007 - 6.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0400

Testi adottati
PDF 282kWORD 39k
It-Tlieta, 25 ta' Settembru 2007 - Strasburgu
Statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja ***I
P6_TA(2007)0400A6-0307/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta" l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja (COM(2005)0625 – C6-0422/2005 – 2005/0248(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0625),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0422/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0307/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Settembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-produzzjoni u l-iżvilupp ta" l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim matul il-ħajja
P6_TC1-COD(2005)0248

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru .../2008.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza