Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni (13851/2007 – C6-0351/2007 – 2007/2178(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, kif ġie adottat b'mod finali fl-14 ta' Diċembru 2006(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 6/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-13 Settembru 2007 (COM(2007)0527),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2007, li l-Kunsill stabbilixxa fit-17 ta' Ottubru 2007 (13851/2007 – C6-0351/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0401/2007),
A. billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2007 jkopri l-punti li ġejjin:
–
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għal ammont ta' 172 200 000 EUR f'approprijazzjonijiet ta' impenn relatati mal- maltempata kbira li seħħet fil-Ġermanja f'Jannar 2007, u maċ-ċiklun tropikali li seħħ fi Franza (La Réunion) fi Frar 2007.
–
Il-ħolqien ta' punt baġitarju ġdid 14 03 03 sabiex jappoġġja l-obbligi finanzjarji li joħorġu mill-adeżjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-Organizzazzjoni Doganali Dinjija.
–
Il-mobilizzazzjoni ta' fondi ġodda għal ammont ta' EUR 35 500 000 f'approprijazzjonijiet ta' impenn f'Punt 26 01 50 07 sabiex jitħallsu danni lill-atturi wara s-sentenzi finali tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawżi T-45/01 u T-144/02, Sanders u oħrajn u Eagle u oħrajn vs Il-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2007. L-approprijazzjonijiet ta' ħlas li jikkorrispondu għandhom jiġu mqassmin mill-ġdid.
–
L-integrazzjoni fil-baġit 2007 ta' l-aġġustamenti tekniċi neċessarji wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta' Marzu 2007 li twaqqaf Strument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili(4), u l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE +)(5).
B. billi l-iskop ta' l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6 huwa biex jiddaħħlu formalment dawn ir-riżorsi baġitarji u aġġustamenti tekniċi fil-baġit 2007,
1. Jinnota l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2007;
2. Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2007;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din-ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.