Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2091(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0348/2007

Testi mressqa :

A6-0348/2007

Dibattiti :

PV 22/10/2007 - 17
CRE 22/10/2007 - 17

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2007 - 8.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0468

Testi adottati
PDF 415kWORD 116k
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Sorsi ta' l-enerġija konvenzjonali u t-teknoloġija ta' l-enerġija
P6_TA(2007)0468A6-0348/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar is-sorsi ta' l-enerġija konvenzjonali u t-teknoloġija ta' l-enerġija (2007/2091(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata "Produzzjoni sostenibbli ta" enerġija minn fjuwils fossili: nimmiraw biex wara l-2020 l-emissjonijiet mill-faħam ikunu ftit li xejn" (COM(2006)0843),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata "Programm Indikattiv Nukleari ppreżentat, għall-opinjoni tiegħu, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, skond l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom" (COM(2006)0844),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata "Lejn Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija" (COM(2006)0847),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar l-Evalwazzjoni ta' l-Euratom - 50 sena ta' Politika Nukleari Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar strateġija Ewropea għal enerġija sostenibbli, kompetittiva u sikura − Green Paper(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar l-Effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija jew li jsir aktar b'inqas − Green Paper(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea(4),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija tat-23 ta" Novembru 2006 dwar "Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika",

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill Ewropew għall-perjodu 2007-2009, intitolat "Politika ta' l-Enerġija għall-Ewropa",

–   wara li kkunsidra l-mozzjoni għal Riżoluzzjoni dwar teknoloġija nadifa għall-faħam imressqa minn Salvador Garriga Polledo, skond l-artikolu 113 tar-Regoli ta" Proċedura (B6-0143/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0348/2007),

A.   billi d-dipendenza kbira ta' l-UE fuq l-importazzjoni ta" enerġija tagħti dejjem aktar importanza lill-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista, tas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, ta" l-iffrankar ta" enerġija, ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u tad-diversifikazzjoni tal-provvista ta' l-enerġija fi ħdan il-politika dwar l-enerġija,

B.   billi s-sorsi ta' enerġija konvenzjonali, jiġifieri l-faħam, iż-żejt, il-gass u l-enerġija nukleari, se jibqa" jkollhom irwol importanti fil-provvista ta' l-enerġija,

C.   billi, sakemm ma jittiħdux miżuri preventivi, id-dipendenza ta" l-UE fuq l-importazzjoni tal-fjuwils fossili se tiżdied għal 65% tal-konsum totali sa l-2030, u billi l-provvisti tal-gass u taż-żejt huma mħarbta mill-inċertezza minħabba r-riskji ġeopolitiċi u ż-żieda fil-kompetizzjoni fir-rigward tad-domanda,

D.   billi t-tibdil li qed isir fil-qasam tal-faħam qed ikollu effetti ekonomiċi u soċjali sinifikanti f'reġjuni li għandhom ftit alternattivi fir-rigward tad-diversifikazzjoni ta" l-attività ekonomika u tal-ħolqien ta" impjiegi,

E.   billi karrozzi b'magna ta" l-elettriku joffru potenzjal għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza meta ċċarġjati b'elettriku minn sors ta' karbonju baxx,

F.   billi d-dipendenza miż-żejt tista" titnaqqas b'mod inċidentali minħabba l-adozzjoni ta' miżuri biex jiġu ttrattati l-emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-karrozzi,

G.   billi l-produzzjoni totali ta" enerġija fl-UE ġejja mid-diversi sorsi ta" enerġija kif ġej: enerġija nukleari 31%, faħam 29%, gass 19%, sorsi ta" l-enerġija li jiġġeddu 14% u żejt 5%,

H.   billi l-użu kontinwu ta" fjuwils fossili jirrikjedi li jsiru aktar sforzi fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima,

I.   billi l-UE ffissat miri ambizzjużi ta" tnaqqis ta" gassijiet b'effett ta" serra bħala parti ewlenija mill-politika tagħha għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima,

J.   billi s-sorsi ta" enerġija konvenzjonali jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta" fjuwils,

K.   billi, fil-kuntest tar-ristrutturar tal-minjieri tal-faħam iebes fl-UE, jagħmel sens, anke mil-lat tas-sigurtà tal-provvista, li jinżamm il-livell preżenti ta" aċċess għar-riżervi nazzjonali sostanzjali li jeżistu,

L.   billi l-leġiżlazzjoni Komunitarja bħad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta" Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta" elettriku prodott minn sorsi ta" enerġija rinovabbli fis-suq intern ta" l-elettriku(5) kienet strumentali biex tixpruna l-iżvilupp teknoloġiku u l-investiment tas-settur privat fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D),

Ħarsa ġenerali

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmijin hawn fuq dwar il-produzzjoni sostenibbli ta' l-enerġija mill-fjuwils fossili, dwar il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija Enerġetika u dwar il-Programm Indikattiv Nukleari;

2.  Jenfasizza li titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija jagħti kontribut sinifikanti favur l-għan tas-sostenibiltà u favur is-sigurtà tal-provvista u fl-istess waqt iżid il-kapaċità ta' l-esportazzjoni għall-produtturi Ewropej;

3.  Jikkunsidra li huwa importanti li jkun hemm diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija minħabba l-iskarsezza ta' riżorsi; jinnota wkoll l-importanza tal-fissjoni nukleari għas-sigurtà tal-provvista u l-importanza possibbli fil-ġejjieni, għal xi pajjiżi, tal-fużjoni nukleari; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' l-użu reġjonali tar-riżorsi għas-sigurtà tal-provvista;

4.  Jemmen li aktar titjib fl-effiċjenza tat-teknoloġija ta" impjanti ta" l-enerġija mill-fjuwils fossili huwa essenzjali, kif inhuma essenzjali aktar titjib fl-istandards ta" sigurtà ta" impjanti ta" enerġija nukleari, fl-iżvilupp malajr tat-teknoloġija tal-fużjoni nukleari u żiedet korrispondenti fil-fondi għar-riċerka;

5.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiddiversifikaw u jiddeċentralizzaw il-produzzjoni ta" l-enerġija billi jużaw ir-riżorsi l-aktar xierqa fid-diversi reġjuni kollha ta" l-UE, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi reġjonali speċifiċi;

6.  Jinnota li aktar aċċess għall-enerġija sostenibbli huwa essenzjali għall-ħila ta" pajjiżi li qed jiżviluppaw li jilħqu l-Għanijiet tagħhom ta' Żvilupp għall-Millennju u li bħalissa madwar 2 biljun ruħ ibatu minn nuqqas ta' enerġija li jillimita l-opportunitajiet tagħhom għal żvilupp ekonomiku u għal standard ta' għajxien aħjar;

7.  Jenfasizza li distorsjonijiet tas-suq se jibqgħu jseħħu fis-suq intern ta' l-enerġija sakemm il-prinċipju li min iniġġes iħallas, stipulat fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat KE ma jiġix applikat għall-politika dwar l-enerġija; għalhekk, jerġa' jħeġġeġ lill-Istati Membri biex fil-prezzijiet ta" l-enerġija jinkludu l-ispejjeż esterni kollha, inklużi l-ispejjeż kollha ambjentali u addizzjonali;

8.  Jiġbed l-attenzjoni li l-prezzijiet ta" l-enerġija għandhom jieħdu kont ta'l-ispejjeż esterni veri tal-produzzjoni ta" l-enerġija, anke dawk marbuta mal-ħarsien ta" l-ambjent;

9.  Jikkunsidra li t-tnaqqis b'suċċess ta" emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta" serra mill-qasam ta" l-enerġija jista" jinkiseb biss fuq il-bażi ta" aktar użu ta" teknoloġiji li jużaw livell baxx ta" karbonju bħall-enerġija nukleari, il-faħam nadif u s-sorsi li jiġġeddu;

It-teknoloġija ta' l-enerġija

10.  Jinsisti li provvisti ta" enerġija sostenibbli għall-UE jistgħu jkunu garantiti biss bi sforzi ta" riċerka sinifikanti u b'bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi;

11.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku bejn l-UE u l-Istati Uniti, parti mis-Sħubija Ekonomika Transatlantika bejn l-UE u l-Istati Uniti, iffirmata f'Washington DC fit-30 ta" April 2007, li se jgħin biex jikber il-fehim transatlantiku fir-rigward ta" suġġetti marbuta ma" l-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet fir-rigward ta" suġġetti marbuta ma" l-enerġija, filwaqt li jkunu inklużi wkoll l-aspetti leġiżlattivi;

12.  Jinnota li l-Ewropa hija minn ta" quddiem fid-dinja fir-rigward ta' R&D fit-teknolġiji ta' l-enerġija innovattivi, inkużi l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi li jiġġeddu, u hija, b'mod partikulari, minn ta' quddiem fil-qasam tat-teknoloġiji tal-fużjoni nukleari;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-partijiet interessati oħra biex jużaw l-opportunitajiet mogħtija mill-politika ta' koeżjoni biex jinvestu f'teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda, kemm f'sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu kif ukoll f'teknoloġiji sostenibbli tal-fjuwils fossili ("impjanti ta' l-enerġija b'emissjonijiet baxxi");

14.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex ifasslu miżuri għat-titjib tas-sigurtà ta" l-enerġija permezz ta" koperazzjoni diretta msaħħa fil-qasam ta" l-enerġija, partikolarment f'reġjuni mal-fruntieri;

15.  Jirrakkomanda investiment qawwi fl-innovazzjoni u fir-riċerka applikata u investiment kapitali f'networks ta" l-enerġija intelliġenti u f'teknoloġiji smart grid;

16.  Jinnota li bħalissa, stati u reġjuni li m'humiex fl-UE qed jagħmlu investimenti enormi fir-riċerka u l-iżvilupp li jistgħu f'perjodu medju ta' żmien jgħeddu l-pożizzjoni ta'l- l-Ewropa u bħalla mexxejja fit-teknoloġija, iżda jinnota wkoll li għandu jkun evitat li jitqiegħed ammont żejjed ta" fondi f'xi qasam partikulari; jenfasizza li bħala konsegwenza tar-responsabiltà dinjija għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, ma jkunx xieraq li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibqgħu lura fl-iżvilupp tal-qbid u l-ħażna tal-karbonju (CCS) u jenfasizza l-importanza ewlenija ta' koperazzjoni mill-qrib f'dan ir-rigward maċ-Ċina u ma' l-Indja;

17.  Jenfasizza li l-fatt li l-UE hija minn ta" quddiem fit-teknoloġija, bħala riżultat ta" l-isforzi ta" riċerka li saru mill-UE u mill-Istati Membri, isaħħaħ il-kompetittività ta" l-industrija tagħha u joħloq l-impjiegi fl-UE;

18.  Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lin-negozji, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta" l-enerġija, partikolarment bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-produzzjoni u tal-provvista ta" l-enerġija, jitnaqqsu l-konsegwenzi ambjentali, tiżdied is-sikurezza ta" teknoloġiji eżistenti, jiġu żviluppati teknoloġiji għall-ħażna ta" enerġija minn sorsi li jiġġeddu u jiġu żviluppati ġenerazzjonijiet ġodda ta' reatturi nukleari u teknoloġiji ta" l-enerġija ġodda, inkluża l-fużjoni nukleari;

19.  Jirrakkomanda, fir-rigward tar-riżorsi li huma limitati u li se jibqgħu essenzjali għas-sikurezza enerġetika u l-indipendenza enerġetika ta" l-Istati Membri fis-snin li ġejjin, li l-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta" l-Enerġija li se jitfassal dalwaqt għandu jiffavurixxi żviluppi teknoloġiċi li jisfruttaw il-potenzjal tagħhom bl-aħjar mod sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra;

20.  Jinnota li l-objettivi għall-2020 ta" minimu ta" 20% ta" enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-konsum ta" l-enerġija ta" l-UE u titjib ta" 20% fl-effiċjenza enerġetika se jwasslu lill-Ewropa biex tikseb livell ta" penetrazzjoni ħafna akbar ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu u użu akbar ta teknoloġija enerġetika effiċjenti għall-futur imbiegħed; iqis li huwa vitali li l-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija Enerġetika jqis għalkollox din il-bidla, għall-futur imbiegħed, għall-użu ta' teknoloġija ta' l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u għal rendiment enerġetiku aħjar fl-oqsma kollha ta' l-ekonomija,

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tħabbira tal-Kummissjoni li bi ħsiebha tippreżenta Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008; madankollu, jistaqsi minn fejn se jiġu l-fondi għall-Pjan;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja t-teknoloġija ta" fjuwils sintetiċi, minħabba l-potenzjal tagħha li ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista ta" l-enerġija u tnaqqas l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport fit-toroq ta" l-UE;

23.  Jinnota li l-fondi pubbliċi biex jappoġġjaw start-ups fil-qasam tat-teknoloġiji ta" l-enerġija ġodda għandhom ikunu f'ammont xieraq, għandhom jieħdu kont tal-livell ta" vijabiltà ekonomika tagħhom u għandhom jieqfu jingħataw tard kemm jista" jkun ladarba t-teknoloġiji ġodda appoġġjati b'dan il-mod ikunu saru kompetittivi;

24.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa, enfasizzata mill-Kunsill, li jkun żgurat li tintuża t-teknoloġija disponibbli l-aktar effiċjenti meta tinbena kapaċita' ġdida u li tintuża aktar it-taħlita ta' sħana u enerġija (CHP), it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u s-sħana residwa industrijali;

25.  Jenfasizza li jkun fl-interess tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima li, bħala rekwiżit minimu, jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona u li jiġi propost li persentaġġ minimu mill-baġit miftiehem internazzjonalment jitwarrab għar-riċerka;

Il-Fjuwils Fossili

26.  Jenfasizza li l-fjuwils fossili se jibqgħu importanti ħafna biex tkun garantita s-sigurtà tal-provvista ta" l-enerġija ta" l-UE u jisħaq fuq il-valur tal-gass naturali bħala l-fjuwil fossili bl-inqas kontenut ta' karbonju;

27.  Jenfasizza li l-fjuwils fossili jkollhom jintużaw għall-futur imbiegħed għall-produzzjoni ta" l-elettriku sakemm il-ħtiġijiet bażiċi jkunu jistgħu jiġu ssodisfati mis-sorsi ta" enerġija li jiġġeddu;

28.  Jisħaq fuq il-kontribut li jistgħu jagħtu s-sorsi interni ta' l-enerġija lis-sigurtà tal-provvista, b'mod partikulari r-riżervi kbar tal-faħam u r-riżervi sostanzjali mhux użati ta" żejt u ta" gass f'xi Stati Membri u fin-Norveġja; jirrakkomanda li fil-ġejjieni l-impjanti li jipproduċu l-enerġija jkollhom teknoloġija CCS meta jkun teknikament possibbli; jemmen li regoli applikabbli legali u amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati ma" l-aqwa kundizzjonijiet ta" produzzjoni;

29.  Jikkunsidra li jridu jsiru sforzi akbar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' l-enerġija mill-fjuwils fossili u biex tiżdied l-effiċjenza ta' din il-produzzjoni, inter alia, billi jkun appoġġjat l-iżvilupp tas-CHP; madankollu, jinnota li xi impjanti ta" l-enerġija Ewropej diġà huma fost l-iktar effiċjenti fid-dinja;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi l-investimenti fil-koproduzzjoni tas-sħana u l-enerġija; jinnota li permezz ta' CHP effiċjenti ħafna, tista' tirdoppja l-effiċjenza ta' impjant normali ta' kondensazzjoni li juża l-faħam;

31.  Jikkunsidra li m'huwiex għaqli, mil-lat tas-sigurtà tal-provvista u tal-proporzjon spiża-effiċjenza, li jiġi ostakolat il-bini ta" l-impjanti ta" l-enerġija li jużaw il-faħam l-iktar moderni u effiċjenti billi jingħataw inċentivi tas-suq żbaljati;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-sistema ta" skambju ta" kwoti ta" emissjonijiet ma tostakolax is-sostituzzjoni ta" impjanti eżistenti b'impjanti moderni - inklużi impjanti ta" l-enerġija nukleari - li għandhom inqas impatt fuq il-klima;

33.  Jitlob li jittejjeb aktar il-Mekkaniżmu ta' Żvilupp Nadif tal-Protokoll ta' Kyoto biex ikun jista' jintlaħaq l-iskop tiegħu li jkun garantit it-trasferiment ta' teknoloġiji ta' enerġija effiċjenti, nodfa u xierqa lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, waqt li tiċċekkja t-tħaddim tas-sistema ta" skambju ta" kwoti ta" emissjonijiet, tiżgura li jittieħed kont xieraq tal-problema speċifika tas-suq tal-produzzjoni tas-sħana, li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti minn boilers individwali li jaħdmu bil-fjuwils fossili u li, billi l-bojlers huma żgħar, m'huwiex kopert mis-sistema ta' skabju ta' kwoti ta' emissjonijiet;

35.  Jitlob li impjanti ta" l-enerġija li jaħdmu bil-fjuwils fossili jitjiebu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ambjentali tagħhom;

36.  Jinnota li t-teknoloġija CCS hija marbuta ma" telf ta" effiċjenza fl-impjanti ta" l-enerġija u li, kwistjonijiet tekniċi, ambjentali u legali marbuta mal-ħażna tas-CO2 jirrappreżentaw sfidi li jistgħu jingħelbu biss permezz tar-riċerka u ta" inizjattivi politiċi; madankollu, jemmen li huwa importanti li tagħmir ta" teknoloġija CCS għandu jiġi installat f'impjanti ta' fjuwils fossili ma' l-ewwel oportunità prattika;

37.  Huwa konvint li l-mod l-iktar effettiv li jiggarantixxi li l-gassijiet b'effett ta' serra ma jkollhomx impatt fuq il-bidla fil-klima huwa li jkun hemm tnaqqis malajr u sostanzjali tal-produzzjoni ta' gassijiet bħal dawn; f'dak ir-rigward, jemmen li t-teknoloġija CCS tirrappreżenta biss wieħed mill-mezzi li jistgħu jintużaw biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-bidla fil-klima;

38.  Jinnota li s-CCS m'hijiex neċessarjament għażla vijabbli għal impjanti ta' l-enerġija żgħar, li jipproduċu biss ammonti ta" enerġija relattivament żgħar u jeżistu l-aktar għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista;

39.  B'rabta mat-teknoloġija CCS, jitlob li ssir riċerka wkoll sabiex it-telf ta" effiċjenza jitnaqqas kemm jista" jkun, is-CO2 jibda jinħażen b'mod sikur u jiġu ċċarati proċessi kimiċi u bijoloġiċi għall-qbid tas-CO2;

40.  Iħeġġeġ li tiġi kkummissjonata mappa ġeoloġika dettaljata sabiex ikunu identifikati l-potenzjal għall-ħażna ta" CO2 u s-siti l-aktar xierqa għall-ħażna;

41.  Jenfasizza li, filwaqt li t-teknoloġija CCS hija bbażata parzjalment fuq komponenti teknoloġiċi li diġà ġew ippruvati u ttestjati, m'hijiex ibbażata fuq pjan globali ppruvat fuq skala industrijali;

42.  Jiġbed l-attenzjoni dwar in-nuqqas ta" informazzjoni xierqa dwar l-effetti tal-ħażna tas-CO2 fuq l-istrata ġeoloġiċi;

43.  Jikkunsidra li ma jkunx ta' għajnuna li jiġu imposti rekwiżiti obbligatorji għall-produzzjoni ta' l-enerġija mingħajr emissjonijiet ta' CO2 fl-impjanti ta' l-enerġija kollha peress li, sakemm it-teknoloġija tkun żviluppata u tkun lesta biex tintuża, is-sistema ta' l-UE ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet tkun qed tmexxi l-iżvilupp tat-teknoloġija CCS; madankollu jinkoraġġixxi l-industrija żżomm f'moħħha l-kunċett ta' "capture ready" meta tiżviluppa impjanti ġodda ta' enerġija mill-fjuwils fossili;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta malajr għal leġiżlazzjoni dwar is-CCS sabiex issolvi l-kwistjonijiet legali marbuta mal-ħażna u t-trasportazzjoni ta" CO2 u għaldaqstant tistabbilixxi l-bażi għal sigurtà ta" l-investiment b'konnessjoni ma" proġetti bħal dawn;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa r-riskji potenzjali mis-CCS u tfassal rekwiżiti għal-liċenzjar ta" attivitajiet ta" CCS u għall-immaniġġjar xieraq tar-riskji u l-konsegwenzi identifikati;

46.  Jinsisti li, filwaqt li qed ikunu studjati l-possibiltajiet għal ħażna ġeoloġika bħala parti mit-teknoloġija CCS, irid ikun żgurat li s-CO2 jinħażen b'mod sikur u permanenti f'postijiet li ma jippermettux li l-karbonju jerġa" jinxtered fl-atmosfera;

47.  Huwa tal-fehma li proġetti ta" dimostrazzjoni marbuta ma" teknoloġiji ta" faħam nadif iridu jsiru f'zoni fejn hemm tradizzjoni ta" tħaffir għall-faħam, li qed ibatu l-konsegwenzi ta" pjanijiet ta" konverżjoni u li kenu affettwati mill-qafas finanzjarju 2007-2013;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli tfassal linji gwida politiċi ċari għal aktar promozzjoni tar-riċerka dwar it-teknoloġija CCS, sabiex ikunu studjati modi li bihom is-CCS tista" tintuża b'rabta mal-produzzjoni ta" l-elettriku kummerċjali u biex tressaq proposti biex ikunu evitati inkonsistenzi bejn l-applikazzjoni ta" proċeduri CCS u s-sistema ta" skambju ta" kwoti ta" emissjonijiet, filwaqt li fl-istess ħin ikun żgurat li dawn il-linji gwida u l-proposti ma jostakolawx l-iżvilupp ta" enerġija minn sorsi li jiġġeddu jew l-isforzi biex tiżdied l-effiċjenza ta" l-enerġija;

49.  Jisħaq fuq l-importanza li r-residenti f'zoni b'impjanti li jaħdmu bil-faħam jiġu infurmati dwar il-perikli inerenti tagħhom u juri l-valur tal-pubblikazzjoni ta" pjanijiet għall-immodernizzar ta" impjanti ta" l-enerġija eżistenti u għat-tnaqqis ta" l-impatt ambjentali tagħhom;

50.  Jirrikonoxxi l-fatt li, fl-istadju kurrenti ta" progress teknoloġiku, huwa stmat li l-elettriku minn soluzzjonijiet CCS se jkun għali daqs l-elettriku minn sorsi li jiġġeddu;

51.  Jisħaq fuq l-importanza ta" koperazzjoni eqreb bejn il-Kummissjoni u s-settur privat biex it-teknoloġija ta" faħam nadif issir aktar fattibbli;

52.  Jenfasizza li, filwaqt li huwa meħtieġ aktar iffinanzjar għar-riċerka u l-iżvilupp għas-CCS, dan m'għandux isir għas-spejjeż ta'l-iffinanzjar għar-riċerka dwar sorsi ta" l-enerġija li jiġġeddu;

53.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iniedu kampanji ta" informazzjoni dwar teknoloġiji CCS filwaqt li jinvolvu lill-partijiet interessati u lil min ifassal il-politika;

54.  Iwissi kontra d-dipendenza unilaterali fuq fornituri partikulari tal-gass jew fuq rotot partikulari tal-provvista, u jisħaq fuq l-importanza tal-gass naturali likwefatt fil-kuntest tad-diversifikazzjoni ta' l-importazzjoni tal-gass;

55.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel aktar riċerka ġeoloġika estensiva bil-għan li jinstabu riżervi ġodda ta" fjuwils fossili fit-territorju ta" l-Istati Membri;

56.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni ma ddiskutietx f'aktar dettall is-sigurtà tal-provvista taż-żejt fil-kuntest tal-pakkett dwar l-enerġija, u jistedinha toħroġ komunikazzjoni dwar dan is-suġġett;

57.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-fjuwils fossili jirrappreżentaw sottostrat li jista" jkun il-bażi għall-produzzjoni fuq skala kbira ta" l-idroġenu, kemm bħala ġarrier ta" l-enerġija kif ukoll bħala fjuwil;

58.  Huwa preokkupat minħabba l-bini estensiv ta" impjanti ta" l-enerġija li jaħdmu bil-faħam fiċ-Ċina u fl-Indja (li, bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw, m'humiex marbuta bil-Protokoll ta" Kyoto), filwaqt li jenfasizza li ċ-Ċina mistennija tipproduċi iktar emissjonijiet ta" CO2 mill-Istati Uniti matul l-2007; madankollu, jinnota li ċ-Ċina u l-Indja qed jippruvaw jiddiversifikaw is-sorsi ta" l-enerġija; jenfasizza l-potenzal ta" esportazzjoni ta' teknoloġiji ta" enerġija nadifa; jenfasizza li, sabiex jiġi mħeġġeġ it-tnaqqis ta" l-emissjonijiet ta' karbonju, filwaqt li jkun appoġġjat it-tkabbir ekonomiku, jeħtieġ li t-teknoloġija ta" enerġija nadifa, flimkien mal-ħolqien ta'kapaċita', ikunu prijorità ta" l-investiment ta" l-UE fl-infrastrutturi fid-dinja li qed tiżviluppa;

59.  Jappoġġja l-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni maċ-Ċina, l-iktar is-Sħubija ta" l-2005 bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-Bidla fil-Klima u l-Memorandum ta" Ftehim sussegwenti ta" l-2006 dwar il-Koperazzjoni dwar Teknoloġija ta" Produzzjoni ta" Enerġija b'Emissjonijiet Kważi Żero, liema kollaborazzjoni għandha tinkuraġġixxi l-iżvilupp ta" teknoloġiji ta" enerġija nadifa; jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem maċ-Ċina biex jitfassal pjan direzzjonali għat-teknoloġija ta" l-enerġija nadifa fiċ-Ċina u biex jiġu identifikati l-azzjonijiet ewlenin u l-objettivi għall-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ta' l-enerġija nadifa f'dak il-pajjiż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi relazzjonijiet simili ma" ekonomiji oħra li qed jiżviluppaw, l-iktar dawk ta" l-Indja u tal-Brażil, li jista" jkollhom ukoll riżervi kbar tal-faħam;

60.  Jinnota r-riżultati ta" studju li sar fl-2005 mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija, skond liema l-użu ta" xi teknoloġiji f'pajjiżi li m'humiex fl-OECD jista" jkun ħafna iktar effikaċji f'sens ta" nfiq u dan jista' jkun partikolarment iktar sinifikanti fejn hemm differenzi kbar bejn il-ġeoloġija u r-riżorsi naturali tal-pajjiżi; jikkunsidra li, meta jkun il-każ, il-pajjiżi għandhom jikkunsidraw jinkludux appoġġ finanzjarju għal pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jgħinuhom jissodisfaw l-objettivi ta" tqassim nazzjonali; jenfasizza li għalhekk il-ħila li jiġu skambjati strumenti ta' tqassim bejn il-fruntieri ttejjeb l-effiċjenza, filwaqt li jkun żgurat li t-tqassim isir fejn skond l-effiċjenza f'sens ta" nfiq;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi tal-Bank Dinji u tal-Bank għall-Iżvilupp Reġjonali biex jinħoloq qafas ta" investiment fl-enerġija, filwaqt li jiġu ttrattati l-ispiża, ir-riskju u l-ostakoli istituzzjonali u ta" informazzjoni għat-tisħiħ tas-sħubijiet bejn il-gvern u l-privat li jappoġġjaw teknolġija li tuża ftit karbonju u li ma tużax karbonju; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa d-diversi mekkaniżmi mfassla biex tkun iffaċilitata l-kollaborazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp, bħas-Sħubija bejn l-Asja u l-Paċifiku dwar l-Iżvilupp Nadif u l-Klima u l-Forum Direzzjonali għall-Qbid tal-Karbonju, kif ukoll objettivi oħra ta' trasferiment ta' teknoloġiji; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kriterji ta" evalwazzjoni għall-iffinanzjar internazzjonali, għall-iskambju ta" informazzjoni u għall-mekkaniżmi ta" riċerka u żvilupp, fuq il-bażi tal-ħila tagħhom li jikkontribwixxu għall-iżvilupp għall-futur imbiegħed ta" teknoloġija li tuża ftit karbonju u li ma tużax karbonju;

62.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkejjel l-impatt territorjali tal-proposti tagħha għal politika dwar l-enerġija u biex tgħaddi r-riżultati lill-Istati Membri;

63.  Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, jitlob żieda immedjata fl-appoġġ għal pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-użu ta' teknoloġiji tal-faħam nadif li kien pruvat li huma vijabbli u effettivi;

64.  Jappoġġja l-promozzjoni ta' proġetti u teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza ta" l-enerġija u s-sigurtà ta" l-enerġija f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li huma aġġustati speċifikament għall-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet f'dawk il-pajjiżi, bħal proġetti ta" tagħlim għall-pubbliku dwar kif jipproduċu l-fuklari tagħhom stess li jkunu effiċjenti f'sens ta" enerġija, billi dan jista' jgħin kemm biex jinħoloq aktar xogħol kif ukoll il-ġlieda kontra aktar deżertifikazzjoni u l-bidla fil-klima u jista" ukoll itejjeb il-kundizzjonijiet tas-saħħa;

L-Enerġija Nukleari

65.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Programm Nukleari Illustrattiv għall-Komunità, li huwa l-bażi għal diskussjoni komprensiva dwar l-għażla nukleari għall-Ewropa;

66.  Jenfasizza li l-enerġija nukleari hija indispensabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi ta" enerġija fl-Ewropa għal perjodu medju ta" żmien;

67.  Jappoġġja l-proposta tal-Kunsill Ewropew ta" Marzu 2007 biex isir dibattitu oġġettiv dwar l-opportunitajiet u r-riskji marbuta ma' l-enerġija nukleari;

68.  Jiġbed l-attenzjoni li llum l-iffinanzjar għar-riċerka fil-qasam nukleari jmur l-iktar għall-qasam tat-teknoloġija marbut mas-sikurezza;

69.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-enerġija nukleari hija element importanti tal-provvista ta" enerġija fi ħmistax mis-27 Stat Membru, u għalhekk għall-Unjoni kollha kemm hi, peress li tipprovdi terz mill-provvista totali ta" elettriku ta" l-UE;

70.  Jinnota li, fl-UE, il-produzzjoni ta" l-enerġija nukleari ġiet żviluppat industrijalment fuq skala kbira matul l-aħħar erba" deċennji, b'livelli dejjem jitjiebu ta" affidabilità u sikurezza;

71.  Jinnota li l-Finlandja, Franza, il-Bulgarija, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Litwanja (bil-kollaborazzjoni tal-Latvja u ta" l-Estonja), ir-Renju Unit, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka qed jibnu impjanti ġodda ta" enerġija nukleari, jew qed jippjanaw li jibnuhom jew qed jinvestigaw din il-possibiltà;

72.  Jinnota li l-enerġija nukleari bħalissa hija l-akbar sors ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju u jisħaq fuq l-irwol importanti tagħha fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

73.  Jirreferi għat-3et rapport ta" l-IPCC (Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima) li elenka l-enerġija nukleari bħala mod biex titnaqqas il-bidla fil-klima;

74.  Jinnota li d-deċiżjoni li jieħu kull Stat Membru favur jew kontra l-enerġija nukleari għadha fil-kompetenza esklussiva tiegħu, iżda jista' jkollha impatt fuq il-prezzijiet ta' l-elettriku fi Stati Membri oħra;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri mfassla biex fl-UE jinżamm livell għoli ta" ħiliet meħtieġa biex l-enerġija nukleari tibqa" għażla vijabbli;

76.  Jinnota li deċiżjonijiet għall-futur qarib u għal perjodu medju ta" żmien dwar l-użu ta" l-enerġija nukleari se jaffettwaw direttament ukoll l-objettivi klimatiċi li l-UE tista" tiffissa b'mod realistiku; jinnota li l-abbandun ta'l-enerġija nukleari tagħmilha impossibbli li jintlaħqu l-objettivi ffissati fir-rigward tat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta" serra u tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

77.  Ifakkar li l-Istati Membri li jużaw l-enerġija nukleari ntrabtu li jżommu ma' l-istandards internazzjonali fir-rigward tas-sigurtà u n-non-proliferazzjoni, u għaldaqstant jirrikonoxxi l-importanza partikulari tat-Trattat Euratom;

78.  Jilqa" b'sodisfazzjon it-twaqqif ta" grupp ta" livell għoli dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Immaniġġjar ta" l-Iskart u huwa tal-fehma li t-twaqqif ta" Forum Ewropew għall-Enerġija Nukleari huwa bażi importanti għall-partijiet interessati biex jiddiskutu pjan direzzjonali għall-investiment nukleari li jħaddan djalogu trasparenti, iddokumentat sew u bbilanċjat dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta ma' l-użu u t-tqassim ta' dik il-forma ta' enerġija;

79.  Jilqa" b'sodisfazzjon it-talba tal-Kummissjoni biex fl-UE jkunu imposti livelli komuni ta" referenza għas-sikurezza nukleari; f'dak ir-rigward, iħeġġeġ li, fuq il-bażi ta" reviżjoni bejn il-pari ta" l-aħjar prattika, dawn il-livelli ta' refernza għandhom jirriflettu l-ogħla standards ta' sikurezza possibbli;

80.  Jenfasizza l-importanza tal-Pjattaforma Teknoloġika ta" l-Enerġija Nukleari Sostenibbli mnedija f'Settembru 2007 għat-twaqqif ta" aġenda strateġika Ewropea għar-riċerka dwar il-fissjoni nukleari;

81.  Jenfasizza li huwa stmat li r-riżervi dinjin magħrufa ta' l-uranju huma biżżejjed għal aktar minn 200 sena, u li permezz ta' dawn ir-riżervi, fil-ġejjieni jsiru fattibbli xi għażliet biex ikunu diversifikati r-riskji politiċi li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista u jkun possibbli li jintlaħqu kompromessi bejn ir-riskji, il-prezz u l-post meta jintgħażlu sorsi ta" fjuwils nukleari;

82.  Jenfasizza li l-iżviluppi previsti fil-qafas tal-Forum Internazzjonali dwar ir-IV Ġenerazzjoni, li l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika hija membru fih, juru li l-enerġija nukleari għandha futur twil minħabba l-fatt li tiddependi ħafna minn użu kbir ta' riżorsi li jippermetti żmien biżżejjed biex jiġu żviluppati l-applikazzjonijiet potenzjali ta' l-enerġija nukleari fuq medda ta" eluf ta' snin u li se tnaqqas b'mod sinifikanti ħafna l-volum u r-radjuattività ta" l-iskart prodott;

83.  Jappoġġja l-istqarrijiet tal-Kummissjoni dwar il-kompetittività ta' l-enerġija nukleari u jinnota li l-parti l-kbira tal-fondi tal-Komunità mis-Seba' Programm ta' Qafas ta" l-Euratom għar-Riċerka twarrbet għass-sikurezza u l-fużjoni nukleari; jiġbed l-attenzjoni li, sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji strateġiċi ta" l-UE bl-aħjar mod, l-isforzi Komunitarji għandhom jimxu id f'id ma" riċerka mfassla biex tkun żviluppata ġenerazzjoni ġdida ta' teknoloġija nukleari sostenibbli;

84.  Jiġbed l-attenzjoni li l-produzzjoni ta" l-enerġija nukleari ma tkunx affettwata daqshekk minn tibdil fil-prezz ta' l-uranju, peress li l-ispiża għal dak il-fjuwil ma tantx għandu impatt fuq il-prezz ta" l-elettriku;

85.  Minħabba ż-żmien twil ta" investiment, jisħaq fuq il-ħtieġa ta" qafas legali u politiku stabbli.

86.  Jirreferi għall-istħarriġ ta' l-Eurobarometer tas-sena 2006, li wera li livell għoli ta' għarfien kellu influwenza ewlenija fuq l-attitudni tal-pubbliku lejn l-enerġija nukleari; għalhekk jisħaq fuq l-importanza ta" djalogu pubbliku miftuħ dwar l-enerġija nuklerai f'kull Stat Membru sabiex tkun imħeġġa l-kuxjenza pubblika dwar l-effetti pożittivi u negattivi ta" l-enerġija nekleari qabel ma jittieħdu xi deċiżjonijiet politiċi;

87.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fl-aħħar isir progress dawr il-kwistjoni tar-rimi aħħari sabiex tintemm il-ħażana interim ta" skart qrib wiċċ l-art;

88.  Ifakkar li r-reatturi tal-ġenerazzjoni IV huma mistennija li jtejbu l-użu effiċjenti tal-fjuwil u jnaqqsu l-kwantità ta' l-iskart; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffukaw fuq l-iżvilupp ta" materjali strutturali u fuq it-titjib ta" l-użu tal-fjuwil nuklerai, kif ukoll biex jappoġġjaw proġetti bil-għan li jkunu żviluppati prototipi ta" reatturi tal-ġenerazzjoni IV;

89.  Jinnota li l-użu ta" l-enerġija nukleari jista' joħloq sinerġiji ma" sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, pereżempju billi jipprovdi metodi oriġinali għall-produzzjoni effikaċji u ekonomika ta" l-idroġenu jew tal-bijofjuwils;

90.  Ifakkar li numru kbir ta" impjanti ta" l-enerġija nukleari qed ikunu ppjanati jew mibnija mad-dinja kollha, u li huwa vitali għall-kumpaniji Ewropej li jkunu involuta fil-bini tagħhom, kemm mil-lat ta" l-istrateġija industrijali kif ukoll biex ikunu promossi l-prinċipji ta" sikurezza l-iktar stretti possibbli fid-dinja kollha;

91.  Fl-aħħarnett, jinnota l-irwol tas-Self mill-Euratom u jistieden lill-Istati Membri biex jibqgħu jippermettu l-użu ta" dan l-istrument importanti fil-ġejjieni;

o
o   o

92.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din-ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P6_TA(2007)0181.
(2) Testi adottati, P6_TA(2006)0603.
(3) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 273.
(4) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 112.
(5) ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

Avviż legali - Politika tal-privatezza