Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0032(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0353/2007

Testi mressqa :

A6-0353/2007

Dibattiti :

PV 24/10/2007 - 20
CRE 24/10/2007 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2007 - 7.8
CRE 25/10/2007 - 7.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0479

Testi adottati
PDF 283kWORD 50k
Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta" statistika ***II
P6_TA(2007)0479A6-0353/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta" statistika u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (7656/5/2007 – C6-0218/2007 – 2005/0032(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (7656/5/2007 – C6-0218/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0112),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0353/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 127.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-25 ta' Ottubru 2007 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93
P6_TC2-COD(2005)0032

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 177/2008.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza