Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0108(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0358/2007

Testi mressqa :

A6-0358/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2007 - 8.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0465

Testi adottati
PDF 314kWORD 66k
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (regolament) *
P6_TA(2007)0465A6-0358/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) (COM(2007)0311 – C6-0216/2007 – 2007/0108(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (COM(2007)0311),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, li b'konformità miegħu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0216/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0358/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont finanzjarju indikattiv ta' referenza msemmi fil-proposta tal-Kummissjoni jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 3a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) u jirrimarka li l-ammont annwali se jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006(1);

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex temenda konsegwentement il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 7
(7)  Il-Ftehim SISNET jipprovdi wkoll servizzi ta' netwerking u servizzi ta' sigurtà konnessi għal VISION, netwerk li jappoġġja proċeduri ta' konsultazzjoni tal-viża bejn l-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, iżda dan ma jaqax fl-ambitu ta' din il-proposta minħabba li l-Kunsill, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi, huwa l-korp li għandu l-kompetenza li jimplimenta l-emendi neċessarji għall-migrazzjoni tal-VISION għal infrastruttura tal-komunikazzjoni oħra.
(7)  Il-Ftehim SISNET jipprovdi wkoll servizzi ta' netwerking u servizzi ta' sigurtà konnessi għal VISION, netwerk li jappoġġja proċeduri ta' konsultazzjoni tal-viża bejn l-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Fil-fatt, il-VISION, fil-prinċipju, ma jaqax fl-ambitu ta' din il-proposta minħabba li l-Kunsill, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi, huwa l-korp li għandu l-kompetenza li jimplimenta l-emendi neċessarji għall-migrazzjoni tal-VISION għal infrastruttura tal-komunikazzjoni oħra. Minkejja r-Regolament (KE) Nru 789/2001 u sabiex tiġi preservata l-koerenza u l-konsistenza ta' SIS1+, il-Kummissjoni għandha tintegra l-VISION fin-netwerk il-ġdid tal-komunikazzjoni tagħha s-TESTA u teżerċita poteri ta' implimentazzjoni.
Emenda 9
Artikolu 1, paragrafu 5
5.  L-ispejjeż ta' l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandhom ikunu sostnuti mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
5.  L-ispejjeż ta' l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandhom ikunu sostnuti mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex ikopri l-ispejjeż tad-database nazzjonali u tal-konnessjoni tagħha ma' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni SIS jew S-Testa.
Emenda 2
Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Is-SIS twaqqfet taħt it-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Madankollu, wara l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fit-Trattati u l-allokazzjoni tal-bażi legali tiegħu, kwalunkwe modifika tkun teħtieġ strument legali ġdid li jkollu jiġi adottat skond l-Artikolu 67(2), inċiż 2, tat-Trattat KE.
Emenda 3
Artikolu 3, paragrafu 3
3.  Il-Kunsill għandu jikkoordina l-attivitajiet ta' eżami ta' l-Istati Membri u jivvalida r-riżultati ta' l-eżamijiet u jżomm lill-Kummissjoni infurmata.
3.  Il-Kunsill għandu jikkoordina l-attivitajiet ta' eżami ta' l-Istati Membri u jivvalida r-riżultati ta' l-eżamijiet, u jżomm lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew infurmati.
Emenda 10
Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Il-kuntratt imsemmi fil-paragarafu 1 għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 88 sa 107 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Emenda 4
Artikolu 5, paragrafu 2
2.  L-ispejjeż li jagħmlu l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għat-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
2.  L-ispejjeż li jagħmlu l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għat-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006.
Emenda 5
Artikolu 5, paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-termini tal-kuntratt imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar liema entità nazzjonali hija l-kuntrattur.
Emenda 6
Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
Sigurtà
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji (inklużi l-adozzjoni ta' pjan ta' sigurtà) fir-rigward ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
Emenda 11
Artikolu 7, paragrafu 2
2.  Il-bqija tal-baġit stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE, mid-data stabbilita skond l-Artikolu 4 (1), għandu jiġi mħallas lura lill-Istati Membri. L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandhom ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kif stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE.
2.  Il-bqija tal-baġit stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE, mid-data stabbilita skond l-Artikolu 4(1), għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.
Emenda 7
Artikolu 9, paragrafu 2
2.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament hu soġġett għal notifika tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill lill-Kummissjoni li l-ebda ftehim jew kuntratt ma jkun ġie konkluż għall-forniment ta' networking u servizzi ta' sigurtà għall-bdil ta' data msemmija fl-Artikolu 1 (1) skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/149/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu u wara notifika tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill lill-Kummissjoni li l-ebda ftehim jew kuntratt ma jkun ġie konkluż għall-forniment ta' networking u servizzi ta' sigurtà għall-bdil ta' data msemmija fl-Artikolu 1 (1) skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/149/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza