Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0217(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0328/2007

Testi mressqa :

A6-0328/2007

Dibattiti :

PV 22/10/2007 - 18
CRE 22/10/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2007 - 8.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0462

Testi adottati
PDF 315kWORD 218k
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Kumitat Ewropew ta" Konsultazzjoni dwar l-Istatistika ***I
P6_TA(2007)0462A6-0328/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Kumitat Ewropew ta" Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta" Tagħrif Statistiku (COM(2006)0653 – C6-0379/2006 – 2006/0217(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0653),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285 tat-Trattat KE, skond liema Atikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0379/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0328/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ottubru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Kumitat Ewropew ta" Konsultazzjoni dwar l-Istatistika ▐ u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE
P6_TC1-COD(2006)0217

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari taqbel ma' l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 234/2008/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza