Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnija u Ħerzegovina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta" viżi għal żjajjar qosra (COM(2007)0423 – C6-0296/2007 – 2007/0140(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0423),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 62(2)(b)(i) u (ii) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0296/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0384/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Bożnija u Ħerzegovina.