Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2066(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0355/2007

Testi mressqa :

A6-0355/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/11/2007 - 5.8
CRE 13/11/2007 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0499
P7_TA(2009)0112

Testi adottati
PDF 257kWORD 38k
It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2007 - Strasburgu
Kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti (emenda għall-Artikolu 23 tar-Regoli ta' Proċedura)
P6_TA(2007)0499A6-0355/2007

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda ta' l-Artikolu 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar il-kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti (2007/2066(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0039/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0355/2007),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jagħmilha ċara li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta" informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emendi
Emenda 1
Artikolu 23, paragrafu 2
2.  Il-Membri Mhux Affiljati għandhom jiddelegaw tnejn minn fosthom sabiex jattendu għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollhom id-dritt għall-vot.
2.  Il-Membri mhux affiljati għandhom jiddelegaw wieħed minn fosthom sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.
Avviż legali - Politika tal-privatezza