Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0163(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0245/2007

Testi mressqa :

A6-0245/2007

Dibattiti :

PV 23/10/2007 - 19
CRE 23/10/2007 - 19

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2007 - 8.18
CRE 24/10/2007 - 8.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0463

Testi adottati
PDF 283kWORD 112k
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja ***I
P6_TA(2007)0463A6-0245/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (COM(2006)0479 – C6-0294/2006 – 2006/0163(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2006)0479),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 149(4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0294/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0245/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ottubru 2007 bil-ħsieb li tiġi adottata r-Rakkomandazzjoni 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta" Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja
P6_TC1-COD(2006)0163

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari taqbel ma' l-att leġislattiv finali, Rakkomandazzjoni 2008/.../KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza