Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi fi kwistjonijiet kriminali li jimponu pieni ta' ħabs jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li dawn is-sentenzi jkunu infurzati fl-Unjoni Ewropea (9688/2007 – C6-0209/2007 – 2005/0805(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (9688/2007),
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta' l-Iżvezja (7307/2005)(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Ġunju 2006(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1)(a) u 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu reġa' ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0209/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0362/2007),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
2. Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test tiegħu;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kunsill
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 2 a (ġdida)
(2a)Id-drittijiet proċedurali fil-proċessi kriminali huma element kruċjali li jiżguraw fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri fil-koperazzjoni ġudizzjarja, u minkejja l-isforzi tal-Presidenza Ġermaniża, s'issa għadu ma ntlaħaqx ftehim wara t-tressiq ta' abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas dwar drittijiet proċedurali mill-Kummissjoni u approvat mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari; ------------------------------------------------ 1 ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 159.