Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 10 ta' Mejju 2007 - Brussell
Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja
 Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija ***II
 Kwantitajiet nominali ta" prodotti ppakkjati minn qabel ***II
 Approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ***II
 Ir-retrofitting ta' mirja fuq vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità ***I
 Is-Samit bejn l-UE u r-Russja
 L-Istrateġija ta' l-UE dwar ir-riformi fid-dinja Għarbija
 Is-Sħubija tal-UE fil-Qarn ta' l-Afrika
 Evalwazzjoni ta' l-Euratom
 Il-protezzjoni ambjentali mir-radjazzjoni wara it-tiġrifa ta" inġenju ta' l-ajru militari fi Greenland
 Il-qasam tad-djar u l-politika reġjonali
 Il-politika reġjonali tal-ġejjieni u l-innovazzjoni
 It-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema

Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja
PDF 384kWORD 63k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew sabiex il-proċeduri interni jiġu adattati għall-eżiġenzi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (2005/2238(REG))
P6_TA(2007)0173A6-0143/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0582/2005),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni bit-titolu: "L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona: Strateġija għas-simplifikazzjoni ta" l-ambjent regolatorju" (COM(2005)0535),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006, speċjalment il-punt 41,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar strateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar ir-riżultat ta' l-istudju tal-proposti leġiżlattivi pendenti quddiem il-leġiżlatur(2),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu: "Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea" (COM(2006)0689),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0143/2007),

A.   billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni msemmija tas-16 ta' Mejju 2006 dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju (punt 21), impenja ruħu "sabiex jirrifletti fuq it-titjib tal-proċeduri tiegħu u tat-tekniki leġiżlattivi interni tiegħu sabiex jitħaffu d-dossiers ta' 'simplifikazzjoni' fir-rispett tal-proċeduri msemmija fil-liġi primarja, f'dal-każ partikulari, it-Trattat KE",

B.   billi t-tekniki ta' kodifikazzjoni u ta' tfassil mill-ġdid huma fost l-istrumenti l-iktar importanti għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, li hija parti mill-qafas ta' l-istrateġija l-ġdida ta' Liżbona għal benefiċċju tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa,

C.   billi r-regolament jinkludi dispożizzjoni dwar il-kodifikazzjoni li għandha tiġi riveduta, iżda ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni dwar it-tfassil mill-ġdid,

D.   billi l-Parlament, permezz ta' eżami mill-ġdid u kjarifika tal-proċeduri tiegħu, jixtieq jikkontribwixxi serjament għall-isforzi ta' simplifikazzjoni u jinkoraġġixxi l-Kummissjoni tagħmel aktar proposti b'din l-intenzjoni,

E.   billi huwa mixtieq li l-Kunsill jassumi approċċ simili,

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jagħmilha ċara li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emendi
Emenda 1
Artikolu 80
1.  Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Komunita` tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Kemm-il darba jiġi aċċertat li l-proposta ma tinvolvix bdil fil-mertu ta' leġislazzjoni eżistenti tal-Komunita`, il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 43 għandha tiġi segwita.
1.  Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Dan il-Kumitat għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali1 sabiex jaċċerta ruħu li din tkun sempliċiment kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostanzjali.
2.  Iċ-chairman tal-kumitat responsabbli jew ir-rapporteur maħtur minn dak il-Kumitat jista' jipparteċipa fl-eżami jew ir-reviżjoni tal-proposta għall-kodifikazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat responsabbli mil-leġiżlazzjoni jista' jagħti l-opinjoni tiegħu minn qabel.
2.  Il-Kumitat li kien responsabbli għall-atti li kellhom jiġu kkodifikati jistà, fuq talba tiegħu stess jew tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hi mixtieqa l-kodifikazzjoni.
3.  Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43(3), il-proċedura simplifikata ma tistax tiġi applikata għal proposta għal kodifikazzjoni uffiċjali meta din il-proċedura tkun opposta minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jew tal-kumitat responsabbli.
3.   L-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli.
Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, iċ-chairman tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, emendi relatati ma' l-adattamenti tekniċi, kemm-il darba dawk l-adattamenti jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.
4.Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.   
Jekk il-kumitat huwa tal-fehma li l-proposta tinkludi tibdil sostanzjali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, għandu jipproponi lill-Parlament iċ-ċaħda tal-proposta.
Fiż-żewġ każi, il-Parlament għandu jiddeċiedi permezz ta' vot wieħed, mingħajr emendi jew dibattitu.
__________________________
1Ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994, Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi, punt 4, ĠU, C 102, 4.4.1996, p.2.
Emenda 2
Artikolu 80 a (ġdid)
Artikolu 80 a
Tfassil mill-ġdid
1.  Meta proposta tal-Kummissjoni għat-tfassil mill-ġdid ta' leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi preżentata lill-Parlament, għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali u l-kumitat responsabbli.
2.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali1 bil-għan li jkun żgurat li l-proposta ma tinvolvix tibdiliet sostanzjali minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta.
Għall-iskop ta' dan l-eżami, l-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli. Madankollu, l-Artikolu 80(3), it-tieni subparagrafu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonjiet li ma nbidlux fil-proposta għal tfassil mill-ġdid.
3.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u skond il-każ miċ-chairman ta' dan il-kumitat jekk iqis li raġunijiet relatati mal-koerenza interna tat-test jew mar-rabta ma' emendi oħra ammissibbli jkunu jeżiġu li dan isir. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi.
4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta tinkludi bidliet sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, huwa għandu jipproponi li l-Parlament jiċħad il-proposta u jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, il-President għandu jsejjaħ lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħħa. Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jinnota li l-proċedura tilfet l-iskop tagħha u għandu jinforma lill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jerġà jibgħatha lill-kumitat responsabbli, sabiex jeżaminaha skond il-proċedura normali.
______________________
1 Ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid ta' l-atti legali, punt 9., ĠU C 77 tat-28.3.2002, p.1.

(1) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p.136.
(2) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p.140.


Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija ***II
PDF 283kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (13736/1/2006 – C6-0042/2007 – 2000/0212(COD))
P6_TA(2007)0174A6-0131/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13736/1/2006 – C6-0042/2007)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2000)0007)(3),

–   wara li kkunsidra l-ewwel proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2002)0107)(4),

–   wara li kkunsidra t-tieni proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2005)0319)(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0131/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70

P6_TC2-COD(2000)0212


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, ir-Regolament (KE) Nru.../ 2007.)

(1) ĠU C 70 E, 27.3.2007, p.1.
(2) ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 262.
(3) ĠU C 365, 19.12.2000, p. 169.
(4) ĠU C 151 E, 25.6.2002, p. 146.
(5) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Kwantitajiet nominali ta" prodotti ppakkjati minn qabel ***II
PDF 286kWORD 68k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali ta" prodotti ppakkjati minn qabel, li tħassar id-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (13484/1/2006 – C6-0039/2007 – 2004/0248(COD))
P6_TA(2007)0175A6-0144/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13484/1/2006 – C6-0039/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0708),

–   wara li kkunsidra l-emendi għall-proposta mill-Kummissjoni (COM(2006)0171),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0144/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE

P6_TC2-COD(2004)0248


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva Nru 2007/45/KE.)

(1) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 52.


Approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ***II
PDF 287kWORD 71k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (9911/3/2006 – C6-0040/2007 – 2003/0153(COD))
P6_TA(2007)0176A6-0145/2007

(Proċedura ta' Kodeċiżjoni - it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9911/3/2006 – C6-0040/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2003)0418)(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata mill-Kummissjoni (COM(2004)0738)(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0145/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru")

P6_TC2-COD(2003)0153


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva 2007/46/KE.)

(1) ĠU C 97 E, 22.4.2004, p. 370.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Ir-retrofitting ta' mirja fuq vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità ***I
PDF 283kWORD 67k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta' mirja fuq vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità (COM(2006)0570 – C6-0332/2006 – 2006/0183(COD))
P6_TA(2007)0177A6-0124/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0570)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1)(c) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0332/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0124/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta' mirja fuq vetturi ta' merkanzija tqila reġistrati fil-Komunità

P6_TC1-COD(2006)0183


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva 2007/38/KE.)

(1) Għad mhux ippubblikat fil-ĠU.


Is-Samit bejn l-UE u r-Russja
PDF 237kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja li se jsir f'Samara fit-18 ta' Mejju 2007
P6_TA(2007)0178RC-B6-0190/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, minn naħa l-oħra(1), li daħlet fis-seħħ fl-1997 u li tiskadi fl-2007,

–   wara li kkunsidra l-objettiv ta' l-UE u r-Russja, stipulat fid-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara s-Samit f'San Pietruburgu fil-31 ta' Mejju 2003, sabiex jitwaqqfu spazju ekonomiku komuni, spazju komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, spazju komuni ta' koperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà esterna u spazju komuni għar-riċerka u l-edukazzjoni, inklużi l-aspetti kulturali,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-ħames protokolli tagħha,

–   wara li kkunsidra d-djalogu bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni pubblika tal-Kunsill ta' l-Ewropa rigward ir-Repubblika tac-Ċeċnija tal-Federazzjoni Russa li saret fit-13 ta' Marzu 2007 mill-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' Trattament jew Kastigi Inumani jew Degradanti,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza ta' l-UE tat-2 ta' Mejju 2007 dwar is-sitwazzjoni quddiem l-ambaxxata Estonjana f'Moska,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Jannar 2007 intitolata 'Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa' (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, u partikularment,

   ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' April 2007 dwar ir-repressjoni riċenti ta' dimostrazzjonijiet fir-Russja(3),
   ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja li sar f'Ħelsinki fl-24 ta' Novembru 2006(4),
   ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja wara l-qtil tal-ġurnalista Russa Anna Politkovskaya(5),
   ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja li sar f'Sochi fil-25 ta' Mejju 2006(6),
   ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2006 dwar iċ-Ċeċnija wara l-elezzjonijiet u s-soċjetà ċivili fir-Russja(7),
   ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs)(8), u
   ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja(9),

–   wara li kkunsidra d-19-il Samit bejn l-UE u r-Russja, li se jsir f'Samara fit-18 ta' Mejju 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja qed jikbru b'mod kostanti tul l-aħħar ftit snin u b'hekk wasslu għal integrazzjoni u interdipendenza ekonomika fil-fond u komprensiva, li mistennija jiżdiedu aktar fil-futur qrib,

B.   billi koperazzjoni msaħħa u relazzjonijiet tajba ta' ġirien bejn l-UE u r-Russja huma ta' importanza ewlenija għall-istabilità, is-sigurtà u l-prosperità ta' l-Ewropa kollha u l-istati ġirien tagħha,

C.   billi l-Federazzjoni Russa hija Membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa u għalhekk impenjat ruħha ma l-objettivi ta' dik l-organizzazzjoni, li huma l-promozzjoni tad-demokrazija u l-konsolidazzjoni ta' l-istabilità demokratika fl-Ewropa,

D.   billi hemm tħassib mifrux dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, dwar l-indipendenza tal-ġudikatura, kif deher mill-każ Yukos, dwar iż-żieda tal-kontroll fuq il-media, dwar in-nuqqas ta' kapaċità tal-pulizija Russa u l-awtoritajiet ġudizzjarji biex isibu l-persuni responsabbli għall-qtil ta' ġurnalisti u dwar il-miżuri ripressivi li ttieħdu kontra l-oppożizzjoni,

E.   billi fir-Repubblika taċ-Ċeċnija għadu qed iseħħ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-forma ta' qtil, persuni sfurzati jisparixxu, tortura, teħid ta' ostaġġi u detenzjoni arbitrarja,

F.   billi s'issa l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u r-Russja ma rriżultawx fi progress sostanzjali f'dan il-qasam, li għandu jkun prijorità fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja,

G.   billi l-implimentazzjoni mgħaġġla u sħiħa ta' l-erba' spazji komuni, għandha tkun fil-qalba tan-negozjati dwar il-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni ġdida,

H.   billi l-prinċipji fil-bażi tat-tmexxija tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa għandhom ikunu r-reċiproċità, it-trasparenza, il-possibilità li jkunu mbassra, l-affidabilità, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u t-tmexxija tajba,

I.   billi ftehima futura bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa għandha tinkludi l-prinċipji tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija mmirata biex jiġġeddu r-rabtiet u għandu jitnaqqas it-tħassib ta' l-Ewropa li r-Russja qed tuża r-riżorsi ta' l-enerġija vasti tagħha bħala arma politika,

J.   billi fid-19 ta' April 2007 il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern approva l-konklużjoni ta' żewġ ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u d-dħul mill-ġdid ta' immigranti illegali u billi fit-22 ta' April 2007 bdew taħdidiet dwar il-kisba ta' vjaġġar mingħajr viża, jidher li qed isir progress konkret dwar l-ispazju komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja,

K.   billi r-Russja ffirmat u rratifikat il-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima,

L.   billi l-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni ġdida bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa hija ta' importanza kbira għall-koperazzjoni futura tagħhom, partikularment rigward l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet ekonomiċi, it-titjib ulterjuri tas-sigurtà u l-istabilità fl-Ewropa u għal aktar tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt bħala l-bażi ta' din il-koperazzjoni,

M.   b illi n-negozjati dwar il-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni ġdida damu biex bdew, u saru fuq il-kundizzjoni li l-gvern Russu jneħħi l-projbizzjoni ta' importazzjonijiet mill-Polonja li ġiet introdotta fl-2005; billi qed isiru sforzi mill-UE sabiex jinstab kompromess fuq il-kwistjoni ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-laħam mill-Polonja sabiex jintemm dan l-impass politiku,

N.   billi, sussegwentement għall-avvenimenti reċenti fl-Estonja, it-tħaddim normali ta' l-ambaxxata Estonjana f'Moska ġie bblokkjat u ħafna mid-diplomatiċi tagħha, inkluż il-kap tal-missjoni, ġew aggrediti fiżikament minn dimostranti li kien hemm madwar l-ambaxxata u li ħarqu l-bandiera ta' l-Estonja,

O.   billi ma sar l-ebda progress sostanzjali fir-rigward tas-soluzzjoni tal-"kunflitt staġnat" f'pajjiżi ġirien komuni; billi l-paċi u l-istabilità huma fl-interessi kemm tar-Russja kif ukoll ta' l-UE,

P.   billi hu importanti li l-UE titkellem b'vuċi waħda, turi solidarjetà u unità fir-relazzjonijiet tagħha mal-Federazzjoni Russa u tibbaża dawn ir-relazzjonijiet fuq interessi reċiproċi u valuri komuni,

1.  Jikkonferma mill-ġdid il-konvinzjoni tiegħu li r-Russja tibqa' msieħba importanti għall-bini ta' koperazzjoni strateġika li magħha l-Unjoni Ewropea taqsam mhux biss interessi ekonomiċi u kummerċjali iżda wkoll l-objettiv ta' koperazzjoni mill-qrib fl-arena internazzjonali u kif ukoll fil-viċinat komuni;

2.  Jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-unità u s-solidarjetà fost l-Istati Membri ta' l-UE fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Russja; għalhekk jilqa l-linja komuni meħuda mill-UE fin-negozjati mal-gvern Russu dwar it-tneħħija tal-projbizzjoni tar-Russja fuq l-impotazzjoni ta' prodotti agrikoli Pollakki;

3.  Jiddispjaċih li dawk in-negozjati fallew bil-konsegwenza li kien hemm nuqqas ta' tnedija ta' negozjati dwar Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni ġdida bejn l-UE u r-Russja u jħeġġeġ lill-Presidenza Germaniża sabiex tkompli bl-isforzi biex tippermetti l-mandat ta' negozjar għal ftehima ġdida li għandha tiġi adottata mill-aktar fis u biex jibdew n-negozjati mingħajr aktar dewmien;

4.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex turi solidarjetà ma' l-Estonja u titkellem b'leħen wieħed mar-Russja fil-kuntest ta' l-avvenimenti reċenti f'Tallinn; jistieden lir-Russja biex tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi tagħha skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi billi tiggarantixxi l-protezzjoni tad-diplomatiċi barranin u t-tħaddim normali ta' l-ambaxxati barranin;

5.  Jilqa' b'sudisfazzjon l-iskambju kontinwu ta' l-opinjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja bħala parti mill-Konsultazzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Bniedem UE-Russja; madankollu jenfasizza li s-sitwazzjoni kurrenti fir-Russja tagħti lok għal tħassib serju rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazjija, għal-liberta' ta' l-espressjoni, u għad-drittijiet tas-soċjetà ċivili u ta' l-individwi biex jisfidaw lill-awtoritajiet u jżommuhom responsabbli ta' l-azzjonijiet tagħhom;

6.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li difiża soda tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi għandha tkun prinċipju ewlieni ta' kwalunke impenn ta' l-UE mar-Russja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li dawn il-valuri ma jkollhomx status sussidjarju fil-pakkett ta' negozjati bejn l-UE u r-Russja u li kwalunkwe assistenza finanzjarja mogħtija lill-awtoritajiet Russi tikkunsidra t-tisħiħ ta' l-istandards demokratiċi f'dak il-pajjiż;

7.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu tal-forza mill-awtoritajiet Russi kontra d-dimostranti paċifiċi kontra l-Gvern f'Moska u f'San Pietruburgu f'dawn l-aħħar ftit ġimgħat; jenfasizza li l-libertà tal-kelma u d-dritt ta' l-għaqda huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u li għalhekk, kontinwazzjoni ta' din it-tendenza se tkun bi ksur ta' l-obbligi internazzjonali tagħhom;

8.  Jesprimi tħassib serju dwar ir-rapporti kontinwi minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem Russi u internazzjonali dwar l-użu tat-tortura u ta' atti inumani u degradanti fil-ħabsijiet, fl-għases tal-pulizijia u fiċ-ċentri ta' detenzjoni sigrieti fiċ-Ċeċnija, jikkundanna bis-sħiħ tali prattiċi u jistieden lill-awtoritajiet Russi sabiex jiżguraw li d-drittijiet garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħha r-Russja hija firmatarja, ikunu rispettati kompletament fir-Repubblika taċ-Ċeċnija u li dawk kollha li jiksru dawk id-drittjiet jitressqu l-qorti; jenfasizza f'dan ir-riġward il-fatt li f'Ottubru ta" l-2006 il-Gvern Russu rrifjuta l-mandat mogħti lir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattament ieħor krudili, inuman jew degradanti li ppjana li jżur il-ħabsijiet fin-naħa ta" fuq tal-Kawkażu għall-għarrieda;

9.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-polarizzazzjoni soċjali u politika u r-restrizzjoni tal-libertajiet demokratiċi fil-ġirja għall-elezzjonijiet tad-Duma f'Diċembru 2007 u l-elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2008; jitlob lill-awtoritajiet Russi sabiex jiggarantixxu proċess ħieles u ġust għaż-żewġ elezzjonijiet biex jiżguraw li l-partiti ta' l-oppożizzjoni jkollhom l-opportunità li jmexxu kampanja, u biex iwaqqfu l-proċess li jċaħħdu lil xi partiti politiċi mill-istatus legali tagħhom u l-eliġibilità tagħhom biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet minħabba rekwiżiti ġodda esiġenti wisq applikabbli għall-kompożizzjoni tagħhom u kif ukoll fuq il-firxa ta' l-organizzazzjoni territorjali tagħhom, u b' konformità mal-prinċipju tal-libertà ta" espressjoni; jenfasizza li l-libertà tal-media se tkun ta" importanza kbira jekk l-elezzjonijiet iridu jidhru bħala ħielsa u ġusti; jenfasizza l-importanza ta' NGOs indipendenti mill-gvernijiet nazzjonali, għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili;

10.  Jenfasizza l-bżonn li jaħdem flimkien mar-Russja bħala msieħba meħtieġa u importanti sabiex jipprovdu paċi, stabilità u sigurezza, sabiex ikun miġġieled it-terroriżmu internazzjonali u l-estremiżmu vjolenti u biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' sigurtà oħra bħal ma huma perikli ambjentali u nukleari, drogi, traffikar ta' armi u ta' bnedmin u l-kriminalità organizzata transkonfinali fil-viċinat Ewropew;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex isegwu inizjattivi konġunti mal-Gvern Russu li jimmiraw biex isaħħu s-sigurtà u l-istabilità fil-viċinat komuni, b'mod partikulari permezz ta' djalogu mtejjeb dwar l-Ukrajina u l-Belarus u sforzi konġunti sabiex fl-aħħar jissolvew il-konflitti ffriżati fin-Nagorno Karabagh u kif ukoll fil-Moldova u fil-Ġorġja billi tiġi garantita l-integrità territorjali sħiħa ta' dawn l-istati;

12.  Jitlob lill-UE u lir-Russja, bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex jerfgħu r-responsabiltajiet tagħhom dwar il-kwistjoni nukleari ta' l-Iran;

13.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar dikjarazzjonijiet li għamel il-President Putin b'retaljazzjoni għall-pjanijiet ta' l-Istati Uniti li tinstalla komponenti tas-sistema ta' missili anti-ballistiċi fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka u jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati sabiex jinvolvu ruħhom fi djalogu; jistieden lill-Istati Uniti sabiex iżidu l-isforzi tagħhom biex jikkonsultaw u jispjegaw is-sistema ta' difisa bil-missili sabiex jippermettu lin-NATO u lill-UE li jibqgħu magħquda; jitlob li jkun hemm diskussjoni bir-reqqa dwar dawn il-proposti, inkluża l-ħtieġa tagħhom, evalwazzjoni tat-theddid u l-possibbilità ta' oqsma differenti ta' sigurtà fil-qafas ta' l-UE u tan-NATO; jisħaq l-importanza li jsiru konsultazzjonijiet dwar is-sistema fil-Kunsill NATO-Russja;

14.  Jistieden lill-UE u lir-Russja sabiex, bħala membri tal-Kwartett għas-soluzzjoni tal-kunflitt tal-Lvant Nofsani, jippromwovu l-isforzi sabiex tittella' konferenza tal-paċi internazzjonali dwar ftehima reġjonali għall-paċi fil-Lvant Nofsani; barra minn hekk jistieden lir-Russja bħala membru tal-Grupp ta' Kuntatt u tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU biex tikkopera sabiex tinstab soluzzjoni fit-tul għall-kwistjoni tal-Kosovo u bħala wieħed mill-partijiet għat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet biex tgħin sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-proliferazzjoni nukleari fil-Korea ta" Fuq;

15.  Jistieden lir-Russja sabiex ma ttawwalx aktar id-deċiżjoni dwar l-istatus finali tal-Kosovo bbażat fuq il-Pjan Ahtisaari għal indipendenza ssorveljata; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-riperkussjonijiet li dewmien bħal dan għandu fuq l-istabbilità tar-reġjun u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Moska jaġixxu b'mod kostruttiv;

16.  Jinnota li l-Politika tal-Viċinanza Ewropea diġà tippreżenta numru ta' opportunitajiet għall-koperazzjoni multilaterali; jitlob li titwaqqaf Komunità UE-Baħar l-Iswed, fuq il-linji tad-Dimensjoni tat-Tramuntana, sabiex issaħħaħ u tħeġġeġ iktar djalogu sabiex il-viċinat ikun aktar stabbli, sikur u demokratiku;

17.  Jilqa' l-progress li sar rigward tal-ftehima dwar il-fruntiera bejn il-Latvja u r-Russja imma jenfasizza li jrid isir aktar progress biex din il-ftehima tiġi ratifikata u implimentata malajr kemm jista' jkun;

18.  Itenni l-appoġġ tiegħu għas-sħubija tar-Russja mad-WTO, li tista' tgħin lir-Russja biex taċċetta r-regoli tas-suq globali; jemmen li l-adeżjoni mad-WTO għandha twassal għal integrazzjoni ekonomika iktar profonda bejn l-UE u r-Russja;

19.  Itenni fuq kollox l-importanza li jitwaqqaf Spazju Ekonomiku Komuni (CES) u li l-objettivi mifthiema fil-pjan direzzjonali tas-CES jiġu żviluppati aktar, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-ħolqien ta' suq miftuħ u integrat bejn l-UE u r-Russja; jistenna li r-Russja se twaqqaf l-embargo fuq xi prodotti tal-Moldova u tal-Ġeorġja;

20.  Jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-klima ta' l-investiment fir-Russja, li jista' jkun milħuq biss permezz tal-promozzjoni u l-iffaċilitar ta' kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u trasparenti fil-kummerċ, anqas burokrazija u investimenti miż-żewġ naħat; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' tbassir fl-applikazzjoni tar-regoli mill-awtoritajiet;

21.  Jilqa' bi pjaċir id-djalogu intensifikat bejn l-UE u r-Russja dwar kwistjonijet ta' enerġija; jenfasizza l-importanza ta' l-importazzjonijiet ta' l-enerġija għall-ekonomiji Ewropej, li jirrapreżentaw opportunità potenzjali għal aktar kummerċ u koperazzjoni ekonomika bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza li l-prinċipji ta' interdipendenza u trasparenza għandhom ikunu l-bażi ta' din il-koperazzjoni, flimkien ma' aċċess indaqs għas-swieq, l-infrastruttura u l-investiment; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-prinċipji tal-Karta tat-Trattat ta' l-Enerġija, il-Protokoll ta' Tranżitu anness magħha u l-konklużjonijiet tal-G8 ikunu inklużi fi Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-UE u r-Russja, inkluża koperazzjoni ikbar dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija, l-iffrankar ta' l-enerġija u l-enerġija li tiġġedded; jinnota li dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati għal proġetti ewlenin għal infrastruttura ta' l-enerġija, bħal-linja tal-pajp tal-gass tal-Baltiku; jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex titkellem mar-Russja b'leħen wieħed dwar dawn il-kwistjonijiet sensittivi dwar l-enerġija.

22.  Jaqbel ma' l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-teknoloġiji avvanzati ta' l-enerġija u jinkuraġġixxi l-kuntatti bejn l-atturi fis-settur ta' l-enerġija ta' l-UE u tar-Russja, kif ukoll l-isforzi neċessarji sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija u biex jiġu żviluppati teknoloġiji li ma għandhomx emmissjonijiet ta' CO2, li joffru opportunitajiet sinifikanti għall-koperazzjoni, partikularment koperazzjoni industrijali, bl-iskambju ta' l-aħjar prattiki u teknoloġiji bejn kumpaniji Russi u ta' l-UE;

23.  Jistieden lir-Russja u lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jilħqu l-miri stipulati fil-Protokoll ta' Kyoto u f'dan ir-rigward jinsisti dwar ir-responsabiltà speċifika ta' pajjiżi żviluppati li jkunu minn ta' quddiem fit-tnaqqis ta' l-emmissjonijiet; jistieden lir-Russja biex tieħu rwol attiv fin-negozjati internazzjonali fil-ġejjieni u biex tiffaċilita ftehim bla diffikultajiet sa l-2008, l-iktar sa l-2009, biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-suq dinji tal-karbonju;

24.  Jilqa' l-inizjattivi sabiex ikun hemm vjaġġar mingħajr viża bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, li jagħti sinjal ta' prospett ta' relazzjonijiet imtejba; jitlob li jkun hemm aktar koperazzjoni fuq l-immigrazzjoni illegali, kontrolli aħjar tad-dokumenti ta' l-identità u skambju ta' informazzjoni aħjar dwar it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; jenfasizza li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-Russja tosserva l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fi kwalunkwe ftehima nnegozjata dwar l-eliminazzjoni tal-viżas bejn iż-żewġ naħat sabiex ikun evitat ksur tas-sigurtà u d-demokrazija fl-Ewropa;

25.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isolvu l-problemi li hemm meta tinqasam il-fruntiera bejn l-UE u r-Russja u biex iħeġġu proġetti konkreti u jutilizzaw bis-sħiħ l-Istrument tal-Viċinat u Sħubija u l-fondi ta' l-INTERREG għall-koperazzjoni bejn il-fruntieri;

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa u lill-Kunsill ta' l-Ewropa.

(1) ĠU L 327, 28.11.1997, p.1.
(2) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p.112.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2007)0169.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2006)0566.
(5) Testi Adottati, P6_TA(2006)0448.
(6) Testi adottati, P6_TA(2006)0270.
(7) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.302.
(8) ĠU C 286 E, 23.11.2006, p.525.
(9) ĠU C 117 E, 18.5.2006, p.235.


L-Istrateġija ta' l-UE dwar ir-riformi fid-dinja Għarbija
PDF 254kWORD 93k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar ir-riformi fid-dinja Għarbija: x'inhi l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea? (2006/2172(INI))
P6_TA(2007)0179A6-0127/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-orjentazzjonijiet u l-istrateġiji tal-Kummissjoni u tal-Kunsill rigward il-pajjiżi differenti tad-dinja Għarbija;

–   wara li kkunsidra r-rapport interim ta'l-Unjoni Ewropea dwar is-Sħubija Strateġika mar-reġjun tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani li l-Kunsill Ewropew adotta f'Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropea għad-dinja Għarbija li ġiet ippreżentata fl-2003 mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Ewropa Ikbar -il-Viċinat: qafas ġdid għar-relazzjonijiet mal-ġirien tagħna ta' l-Lvant u tan-Nofsinhar" (COM(2003)0104), id-dokument gwida dwar il-politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2004)0373), il-proposta tiegħu għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li fih dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ħolqien ta' strument Ewropew għall-viċinat u għall-isħubija (COM(2004)0628), il-komunikazzjoni tiegħu għall-Kunsill dwar il-proposti tal-Kummissjoni favur pjan ta' azzjoni fi ħdan il-qafas ta' politika Ewropea għall-viċinat (ENP) (COM(2004)0795) u l-pjanijiet ta' azzjoni għall-pajjiżi konċernati, kif ukoll il-komunikazzjoni tiegħu rigward it-tisħiħ tal-poliika Ewropea għall-viċinat (COM(2006)0726),

–   wara li kkunsidra l-prijoritajiet politiċi tal-presidenza Ewropea ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) mfassla fil-21 ta' April 2005, li tiffoka fuq l-intensifikazzjoni tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-parlamenti ta' pajjiżi sħab,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' l- EMPA adottati fil-laqgħat tal-21 ta' Novembru 2005 f'Rabat u tas-27 ta' Marzu 2006 fi Brussel,

–   wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-bniedem fid-dinja Għarbija li ġew ippubblikati fl-2002, fl-2003 u fl-2005 mill-programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-iżvilupp (UNDP) u, b'mod partikulari, ir-rapport tal-2004 intitolat "Lejn il-ħelsien fid-dinja Għarbija",

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar il-politika Mediterranja ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari dik tat-12 ta' Frar 2004 dwar l-inizjattiva maħsuba biex tagħti impetu ġdid għall-azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea b'koperazzjoni ma' l-imsieħba Mediterranji fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u f'dak tad-demokratizzazzjoni(1), il-programm ta' ħidma ta' ħames snin adottat fit-28 ta' Novembru 2005 fil-Laqgħa Għolja Ewromediterranja ta' Barċellona, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ħarsa lura lejn il-proċess ta' Barċellona(2),

–   wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dikjarazzjoni universali dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0127/2007),

A.   billi l-kunċett ta' identità Għarbija meta miftiehem bħala fattur ta' għaqda jidher li huwa karatteristika komuni rikonoxxuta minn popli u stati ta' zona vasta ġeografika li tinfirex mill-Magreb sal-Golf Persjan u li tgħaddi mill-Maxreq u l-Lvant Qarib,

B.  B billi dan l-identità Għarbija waqt li timmanifesta ruħha f'forom diversi fis-sitwazzjonijiet reali, kemm politiċi (monarkiji, reppubbliki Għarab, l-Istat ta' Iżrael u l-Awtorità Palestinjana), kemm reliġjużi (Musulmani Sunniti, inklużi l-Waħabiti, l-Aluwiti, id-Drużi u x-Xiiti u l-insara ta' twemmin divers) u kemm dawk soċjoloġiċi (ta' bliet kbar, zoni rurali, muntanji, popli nomadi) xorta żżomm numru ta' parametri komuniu transnazzjonali

C.   billi l-viżjoni Ewropea tad-dinja Għarbija huwa ġeneralment limitat għal approċċ ibbażżat fuq relazzjonijiet statali bilaterali jew subreġjunali, u billi jkun tajjeb li tingħata dinamika akbar lill-istrateġija globali ta' l-UE rigward id-dinja Għarbija li tkun ibbażata mhux biss fuq organizzazzjonijiet reġjunali eżistenti (il-Lega ta' Stati Għarab, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf, l-Għaqda tal-Maghreb Għarbi jekk ikun il-każ li titqajjem mill-ġdid) u fuq għodda u strutturi eżistenti (Euromed, il-Programm Meda, ftehimta' assoċjazzjoni, politika Ewropea għal viċinat), imma wkoll fuq it-tisħiħ ta' l-għajnuna għal atturi mhux statali fir-reġjun,

D.   billi l-istrateġija għad-dinja Għarbija ppreżentata fl-2003 mir-Rappreżentant Għoli ta' l-UE kienet ir-riżultat tal-perikli u t-theddidiet li dehru wara l-attentati tal-11 ta' Settembru 2001,

E.   billi fl-Ewropa għarfien aħjar u aktar profond tad-dinja Għarbija, li għandha soċjeta' mogħnija b'diversi uċuħ, u tad-diversità kulturali tagħha huwa meħtieġ sabiex jimla l-vojt li jeżisti bejn iż-żewġ xtut tal-Mediterran u sabiex isaħħaħ il-politiki ta' integrazzjoni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u sabiex jeqred l-isterjotipi u l-preġudizzji,

F.  F billi l-bidliet radikali li seħħew bit-tmiem tal-gwerra bierda u ta' l-ordni dinjija bipolari inkuraġġew kemm l-aspirazzjonijiet ta' emanċipazzjoni fi ħdan is-soċjetajiet Għarab, kif ukoll xpruna ċerti gvernijiet Għarab u forzi ekonomiċi u soċjali biex jipparteċipaw attivament fil-globalizzazzjoni u l-multiipolarità,

G.   billi s-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra li għal żmien twil għexu fid-dinja Għarbija b'sarima f'ħalqhom qed isemmgħu leħinhom aktar u qed jirrikjedu aktar attenzjoni, risponsabbiltajiet akbar, kif ukoll irwol politiku akbar,

H.   billi esperjenzi tal-passat ta' "rinaxximent Għarbi", ikkunsidrati bħala tentativi ta' riformi, b'mod ġenerali fallew u billi n-nazzjonaliżżmu statali serva ta' ostaklu kbir f'kull proġett maħsub biex iġib l-għaqda fost l-Għarab,

I.   billi d-Dikjarazzjoni Finali adottata fil-Laqgħa Għolja tal-Kunsill tal-Lega Għarbija li sar fit-Tuneżija fit-23 u 24 ta' Mejju 2004 itenni inter alia l-impenn għar-riforma u l-modernizzazzjoni ta' l-Istati Membri tal-Lega permezz tal-konsolidazzjoni demokratika u l-parteċipazzjoni politika,

J.   billi huwa fl-interess komuni tal-pajjiżi Għarab u ta' l-imsieħba tagħhom Ewropej li jinbdew riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni, l-istabbilità, id-demokratiżżazzjoni, u jitejjeb fil-livell ta' għajxien u li jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali fir-reġjun kollu kemm hu,

K.   billi biss il-progress fil-liberalizzazzjoni politika u ekonomika, flimkien ma' dak fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet soċjali u l-edukazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal stabbilità akbar f'dawn il-pajjjiżi, u billi bil-kontra, l-immobilità ma' toffri ebda garanzija ta' stabbilità reali,

L.   billi l-kontribuzzjonijiet magħmula minn-Nazzjonijiet Uniti matul dawn l-aħħar snin , b'mod partikulari r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' l-Alleanza taċ-Ċivilizzazzjonijiet u tal-Programm ta'l-Iżvilupp tan-NU, li jidderivaw minn involviment fil-qrib mal- komponenti differenti tas-soċjetajiet Għarab, għandhom jiġu tradotti f'politiki konkreti u reali,

M.   billi r-relazzjonijiet li l-Ewropa għandha ma' l-awtoritajiet tal-pajjiżi konċernati għal żmien twil ibbażaw ruħhom biss fuq il-kisba ta' l-istabbilità u ta' sħubija stateġika mingħajr ma ħadu kont tar-rispett tad- drittijiet fundamentali tal-bniedem mill-awtoritajiet, hekk li ħolqu ostaklu għall-isforzi magħmulin mill-atturi tas-soċjetà ċivili sabiex jagħmlu riforma interna tas-soċjetajiet differenti,

N.   billi huwa imporanti li jinħoloq qafas li fi ħdanu jista' jseħħ b'mod l-aktar liberu djalogu miftuħ bejn il-komponenti differenti tas-soċjetajiet Għarab, hekk li jinfirex internament proċess ta' riforma tabilħaqq,

O.   billi l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata fl-1994, turi r-rieda li jiġi garantit ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja Għarbija; billi jiddeplora madankollu li l ċerti dispożizzjonijiet huma mfassla b'tali mod li jagħtu lok għal interpretazzjonijiet differenti,

P.   billi l-moviment ta' l-identità Għarbija, kif maħsub mill-fundaturi oriġinali tiegħu, huwa proġett li jinkludi fl-għanijiet tiegħu s-sekolarizzazzjoni tas-soċjetajiet, filwaqt li x-xejriet kontemporanji ta' l-Iżlam politiku ma jidhirx li qegħdin dejjem jagħtu soluzzjonijiet adegwati għall-problemi tar-riforma politika; jinsab imħasseb minħabba li dan l-imblokk tar-riforma politika qed iħeġġeġ l-iżlamiżmu radikali u r-retorika tiegħu ta' mibgħeda tal-Lhud; ifakkar li l-moderazzjoni ta' l-iżlamiżmu tiddependi kemm mis-solidità tal-qafas isitituzzjonali li fih jiżviluppaw dawn il-forzi, kif ukoll mill-opportunitajiet li dan joffri biex jinfluwenzaw it-tfassil tal-politiki,

1.   billi huwa konvint li l-identità Għarbija m'hi bl-ebda mod inkompatibbli, la mal-kunċett ta' modernità u lanqas ma' l-impenn għal riformi serji; jikkonsidra li l-impotenza li jinsab fl-istess sisien tal-"malesseriGħarbi" tista' tingħeleb permezz ta' sħubija mġedda msejsa fuq il-fehim u l-fiduċja riċeproċi u fuq ir-rispett tat-tradizzjonijiet u l-kredibilità ta' xulxin; ifakkar li l-tqarrib lejn il-Punent tas-soċjetajiet Għarbin mhuwiex l-aktar mezz xieraq biex jintlaħaq dan u li l-kunċetti ta' demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-istat tad-dritt huma valuri universali li għadd bla qies ta' awtoritajiet u gvernijiet Musulmani ddikjaraw li huma kompatibbli ma' l-Iżlam;

2.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni diġa msemmija rigward it-tisħiħ tal-politika Ewropea għall-viċinat (ENP); jikkonsidra li l-ENP huwa strument kruċjali għall-promozzjoni tar-riformi fil-pajjiżi tan-Nofinhar u ta' l-Lvant ta' l-Unjoni Ewropea; juri d-diżappunt tiegħu għall-ammont propost għal fondi allokati għall- Faċilita' għall-Governanza u jikkonsidra li dan l-ammont għandu jiżdied sabiex jiġġarantixxi l-effikaċja;

3.  Jikkonsidra li minħabba l-limitazzjonijiet ta' l-istrateġiji bilaterali u ad hoc ta' l-UE ma' pajjiżi msieħba matul dawn l-aħħar deċenji jkun tajjeb li fil-qafas tar-razzjonalizzazzjoni ta' l-attività esterna ta' l-UE tingħata spinta ġdida globali għas-sħubija ta' l-UE u ta' l-Istati Membri mad-dinja Għarbija filwaqt li tingħata attenzjoni li jiġu mmirati setturi speċifiċi ta' koperazzjoni u li dan isir flimkien ma' strutturi politiċi eżistenti bħal ma huma l-Lega ta' Stati Għarab u l-Kunsill għall-Koperazzjoni tal-Golf, kif ukoll ma' l-Għaqda tal-Maghreb Għarbi jekk din terġa' tirpilja; jenfasizza li l-impenji ma' organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili u movimenti riformisti għandhom jagħmlu parti minn dawn l-isforzi meħudin f'livell reġjunali, kif ukoll koperazzjoni speċifika b'mod partikulari ma' organizzazzjonijiet politiċi li jippromwovu d-demokrazija b'mezzi mhux vjolenti.

4.  Jisħaq li n-nuqqasijiet tal-proċess ta' riforma fid-dinja Għarbija huma dovuti wkoll għal problemi u kontroversji li hemm bejn ċerti pajjiżi Għarab; jikkonsidra li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha kollha biex tgħin fl-integrazzjoni politika u ekonomika tal-pajjiżi; josserva li biex l-Unjoni Ewropea tkun influwenti tabilħaqq ma tridx tagħti l-impressjoni ta' superjorità u lanqas tidher li qed tipprova tagħti xi lezzjoni, imma għandha pjuttost tagħmel id-djalogu Ewro-Għarbi djaloġu ta' verubejn partijiet ugwali;

5.  Jikkondsidra li waqt li huwa estremament importanti li r-relazzjoni Ewro-Għarbija għandha tinkludi l-ħtieġa vitali l-ġlieda kontra t-terroriżmu, huwa essenzjali għall-effett u s-susstanza ta' dik ir-relazzjoni, li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma' ddellilx jew żżomm lura serje sħiħa ta' suġġetti ta' interess komuni, bħall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-impjiegi, l-iżvilupp sostenibbli, l-amministrazzjoni tajba ta' affarijiet pubbliċi u wisq anqas il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżvilupp u t-tisħiħ ta' soċjetà ċivili b'saħħitha u ġenwina, li tippromwovi l-progress tas-sistema demokratika u tat-tolleranza, il-ġlieda għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, ir-rispett sħiħ, inkluż ir-rispett legali u non-diskriminazzjoni, għal orjentazzjonijiet sesswali differenti, il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali dinji, id-djalogu interkulturali, il-governanza tajba, media indipendenti u ġusta, il-partiċipazzjoni politika u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, il-libertà tal-kuxjenza, inkluża dik reliġjuża, il-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-assoċjazzjoni, il-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, kif ukoll iċ-ċaħda ta' l-intolleranza u tal-fundamentaliżmu, sabiex tiġi kkreata tabilħaqq żona ta' paċi u ta' prosperità komuni;

6.  Jistieden lill-pajjiżi Għarab biex jiġġieldu kull għamla ta' impunità u sabiex jistabbilixxu mekkaniżmi tranżizzjonali ta' ġustizzja sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja għall-vittmi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u sabiex jitressqu quddiem il-ġustizzja dawk responsabbli għal dawn id-delitti; jistieden bl-istess ħsieb, lill-pajjiżi Għarab biex jirrattifikaw l-Istatut ta' Ruma għall-ħolqien tal-qorti kriminali internazzjonali u biex jiffirmaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-protezzjoni ta' kulħadd mill-iGħajbien Sfurzat,

7.  Jilqa' l-eżistenza ta' fora ta' djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u d-dinja Għarbija, kif ukoll il-bosta proġetti u inizjattivi ta' koperazzjoni implimentati permezz tal-proċess ta' Barċellona, is-Sħubija Strateġika għall-Mediterran u l-Lvant Nofsani, kif ukoll il-koperazzjoni mal-Kunsill għall-Koperazzjoni ta' l-Istati Għarab tal-Golf (CGEAG);

8.  Jenfasizzza l-irwol ta' l-AssEMPA bħala entità demoktratika li tiġbor taħt it-tliet pilastri tal-proċess ta' Barċellona Membri Parlamentari miż-żewġt ixtut tal-Mediterran; jappella biex ikun hemm tisħiħ partikulari tal-koperazzjoni bejn l-EMPA, il-Kummissjoni u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea; jafferma mill-ġdid id-disponibilità u l-volontà ta' l-EMPA, bħala istituzzjoni parlamentari tal-Proċess ta' Barċellona, biex tagħti l-kontribut tagħha għal soluzzjoni tal-konflitt Għarbi-Iżraeljan;

9.  Jikkonsidra li jeħtieġ li jiġi promoss aktar it-tielet pilastru tal-proċess ta' Barċellona, jiġifieri l-koperazzjoni umana u soċjali, sabiex jingħelbu l-isterjotipi u n-nuqqasijiet ta' ftehim li jfixklu tqarrib miftuħ u profond bejn iż-żewġ popli fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran; jitlob lil dawk involuti fis-Sħubija Ewro-Mediterranja, b'mod partikulari lill-gvernijiet, biex jappoġġjaw ix-xogħol tal-Fondazzjoni Ewro-Mediterranja Anna Lindh għad-djalogu bejn il-kulturi billi jagħtuha riżorsi sostanzjali sabiex tikkonsolida n-network ta' networks tagħha li jiġbor fih 1200 korpi u assoċjazzjonijiet li jaħdmu favur id-djalogu tas-soċjetajiet tagħhom;

10.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha, kif ukoll lill-komunità internazzjonali kollha biex jiżviluppaw relazzjonjiet bilanċjati mal-pajjiżi tar-reġjun; jenfasizza li kull appoġġ u kull kundanna unilaterali ta' ċerti Stati u mhux ta' oħrajn jistgħu iwasslu għall-polarizzazzjoni li tkompli tikkomplika s-sitwazzjoni diġa kkomplikata sew fid-dinja Għarbija;

11.  Jikkonsidra li fi sforzi biex jinbdew negozazzjonijiet ġodda mad-dinja Għarbija m'għandhomx jinkludu persuni, organizzazzjonijiet jew pajjiżi li japprovaw l-attivitàjiet tat-terroristi u li ma jagħrfux l-eżistenza legali ta' Iżrael;

12.  Jinnota li li kull approfondiment tar-relazzjoni Ewro-Għarbija jiddependi mill-enerġija u t-talent li permezz tagħhom l-Ewropa se jirnexxilha tikkonċilja d-dmir u r-responsabbiltà storiċi tagħha stess lejn l-Istat ta" Iżrael u lejn il-poplu Lhudi mar-responsabbiltà li għandha li twettaq irwol aktar attiv u effettiv li jkun jiggarantixxi aktar ir-rispett għal-liġi internazzjonali u dik umanitarja sabiex tinkiseb soluzzjoni dejjiema tal-kunflitt, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' Stat Palestinjan demokratiku li jkun jeżisti bieb ma' bieb, fil-paċi u s-sigurtà, ma' l-Istat ta" Iżrael ;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-inizzjattiva għall-Paċi tas-Sawdi approvata unanimament fit-28 ta' Marzu 2007 waqt il-laqgħa għolja ta' l-Lega ta' Stati Għarab f'Riyadh; huwa tal-fehma li din tikkostitwixxi kontribuzzjoni importanti mid-dinja Għarbija għall-attentat li jerġa' jibda l-proċess tal-paċi u sabiex tinstab soluzzjoni komprensiva għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina; jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel kull sforz sabiex jitratta din il-proposta fil-laqgħa li jmiss tal-Kwartett u sabiex isib modi ta' kif jassoċja l-Lega ta' Stati Għarab aktar mill-qrib fi ħdan dan il-qafas;

14.  Jifhem li waħda mill-fraġilitajiet inerenti tad-djalogu Ewro-Għarbi ġejja min-nuqqas ta' leġittimità li kultant tikkaratterizza l-kelliema politiċi Għarab fl-istess pajjiżhom, b'mod partikulari minħabba l-imġiba demokratika, ekonomika u soċjali fqira tagħhom;

15.  Jitlob għalhekk li l-Ewropa tagħti wkoll appoġġ politiku viżibbli lill-atturi fis-soċjeta ċivili, f'assoċjazzjonijiet u fil-ħajja reliġjuża, b'mod partikulari lill-organizzazzjonijiet politiċi li jippromwovu d-demokrazija b'mezzi mhux vjolenti, bl-esklużjoni ta' forzi settorjali, fundamentalisti u ta' nazzjonalisti estremisti, imma li jinkludu wkoll fejn xieraq lajċi u Islamisti moderati - inklużi, b'mod partikulari Islamisti lajċi - li l-Ewropa tħeġġeġ biex jipparteċipaw fil-proċess demokratiku hekk li jinħoloq bilanċ bejn perċezzjonijiet kulturali u pragramtiżżmu politiku; jikkonsidra li s-suċċess ta' appoġġ bħal dan ikun jiddependi essenzjalment milli wieħed jifhem sew l-istrutturi u l-iżviluppi politiċi u soċjali, kif ukoll mill-kapaċità li wieħed jaġixxi skond dinamika politika fil-livell lokali; jikkonsidra li t-tnedija mill-ġdid tad-djalogu interkulturali trid tgħaddi minn affirmazzjoni ta' denominatur umanistiku komuni u universali li jittraxxendi d-dogma u l-allejanzi komunitarji u li timxi mal-proposti dwar id-djalogu bejn iċ-ċivilizzazzjonijiet u skond l-inizjattivi kollha tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-kwistjoni;

16.  Jappoġġja għalhekk bla riżerva l-bżonn li l-Unjoni Ewropa timpenja ruħa fi djalogu wiesa' kulturali billi tippromwovi fost n-negozjaturi Għarab il-valuri fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, eċċ.), filwaqt li jitqiesu l-perċezzjonijiet kulturali u politiċi diversi;

17.  Jinnota l-progress limitat li sar fil-liberaliżżazzjoni ta' skambji kummerċjali fost l-Għarab kif ukoll fit-tisħiħ tas-settur privat; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirduppjaw l-isforzi sabiex jiġi inkuraġġut l-iżvilupp sostenibbli u ekwu tal-pajjiżi Għarab bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi permezz ta' appoġġ għal politiki inerentament strutturali u soċjali li jillimtaw l-effetti soċjalment negattivi tar-riformi ekonomiċi, b'mod partikulari rigward is-swieq essenzjali bħal dak ta' l-enerġija jew it-telekomunikazzjoni bil-għan li tinħoloq dinamika ta' żvilupp favorevoli f'setturi oħrajn, filwaqt li jiġu implimentati politiki paralleli li jinkuraġġixxu riformi mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tekniċi u politiċi preċiżi u limitati; jilqa' l-isforzi magħmula biex tinħoloq Zona Ewromediterranea ta' Kummerċ Ħieles u jilqa' l- Ftehim ta' Agadir li jippromwovi kummerċ bejn ir-reġjuni; jistenna l-konklużżjoni tal-Ftehim bejn l-UE u l-Kunsill ta' Ko-operazzjoni tal-Golf għal Zona ta' Kummerċ Ħieles;

18.  Jinnota li fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' riformi politiċi u tal-progress tad-demokrazija, ir-reġjuni tad-dinja Għarbija għandhom sitwazzjonijiet diversi ħafna u għalhekk ikun tajjeb li ma jiġix impost mudell wieħed;

19.  Jispera li l-pajjiżi Għarab li għadhom m'għamlux hekk jimpenjaw ruħhom favur il-libertà tat-twemmin u d-dritt ta' persuni jew komunitajiet li jkunu ħielsa li jistqarru t-twemmin tagħhom jew jipprattikaw il-fidi tagħhom u wkoll li jiggarantixxu l-indipendenza u s-separazzjoni ta' l-istituzzjonijiet u l-poter politiku mill-awtoritajiet reliġjużi; jikkonsidra li x-xhieda ta' miljuni ta' Musulmani li jgħixu fl-Ewropa għandha tgħin lill-pajjiżi Għarab biex jimplimentaw f'pajjiżhom stess dak il-prinċipju kostanti tar-relazzjonijiet internazzjonali li huwa r-reċiproċità;

20.  Jenfasizza li l-appoġġ għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u għar-rispett tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikulari għal dawk relatati mal-libertà tal-kelma u mar-reliġjon, m'għandhomx jitħawdu ma' l-għażla ta' reġimi u lanqas mal-mod kif jintagħżlu l-mexxejja; jenfasizza li fil-ħtieġa ta' moniteraġġ ta' l-iżviluppi fir-reġjun tiġi rrispettata r-rieda taċ-cittadini u jiġu meqjusa d-differenzi kulturali, storiċi u politiċi; jinnota li r-rieda taċ-ċittadini, fil-forom diversi tagħha, tista' tkun differenti minn dik aċċettata fl-Ewropa, u li kwalunkwe sforz li tiġi alinejata ma' mudelli ewropej bil-forza, jista' jkun kontraproduttiv; jisħaq li sabiex il-bidla tkun leġittima, għandha tiġi adottata u appoġġata miċ-ċittadini konċernati;

21.  Jispera b'mod partikulari li jkun hemm għarfien aħjar ta' l-irwol tal-mara u ta' l-emaniċipazzjoni tagħha fis-soċjetà ċivili u politika;

22.  Jitlob lil-Lega ta' Stati Għarab sabiex tibdel u tikjarifika ċerti dispożizzjonijiet tal-Karta Għarbija għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll li tfassal mekkaniżmi li jippermettu li jiġi kkontrollat ir-rispett tad-dispożizzjoni previsti f'din il-Karta fl-istati firmatarji tagħha;

23.  Ifakkar li t-tisħiħ tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa inkluż fost l-istess l-għanijiet tal-politika barranija Ewropea u li huwa f'dan l-isem ġust u koerenti li trid twettaq politika ambizzjuża għad-drittijiet tal-bniedem ibbażata fuq ir-rispett tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehim, u fuq djalogu politiku strutturat u profond f'dan il-qasam; ifakkar fl-istess ħin li l-pajjiżi Għarab irratifikaw il-patt internazzjonali rigward id-drittijiet ċivili u politiċi u li għalhekk intrabtu li jirrispettaw dawn id-drittijiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi aktar fid-dinja Għarbija r-rispett tal-prinċipju ta' l-istat tad-dritt kif ukoll il-moviment għar-riforma tal-liġi; jikkonsidra li għandha ssir skond l-ispirtu tal-valuri li joħorġu mis-sistema universali tad-drittijiet tal-bniedem, u li għandha tinvolvi riforma politika li jkollha l-għan li tillegalizza l-attività ta' l-oppożizzjoni permezz ta' istituzzjonijiet eżistenti - mingħajr ma timmina l-validita' ta' dawk l-istituzzjonijiet - u skond il-ħsieb tal-pjan ta' azzjoni tal-politika għall-viċinat Ewropew, kif ukoll tad-deċiżjonijiet meħuda fil-qafas tal-proċess ta' Barċellona; jistieden lill-Kummissjoni biex tapprofitta ruħha kemm tista' mill-possibiltajiet li toffri l-Istrument Ewropew favur id-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) sabiex tappoġġja s-soċjetà ċivili u l-movimenti għar-riforma politika fir-reġjun;

25.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħti l-appoġġ xieraq lill-dawk l-atturi kollha tal-moviment tar-riforma fid-dinja Għarbija, u tinkludi kemm lill-atturi statali kif ukoll lil dawk tas-soċjetà ċivili, u sabiex tagħti l-appoġġ tagħha għall-ħolqien ta' istituzzjonijiet komuni Għarab, b'mod partikulari dawk parlamentari; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tfassal mekkaniżmu formali regulari għall-konsultazzjoni u l-moniteraġġ fl-ogħla livell flimkien mal-Lega ta' l-Istati Għarab, u skond is-sussidjarita' fost l-isferi kollha b'interess komuni; jitlob ukoll lill-Unjoni Ewropea u lill-Lega ta' l-Istati Għarab biex jagħmlu Laqgħat Għolja regolari sabiex jiżviluppaw aġendi komuni u oqsma ta' xogħol;

26.  Jinnota l-importanza u jinkuraġġixxi l-irwol tal-media ġodda fid-disseminazzjoni ta'valuri demokratiċi fid-dinja Għarbija u għall-ħolqien ta' sfera pubblika pan-Għarbija kkaratterizzata mid-dibattitti u l-konfrontazzjoni ta' l-ideat; rigward dan jenfasizza l-ħtieġa li l-programmi ta' l-Euronews jibdew jixxandru bl-Għarbi u bil-Farsi;

27.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkuraġġixxu l-iskambji bejn l-UE u l-pajjiżi Għarab ta' studenti, għalliema, studjużi universitarji u riċerkaturi u sabiex jiffaċilitaw dawn l-iskambji permezz ta' skema adattata u aktar flessibbli ta' viżas;

28.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iwaqqfu ċentri ta' riċerka fuq it-territorju tagħhom għall-għanijiet ta' skambji kulturali u studji komparattivi bejn pajjiżi Għarab u Ewropej, sabiex jipprovdu faċilitajiet għal studji interdixxiplinari dettaljati u joħolqu mezzi għat-trawwim ta' fehim reċiproku;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi b'kull mezz possibbli r-riċerka universitarja u xjentifika fid-dinja Għarbija u biex tippromwovi l-implimentazzjoni ta' politika ambizzjuża tal-pubblikazzjoni bil-għan li tiżviluppa, tippubblika u tittraduċi xogħlijiet xjentifiċi u letterarji bi preżżijjiet aċċessibbli għall-kulħadd;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-inizjattivi li jkollhom l-għan li jiġġielda kontra l-korruzzjoni fid-dinja Għarbija, b'mod partikulari bl-implimentazzjoni ta' prinċipji trasparenti għan-nominazzjoni ta' uffiċjali nazzjonali;

31.  Jikkonsidra li kif kien il-każ reċenti tal-Konferenza ta' Pariġi III għal-Libanu, l-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea tkun tista' tikkostitwixxi l-istrument l-aktar validu biex tiżgura l-preżenza viżibbli ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri l-oħra permezz ta' appoġġ strateġiku u kundizzjonali għar-riformi fid-dinja Għarbija, bir-rispett xieraq għall-ftehim eżistenti u tar-realtà politika ta' kull Stat individwali u kull reġjun;

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lil-Lega ta' Stati Għarab, lill-Kunsill għall-Koperazzjoni fil-Golf, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, tal-pajjiżi Għarab u ta' Iżrael.

(1) ĠU C 97 E, 22.4.2004, p.656.
(2) ĠU C 272 E, 9.11.2006, p.570.


Is-Sħubija tal-UE fil-Qarn ta' l-Afrika
PDF 353kWORD 104k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-Qarn ta' l-Afrika: Partenarjat politiku reġjonali ta" l-UE għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp (2006/2291 (INI))
P6_TA(2007)0180A6-0146/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-istrateġija ta' l-UE intitolata 'L-UE u l-Afrika: Lejn Partenarjat Strateġiku' (L-Istrateġija Ewropea għall-Afrika), adottata mill-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta' Diċembru 2005,

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: 'Il-Konsensus Ewropew' (Il-Konsensus Ewropew fuq l-Iżvilupp)) iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2005(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), fuq in-naħa l-waħda, u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(2), kif emendat bil-Ftehim li emenda l-Ftehim ta' Partenarjat, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005(3) (il-Ftehim ta' Cotonou), b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

−   wara li kkunsidra l-Istrateġija ta" l-UE biex tiġġieled l-akkumulazzjoni illeċita ta" u t-traffikar ta" armi żgħar u ħfief (SALW) u l-munizzjon tagħhom, adottata mill-Kunsill ta" l-Ewropew tal-15 u tas-16 ta" Diċembru 2005,

−   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ġġib l-isem 'Strateġija għall-Afrika:Partenarjat politiku reġjonali ta' l-UE għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp fil-Qarn ta' l-Afrika' (COM(2006)0601),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu fuq Darfur, b'mod partikulari dawk tal-15 ta' Frar 2007(4), tat-28 ta' Settembru 2006(5), tas-6 ta' April 2006(6), tat-23 ta' Ġunju 2005(7) u tas-16 ta' Settembru 2004(8),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1706(2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tipproponi forza ta' 22,000 ruħ għaż-żamma tal-paċi f'Darfur,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim għall-Paċi f'Darfur iffirmat f'Abuja, in-Niġerja, fil-5 ta' Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà li tindirizza l-impatt tal-gwerra fuq in-nisa u l-Protokoll ta' Maputo dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika tas-26 t'Ottubru 2005;

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU għad-Drittijiet tat-Tfal, li torbot u hi applikabbli mingħajr eċċezzjoni,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-12-13 ta' Frar 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar is-Somalja(9),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' l-14-15 ta' Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar is-Sudan/Darfur tal-5 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar l-effettività ta' l-għajnuna u l-korruzzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw(10),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0146/2007),

A.   billi, fit-Tieni Laqgħa Għolja bejn l-UE u l-Afrika, li għandu jsir f'Liżbona fl-2007, il-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern għandhom japprovaw Strateġija Konġunta UE-Afrika li tirrappreżenta l-impenn ta' l-UE li tittrasforma l-Istrateġija ta' l-UE dwar l-Afrika fi Strateġija Konġunta UE-Afrika; billi l-Parlament Ewropew sa issa għadu ma ġiex inkluż fil-konsultazzjoni,

B.   billi il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni imsemmija hawn fuq rigward l-is'trateġija għall-Afrika tibni fuq il-kunċett tal-kwistjonijiet tas-sigurtà u l-iżvilupp li huma marbutin ma' xulxin, u tistqarr li ma hemmx żvilupp mingħajr paċi dejjiema u li ma hemmx paċi dejjiema mingħajr żvilupp, u tkompli bil-għan li sservi ta' gwida fil-formulazzjoni ta' dokumenti dwar l-Istrateġija tal-Pajjiżi u r-Reġjuni,

C.   billi l-Istrateġija Ewropea dwar l-Afrika għandha l-għan li tibni qafas komprensiv u għat-tul għar-relazzjonijiet ta' l-UE mal-kontinent Afrikan, bil-għan ewlieni jkun il-kisba ta' l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp għall-Millennju (MDGs) u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u governanza tajbal-governanza tajba fl-Afrika,

D.   billi l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou jipprovdi qafas għat-tmexxija ta' djalogu politiku dwar kwistjonijiet politiċi speċifiċi ta' tħassib reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali għall-partijiet, u jistipula li politika fuq bażi wiesgħa li twassal għall-paċi u tevita, tikkontrolla u ssolvi konflitti vjolenti għandu jkollha rwol prominenti f'dan id-djalogu,

E.   billi l-Artikolu 11 tal-Ftehim ta' Cotonou bl-isem 'Politika li ssaħħaħ il-paċi, li tevita l-konflitti u ssolvihom' jistipula li l-partijiet għandhom ifittxu politika integrata u komprensiva li ssaħħaħ il-paċi u tevita u ssolvi l-konflitti, b'fokus partikulari fuq il-bini ta' entitajiet reġjonali, sotto-reġjonali u nazzjonali,

Id-dimensjoni tas-sigurtà

F.   billi l-Qarn ta' l-Afrika huwa wieħed mir-reġjuni fid-dinja fejn jistgħu jinqalgħu konflitti mix-xejn, minbarra li hu wieħed mill-ifqar reġjuni b'nuqqas sistematiku ta' sigurtà fejn il-kunflitti u l-kriżijiet politiċi jrewħu u jkebbsu lil xulxin, b'relazzjonijiet diffiċli bejn l-istati, bi fruntieri instabbli, missielta, sottożviluppati u nieqsa mis-sigurtà, bi stati li jipprovdu rifuġju, bażijiet ta' difiża, għajnuna militari u rikonoxximent diplomatiku lil gruppi mdaħħla fi gwerer fi stati ġirien,

G.   billi l-għeruq tal-kunflitti x'aktarx jinbtu mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, min-nuqqas ta' demokrazija, mill-iggvernar ħażin u l-korruzzjoni, mit-tensjonijiet etniċi, mill-amministrazzjoni ineffiċjenti, mill-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-drogi u l-armi u mit-tixrid illegali u bla rażan ta' armi żgħar u leġġeri, kif ukoll mill-faqar, min-nuqqas ta' impjieg u mill-inġustizzji soċjali, ekonomiċi u politiċi, u min-nuqqas ta' ugwaljanza, miż-żieda mgħaġġla fil-popolazzjoni u mill-immaniġġjar ħażin u/jew l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali,

H.   billi l-kunflitti fil-Qarn ta' l-Afrika ħadu dimensjoni reġjonali minħabba l-indħil ta' pajjiżi ġirien u pajjiżi oħra, kif ukoll minħabba dimensjoni internazzjonali li dejjem aktar qed titwessgħa,

Oqfsa reġjonali u fatturi esterni

I.   billi l-Awtorità Intergovernmentali fuq l-Iżvilupp (IGAD) hija parti ewlenija mill-arkitettura politika u tas-sigurtà u kruċjali biex ikun evitat il-kunflitt fil-Qarn u hija l-unika organizzazzjoni sotto-reġjonali li tagħha s-Somalja hija membru,

J.   billi l-Unjoni Afrikana (AU) qiegħda tiżviluppa l-kapaċitajiet biex tidħol għall-medjazzjoni tal-gwerer u ż-żamma tal-paċi u billi l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika hija waħda mill-aspetti l-iktar tanġibbli tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-AU,

Dimensjonijiet ta' l-iżvilupp

K.   billi l-instabilità kronika tar-reġjun ixxekkel l-iżvilupp politiku, soċjali u ekonomiku tiegħu u tirrappreżenta wieħed mill-impedimenti ewlenin fil-kisba ta' l-MDGs,

L.   billi l-pajjiżi tal-Qarn ta' l-Afrika jappartjenu għal organizzazzjonijiet u inizjattivi ekonomiċi reġjonali differenti bħal ma huma l-Komunità ta' l-Afrika tal-Lvant (EAC)(11) , is-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA)(12) u l-Inizjattiva tal-Baċin tan-Nil(13),

M.   billi l-problemi tar-reġjun jiħraxu minħabba l-impatt reġjonali taż-żieda fil-popolazzjoni, tal-bidla fil-klima u l-pressjoni li dawn iġibu fuq ir-riżorsi naturali, il-biċċa kbira żejt, kif ukoll minħabba t-twegħir li jiġi mit-taqtigħa għar-riżorsi ta' l-ilma tan-Nil u l-proporzjon kbir ta' raħħala nomadiċi, aktar marbuta etnikament u lingwistikament milli skond il-fruntieri politiċi, li huma fost l-iżjed gruppi marġinalizzati fir-reġjun,

N.   billi l-mard li għandu x'jaqsam mal-faqar, l-aktar l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi (TB) u l-malarja, huma kawża ewlenija kif ukoll konsegwenza tal-faqar konsiderevoli li hemm fir-reġjun,

O.   billi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tar-reġjun anqas minn 50% tat-tfal huma rreġistrati fl-iskejjel primarji,

P.   billi n-nisa u t-tfal huma l-iktar nies vulnerablli waqt il-kunflitti u faċilment ikunu esposti għal kwalunkwe tip ta' vjolazzjoni ta' drittijiet bażiċi tal-bniedem, inkluża l-vjolenza, l-istupru etniku, it-tortura u l-mutilazzjoni ġenitali, u huma jsofru minn mard iktar mill-irġiel u huma mċaħħda mill-aċċess għall-edukazzjoni u r-riżorsi naturali;

1.  Jiddeplora l-fatt li la l-Parlament Ewropew, la l-parlamenti tal-pajjiżi Afrikani, la l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-EU u lanqas ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili ma kienu ġew kkonsultati kif jixraq fl-ebda stadju tal-ħidma fuq l-Istrateġija UE-Afrika, li jqajjem dubji dwar il-leġittimità demokratika ta' l-impenn komuni;

2.  Ifakkar li l-kunċett ta' xejra sostenibbli biex tkun stabbilita l-paċi dejjiema fil-Qarn ta' l-Afrika jeħtieġ l-għaqda ta' l-istrumenti u l-oqfsa legali kollha dwar l-Afrika li jeżistu fl-UE; jitlob għall-implimentazzjoni sħiħa ta' l-Artikoli 8 u 11 tal-Ftehim ta' Cotonou;

Id-dimensjoni tas-sigurtà

3.  Jenfasizza li l-kunflitti fil-Qarn ta' l-Afrika għandhom ikunu indirizzati mill-aspett komprensiv u reġjonali biex tkun tista' ssir il-formulazzjoni ta' rispons komprensiv għas-sistemi dinamiċi u ta' kunflitti fir-reġjun;

4.  Hu tal-fehma li l-azzjoni ta' l-UE dwar il-Qarn ta' l-Afrika m'għandhiex tkun biss dwar it-tħassib għas-sigurtà imma wkoll dwar il-kawżi strutturali tal-kunflitti li għandhom x'jaqsmu esklużjoni soċjali, politika u ekonomika, kif ukoll mat-tisħiħ tas-sigurtà u l-ġustizzja;

5.  Jenfasizza li filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' sigurta u jkomplu bil-politiki kontroterroristiċi, l-UE ma tridx tinsa d-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja; Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikxfu u jirrappurtaw kwalunkwe "rendizzjonijiet internazzjonali" ta" persuni arrestati fir-reġjun suspettat minn terroriżmu;

6.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi sodi kontra l-impunità fir-reġjun, kontra t-traffikar ta" l-armi, kontra l-abbużi fuq id-drittijiet tal-bniedem, kontra l-vjolazzjonijiet tal-waqfien mill-ġlied u kontra l-attakki fuq nies ċivili, fuq dawk li jżommu l-paċi u fuq il-ħaddiema umanitarji u jappoġġjaw l-involviment tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC);

7.  Jenfasizza li paċi fuq żmien twil fil-Qarn ta" l-Afrika ser tiddependi wkoll mill-impenn ta" l-UE għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun; jistieden lill-UE biex pubblikament tikkundanna r-reġimi ripressivi f'dan ir-reġjun; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar ir-reazzjoni ripressiva fl-Etjopja – is-siġġu ta" l-Unjoni Afrikana – kontra l-kapijiet ta" l-oppożizzjoni, ġurnalisti, attivisti għad-drittjiet umani u nies ordinarji li kien hemm minn mindu saru l-elezzjonijiet imbagħbsa fl-2005;

L-approċċ reġjonali biex tinbena l-paċi

8.  Isejjaħ għall-konsolidament tal-preżenża ta' l-UE fir-reġjun bil-ħatra ta' rappreżentant ta' l-UE għall-Qarn ta' l-Afrika, li tkun persuna li jkollha f'idejha l-koordinazzjoni ta' l-inizjattivi ta' l-UE fir-reġjun u li sservi ta' interlokutur ewlieni ta' l-UE għall-istati kollha tal-Qarn ta' l-Afrika u tressaq rapporti regolari lill-Parlament;

9.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħmlu aktar progress fl-istabbiliment ta' Delegazzjoni ta' l-UE għall-Unjoni Afrikana fl-Etjopja, mad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fl-Etjopja;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jibdew proċess ta' konsultazzjoni ma' dawk li għandhom interess fir-reġjun, bħan-NU, l-AU, l-IGAD, il-Lega ta'l-Istati Għarab, l-Istati Uniti u ċ-Ċina, dwar l-inizjattiva biex issir Konferenza Komprensiva għas-Sigurtà, il-Paċi u l-Iżvilupp li tittratta fl-istess waqt dan it-tħassib dwar is-sigurtà ta' l-Istati kollha tal-Qarn ta' l-Afrika; jirrimarka li inizjattiva bħal din għandha sservi bħala punt tat-tluq biex jiġu varati miżuri li jgħollu l-moral għall-popolazzjonijiet u fl-Istati tar-reġjun;

11.  Jemmen bil-qawwa kollha li, fost l-isforzi biex tindirizza l-kriżi tar-reġjun tal-Qarn ta' l-Afrika, l-UE għandha l-ewwel u qabel kollox tfittex soluzzjonijiet Afrikani, jiġifieri, li jinkisbu bl-intervent ta' l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-post, l-AU u l-IGAD; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jissaħħu dawn l-organizzazzjonijiet billi jinbnew il-kapaċitajiet u l-istituzzjonijiet, b'mod partikulari bis-saħħa tal-Faċilità tal-Paċi għall-Afrika, għal dawk li huma l-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti;

12.  Ifakkar li biex ittejjeb il-kapaċità ta' l-Afrika li tevita, tikkontrolla u ssolvi l-kunflitti Afrikani, hemm bżonn miżuri konkreti biex jgħinu l-implimentazzjoni ta' l-Aġenda dwar il-Paċi u s-Sigurtà ta' l-AU, billi jipprovdu għajnuna teknika, esperti u assistenza lill-Forza Afrikana ta' Stennija u lid-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Kummissjoni ta' l-AU;

13.  Ifakkar l-irwol importanti ta' inizjattivi reġjonali bħall-African Peer Review Mechanism biex irażżnu l-korruzzjoni u jippromwovu governanza tajba; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi Afrikani jimplimentaw dawn l-inizjattivi u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu assistenza teknika u finanzjarja għal dan il-għan;

14.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu strument internazzjonali li jkun jorbot legalment biex jiġu traċċati u mmarkati armi żgħar u ħfief (SALW) u munizzjon u biex jappoġġjaw inizjattivi reġjonali li jikkumbattu l-kummerċ illegali fl-armi żgħar u ħfief u l-munizzjon fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

15.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-UNICEF li organizzat Konferenza Internazzjonali f'Pariġi (5 u 6 ta" Frar 2007) dwar suldati tfal, u jenfasizza l-bżonn li jintemm l-isfruttar illegali u mhux aċċettabbli ta' tfal f'kunflitti armati;

16.  Jenfasizza l-bżonn li jintemm il-kummerċ illegali ta" armi żgħar u ħfief u li jsiru kontrolli aktar stretti dwar iċ-ċirkulazjoni tagħhom; jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni fit-6 ta" Diċembru 2006 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU ta" riżoluzzjoni intitolata: Lejn Trattat dwar il-Kummerċ ta" l-Armi: l-istabbiliment ta' standards komuni internazzjonali dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex isaħħu l-inizjattivi eżistenti dwar id-Diżarm, id-Dimobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni (DDR) u l-inizjattivi dwar ir-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u jestenduhom għal pajjiżi/reġjuni oħrajn;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li jrawwem l-irwol li jista' jkollhom l-NGOs, l-Organizzazzjonijiet Ibbażati fil-Komunità (CBOs), il-movimenti tal-bażi tas-sistema politika, u operaturi oħra li m'humiex ta' l-istat biex issaħħu l-paċi u jiġu evitati l-konflitti;

Id-Dimensjoni ta' l-iżvilupp/L-assi ta' l-integrazzjoni reġjonali

19.  Jenfasizza li l-għan li jitnaqqas il-faqar bil-kisba ta' l-MDGs u bit-tħaddim tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju għandu jkun prijorità u jkun rifless fil-politiki relevanti kollha ta' l-UE għar-reġjun, imma jemmen li l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millennju m'għandhomx jitqiesu bħala problema teknika li tinħall billi tipprovdi aktar flus bla ma tidentifika u tindirizza l-kawżi moħbija tal-faqar;

20.  Jemmen bis-sod li l-istati tal-Qarn ta' l-Afrika, minbarra l-problemi komuni tas-sigurtà, għandhom aġenda komuni ta' l-iżvilupp li teħtieġ sforzi komuni flimkien, kif ukoll il-mobilizzazzjoni tat-tmexxija politika u s-soċjetajiet f'dawn il-pajjiżi; jenfasizza l-fatt li dan it-tħassib jista' jkun indirizzat bis-sħiħ biss permezz ta' azzjonijiet konġunti sensittivi għall-kunflitt bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet komuni;

21.  Jenfasizza l-fatt li inizjattivi organizzati u koperazzzjoni reġjonali dwar kwistjonijiet ta' tħassib komuni bħall-migrazzjoni tar-rifuġjati, il-kontroll tal-fruntieri, is-sikurezza ta' l-ikel, ir-riżorsi naturali, l-enerġija, l-ambjent, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-ugwaljanza bejn is-sessi jistgħu jservu ta' bażi solida għal djalogu politiku pożittiv fost l-istati tal-Qarn ta' l-Afrika;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni xierqa lill-ħtiġijiet tar-reġjun meta tkun qiegħda tifformola kemm id-Dokumenti ta' l-Istrateġija Reġjonali u tal-Pajjiżi għall-pajjiżi ta' l-ACP kif ukoll id-Dokumenti ta' l-Istrateġija Tematika u l-Programmi ta' Azzjoni Annwali fl-Istrument ta' Koperazzjoni dwar l-Iżvilupp(14);

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi koordinazzjoni aħjar fost id-dipartimenti tagħha u l-Istati Membri, sabiex tarmonizza l-interventi f'oqsma bħall-Partenarjat ta' l-Infrastruttura bejn l-UE u l-Afrika u l-Inizjattiva ta' l-UE dwar l-Iggvernar u biex tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni f'dawn l-oqsma man-NU, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u partijiet internazzjonali oħrajn;

24.  Jessprimi t-tħassib tiegħu dwar previżjonijiet minn speċjalisti li jgħidu li l-Afrika, għalkemm tikkontribbwixxi mill-inqas għall-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett serra, ser iġġarrab l-iktar tisħin globali minħabba s-sotto-żvilupp u l-faqar; jenfasizza l-bżonn sabiex il-komunità internazzjonali tappoġġja r-reġjun sabiex dan ikun jinsab f'pożizzjoni aħjar biex jadatta għar-riperkussjonijiet ħorox tal-bidla fil-klima;

25.  Ifakkar li l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluża l-esplojtazzjoni ta' l-ilma u l-aċċess għal u l-użu ta' sorsi ta' enerġija għandhom jagħmlu sehem integrali mill-pjanijiet ta' żvilupp u mill-istrateġiji għall-ġlieda kontra l-faqar u biex jiġu evitati l-kunflitti fir-reġjun tal-Qarn ta' l-Afrika;

26.  Hu tal-fehma li jinħtieġ l-appoġġ ta' l-UE għall-programm dwar l-immaniġġjar sostenibbli ta' l-art u d-deżertifikazzjoni permezz ta' programm tematiku dwar l-ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli ta' riżorsi naturali, kif ukoll għall-Faċilità ta' l-Ilma bejn l-ACP u l-UE, sabiex jiżdied il-ħarsien ambjentali tar-riżorsi ta' l-ilma;

27.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifittxu li jsir djalogu maċ-Ċina, meta jitqies il-fatt li ċ-Ċina intensifikat l-involviment politiku u ekonomiku tagħha fl-Afrika, billi qiegħda tinvesti bil-qawwi fi proġetti ta' l-infrastruttura u l-iżvilupp f'pajjiżi bħas-Sudan;

28.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu lill-EAC, lill-COMESA u lill-Inizjattiva tal-Baċin tan-Nil biex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni dwar l-irwoli rispettivi tagħhom kif ukoll ma' l-istati tal-Qarn ta' l-Afrika u mal-partijiet ewlenin fir-reġjun; jenfasizza l-esperjenza pożittiva ta' l-EAC, tal-COMESA u ta' l-Inizjattiva tal-Baċin tan-Nil f'oqsma bħal-kontroll tal-fruntieri, l-isforzi tal-ġlieda kontra t-traffikar u t-tixrid ta' l-armi żgħar u leġġeri, l-Għaqda Doganali ta' l-EAC, il-promozzjoni tal-kummerċ u l-investimenti COMESA u l-koperazzjoni għall-użu sostenibbli ta' l-ilmijiet tal-Baċin tan-Nil;

29.  Jilqa' l-intenzjoni ta' l-UE li taħdem ma' sħab varji biex tindirizza l-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni, ir-refuġjati u l-persuni spustjati internament (IDPs) u l-proposta biex tipprovdi iżjed appoġġ biex tilqa' komunitajiet, stati u organizzazzjonijiet relevanti li jaħdmu fil-qasam biex iwaqqfu l-emigrazzjoni min-nofsinhar għan-nofsinhar u l-kriżi tar-refuġjati;

30.  Jikkunsidra li l-involviment tal-komunitajiet lokali fl-attivitajiet ekonomiċi, f'zoni rurali kif ukoll urbani, huwa ta' importanza kruċjali sabiex tkun approvata l-qagħda soċjo-ekonomika tagħhom fis-soċjetajiet ta' wara l-kunflitt;

31.  Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi (TB) u l-malarja, kif ukoll mard li jingħata l-ġenb u l-mutilazzjoni ġenitali femminili, għandha tkun fost l-istrateġiji ewlenin biex jinqered il-faqar u biex jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku fl-istati tal-Qarn ta' l-Afrika; jenfasizza li l-azzjoni ta' l-UE għandha tkun iddisinjata b'tali mod li tolqot il-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli;

Il-livell tal-pajjiżi
Is-Sudan

32.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jassumu r-responsabiltà sħiħa u jagħmlu kull sforz possibbli biex iħarsu l-poplu f'Darfur mid-diżastru umanitarju kkawżat mill-vjolazzjoni kontinwa tal-waqfien mill-ġlied mill-partijiet kollha, u b'mod partikulari mill-vjolenza diretta lejn il-popolazzjoni ċivili u mmirata lejn l-assistenza ċivili;

33.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward l-iżviluppi fid-Darfur u jitlob lill-Gvern tas-Sudan biex jipprevjeni talbiet mill-milizzja ta' Janjaweed; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi biex mingħajr aktar dewmien jiffaċilitaw it-twaqqif ta" forza internazzjonali konġunta bejn l-UA u n-NU fir-reġjun, u jappella għall-istabbiliment ta' data ta' bidu għat-twaqqif tagħha;

34.  Jiddeplora l-fatt li, skond is-sorsi tan-NU, tletin NGO u komponenti tan-NU ġew attakkati b'mod dirett minn gruppi armati, u tnax-il ħaddiem ta" l-għajnuna ġew maqtula, f'dawn l-aħħar sitt xhur;

35.  Jistieden lill-partijiet kollha biex jirrikonoxxu d-dmir li jirrispettaw il-liġi umanitarja u biex jiżguraw li jkun hemm aċċess sħiħ, sikur u bla xkiel għall-ħaddiema ta' l-għajnuna lin-nies kollha fil-bżonn f'Darfur u biex jiżguraw li tintbagħat għajnuna umanitarja, b'mod partikulari lir-refuġjati interni (IDPs);

36.  Isejjaħ biex issir l-implimentazzjoni tar-reġim ta' sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU permezz ta' sanzjonijiet ekonomiċi definiti, fosthom il-projbizzjoni tas-safar, l-iffriżar ta' l-assi u t-theddida ta' embargo fuq iż-żejt; isejjaħ biex jingħata t-tagħmir meħtieġ għall-infurzar taz-zona li fuqha ma jistax isir titjir ta' l-ajruplani f'Darfur, stabbilita bir-Riżoluzzjoni 1591 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

37.  Jenfasizza l-bżonn, u jappella għal implimentazzjoni minn kmieni tad-deċiżjoni mill-gvern tas-Sudan u n-NU rigward it-twaqqif ta" forza konġunta bejn l-UA u n-NU sabiex tiżdied is-sigurtà u titjieb il-protezzjoni ta' ċivili;

38.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, speċjalment lin-NU, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, liċ-Ċina, lill-Indja, lill-Lega ta' Stati Għarb u lill-UA, biex tvara taħditiet għall-paċi biex jittejjeb il-kontenut tal-Ftehim għall-Paċi f'Darfur u jsir aċċettabbli għall-partijiet kollha biex dawn aktar iħossu li l-Ftehim huwa tagħhom;

39.  Jenfasizza l-fatt li jekk ma jinstabx tarf tal-kunflitt f'Darfur, ikun hemm konsegwenzi serji mhux biss għar-reġjun ta' l-Afrika tal-Lvant imma wkoll għal zoni oħra ta' l-Afrika li huma relattivament iktar stabbli, bħall-Afrika Ċentrali u r-reġjun ta' l-Għadajjar il-Kbar;

40.  Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali sabiex ma tiffukax fuq il-kunflitt tad-Darfur biss u twarrab is-sitwazzjonijiet l-oħrajn ta' kunflitt fis-Sudan, u b'mod partikolari, biex tirrikonoxxi d-dgħufija tal-paċi fis-Sudan t'Isfel minħabba l-progress bil-mod li sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehima Komprensiva għall-Paċi (CPA) u l-livell għoli ta' riskju ta' distabbilizzazzjoni minħabba t-tensjonijiet Tramuntana-Nofsinhar, il-kunflitti inter-tribali u l-pussess kbir ta' armi fis-soċjetà;

Is-Somalja

41.  Jikkundanna l-intervenzjoni barranija fis-Somalja u jistieden lill-Gvern Etjopjan sabiex jirtira l-armata tiegħu mill-pajjiż; japprova t-twaqqif ta' forza għaż-żamma tal-paċi ta' l-UA taħt ftehima politika inklużiva bejn il-partijiet fil-kunflitt, li twassal għal ħolqien ta' gvern għall-unità nazzjonali li jkun jista' jgħaqqad dik il-parti ta' l-Unjoni tal-Qrati Iżlamiċi li hija miftuħa għall-proċess ta' paċi u r-rikonċiljazzjoni u l-mexxejja tal-gruppi li mhumiex parti mill-gvern preżenti;

42.  Hu tal-fehma li l-operazzjoni ta' l-AU għaż-żamma tal-paċi fis-Somalja, AMISOM, għandha tidħol fil-kwadru ta' proċess politiku usa' appoġġjat mill-popolazzjoni li jkollu mandat ċar, kapaċità tajba, għanijiet ċari u strateġija tat-tluq;

43.  Jilqa' l-appoġġ ta' l-UE għall-AMISOM imma jenfasizza li l-kontribut ta' l-UE għandu jkun ikkundizzjonat mill-ftuħ ta' djalogu politiku inklużiv u rikonċiljazzjoni mill-awtoritajiet tas-Somalja, li jindirizza fil-pront l-isfidi tar-rikonċiljazzjoni, it-twaqqif ta' l-istituzzjonijiet u l-miġja tal-paċi għall-poplu tas-Somalja;

44.  Jenfasizza l-irwol ċentrali ta' djalogu politiku li jinkludi lil kulħadd u li għandu jwassal għar-rikonċiljazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-pajjiż; jilqa' l-impenn tat-Gvern Federali Tranżitorju għas-Somalja li jsejjaħ konferenza wiesgħa għar-rikonċiljazzjoni (Kungress Nazzjonali għar-Rikonċiljazzjoni) li tinvolvi l-mexxejja tal-gruppi, tal-komunitajiet reliġjużi, tas-soċjetà ċivili, tal-komunitajiet tan-negozju u tal-politika; jirrimarka li t-triq għall-ġejjieni għandha tkun dik li tistabbilixxi gvern kredibbli li jinkludi lil kulħadd;

45.  Jitlob li jkun hemm evalwazzjoni mill-ġdid ta' l-irwol tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali tas-Somalja li jinvolvi lill-UE, l-Italja, ir-Renju Unit, in-NU, l-UA, l-IGAD, il-Lega ta' Stati Għarb, in-Norveġja, l-Istati Uniti, l-Kenja u t-Tanzania, li twaqqaf f'Mejju 2006 bħala forum għall-kordinazzjoni ta' l-attivitajiet tal-komunità internazzjonali fis-Somalia sabiex il-Grupp jiffoka l-isforzi tiegħu fuq kwistjonijiet ta' governanza u bini ta' istituzzjonijiet, għajnuna umanitarja lill-persuni spostati u lill-popolazzjonijiet fil-bżonn, u sabiex tittejjeb l-istabbilità reġjonali u s-sigurtà;

46.  Jistieden lit-TFG tas-Somalja jirrevoka l-Istat ta' emerġenza u jerġa jaħtar lill-ispeaker tal-Parlament bħala prekundizzjoni għall-implimentazzjoni tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali;

47.  Jenfasizza l-bżonn urġenti għat-TFG li jwaqqaf awtoritajiet rappreżentattivi għall-muniċipalitajiet ewlenin, inklużi Mogadishu u Kismaayo, sabiex jipprovdu stabbilità politika u jimmaniġġjaw is-sigurtà lokali għal żmien qasir, u sabiex jirrinunċjaw il-prinċipju ta' diżarmament bil-forza, speċjalment f'Mogadishu u minflok jinnegozjaw plan għal diżarmament voluntarju;

48.  Jikkunsidra li t-talba tas-Somaliland għall-indipendenza għandha tkun eżaminata fl-aġenda komplessiva dwar is-sigurtà tas-Somalja;

L-Etjopja

49.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern ta' l-Etjopja biex jikxef kemm hu l-għadd totali ta' persuni miżmuma fil-pajjiż kollu, biex iħalli li jsiru żjarat mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u biex il-persuni miżmuma jkollhom aċċess għall-familji tagħhom, għal parir legali, u għal kwalunkwe kura medika li jkunu jeħtieġu, u wkoll li jeħles immedjatament u bla kundizzjoni lill-priġunieri politiċi kollha, jiġifieri, ġurnalisti, attivisti trejdunjonistiċi, difensuri tad-drittijiet umani, u ċittadini ordinarji, u biex jonora l-obbligazzjonijiet tiegħu fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u d-dritt ċivili;

50.  Jistieden lill-Etjopja biex taċċetta d-demarkazzjoni u d-delimitazzjoni tal-fruntieri tagħha kif imfassla mill-Kummissjoni tal-Fruntieri tan-NU;

L-Eritrea

51.  Iħeġġeġ il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jieħdu azzjoni mal-Gvern ta' l-Eritrea biex jeħles lill-priġunieri politiċi kollha, iressaq il-priġunieri li jkollhom akkużi speċifiċi biex ikollhom ġuri ġust u bla dewmien u jikxef il-post ta' detenzjoni ta' dawk li huma miżmuma f'ħabsijiet sigrieti;

52.  Iħeġġeġ lill-President ta" l-Eritrea biex iżomm kuntatti frekwenti mar-rappreżentanti ta" l-UE u mal-bosta ambaxxaturi ta" l-Istati Membri għall-Eritrea;

L-Uganda

53.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-proċess tal-paċi fl-Uganda tat-Tramuntana, bil-għan li l-partijiet kollha fil-kunflitt juru impenn ġenwin u kontinwu għall-proċess ta' paċi, jirrispettaw il-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ġlied u jwaqqfu l-propaganda ostili u xewwiexa;

54.  Isejjaħ biex jibda proċess reali ta' rikonċiljazzjoni, li fih jiġu rikonoxxuti dawk responsabbli għal reati tal-gwerra; jenfasizza l-irwol ċentrali tal-Qorti Kriminali Internazzjonali li tagħmel ħaqq minn dawk mixlija b'akkużi ta' reati tal-gwerra; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jappoġġjaw proċessi lokali għal ġustizzja alternattiva u biex isseħħ rikonċiljazzjoni fl-Uganda ta" Fuq kif ukoll bejn in-nies tat-Tramuntana u l-bqija tal-pajjiż;

o
o   o

55.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana u l-Awtorità Intergovernmentali fuq l-Iżvilupp (IGAD).

(1) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p.3.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p.27.
(4) Testi adottati, P6_TA(2007)0052.
(5) Testi adottati, P6_TA(2006)0387.
(6) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p.320.
(7) ĠU C 133 E, 8.6.2006, p. 96.
(8) ĠU C 140 E, 9.6.2005, p. 153.
(9) Testi adottati, P6_TA(2006)0322.
(10) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p.316.
(11) Il-membri ta' l-EAC huma: l-Uganda, il-Kenja u t-Tanzanija.
(12) Il-membri tal-COMESA huma: il-pajjiżi kollha fil-Qarn ta' l-Afrika bl-eċċezzjoni tas-Somalja.
(13) Il-membri ta'l-Inizjattiva tal-Baċin tan-Nil il-Burundi, DRC, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Kenja, l-Irwanda, is-Sudan, it-Tanzanija, u l-Uganda.
(14) Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p.41)


Evalwazzjoni ta' l-Euratom
PDF 399kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar l-evalwazzjoni ta' l-Euratom - 50 sena ta' politika ta' enerġija nukleari Ewropea (2006/2230(INI))
P6_TA(2007)0181A6-0129/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, iffirmat f'Ruma fil-25 ta' Marzu 1957 ("it-trattat Euratom),

–   wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat Euratom, li jfakkar fl-iskop inizjali tiegħu sabiex jistabbilixxi Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) "sabiex toħloq kundizzjonijiet għall-iżvilupp ta' industrija nukleari b'saħħitħa li ser tipprovdi riżorsi ta' enerġija estensivi, twassal għall-immodernizzar ta' proċessi tekniċi kif ukoll tikkontribwixxi, permezz tad-diversi applikazzjonijiet oħra, għall-prosperita' tal-popli",

–   wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u speċjalment is-sentenza tagħha ta' l-14 ta' Novembru 1978(1), u s-sentenza tagħha tat-22 ta' April 1999(2) u s-sentenza tagħha ta' l-10 ta' Diċembru 2002(3),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2007 imsejħa "Politika ta' l-Enerġija Komuni għall-Ewropa" (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejjaħ "Programm Indikattiv Nukleari - ippreżentat għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom",(COM(2006)0844),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-istrateġija Ewropea għal enerġija sostenibbli, kompetittiva u sikura - Green paper(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea(5),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għas-Sikurezza Nukleari u l-Assistenza fis-Sigurtà(6),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom ta' l-20 ta' Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart radjuattiv u fjuwil nukleari użat(7),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari (2007 sa 2011)(8),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1908/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati ta' riċerka (2007-2011)(9),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/976/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għall-attivitajiet ta' riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari (2007-2011)(10),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/977/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jiġi mwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari (2007-2011)(11),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 9 dwar l-impjant ta' enerġija nukleari Bohunice V1 fl-Islovakkja, kif annessa għall-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, iċ-Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja(12),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2005 dwar l-użu ta' riżorsi finanzjarji mmarkati għaż-żarmar ta' impjanti ta' l-enerġija nukleari(13),

–   wara li kkunsidra l-deliberazzjonijiet tas-smigħ pubbliku organizzat mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija dwar is-suġġett fl-1 ta' Frar 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0129/2007),

A.   billi, għalkemm it-Trattati kemm-il darba saritilhom reviżjoni bir-reqqa fid-dawl ta" ħtiġijiet u sfidi ġodda, it-Trattat Euratom ġie emendat darba biss f"50 sena storja(14) u fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ewlenin u s-sustanza ewlenija baqgħu kif kienu,

B.   billi, minkejja li t-Trattat Euratom ġie kemm kemm modifikat biss f'dawn l-aħħar 50 sena, ġab miegħu volum sostanzjali ta" leġiżlazzjoni sekondarja fuq l-istess perjodu ta" żmien u kien is-suġġett ta" numru konsiderevoli ta" sentenzi li ngħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li, pereżempju, wessgħu b'mod sostanzjali l-kamp ta' applikazzjoni oriġinali tat-Trattat Euratom,

C.   billi t-Trattat Euratom introduċa standards ta" sikurezza stretti għall-immaniġġjar ta" elementi u skart ta" fjuwil radjoattiv fl-Unjoni Ewropea, huwa jistabbilixxi standards ta" sikurezza uniformi għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku, kif ukoll proċeduri għall-implimentazzjoni ta" dawn l-istandards, u jopponi kull proliferazzjoni ta" materjal nukleari għal skopijiet militari,

D.   billi t-Trattat Euratom joffri qafas legali komprensiv u koerenti għall-użu ta' l-enerġija nukleari fl-Ewropa skond kundizzjonijiet sikuri għall-benefiċċju ta' l-Istati Membri kollha,

E.   billi bosta Stati Membri qatt ma żviluppaw għażla nukleari, oħrajn għandhom politika għal irtirar gradwali u oħrajn għadhom qed ikomplu jappoġġjaw is-settur nukleari tagħhom,

F.   billi, fl-abbożż tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa (it-Trattat Kostituzzjonali), il-Konvenzjoni pproponiet li t-Trattat Euratom għandu jkun isseparat mill-istruttura legali tal-Kostituzzjoni futura; billi l-Konvenzjoni, fil-ħidma tagħha dwar il-futur ta" l-Unjoni Ewropea u l-iffirmar tat-Trattat Kostituzzjonali, żammet id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom fl-istat attwali f'forma ta" protokoll anness,

G.   billi l-Ġermanja, l-Irlanda, l-Awstrija, l-Unġerija u l-Iżvezja żiedu dikjarazzjoni mat-Trattat Kostituzzjonali li tgħid li d-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat Euratom jeħtieġ li jiġu aġġornati u jappellaw biex titlaqqa" "kemm jista" jkun malajr" konferenza għal reviżjoni,

H.   billi t-tkabbir reċenti saħħaħ id-diversità tat-territorju ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l-enerġija nukleari u l-ħtieġa ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam nukleari,

I.   billi l-50 anniversarju tat-Trattat Euratom jipprovdi lill-Parlament opportunità li jikkunsidra l-kontenut u r-relevanza tiegħu u jesprimi t-tħassib tiegħu li d-dispożizzjonijiet prinċipali tat-Trattat Euratom ma ġewx emendati minn meta daħal fis-seħħ 50 sena ilu,

J.   billi dawn ir-riflessjonijiet dwar il-permanenza tat-Trattat Euratom ma jistgħux jiġu diżassoċjati mill-għanijiet li l-Kummissjoni qed tipprova tilħaq favur politika Ewropea ta' l-enerġija li hija aktar sikura, aktar sostenibbli, aktar kompetittiva u tikkontribwixxi fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima, kif stabbilit reċentement mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2007 hawn fuq imsemmija,

50 Sena tat-Trattat Euratom

1.  Jinnota li mill-1957 u mill-iffirmar tat-Trattat Euratom, l-Unjoni Ewropea hija fuq quddiem nett fid-dinja fl-industrija nukleari u waħda mill-parteċipanti ewlenin tar-riċerka nukleari fl-oqsma tal-fissjoni u tal-fużjoni termonukleari kkontrollati; jinnota li l-industrija Ewropea hija preżenti fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari kollu u żviluppat teknoloġiji lokali, li uħud minnhom, bħall-arrikiment permezz ta' ultraċentrifugazzjoni, huma r-riżultat ta' sħubiji fil-livell Ewropew;

2.  Jinnota li l-kontroll kważi totali taċ-ċiklu tal-fjuwil ta' l-industrija nukleari ta' l-Unjoni Ewropea joffri lill-Unjoni, f'dan iż-żmien ta' dibattitu dwar id-dipendenza fuq l-enerġija, garanziji ta' indipendenza industrijali u teknoloġika, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-arrikkiment tal-fjuwil;

3.  Jinnota li grazzi b'mod partikulari għat-Trattat Euratom, l-enerġija nukleari fl-aħħar ta' l-2006 kienet qed tipproduċi minn 152 reattur fi 15 -il Stat Membru, 32% ta' l-enerġija elettrika fl-Ewropa li jfisser, l-ikbar sehem ta' enerġija elettrika li ma tipproduċix karbonju fl-Unjoni Ewropea u hija wieħed mis-sorsi l-aktar kompetittivi tagħha, b'tali mod li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika ta' l-enerġija Ewropea, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2007 imsemmija hawn fuq;

4.  Jirrimarka li f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, li l-Kummissjoni, fil-Green Paper tagħha "Lejn Strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-forniment ta' l-enerġija" (COM(2000)0769) stmat li l-enerġija nukleari fl-2010 tista' tiffranka aktar minn 300 miljun tunellata ta' emmissjonijiet ta' CO2, "l-ekwivalenti ta' l-emmissjonijiet ta' CO2 prodotti minn madwar 100 miljun karozza"; ifakkar li, fl-Anness I tal-Komunikazzjoni tagħha ta' l-10 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni qieset li l-enerġija nukleari hija l-inqas sors ta' enerġija li tipproduċi karbonju wara l-enerġija prodotta mir-riħ 'il barra mill-kosta u l-enerġija idroelettrika prodotta fi skala żgħira;

5.  Jinnota li l-pajjiżi fundaturi tal-Euratom stipulaw serje ta' dispożizzjonijiet f'għaxar kapitoli bil-mira li jillimitaw b'mod strett l-iżvilupp ta' l-enerġija nukleari fi ħdan il-Komunita', u li dawn id-dispożizzjonijiet xorta għadhom japplikaw u huma msaħħa b'mod kontinwu hekk kif il-leġiżlazzjoni hija adottata fuq il-bażi tat-Trattat Euratom u jwettqu kontribuzzjoni importanti għall-operazzjoni sikura tal-faċilitajiet nukleari fl-Ewropa;

6.  Jinnota li l-kunsens ta' l-1957 dwar l-enerġija nukleari ma' għadux jeżisti bejn l-Istati Membri;

7.  Jinnota li l-aspettattivi fir-rigward ta" l-enerġija nukleari, għal liema, it-Trattat Euratom ta' espressjoni ħamsin sena ilu, inbiddlu; jinnota li fil-preżent dawk l-aspettattivi iktar jirrelataw mal-bżonn li jkun hemm, f'forma tat-Trattat Euratom, qafas legali sod biex imexxi s-superviżjoni ta" l-użu ta" l-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u biex jipprovdi qafas għall-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta" pajjiżi li jużaw l-enerġija nukleari, permezz tat-traspożizzjoni ta" l-acquis communautaire ta" l-Euratom; jirrikonoxxi li kapitoli sinifikanti fit-Titolu II tat-Trattat Euratom ippermettew il-ħarsien tal-pubbliku, tal-ħaddiema u ta" l-ambjent minn radjazzjoni ijonizzata (Kapitolu III), l-iżvilupp ta" riċerka fl-oqsma ta" l-immaniġġjar ta" l-iskart u tas-sikurezza ta" l-impjanti (Kapitolu I) u biex jiġu implimentati salvagwardji fir-rigward ta" materjali fissili fl-Ewropa (Kapitolu VII);

8.  Jinnota li attivitajiet inizjali ta' riċerka kienu fil-bidu żviluppati skond il-qafas tat-Trattat Euratom (Kapitolu I), u li dan wassal ukoll għall-ħolqien taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt, l-ewwel stabbiliment tar-riċerka ta' l-UE; iħeġġeġ sabiex ikun hemm inklużjoni ta' programm dwar ir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fil-baġit tal-programm ġenerali ta' qafas dwar ir-riċerka u suġġett għall-istess skrutinju u dmir ta' responsabbiltà pubblika bħall-programmi l-oħra kollha ta' riċerka;

9.  Iqis li l-leġiżlazzjoni żviluppata skond il-Kapitolu III tat-Trattat Euratom (dwar il-protezzjoni tas-saħħa) għandha tibqa' taħt ir-responsabbiltà ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura li l-istandards bażiċi għall-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali jkunu applikati u estiżi sabiex jinkludu l-ambjent, u li tqis b'mod evoluttiv ir-riżultati ta' studji xjentifiċi internazzjonali;

10.  Jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni mhux limitat għar-reġjuni fejn joperaw impjanti nukleari imma jinkludi wkoll il-protezzjoni ta' l-Isati Membri tal-viċinanza u tal-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, b'riżultat ta' kontrolli kontinwi fuq l-iskariki ta' skart radjuattiv u fuq l-adozzjoni ta' regoli dwar it-trasferiment ta' fjuwil u skart radjuattiv użat, dwar il-protezzjoni tal-katina alimentari, u dwar l-emerġenzi radjuloġiċi;

11.  Jinnota li l-Kapitolu IV tat-Trattat Euratom (dwar l-investiment) kien imfassal sabiex jikseb informazzjoni dettaljata, fil-livell Komunitarju, dwar pjanijiet ta' investiment mill-Istati Membri;

12.  Mandankollu, jinnota li meta kienu ppubblikati l-Programmi Nukleari Illustrattivi (PINCs) tagħha, il-Kummissjoni ma għamlitx evalwazzjoni reali tal-ħtiġijiet ta' l-investiment nukleari b'mod partikulari fir-rigward tal-problemi ta' sigurtà tal-forniment ta' l-enerġija fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-kompetittività ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-qawmien mill-ġdid madwar id-dinja ta' l-industrija nukleari;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon, madanakollu, l-ezistenza fit-Trattat Euratom tar-rekwiżit li jipprovdi dettalji ta' kwalunkwe investiment ġdid fl-Ewropa fil-kamp nukleari, u li għalhekk jippermettilu li jkollu mappa sħiħa ta' l-attivitajiet nukleari fl-Unjoni Ewropea - rekwiżit speċifiku għall-industrija nukleari Ewropea;

14.  Iqis li l-intraprizi konġunti (Kapitolu V tat-Trattat Euratom) riedu jkunu strumenti ta' valur għall-implimentazzjoni ta' politiki pubbliċi b'mod partikulari fil-qasam tar-riċerka, fejn dan l-istrument legali kien użat f'numru ta' okkażjonijiet, b'mod partikulari bit-twaqqif tat-Torus Ewropew konġunt f'Culham fl-1978 u, iktar riċenti, l-introduzzjoni ta' l-Entità Legali Ewropea sabiex jiġi implimentat il-proġett Reattur Internazzjonali Termonukleari Sperimentali (ITER);

15.  Iqis li t-Trattat Euratom għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, bil-ħolqien ta' Aġenzija (Kapitolu VI) responsabbli mill-provvediment għall-utenti fi ħdan l-Unjoni bi qbil mal-prinċipju ta' aċċess ugwali ta' materjali, strument li huwa essenzjali f'dawn iż-żminijiet ta' inkwiet minħabba s-sigurtà ta' provvista ta' enerġija;

16.  Iqis li s-salvagwardji (Kapitolu VII) huma wieħed mis-suċċessi ewlenin ta' l-applikazzjoni tat-Trattat Euratom u jipprovdu lill-Kummissjoni bil-mezzi biex taċċerta l-istokks u l-movimenti ta' materjali nukleari fl-Unjoni Ewropea;

17.  Jinnota li dawn is-salvagwardji jipprovdu wkoll garanzija reali għal pajjiżi li jipprovdu materjali nukleari rigward l-użu ta' dawn il-materjali, filwaqt li jikkumplimentaw il-kontrolli ta' non-proliferazzjoni ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika (IAEA);

18.  Jinnota li fuq il-bażi tal-Kapitolu X tat-Trattat Euratom (dwar relazzjonijiet esterni), l-adeżjoni tal-Euratom f'numru ta' konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod partikulari mal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza ta' l-Immaniġġjar tal-Fjuwils Użati u dwar is-Sikurezza ta' l-Immaniġġjar ta' Skart Radjoattiv, ippermettiet lill-Kommunità sabiex tipparteċipa fl-isforz internazzjonali relatat ma' dawn il-kwistjonijiet u sabiex tippromwovi l-avvanzi importanti miksuba fl-Unjoni Ewropea;

19.  Ifakkar ukoll li fuq il-bażi tal-Kapitolu X tat-Trattat Euratom, il-Euratom ikkonkludiet numru ta' ftehim ta' koperazzjoni fl-oqsma tar-riċerka, ipparteċipat fi proġetti internazzjonali bħal Forum Internazzjonali Ġenerazzjoni IV dwar reatturi nukleari futuri u mexxiet negozjati internazzjonali dwar il-proġett ITER;

Dibattitu Istituzzjonali

20.  Jinnota li d-dispożizzjonijiet prinċipali tat-Trattat Euratom ma ġewx emendati minn meta daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1958;

21.  Jikkonferma li skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà hija r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi jekk jiddependix jew le fuq l-enerġija nukleari;

22.  Barra minn hekk jinnota li xi Stati Membri li jopponu b'mod miftuħ l-enerġija nukleari u ssieħbu mal-Komunitajiet (il-Komunità Ewropea u l-Euratom) qatt u bl-ebda mod ma kienu meħtieġa li jiżviluppaw enerġija nukleari fit-territorju tagħhom; jinnota, b'mod xieraq, li għal bosta snin kien aċċettat li t-Trattat Euratom, fil-promozzjoni ta' l-enerġija nukleari, ma jimponi l-ebda obbligu, iżda jistabbilixxi qafas legali għall-użu ta' kulħadd;

23.  Jenfasizza li t-Trattat Euratom ma jfixkilx l-iżvilupp ta' suq intern ta' l-elettriku u, huwa inqas ta' ostakolu għall-moviment ħieles ta' prodotti, persuni u kapital; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-liġi ordinarja stabbilita mit-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewopea (Trattat KE) tapplika wkoll għal attivitajiet nukleari u jinnota, permezz ta" eżempju, li l-moviment ta" materjal, tagħmir u teknoloġiji nukleari ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea hu kopert minn regoli dwar is-superviżjoni ta" prodotti b'użu doppju, adottati fuq il-bażi tal-politika kummerċjali stabbilita fit-Trattat KE; iżid li l-leġiżlazzjoni tal-Euratom hi suġġetta għal-liġi tal-kompetizzjoni u għal regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat, kif hemm speċifikat fit-Titolu VI tat-Trattat KE; għalhekk, jikkonkludi li t-Trattat Euratom bl-ebda mod ma jikkostitwixxi qafas ta' protezzjoni għall-enerġija nukleari;

24.  Jinnota li t-Trattat Euratom għandu joffri lill-pajjiżi li għażlu l-alternattiva nukleari, l-istrumenti għall-iżvilupp tiegħu (proġetti konġunti, appoġġ għar-riċerka u żvilupp u self tal-Euratom), iżda jakkumpanja d-dispożizzjoni ta' dawn l-istrumenti b'qafas legali b'saħħtu (dwar il-ħarsien tas-saħħa, kontroll u provvista nukleari) sabiex l-Istati Membri li ma għażlux li jagħmlu proġett nukleari, jkunu assigurati għal darb'oħra;

25.  Ifakkar li l-qafas legali Euratom japplika wkoll, għall-ġid tal-Komunità, għal Stati Membri li ma jiġġenerawx enerġija nukleari iżda li għandhom reatturi nukleari għar-riċerka fit-territorju tagħhom u joffri lil Stati Membri bħal dawn strumenti (bħal riċerka Euratom u programmi ta' qafas għall-iżvilupp) li jippermettulhom li jirċievu fondi pereżempju fil-qasam tar-riċerka medika;

26.  Iqis li, irrispettivament mid-diversità ta" perspettivi dwar l-enerġija nukleari, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom li għenu biex tiġi evitata proliferazzjoni ta" materjali nukleari, u d-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-saħħa, is-sikurezza u l-prevenzjoni ta" kontaminazzjoni radjuattiva, kienu ta" benefiċċju kbir u għandhom jiġu kkoordinati b'reqqa mad-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza tat-Trattat KE;

Lacunae

27.  Jiddispjaċih li l-iżvilupp tas-setgħat tal-Parlament u b'mod partikulari l-estensjoni tagħhom sabiex jinkludu proċedura ta' kodeċiżjoni għall-adozzjoni tal-maġġoranza tal-leġiżlazzjoni Ewropea, ma ġiex ikkunsidrat mit-Trattat Euratom; iqis li, minkejja l-karatteristika teknika tat-Trattat Euratom, il-Parlament hu intitolat li jiġi involut formalment fit-testi li l-bażi legali tagħhom hi t-Trattat Euratom;

28.  Jara bħala evidenza ta" defiċit demokratiku mhux aċċettabbli l-fatt li l-Parlament hu kważi kompletament eskluż mill-proċess leġiżlattiv tal-Euratom u li hu kkonsultat biss u xejn iktar, fuq wieħed mill-għaxar kapitoli biss tat-Trattat Euratom;

29.  Iżda jinnota li l-Parlament huwa assoċjat permezz tal-Ftehima Interistituzzjonali, man-negozjati dwar is-seba' programm ta' qafas tal-Euratom għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2007 sa 2011) (Euratom 7FP); jinnota wkoll, fir-rigward tad-dokumenti li ġew ikkunsidrati reċentement fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (Euratom 7FP, id-direttiva dwar vjeġġi transkonfinali ta' skart radjuattiv u fjuwil użat, l-Istrument għall-Assistenza Nukleari, u oħrajn simili), li għalkemm il-proċedura titlob li l-Parlament ikun ikkonsultat biss, l-emendi magħmula mill-Parlament lit-testi tal-Euratom huma regolarment ikkunsidrati mill-Kunsill, parzjalment jew kollha; madankollu ma jikkunsidrax li dan jista' jitqies biżżejjed;

30.  Jenfasizza s-sinifikat ta' l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, fis-sens li hu joffri flessibilità - bħall-ħolqien ta' Strument għall-Koperazzjoni Nukleari - sabiex jittieħdu inizjattivi leġiżlattivi li fil-bidu ma kienux maħsuba fit-Trattat Euratom; jikkunsidra li hemm il-ħtieġa li jkun eżaminat kif l-Artikolu 203 jista' jintuża biex jiġu żviluppati inizjattivi ġodda u, possibiliment, biex isiru aġġustamenti għat-Trattat Euratom;

31.  Jiddispjaċih li hemm in-nuqqas ta' korp leġiżlattiv dwar standards armonizzati għas-sikurezza nukleari, għall-immaniġġjar ta' skart radjuattiv u għaż-żarmar ta' impjanti nukleari b'valur miżjud reali, partikularment paragunat mal-qafas internazzjonali eżistenti;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu mill-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet irregolati mill-IAEA (il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza ta' l-Immaniġġjar tal-Fjuwils Użati u dwar is-Sikurezza ta' l-Immaniġġjar ta' Skart Radjoattiv) u sabiex tqis l-evalwazzjonijiet, immexxija mill-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari (NEA) ta' l-OECD, dwar l-aktar prattiki nazzjonali avvanzati fil-qasam ta' l-immaniġġjar ta' skart radjuattiv; jinnota li inizjattivi miftiehma, bħal dawk meħuda mill-Assoċjazzjoni ta' Regolaturi Nukleari tal-Punent ta' l-Ewropa (WENRA), li għandhom l-għan li jiżviluppaw approċċ konġunt dwar is-sikurezza nukleari, huwa possibbli li jikkontribwixxu għal tfassil ta' bażi għal leġiżlazzjoni;

33.  Jinnota li, kif konfermat mis-sentenza msemmija hawn fuq tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-29/99 Kummissjoni v Kunsill, il-Kummissjoni għandha setgħat fil-qasam tas-sikurezza nukleari skond it-Trattat Euratom u li hija awtorizzata li tressaq proposti f'dan il-qasam;

Linji gwida għall-futur

34.  Iqis li t-Trattat Euratom, minkejja l-imperfezzjonijiet tiegħu, għalissa jibqa' qafas bażiku legali indispensabbli, kemm għall-Istati Membri li jridu jiżviluppaw l-industrija nukleari tagħhom, kemm għall-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn ħażna ta' armamenti protettivi legali għalihom infushom biss, għall-popolazzjonijiet tagħhom u għall-ambjent tagħhom;

35.  Itenni l-appell tiegħu biex titlaqqa" konferenza intergovernattiva biex twettaq reviżjoni komprensiva tat-Trattat Euratom, biex tħassar dispożizzjonijiet skaduti ta" dak it-Trattat, biex iżżomm ir-reġim regolatorju ta" l-industrija nukleari fuq livell ta" UE, biex fid-dawl ta" politika għall-enerġija moderna u sostenibbli tirrevedi d-dispożizzjonijiet li jibqa" u biex tinkorporadawk li huma relevanti f'kapitolu separat dwar l-enerġija;

36.  Jindika l-fatt li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom huma fiċ-ċentru tad-dibattitu dwar kwistjonijiet industrijali marbutin ma' l-Istrateġija ta' Liżbona u kwistjonijiet dwar l-enerġija (b'mod partikulari mill-aspett tal-forniment), fi żmien meta l-Unjoni Ewropea qed tipprova tiddefinixxi taħlita ta' għażliet għall-enerġija Ewropeja, b'użu inqas ta' karbonju, li tkun kompetittiva u kemm jista' jkun 'domestika';

37.  Itenni f'dan ir-rigward li bħalissa l-enerġija nukleari tipprovdi lill-Unjoni Ewropea bi 32% ta' l-elettriku tagħha, u li l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-10 ta' Jannar 2007 tqisha bħala waħda mis-sorsi prinċipali ta' l-enerġija ħielsa mis-CO2 fl-Ewropa, u t-tielet l-irħas fl-Ewropa, mingħajr l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż tas-CO2; jikkunsidra, għalhekk, li l-Unjoni Ewropea, b'konformità mat-Trattat Euratom, għandha tiddefendi t-tmexxija industrijali u teknika tagħha fir-rigward tal-qawmien mill-ġdid b'saħħtu minn parteċipanti oħra ta' l-attivitajiet nukleari tagħhom (ir-Russja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) u l-apparenza ta' parteċipanti ġodda fid-dinja fil-kamp nukleari (iċ-Ċina u l-Indja) li se jkunu l-kompetituri ta' l-Unjoni Ewropea għal perjodu medju ta' żmien;

38.  Iqis li l-assenza tal-qafas legali pprovdut mit-Trattat Euratom għandu jwassal għal nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-politika nukleari fl-Ewropa, li tkun pass lura għall-acquis communautaire, u żżid ir-riskju ta' l-inċertezza legali għas-27 Stat Membru kollha;

39.  Jistieden għall-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u l-istess kundizzjonijiet għal sorsi ta' enerġija differenti biex jiġu rispettati;

40.  Iqis li t-tħassir ta' kapitolu jew iktar mit-Trattat Euratom jew l-għaqda ta' ċerti dispożizzjonijiet fit-Trattat KE jiżbilanċjaw it-Trattat Euratom kollu kemm hu billi jdgħajfu s-superviżjoni ta' l-użu ta' l-enerġija nukleari fl-Ewropa; iżid li l-assenza ta' qafas legali koerenti jagħmilha aktar diffiċli għal Stati Membri futuri biex jadottaw l-acquis Euratom;

41.  Iqis li s-superviżjoni ta' l-użu ta' l-enerġija nukleari fl-Ewropa, fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi ħafna ta' dan is-sors ta' enerġija, teħtieġ iż-żamma ta' qafas legali dedikat bħat-Trattat Euratom, li għal 50 sena wera l-utilità tad-dispożizzjonijiet tiegħu kollha; iżid li l-inkorporazzjoni parzjali tiegħu f'kapitolu ipotetiku dwar 'L-enerġija' fit-Trattat KE ddgħajjef is-superviżjoni legali ġenerali ta' l-enerġija nukleari fl-Ewropa u tneħħi l-proċeduri speċifiċi ta' kontroll nukleari li llum jinsabu fit-Trattat Euratom;

42.  Iżda, jqis li b'mod jew ieħor it-Trattat Euratom jeħtieġ li ssirlu riforma;

43.  Iqis li, irrispettivament mill-possibiltà li jsiru aġġustamenti f'perjodu ta' żmien qasir, hija meħtieġa reviżjoni komprensiva tat-Trattat Euratom sabiex tagħmel tajjeb għall-iżbilanċ demokratiku u sabiex is-sikurezza komuni u l-kwistjonijiet dwar is-sigurtà jitpoġġew fiċ-ċentru ta' l-attivitajiet nukleari ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri tagħha;

44.  Jistieden għar-reviżjoni tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tat-Trattat Euratom, li jippermettu lill-Parlament li jkun involut mill-viċin fil-proċeduri leġiżlattivi fil-qasam nukleari u li jippermettulu li jikseb aktar trasparenza u biex jinkludi b'mod sħiħ liċ-ċittadini ta' l-Unjoni; għalhekk jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jindirizzaw id-defiċit demokratiku inerenti fit-Trattat Euratom u jestendu l-proċedura ta' kodeċiżjoni għal leġiżlazzjoni adottata skond it-Trattat;

45.  Iqis li dawn il-bidliet jistgħu jsiru permezz ta' l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, mingħajr ma jkun hemm tfixkil fl-istruttura u l-kontenut ġenerali tat-Trattat; jistieden lill-Kunsill biex iqis din il-possibilta';

46.  Jindika l-fatt li fil-kuntest ta' ħtieġa li tiġi aġġustata l-politika Ewropea għall-enerġija u sabiex tkun estiża l-ħajja ta' l-użu ta' l-impjanti ta' l-enerġija, hemm ħtieġa urġenti li tiġi mfassla fil-livell Komunitarju leġiżlazzjoni soda fl-oqsma tas-sikurezza nukleari, ta' l-immaniġġjar ta' skart radjuattiv u ta' ż-żarmar ta' impjanti nukleari, u li jittieħdu passi biex ikun żgurat li r-riċerka u l-iżvilupp li jippromwovu l-użu sikur ta' l-enerġija nukleari tingħata attenzjoni u appoġġ kemm jista' jkun; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-abbozzi relevanti tal-proposta leġiżlattiva tagħha u tressaq proposti ġodda għal direttivi dwar is-sikurezza ta' faċilitajiet nukleari, dwar immaniġġjar ta' l-iskart, u dwar l-għeluq u ż-żarmar ta' faċilitajiet nukleari li jqisu l-prinċipju li 'min iniġġes iħallas';

47.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jeżaminaw din il-kwistjoni kemm jista' jkun malajr u biex jaħdmu fuqha b'koperazzjoni mill-qrib mal-Parlament;

48.  Jitlob li jkun hemm programmi ta' tagħlim u ta' taħriġ f'livell Ewropew fil-qasam nukleari u ta' miżuri biex jiġi żgurat il-finanzjament ta' programmi ambizzjużi ta' riċerka, sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi fl-oqsma tal-fissjoni (sikurezza, immaniġġjar ta' l-iskart, reatturi futuri) u l-protezzjoni kontra r-radjazzjoni u sabiex tkun provduta l-manutenzjoni meħtieġa ta' l-enerġiji xierqa u r-riżorsi umani bil-għan li l-alternattiva nukleari tibqa' miftuħa fuq il-bażi ta' industrija Ewropea sostenibbli u kompetittiva;

49.  Jistieden għal mekkaniżmu Ewropew ta' koordinazzjoni ta' l-aħjar prattiki nazzjonali biex jipproteġi l-ħaddiema u l-pubbliku mir-radjazzjoni f'livell Ewropew sabiex jikkumplimenta l-armonizzazzjoni diġà miksuba f'dan is-settur bit-Trattat Euratom;

50.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tfassal regolarment, kif jipprovdi t-Trattat Euratom, PINCs li tabilħaqq jantiċipaw miri ta' produzzjoni nukleari u investiment, f'kuntest globali ta' żieda fil-kompetizzjoni f'dan is-settur, li għandhom iqisu wkoll l-għanijiet għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass bl-effett serra; jinnota f'dan ir-rigward li l-użu tas-sorsi l-oħra kollha ta' enerġija hija kwistjoni ta' kompetenza nazzjonali iżda li l-miri (xi drabi anke miri li jorbtu) huma xorta ffissati f'livell Komunitarju, bħal ma hu l-każ ta' enerġiji li jiġġeddu;

51.  Jistieden lill-Kunsill, filwaqt li jżomm f'moħħu l-objettiv tas-sigurtà tal-provvista u l-miri għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet CO2 , biex jiddefinixxi politika koordinata li tinkoraġixxi l-investiment, b'konformità sħiħa ma' rekwiżiti ta' sigurtà, immirati biex jestendu l-ħajja u jtejbu l-ħidma ta' reatturi eżistenti, kif ukoll ta' l-investiment f'kapaċitajiet ġodda;

52.  Jinnota l-inizjattiva tal-Kunsill li tikkunsidra li jitwaqqaf Grupp Ewropew f'Livell Għoli għas-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-immaniġġjar ta' l-iskart;

53.  Jilqa' l-inizjattiva li jitwaqqaf Forum Nukleari Ewropew biex jiffaċilita dibattitu f'livell għoli li jinvolvi lill-politiċi, lill-industrija u lis-soċjetà ċivili;

54.  Jistieden biex jiġi mġedded l-irwol ta' l-Aġenzija tal-Provvista Euratom u biex is-setgħat mogħtija lilha mit-Trattat Euratom jiġu użati bis-sħiħ; iqis li l-irwol għandu jitqies inqas min-naħa ta' nuqqas fl-uranju u minflok għandu jitqies min-naħa tal-kompetittività u sigurtà tal-provvisti, inkluża l-provvista ta' fjuwil nukleari manifatturat; iqis li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom jagħtuha l-mezzi biex tkun osservatriċi ta' l-enerġija xierqa fil-qasam nukleari, u għal dan l-iskop jinkuraġġixxi l-ħsieb attwali dwar titjib fl-istatus ta' l-Aġenzija tal-Provvista Euratom;

55.  Jistieden biex titkompla l-koperazzjoni internazzjonali intensa, li għaliha għamlet xogħol ta' tħejjija l-Euratom, u jistieden li jkun hemm tisħiħ ta' koperazzjoni ma' l-IAEA, sabiex jiġi evitat xogħol doppju fl-azzjonijiet rispettivi ta' din l-aġenzija u tal-Euratom, u sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni fl-oqsma tal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni, tas-sikurezza nukleari u ta' non-proliferazzjoni nukleari;

56.  Jistieden sabiex il-kollaborazzjoni internazzjonali dwar riċerka u żvilupp, bħal dwar il-proġett ITER jew fil-Forum Internazzjonali Ġenerazzjoni IV, titkompla f'livell għoli;

o
o   o

57.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Deċiżjoni fil-każ 1/78, ECR 1978, p. 2151.
(2) Każ C-161/97P, Kernkraftwerke Lippe-Ems Gmbh v. Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ECR 1999, p. I-02057.
(3) Każ C-29/99 Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v. Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ECR 2002, p. I-11221.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2006)0603
(5) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 112.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2006)0599.
(7) ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21.
(8) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Verżjoni rattifikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 21.
(9) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni rattifikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 4.
(10) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 403. Verżjoni rattifikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 139.
(11) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 433. Verżjoni rattifikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 149.
(12) ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 108.
(13) ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 117.
(14) Permezz tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea ffirmat f'Maastricht fis-7 ta" Frar 1992.


Il-protezzjoni ambjentali mir-radjazzjoni wara it-tiġrifa ta" inġenju ta' l-ajru militari fi Greenland
PDF 290kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tat-tiġrifa ta" Thule fl-1968 (Petizzjoni 720/2002) (2006/2012(INI))
P6_TA(2007)0182A6-0156/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-petizzjoni 720/2002,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat KE, li jagħti lil kull ċittadin ta" l-Unjoni d-dritt li jagħmel petizzjoni lill-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 194 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 107c tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 194 tat-Trattat KE, li jagħtu lil kull ċittadin ta" l-Unjoni, u lil kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, id-dritt li jindirizzaw, b'mod individwali jew flimkien ma" ċittadini jew persuni oħra, petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar kwistjoni li taqa" taħt wieħed mill-oqsma ta" attivitajiet tal-Komunità u li taffettwa lilu jew lilha direttament,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta" Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta" sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-ħsara li jirriżulta minn radjazzjoni jonizzanti(1),

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta" April 2005 u tad-9 ta" Marzu 2006 fil-Każijiet C-61/03 l-Kummissjoni v. ir-Renju Unit u C-65/04 l-Kummissjoni v. ir-Renju Unit,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0156/2007),

A.   billi jqis il-kwistjonijiet sostanzjali u l-problemi serji li qajjem il-petizzjonant u l-importanza vitali ta" l-objettiv li tkun protetta s-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent kontra l-perikli relatati ma" l-użu ta" l-enerġija nukleari, kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet,

B.   billi l-petizzjoni żvelat li ħaddiema u membri tal-pubbliku ġew affettwati minn radjazzjoni minn plutonju perikoluż ħafna użat għall-armi wara t-tiġrifa tal-B-52 ta" l-Istati Uniti li kien qed iġorr armi nukleari f'Thule fi Greenland fl-1968,

C.   billi ħafna minn dawk li baqgħu ħajjin wara t-tiġrifa ta" Thule mietu minn mard relatat mar-radjazzjoni minħabba nuqqas ta" monitoraġġ mediku, u dawk li baqgħu ħajjin sa llum huma f'riskju li jimirdu b'mard fatali bħal dan,

D.   billi l-monitoraġġ tas-saħħa ta" dawk li baqgħu ħajjin wara t-tiġrifa ta" Thule jiffaċilita l-iskoperta kmieni ta" mard mir-radjazzjoni u t-trattament tiegħu,

E.   billi l-Gvern Daniż wera l-intenzjoni tiegħu li jippromwovi trasparenza massima dwar l-operazzjoni ta" "tindif" wara t-tiġrifa ta" Thule,

F.   billi l-Artikolu 2(b) tat-Trattat Euratom jistqarr li l-Komunità għandha "tistabbilixxi standards ta" sikurezza uniformi sabiex tkun protetta s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali u sabiex ikun żgurat li huma jkunu applikati",

G.   billi l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ta" l-opinjoni li l-Kapitolu tat-Trattat Euratom dwar is-Saħħa u s-Sikurezza huwa "kumpless koerenti li jagħti poteri lill-Kummissjoni b'kamp ta" applikazzjoni konsiderevoli sabiex il-popolazzjoni u l-ambjent ikunu protetti kontra r-riskji ta" kontaminazzjoni nukleari"(2) u billi l-Qorti kienet ukoll favur interpretazzjoni wiesgħa tad-dispożizzjonijiet ta' dak il-Kapitolu sabiex "tkun żgurata l-protezzjoni konsistenti u effettiva tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw mir-radjazzjonijiet jonizzanti, ikun xi jkun is-sors tagħhom"(3),

H.   billi l-Kummissjoni u r-Renju tad-Danimarka rrifjutaw b'mod konsistenti li jirrikonoxxu l-applikabilità tat-Trattat Euratom u l-leġiżlazzjoni sekondarja adottati taħtu għall-effetti ta" wara tat-tiġrifa ta" Thule,

1.  Jinnota li, skond il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, regoli ġodda tal-liġi Komunitarja japplikaw, bħala kwistjoni ta" prinċipju, għall-effetti futuri ta" sitwazzjonijiet li ġraw qabel ma r-regola l-ġdida daħlet fis-seħħ;

2.  Jikkonkludi li t-Trattat Euratom kien applikabbli u jorbot immedjatament fuq ir-Renju tad-Danimarka mid-data tad-dħul tiegħu, bir-riżultat li huwa applika għall-effetti futuri ta" sitwazzjonijiet li ġraw qabel id-dħul tar-Renju tad-Danimarka fil-Komunitajiet;

3.  Josserva li t-Trattat Euratom applika għal Greenland għal tnax-il sena mid-dħul tad-Danimarka fl-1973 sad-dħul fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 1985, tat-Trattat li jemenda, fir-rigward ta" Greenland, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej; Madankollu, iqis li minħabba li dan it-Trattat m'għandu l-ebda effett retroattiv, ir-Renju tad-Danimarka jibqa" marbut bi kwalunkwe obbligu legali eżistenti relatat ma" ġrajjiet li seħħew fit-territorju ta" Greenland qabel l-1 ta" Jannar 1985 u, barra minn hekk, iqis li l-effetti ta" wara fuq is-saħħa tal-bniedem tat-tiġrifa ta" l-1968 m'humiex limitati għal Greenland, minħabba li jidher li ħafna mill-ħaddiema, inklużi ċittadini Ewropej, marru joqogħdu fl-art prinċipali tad-Danimarka minn dak iż-żmien;

4.  Jinnota l-każistika reċenti skond liema t-Trattat Euratom "mhux applikabbli għall-użu ta" l-enerġija nukleari għal skopijiet militari"(4); madankollu, iqis li l-Qorti tal-Ġustizzja rabtet b'mod ċar l-interpretazzjoni restrittiva tagħha għall-kamp ta" applikazzjoni tat-Trattat Euratom mal-ħtieġa li jkunu protetti l-interessi ta" difiża nazzjonali essenzjali ta" l-Istati Membri;

5.  Jinsisti li l-limitazzjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-kamp ta" applikazzjoni tat-Trattat Euratom m'għandhomx ikunu invokati sabiex ma tkunx applikata l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza f'sitwazzjonijiet fejn l-iskop militari allegat jikkonċerna Stat terz, fejn l-użu ta" l-enerġija nukleari jikser ftehim internazzjonali, u fejn l-unika rabta preżenti fattibbli ma" interess ta" difiża ta" Stat Membru hija li r-rilaxx ta" materjal nukleari seħħ fuq it-territorju tiegħu;

6.  Jinnota li l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 96/29/Euratom japplika għal każijiet ta" esponiment fit-tul li jirriżultaw mill-effetti ta" wara ta" emerġenza radjoloġika;

7.  Jistieden lir-Renju tad-Danimarka, f'koperazzjoni mill-qrib ma" l-awtoritajiet ta" Greenland, u f'konformità ma" l-Artikolu 38 tad-Direttiva, sabiex "iniedi miżuri ta" sorveljanza u ta" intervent" fir-rigward ta" l-effetti ta" wara tat-tiġrifa ta" Thule li qed jippersistu, u, f'konformità ma" l-Artikolu 53 ta" dik id-Direttiva, sabiex jagħmel "arranġamenti għall-monitoraġġ ta" l-esponiment" u sabiex jimplimenta "kwalunkwe intervent xieraq (...) filwaqt li jqis il-karatteristiċi reali tas-sitwazzjoni";

8.  Billi jqis li d-drittijiet fundamentali jiffurmaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, u filwaqt li jqis l-obbligi pożittivi mitluba mill-Artikoli 2 u 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jistieden lil dawk l-Istati Membri involuti f'attivitajiet perikolużi li jista" jkollhom konsegwenzi ħżiena moħbija fuq is-saħħa ta" dawk involuti f'tali attivitajiet, sabiex jiżguraw li tiġi stabbilita proċedura effettiva u aċċessibbli li tippermetti lil tali persuni jfittxu l-informazzjoni kollha rilevanti u xierqa;

9.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw u japplikaw id-Direttiva 96/29/Euratom mingħajr dewmien, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni serja kontra kwalunkwe nuqqas ta" twettiq ta" l-obbligi tagħhom f'dak ir-rigward;

10.  Jiddubita jekk ir-Renju tad-Danimarka wettaqx l-obbligi tiegħu kompletament skond id-Direttiva 96/29/Euratom fir-rigward tat-tiġrifa ta" Thule u l-effetti ta" wara tagħha;

11.  Jesprimi tħassib kbir bl-eżistenza attwali ta" lakuna fil-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta" l-użu ta" l-enerġija nukleari għal skopijiet militari;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta li tindirizza l-implikazzjonijiet vitali fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent ta" l-użu ta" l-enerġija nukleari għal skopijiet militari, sabiex timtela din il-lakuna;

13.  Iqis li d-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat Euratom ma ġewx emendati b'mod sostanzjali minn meta daħal fis-seħħ u jeħtieġ li jiġu aġġornati;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tad-Danimarka.

(1) ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.
(2) Każ 187/87 Saarland [1988] ECR 5013, paragrafu 11.
(3) Każ C-70/88 il-Parlament v il-Kunsill [1991] ECR I-4529, paragrafu 14.
(4) Każ C-61/03 il-Kummissjoni v. ir-Renju Unit [2005] ECR I-2477, "Jason Reactor", paragrafu 44.


Il-qasam tad-djar u l-politika reġjonali
PDF 255kWORD 89k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-qasam tad-djar u l-politika reġjonali (2006/2108(INI))
P6_TA(2007)0183A6-0090/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-regolamenti li jirregolaw il-fondi strutturali għall-perjodu 2007-2013,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006 dwar l-istrateġija tematika dwar l-ambjent urban(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar id-dimensjoni urbana fil-kuntest tat-tkabbir(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-12 ta" Frar 2001 dwar il-kwalità ta" l-arkitettura fl-ambjent urban u rurali(3),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Il-politika tal-koeżjoni u l-ibliet: il-kontribut ta" l-ibliet għat-tkabbir u għall-impjiegi fir-reġjuni" (COM(2006)0385),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban" (COM(2005)0718),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2005: l-Effiċjenza fl-Użu ta' l-Enerġija jew li jsir aktar b'inqas (COM(2005)0265),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Bristol tas-7 ta" Diċembru 2005 li ssemmi, fost it-tmien karatteristiċi ta" belt sostenibbli, ambjent urban maħsub u mibni b'mod tajjeb,

–   wara li kkunsidra l-Karta Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, verżjoni riveduta (STE 163), iffirmata fi Strasburgu fit-3 ta' Mejju 1996,

–   wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar il-politika tad-djar adottata mill-Intergrupp għad-Djar Urbani fis-26 ta' April 2006,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Vancouver dwar Kolonji Umani, li ġiet ippubblikata waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kolonji Umani (Habitat 1) li saret bejn il-31 ta" Mejju u l-11 ta" Ġunju 1976 f'Vancouver,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (345/2006), u dik tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (407/2007), fl-applikazzjoni ta' l-Artikoli 117 u 118 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0090/2007),

A.   billi n-nuqqas ta' djar diċenti bi prezz li wieħed jista' jħallsu jinfluwenza b'mod dirett il-ħajja taċ-ċittadini, filwaqt li jillimita l-possibilitajiet tagħhom ta' integrazzjoni soċjali u ta' mobilità, kemm fiz-zoni urbani kif ukoll fiz-zoni rurali,

B.   billi ħafna bliet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom problemi kbar ta' djar, bħal provvista sovrabbundanti jew nuqqas ta' provvista, skond ir-reġjun jew il-pajjiż, nies bla dar, żieda kbira fil-prezzijiet tax-xiri u tal-manutenzjoni, stat ħażin tal-bini; billi manutenzjoni ħażina spiss twassal għat-twaqqigħ tal-patrimonju eżistenti ta' djar, li jista' jwassal għal inugwaljanzi ġodda fir-rigward ta' l-ippjanar urban fin-nuqqas ta' strateġija integrata għall-iżvilupp;

C.   billi l-kwistjoni ta' djar urbani għandha tintwera fil-kuntest ikbar ta' l-ippjanar urban u hija, għalhekk, għandha titqies bħala marbuta mal-problemi ta' tifqir ta' ċerti kwartieri, ta' degradazzjoni ta' l-ambjent (tniġġis ta' l-arja u ta' l-ilma, storbju, skart, konġestjonijiet, eċċ.), problemi operazzjonali fir-rigward tas-servizzi pubbliċi, aċċessibilità, sigurtà, eċċ.,

D.   billi d-diffikultajiet ta' aċċess għal djar huma l-kawża ta' segregazzjoni soċjali u tal-ħolqien ta' gettos,

E.   billi l-bidla demografika u l-eżodu jistgħu jwasslu, f'ċerti reġjuni, għal tnaqqis fid-domanda għal djar, djar vojta u l-għibien ta" infrastrutturi kulturali u soċjali , b'mod partikulari, jekk tonqos il-kwalità tal-ħajja fil-kwartieri konċernati u prinċipalment, jibqgħu jgħixu hemmhekk il-kategoriji soċjali żvantaġġati,

F.   billi l-kombinazzjoni ta' dħul ekonomiku baxx, tal-prezzijiet għoljin ta' l-enerġija u ta' sistemi ta' tisħin u ta' inżulazzjoni inadegwati jwasslu għall-fenomeni ta' faqar u ta' esklużjoni mill-enerġija,

G.   billi l-kwistjoni tad-djar mhix biss kwistjoni ta" bini, iżda tinkludi wkoll infrastrutturi soċjali (ċentri kulturali, libreriji, stadja sportivi, ċentri għal-laqgħat, eċċ.), li huwa element importanti ta'integrazzjoni soċjali u li jaħdem kontra s-sentiment ta" aljenazzjoni, li huwa partikularment komuni fiċ-ċentri urbani l-kbar,

H.   billi l-esklużjoni soċjali tmur kontra l-mudell soċjali Ewropew,

I.   billi hemm bżonn li jinżammu ħajja ċ-ċentri tal-bliet u ċ-ċentri tal-kwartieri, kif ukoll il-binijiet klassifikati bħala monumenti storiċi,

J.   billi l-firxa urbana toħloq diversi problemi soċjali u ekonomiċi billi taffettwa t-trasport (konġestjoni ta' trasport b'mod ġenerali, dipendenza fuq il-karozzi privati), il-ħarsien ta' l-ambjent (żieda fil-konsum ta' l-eneġija, tniġġis) u l-aċċessibilità tas-servizzi,

K.   billi r-riġenerazzjoni u l-konverżjoni mill-ġdid ta' artijiet industrijali urbani ftit li xejn użati (brownfield sites) u l-ħarsien ta' artijiet li għadhom ma ġewx żviluppati (greenfield sites) hija importanti,

L.   billi l-istrumenti finanzjarji li jappoġġjaw il-politika għall-koeżjoni jikkontribwixxu għall-espansjoni mgħaġġla ta' spazji urbani, billi jiffavorixxu r-rijabilitazzjoni ta' spazji pubblici, l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà u ta' prevenzjoni tad-delinkwenza u l-iżvilupp ta' azzjonijiet favur l-użu effiċjenti ta' l-ilma u ta' l-enerġija, l-appoġġ għall-integrazzjoni soċjali, eċċ.,

M.   billi l-problemi speċifiċi marbuta mal-bini kbir prifabbrikat, kemm f'dak li jikkonċerna l-kwalità tad-djar kif ukoll id-diffikultajiet marbuta mar-rijabilitazzjoni ta' l-infrastrutturi (l-iffinanzjar tal-ħidmiet ta' manutenzjoni u ta' tiġdid, kif ukoll tar-riċerka dwar it-tekniki u t-teknoloġiji xierqa),

N.   billi r-regolament il-ġdid dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) għamel il-politika tad-djar fl-Istati Membri l-ġodda eliġibbli f'serje ta' każi speċifiċi(4),

O.   billi jeżistu problemi ta' proprjetà tal-bini, speċjalment dawk li huma r-riżultat ta" regolamenti inadekwati f'ċerti Stati Membri kemm tal-kera kif ukoll tat-trasferiment tal-proprjetà

P.   wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka(5),

Q.   wara li kkunsidra l-inizjattivi finanzjarji Jeremie(6) u Jessica(7) li twaqqfu b'kooperazzjoni mal-Fond Ewropew għall-Investiment u mal-Bank Ewropew rispettivament,

R.   billi jiġi kkunsidrat li s-settur tad-djar jirrapreżenta sors kbir ta' impjiegi, kemm fil-qasam tal-kostruzzjoni, kif ukoll fl-oqsma tat-tiġdid, tal-konverżjoni u tas-servizzi lokali u tas-servizzi finanzjarji,

S.   billi l-Kunsill għall-Impjiegi, għall-Politika Soċjali, għas-Saħħa u għall-Affarijiet tal-Konsumatur poġġa l-kwistjoni tan-nies bla dar u ta" l-esklużjoni relatata mad-djar fuq livell prijoritarju fil-qafas ta" l-istrateġija ta' l-UE għall-inklużjoni soċjali u l-ħarsien soċjali,

T.   billi l-investimenti fi djar soċjali għandhom u se jkompli jkollhom irwol essenzjali, billi jippermettu l-aċċess għas-suq tad-djar għal ħafna nies li, mingħajr dan, kienu jkunu esklużi,

1.  Iqis li d-dritt għal dar xierqa u ta' kwalità tajba bi prezz raġonevoli huwa dritt fundamentali importanti li huwa rikonoxxut f'diversi karti internazzjonali u kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri;

2.  Jittama li l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi meħtieġa sabiex jagħmlu effettiv dan id-dritt għal akkomodazzjoni adegwata, ta' kwalità tajba u bi prezz raġonevoli;

3.  Iqis li r-rinovar ta" djar għal skopijiet soċjali u l-effiċjenza enerġetika mhijiex biss problema urbana, li d-diversi diffikultajiet relatati mad-djar li jeżistu fiz-zoni rurali, b'mod partikulari fil-pajjiżi ta" koeżjoni ġodda, għandhom jingħataw l-attenzjoni kollha li jixirqilhom;

4.  4 Jixtieq li jiġu identifikati, fuq il-livell Ewropew, sensiela ta" indikaturi ta" kwalità li jiddefinixxu l-kunċett ta' "djar xierqa";

5.  Jissottolinja l-importanza għall-UE li tadotta Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-djar imsejsa fuq il-Karta adottata mill-Intergrupp tal-Parlament għal Djar Urbani ; f'dan ir-rigward, jipproponi li l-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali għandu jieħu inizjattiva dwar din il-kwistjoni;

6.  Jinsisti fuq il-ħtieġa - fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Liżbona - li jissaħħaħ id-dritt għal benefiċċji għad-djar, bil-għan ta' inklużjoni soċjali u, partikolarment b'mod li mobilità vera tal-ħaddiema tkun possibbli wkoll;

7.  Jinsisti dwar il-ħtieġa li jitfasslu politiki ta' akkomodazzjoni fil-qafas ta' politika ta' tqassim ta' territorju li tiffavorixxi l-ugwaljanza soċjali u t-taħlit soċjali;

8.  Jixtieq li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jadottaw miżuri bil-għan li jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu l-ewwel dar tagħhom;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi d-djar fid-diskussjoni dwar l-ibliet u l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni, kif ukoll fil-programm ta' ħidma tat-task-force għal bejn is-servizzi implimentat għall-koordinazzjoni tal-politiki li jaffettwaw id-dimensjoni urbana;

10.  Jisħaq l-importanza ta' kwistjonijiet ta' sigurtà:

   li jikkonċernaw il-kriminalità, speċjalment fil-kwartieri inqas żviluppati,
   li jikkonċernaw il-bini (normi ta' kostruzzjoni u ta' operazzjoni),
   li jikkonċernaw l-infrastrutturi ta' l-elettriku u tal-gass, ta' l-ilma, tad-drenaġġ u s-sistema ta' tisħin (sigurtà tas-sistemi eżistenti u tat-teknoloġiji ta' rijabilitazzjoni u tibdil ta' pajpijiet qodma);

11.  Jikkunsidra wkoll li huwa importanti li jiġu ttrattati b'mod koerenti d-dimensjonijiet differenti ta' l-iżvilupp sostenibbli (solidarjeta, ambjent u enerġija), l-aċċessibilta, is-saħħa, is-sigurta u l-kwalita ta' użu, u li jkun żgurat li l-piż tat-titjib tad-djar ikun kompatibbli mal-mezzi ta' l-abitanti;

12.  Jisħaq l-importanza taċ-ċentri kulturali, tad-djalogu interkulturali kif ukoll tal-proġetti komuni għal bosta kwartjieri, peress li dawn jippermettu li tkun favorita l-integrazzjoni ta' diversi komunitajiet preżenti fl-ibliet, fis-subborgi u fiz-zoni rurali fil-viċin;

13.  Jisħaq fuq il-bżonn li jitqiesu l-problemi speċifiċi ta' djar f' ambjenti rurali sabiex tiġi favorita politika bbilanċjata dwar l-ippjanar spazjali li tiffaċċja s-segregazzjoni u l-eżodu miz-zoni rurali, speċjalment b'kunsiderazzjoni tal-ħafna żvantaġġi f'zoni ta' dan it-tip, bħal livelli baxxi ta' qligħ, djar imxerrda 'l hemm u 'hawn u dilapidati u nuqqas ta' djar għall-kiri, djar soċjali jew akkomodazzjonijiet oħra;

14.  Jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn l-ispeċifità ta' kwistjonijiet ta' djar fi bliet żgħar; huwa tal-fehma li dawn ta' l-aħħar jattiraw il-popolazzjoni rurali, mhux biss minħabba x-xogħol li dawn joffru, imma wkoll minħabba li dawn jippermettu li jinkiseb livell ta' edukazzjoni u ta' kwalifiki aktar għoli u peress li dawn joffru tweġiba għall-ħtiġijiet fil-qasam tas-saħħa jew tal-kultura; jenfasizza li hemm bżonn li jkun appoġġjat l-iżvilupp ta' dan l-irwol li għandhom l-ibliet iż-żgħar, peress li dan huwa direttament marbut mar-rikostruzzjoni taz-zoni rurali, b'mod partikulari fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa, ta' l-edukazzjoni sekondarja, ta' l-iżvilupp ta' l-SMEs, tat-turiżmu, tal-kumplessi tas-saħħa, eċċ;

15.  Jikkunsidra li, fiz-zoni rurali, huwa indispensabbli li jkunu proposti miżuri ta' inkoraġġament għall-akkwist, għar-rijabilitazzjoni jew għar-rinnovament tal-bini antik, għall-appoġġ lil korpi pubbliċi u privati li jagħtu pariri u gwida personalizzati lil individwi privati u nies tan-negozju li jkunu jridu jinstallaw irwieħhom, u għat-titjib ta' l-offerti ta' djar soċjali pubbliċi u privati, ġodda u rinnovati;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel studju, u lill-Istati Membri biex itejbu l-ġbir tad-data fir-rigward ta' l-ispejjeż tad-djar u tat-talba għal djar u s-suq tal-proprjetà, b'mod ġenerali, filwaqt li jikkunsidraw l-eteroġenità ta' l-okkupanti tad-djar, il-bidliet fl-istrutturi familjari tradizzjonali u ċ-ċirkostanzi speċifiċi taż-żgħażagħ u tal-popolazzjoni li qed tixjieħ u tonqos; barra minn dan, jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-aċċess għal infrastruttura teknika, soċjali, kulturali u tat-trasport u r-rata ta' użu tagħhom meta jippjanaw u jirristrutturaw proġetti ta' djar u fil-ġbir ta' data;

17.  Jenfasizza li, fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjeta, il-problemi ta' djar, bħala kwistjonijiet nazzjonali, għandhom jiġu trattati b'mod predominanti fuq livell lokali u li, minn dan il-lat, hemm il-lok li jiġu megħjuna l-muniċipalitajiet; jemmen li l-forniment ta" gwida mill-Ewropa għandu jagħti kontribut biex jitjiebu l-faċilitajiet sabiex jissolvew dawn il-problemi;

18.  Jikkunsidra li, meta wieħed iqis il-komplessità tal-fatturi li għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni tad-djar, hu neċessarju li wieħed jadotta approċċ integrat, b'għeruq fil-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' prossimità, sabiex tkun żgurata l-introduzzjoni simultanja ta' bosta fatturi li jippromwovu l-aċċess għal djar, itejjbu l-kwalità tal-bini, itejjbu l-kwalità tal-ħajja għall-ġenerazzjonijiet kollha u tiġi promossa l-attrazzjoni taz-zoni kemm urbani kif ukoll rurali;

19.  Jiġbed attenzjoni għall-fatt li l-maġġoranza tad-djar soċjali mhix qegħda f'ambjent favorevoli ħafna għas-saħħa u li l-kwalità tagħhom ma tippermettix li tingħata garanzija ta' kundizzjonijiet tajbin ta' l-għajxien, u għalhekk għandhom jiġu promossi miżuri ta' żvilupp iffinanzjati mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali, mhux biss biex tiġi promossa d-disponibilità ta' djar imma wkoll biex titjieb is-saħħa u l-ambjent ta' l-abitanti ta' djar tal-gvern u, b'hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom;

20.  Iqis ukoll li t-teħid ta' approċċ integrat ikollu aktar ċans li jirnexxi jekk jitwettaq mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jistgħu jiżguraw viżjoni ġenerika, koordinazzjoni tajba ħafna tal-politiki u ta' l-inizjattivi implimentati fl-agglomerazzjoni u viżjoni għaż-żmien twil għall-iżvilupp ta' l-agglomerazzjoni kkonċernata; iħeġġeġ, konsegwentament, lill-Istati Membri, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fondi Soċjali Ewropej u l-Fondi ta' Koeżjoni, biex jinvolvu lill-ibliet fl-ipprogrammar u fl-amministrazzjoni ta' fondi strutturali mmirati lejn il-kofinanzjament ta' l-attivitajiet urbani eliġibbli fil-qafas tal-programmi operazzjonali, u biex jiddelegaw lilhom l-implimentazzjoni tagħhom;

21.  Jistieden lill-Istati Membri kif ukoll lill-awtoritajiet lokali, fuq il-bażi tal-proposta tal-Presidenza Finlandiża bit-titolu "Is-saħħa fil-linji politiċi kollha", biex, meta jabbozzaw programmi relatati mad-djar li għandhom jitwettqu bl-għajnuna ta' fondi Komunitarji, jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jagħmlu evalwazzjonijiet dwar l-impatt fuq is-saħħa sabiex jippermettu t-twaqqif ta' ambjent ta' għixien li jkun xieraq mill-perspettivi ambjentali u ta' saħħa għal min ikun eskluż soċjalment;

22.  Jinsisti fuq in-neċessità ta' djalogu u ta' konsultazzjoni bejn il-livelli differenti ta' awtoritajiet lokali, reġjonali u governattivi, sabiex ikun żgurat li l-azzjoni pubblika tkun konsistenti u responsabbli soċjalment u tkun ibbażata fuq koordinazzjoni orizzontali (li tindirizza l-linji politiċi kollha tal-Komunità dwar id-djar), vertikali (bejn dawk li jitrattaw id-djar f'bosta livelli, Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali) u mħallta (bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-parteċipanti soċjali, ekonomiċi u s-soċjetà ċivili); jitlob, barra minn hekk, parteċipazzjoni enerġetika min-naħa tar-residenti u l-organizzazzjonijiet tagħhom bl-għan li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar l-għoti tal-ħajja mill-ġdid, l-iżvilupp mill-ġdid, l-immaniġġjar u l-konservazzjoni ta' l-ambjent urban;

23.  Iħeġġeġ koordinazzjoni akbar tal-flussi finanzjarji u tal-linji politiċi li jikkonċernaw id-djar, b'mod partikolari sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġjati mill-ERDF, l-istrumenti finanzjarji JESSICA u JEREMIE, is-Seba' Programm ta' Qafas għall-Riċerka u l-Iżvilupp u l-miżuri l-oħra Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali fil-qasam tad-djar u r-rinovazzjoni urbana, u b'mod partikolari sabiex ikunu żgurati l-immodernizzar u r-rinovazzjoni ta' bini abitabbli fil-kwartieri storiċi ta' l-ibliet;

24.  Jispera li, fil-kuntest tar-reviżjoni tar-regolamenti li jirregolaw il-politika ta" koeżjoni maħsuba għall-2009, jerġa" jinfetaħ id-dibattitu dwar l-estensjoni ta' l-aċċess għal fondi Komunitarji għar-rinovazzjoni ta" djar soċjali lill-Istati Membri kollha sabiex tiġi ffrankata l-enerġija u jitħares l-ambjent, li bħalissa huwa previst biss għal ċerti pajjiżi, peress li l-ħtieġa ta' djar hija kritika madwar l-Ewropa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew għall-Investiment biex jimplimentaw l-inizjattiva Jessica bl-istess kundizzjonijiet fil-pajjiżi kollha, inkluża politika ta' djar b'approċċ integrat għall-iżvilupp;

25.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati biex jużaw bis-sħiħ il-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-ERDF fil-qasam tad-djar;

26.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, meta timmoniterja l-intervent tal-Fondi Strutturali, tiżgura li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tkun implimentata bis-sħiħ għall-iffinanzjar ta' djar li jużaw Fondi Strutturali Ewropej, u li permezz ta' dan is-sussidju fuq id-djar tkun provduta akkkomodazzjoni xierqa għal sezzjonijiet żvantaġġjati tal-popolazzjoni;

27.  Jikkonferma l-appoġġ tiegħu għat-tisħiħ tas-sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-gruppi soċjali u ekonomiċi interessati u s-soċjetà ċivili, u jisħaq fuq l-importanza potenzjali ta' sħubijiet pubbliċi-privati, b'mod speċjali fl-immodernizzar ta' bini prefabbrikat u r-riġenerazzjoni ta' siti brownfield;

28.  Jappoġġja l-kampanja mnieda mill-Kummissjoni favur l-enerġija sostenibbli, li għandha l-għan li ċ-ċittadini Ewropej isiru konxji mill-bżonn li jitnaqqas il-konsum domestiku; iħeġġeġ ukoll lill-Kummisjoni biex tippromwovi kampanja wiesgħa ta' informazzjoni, bħala parti mill-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza enerġetika;

29.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiffaċilita użu wiesa' fis-settur tad-djar ta' teknoloġiji ġodda u ta' prodotti ta' kostruzzjoni iktar effiċjenti li jippermettu li tintuża inqas enerġija;

30.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni prattika ta' segwitu tal-proġett pilota tagħha fis-settur tad-djar fil-qafas tal-programm SAVE(8), sabiex tippromwovi u xxerred il-proġetti eżemplari magħżula fil-qasam ta' l-effiċjenza enerġetika;

31.  Jenfasizza l-importanza ta' skambji ta' l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika tad-djar u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżviluppa netwerks tematiċi għall-qasam tad-djar simili għal dawk imwaqqfa fil-qafas tal-programm URBACT; jilqa' b'interess, għalhekk, l-inizjattiva tal-Kummissjoni "Reġjuni lejn bidla ekonomika" (COM(2006)0675) u jistenna l-preżentazzjoni tal-modalitajiet implimentattivi għal din l-inizjattiva;

32.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex toħloq sit web bil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni li jkun forum ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattiki simili għan-Netwerk Ewropew ta' Tagħrif Urban;

33.  Jitlob lill Kummissjoni biex tipprepara studju li juri kif il-poteri u r-responsabilitajiet huma maqsuma bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali u li jistabbilixxi l-qafas legali għad-djar fl-Istati Membri kollha; jemmen li studju ta' dan it-tip jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet ikkunsidrati u li jiġu identifikati oqsma possibbli ta' azzjoni ta' l-UE fir-rigward tal-politika tad-djar, sabiex il-miżuri Komunitarji jipprovdu valur miżjud reali mqabbel mal-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali filwaqt li jiġi kkunsidrat d-dover ta' l-Istati Membri li jaġixxu fl-interess ġenerali fir-rigward ta' djar adegwati, ta' kwalità tajba u bi prezz raġonevoli;

34.  Jappoġġja bil-qawwa l-idea ta' simplifikazzjoni tal-burokrazija fil-livelli kollha sabiex l-ippjanar u l-amministrazzjoni jsiru iktar effettivi;

35.  Jisħaq l-importanza li l-operaturi jitħarrġu mil-livell bażiku, inkluż taħriġ speċifiku fl-ippjanar urban, il-bini, l-iżvilupp mill-ġdid, l-immaniġġjar u l-konservazzjoni ta' bini eżistenti, u jilqa' b'sodisfazzjon l-iffinanzjar ta' korsijiet ta' taħriġ fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF);

36.  Jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet ta' mmaniġġjar spazjali jikkunsidraw l-aċċessibilità tad-djar, tas-servizzi pubbliċi u tat-trasport urban għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani u li jippjanaw zoni ta' eżerċizzju u ta' rikreazzjoni għat-tfal u ż-żgħażagħ meta jkunu qed jabbozzaw politiki dwar l-ippjanar spazjali, meta jippjanaw x'azzjoni għandha tittieħed u meta jimplimentaw dik l-azzjoni;

37.  Jinkoraġġixxi lill-Grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment u lill-Kummisjoni biex, fil-qafas ta' Jeremie u b'sinerġija ma' l-inizjattiva Jessica, jistabbilixxu strateġija biex tistimula l-espansjoni tas-settur tal-bini, l-aktar fl-Istati Membri l-ġodda, ħaġa li tista' tikkostitwixxi għajnuna strutturali għall-iżvilupp tas-settur tad-djar u tinvolvi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi lokali u reġjonali favur proġetti urbani;

38.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jidentifikaw iċ-ċirkostanzi differenti ta' l-ibliet u tat-territorji fl-Istati Membri u biex iħejju u jirrevedu l-politika tad-djar tagħhom skond il-prinċipju tas-sostenibilità;

39.  Jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jindirizzaw b'sens ta' urġenza wieħed mill-objettivi prijoritarji tal-politika tad-djar, jiġifieri li tiġi eliminata l-problema ta' persuni bla dar;

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet ta' l-Istati Memri, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2006)0367.
(2) ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 127.
(3) ĠU C 73 6.3.2001, p. 6.
(4) Regolament (KE) Nru. 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali: Artikolu 7(2) u Premessi 5 u 6.
(5) Is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea dwar ir-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (2007-2013).
(6) Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Intrapriżi Mikro u ta' Daqs Medju.
(7) Appoġġ Ewropew Konġunt għall-Investiment Sostenibbi fiz-Zoni Urbani.
(8) SAVE - programm plurijennali bl-għan li tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika


Il-politika reġjonali tal-ġejjieni u l-innovazzjoni
PDF 353kWORD 108k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-kontribut tal-politika reġjonali tal-ġejjieni għall-kapaċità ta' innovazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea (2006/2104(INI))
P6_TA(2007)0184A6-0096/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 158, 159 u 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta" Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (1) u l-corrigendum tiegħu(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta" Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta" Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(4),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta" Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew(5),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta" Lulju 2006 dwar ragruppament Ewropew ta" koperazzjoni territorjali (EGTC)(6),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta" Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni(7),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 dwar Is-Seba" Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta" riċerka, ta" żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(8),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007- 2013)(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-10 ta" Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-teknoloġija – Linji gwida għal politika tal-ġejjieni ta" l-Unjoni Ewropea li tappoġġja r-riċerka(10),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Politika ta" Koeżjoni bħala Sostenn għat-Tkabbir u għall-Impjiegi: Il-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007-2013" (COM(2005)0299),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Nipprattikaw l-għarfien: Strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-UE' (COM(2006)0502),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Iktar Riċerka u Innovazzjoni – Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Strateġija Komuni" (COM(2005)0488),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Il-politika tal-koeżjoni u l-ibliet: il-kontribut ta" l-ibliet għat-tkabbir u għall-impjiegi fir-reġjuni" (COM(2006)0385),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "It-tielet rapport dwar il-progress fuq il-koeżjoni: Lejn sħubija ġdida għat-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni" COM(2005)0192),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta" Liżbona tat-23 u ta'l-24 ta" Marzu 2000,

−   wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għall-Intrapriżi Zgħar, milqugħa mill-Kunsill Ewropew ta" Feira tad-19 u ta'l-20 ta" Ġunju 2000,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa ta'l-2006 bit-titolu "Wasal iż-żmien li ningranaw: is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi" (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa informali f'Lahti fl-20 ta" Ottubru 2006, bit-titolu "Ewropa moderna, miftuħa għall-innovazzjoni" (COM(2006)0589),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew bit-titolu "L-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija: aktar passi lejn il-ħolqien tiegħu." (COM(2006)0276),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Reġjuni lejn Bidla Ekonomika" (COM(2006)0675),

–   wara li kkunsidra r-rapport lill-Kummissjoni mill-grupp ta' esperti indipendenti dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, immexxi minn Esko Aho, intitolat 'Noħolqu Ewropa Innovattiva' (Jannar 2006), ir-rapport finali tal-Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka (ERAB) intitolat 'Nistimulaw il-potenzjal reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni' (Novembru 2005) u d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni "Strateġiji u Azzjonijiet Innovattivi: ir-riżultati ta' 15-il sena ta' esperimentazzjoni reġjonali' (Ottubru 2006),

–   wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Progress ta" l-Innovazzjoni Ewropea għall-2006 (TrendChart),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0096/2007),

A.   billi, barra milli tkopri l-approvazzjoni ta" proġetti u l-immaniġġjar ta" Fondi Strutturali, il-politika reġjonali għandha rwol fil-bini tal-kapaċità ta' innovazzjoni ta' l-UE, li jinvolvi medda ta" miżuri komplimentari xjentifiċi u teknoloġiċi, legali u finanzjarji, ekonomiċi u kummerċjali, organizzazzjonali u amministrattivi, ta" l-enerġija u ambjentali, ta" l-edukazzjoni u soċjali, u ta" saħħa u kulturali mmirati biex jiżguraw koeżjoni ġenwina fi ħdan il-Komunità,

B.   billi l-investiment minnu nnifsu ma jiġġarantix żvilupp imma jista', meta politiki xierqa jkunu implimentati u miżuri favur it-tkabbir jiġu appoġġjati, isir għodda vitali ta' l-iżvilupp,

C.   billi l-bini tal-kapaċità ta' innovazzjoni għandu jservi biex inaqqas id-differenzi bejn ir-reġjuni, u b'hekk ipoġġi fil-prattika l-prinċipju tas-solidarjetà soċjali u ta" l-iżvilupp armonjuż,

D.   billi ċ-ċittadini għandhom ikunu l-punt li fuqu kwalunkwe azzjoni ta" l-innovazzjoni għandha tiffoka; billi l-iżvilupp sħiħ u armonjuż tagħhom huwa l-element ewlieni għall-implimentazzjoni b'suċċess għall-politiki kollha, u billi l-bażi għall-azzjoni kollha min-naħa ta' l-UE għandha tkun il-benesseri ta" l-abitanti tagħha (definita b'mod wiesa' f'termini ta' kwalità ta' ħajja u ta" ħajja twila), bħala membri ta' komunitajiet lokali u reġjunali u, fl-istess ħin, ċittadini ta' l-Istati Membri,

E.   billi aċċess indaqs għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini u billi taħriġ kontinwu għandu jingħata aktar importanza u l-ħaddiema għandhom jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid,

F.   billi l-innovazzjoni fi ħdan l-UE għandha tkun mifhuma bħala proċess dinamiku u interattiv li jinvolvi partijiet interessati varji anke, skond il-prinċipju ta" sussidjarjetà, partijiet interessati reġjunali u lokali,

G.   billi l-innovazzjoni tista" tfisser ukollir-ritorn għall- prattiki tajbin, ippruvati u ttestjati li ilhom jintużaw għal ħafna ġenerazzjonijiet, u billi fi ftit każijiet il-miżuri ta" innovazzjoni jistgħu jiġu mmirati biss lejn reġjuni speċifiċi,

H.   billi wħud mill-miżuri jirrikjedu spiża kbira, filwaqt li oħrajn jitolbu biss ftit ideat u/jew l-introduzzjoni ta" leġiżlazzjoni tajba u ċara li trid tkun osservata,

I.   billi l-mira ta' l-Istrateġija ta' Liżbona hija li tagħmel lill-UE l-ekonomija l-iktar kompetittiva fid-dinja sa l-2010, li tinkludi ż-żieda fin-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp għal 3% tal-GDP u billi ċentri reġjonali u lokali għandhom ikunu aktar attivi fl-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni prattika ta' l-Istrateġija ta' Liżbona,

J.   billi minn 60 sa 70% tal-leġiżlazzjoni Komunitarja hija implimentata fuq livell lokali u reġjonali,

K.   billi l-Fondi Strutturali għandhom jintużaw b'mod flessibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati aspetti speċifiċi ta" reġjuni individwali,

L.   billi ġew introdotti strumenti varji ta" ffinanzjar, inklużi l-inizjattivi l-ġodda Jaspers(11), Jeremie(12) u Jessica(13), u billi l-azzjoni tal Bank Ewropew ta' Investiment (EIB) sservi bħala lieva utli għall-iżvilupp permezz tar-razzjonalizzazzjoni tan-nefqa,

M.   billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom irwol vitali fil-bini tal-kapaċità ta' innovazzjoni ta' l-UE, minħabba, fost affarijiet oħra, il-flessibilità u l-veloċità ta" reazzjoni tagħhom għal teknoloġiji ġodda u metodi ta" ħidma ġodda,

N.   billi l-SMEs iridu jitqiesu bħala wieħed mill-muturi ewlenin għall-innovazzjoni fl-Ewropa u billi l-Istati Membri u l-UE impenjaw ruħhom biex isaħħu l-ispirtu ta" innovazzjoni f'intrapriżi żgħar u l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom kif ukoll biex idaħħlu privattiv Komunitarju li jkun aċċessibbli għalihom,

O.   billi l-iżvilupp sostenibbli tal-qasam ta' l-enerġija jirrappreżenta wieħed mill-ikbar sfidi għall-UE,

P.   billi l-attività ekonomika, kif ġeneralment mifhuma, tinkludi wkoll il-biedja,

Q.   billi s-settur tas-servizzi jiġġenera porzjon sinifikanti (xi 70%) tad-dħul ta" l-Istati Membri,

R.   billi t-tbassiriet demografiċi għall-UE (rata tat-twelid baxxa u popolazzjoni li qed tixjieħ) huma sfida soċjali għall-UE u jiftħu opportunitajiet kbar għal azzjonijiet innovattivi fl-Istati Membri, inkluż fil-qasam tas-servizzi,

S.   billi hemm bżonn li jinħolqu kundizzjonijiet xierqa li għandhom x'jaqsmu ma" trasport, telekomunikazzjonijiet u infrastruttura tan-network ta" l-informazzjoni,

T.   billi l-parteċipanti l-oħra fil-"logħba" ekonomika u politika globali m'humiex qed joqogħdu jħarsu u qed ifittxu wkoll soluzzjonijiet ġodda, u billi l-innovazzjoni tista" tkun ass peress li tagħmel l-ekonomija ta" l-UE aktar attraenti u aktar kompetittiva u toħloq rabtiet bejn ir-reġjuni ta" l-UE,

U.   billi l-innovazzjoni m'għandhiex titqies biss f'termini purament formali, u billi jeżisti 'feedback effect' fejn politika reġjonali mwettqa kif jixraq trawwem innovazzjoni f'ħafna direzzjonijiet li minn naħa tagħha mbagħad tikkawża żvilupp reġjonali aktar mgħaġġel u armonjuż, u b'hekk tikkontribwixxi lejn il-koeżjoni fl-UE,

V.   billi l-innovazzjoni hija waħda mit-tliet prijoritajiet ta" l-UE msemmija fil-Linji gwida Strateġiċi Komunitarji (2007-2013),

Politika dwar kapital uman, edukazzjoni, xjenza u riċerka

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw fir-reġjuni ta" l-UE opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha ta" aċċess għall-edukazzjoni f'kull livelli, li se jagħtu spinta lill-abbiltà tan-nies biex jaħsbu b'mod innovattiv u kreattiv u biex jiżgura żvilupp personali bilanċjat (kemm intellettwali u kif ukoll fiżiku), anki fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' mudelli ta" mġiba attivi, etiċi u favur is-soċjetà;

2.  Jilqa" b'sodisfazzjon ir-riżultati miksuba sal-lum u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħaddnu l-iżvilupp ta" ċentri reġjonali akkademiċi u ta" riċerka xjentifika, kif ukoll ċentri ta" eċċellenza f'zoni differenti u koperazzjoni aktar mill-qrib bejn ċentri bħal dawn, speċjalment bejn ċentri ta" eċċellenza stabbiliti u dawk li qed jiżviluppaw, iżda wkoll permezz ta" strutturi ta" network miftuħin għal pajjiżi terzi, kif ukoll skambji mtejba ta" riċerkaturi u studenti u aċċess imtejjeb għal riċerkaturi nisa;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex jippromwovu proġetti ta' riċerka li s-sejbiet tagħhom ikollhom applikazzjonijiet prattiċi, u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali;

4.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għall-fatt li, meta wieħed jikkonsidra is-sitwazzjoni demografika attwali fl-UE, il-politiki tal-familja, tas-sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet immexxija mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom bżonn ta" riforma u jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-l-fatt li s-soċjetà Ewropea qed tixjieħ u persuni anzjani għandhom jiġu inkoraġġuti biex ikunu involuti aktar mill-qrib f'miżuri innovattivi, sabiex b'hekk l-għarfien u l-esperjenza tagħhom jiġu utilizzati b'mod tajjeb;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex jieħdu passi aktar effettivi biex jidentifikaw żgħażagħ b'talenti u jagħtuhom l-opportunità biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet xjentifiċi u intellettwali tagħhom, u jipprovdu wkoll appoġġ komprensiv għall-avvanz ta' riċerkaturi żgħażagħ;

6.  Jenfasizza li l-bidla demografika toħloq ukoll opportunitajiet għall-ekonomija ta" l-UE; jirriferi għall-attivitajiet innovattivi fis-setturi ta' l-informatika u tal-mediċina, fid-domotika (domotics), fit-telematika u fil-biċċa l-kbira tas-setturi tas-servizzi, tat-trasport u tal-kura, kif ukoll fl-ippjanar reġjonali; ifakkar li ħafna mill-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom setgħa biżżejjed biex jimplimentaw politiki f'dawn l-oqsma;

7.  Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-awtoritajiet reġjonali li, bil-ħsieb li jitrawwem spirtu aktar b'saħħtu ta' innovazzjoni, il-komunitajiet reġjonali u lokali għandhom jiġu galvanizzati permezz ta' kampanja pluridirezzjonali biex jiġi stabbilit djalogu mas-soċjetà, u mal-qasam tan-negozju b'mod partikulari, ibbażat fuq il-prinċipju ta' approċċ 'minn isfel għal fuq';

8.  Jirrikonoxxi li l-innovazzjoni hija essenzjali għall-ħolqien ta" l-impjiegi fl-Ewropa;

9.  Huwa tal-fehma li prerekwiżit essenzjali għat-tisħiħ tal-kapaċità ta" innovazzjoni fl-UE, inklużi r-reġjuni u t-territorji l-aktar "il bogħod, reġjuni muntanjużi u gżejjer kif ukoll zoni rurali, huwa aċċess bil-"broadband" bla tfixkil u b'xejn – jew irħis ħafna – għal

   a) informazzjoni amministrattiva (fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni), li jagħmilha possibbli biex il-parti l-kbira tal-formalitajiet amministrattivi, inklużi formalitajiet relatati man-negozju, ikunu jistgħu jiġu indirizzati permezz ta" l-Internet, u
   b) informazzjoni xjentifika, ekonomika, legali u kulturali, li tkun suġġetta għal rispett xieraq tal-prinċipji tal-propjetà intellettwali (disponibiltà usa' ta' libreriji elettroniċi),
  

u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżguraw aċċess universali għal informazzjoni bħal din u biex jimmassimizzaw l-aċċess għal xogħol ibbażat fuq it-teknologiji ta" l-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT), li jista' jgħin fil-ġlieda kontra l-qgħad u li huwa partikularment importanti għal persuni li ċ-ċirkustanzi personali jew professjonali tagħhom jirrikjedulhom li jaħdmu jew jistudjaw mill-bogħod u għal min jiddeċiedi jaħdem id-dar, speċjalment min irabbi t-tfal, persuni b'diżabiltà u persuni li jagħtu l-kura;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, f'koperazzjoni mal-korpi settorjali, bħall-Kmamar ta" l-Industrija u tal-Kummerċ u Ċentri ta' Informazzjoni oħrajn, biex jistabbilixxu 'one-stop shops' konġunti ta' l-informazzjoni; jenfasizza li dan jista" jsir mingħajr ma jintnefqu iktar riżorsi billi jiġu rriformati networks ta' l-informazzjoni eżistenti; jinnota, fl-aħħarnett, li b'dan il-mod kumpaniji u istituzzjonijiet tar-riċerka jistgħu jiksbu minn punt wieħed informazzjoni dwar il-politika ta' l-innovazzjoni, tar-riċerka u ta' l-iżvilupp reġjonali fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u ta' l-UE;

11.  Jikkonsidra li, bil-ħsieb li tingħata spinta lill-innovazzjoni madwar l-UE, huwa essenzjali li jingħata appoġġ wiesa' lill-attivitajiet relatati ma' invenzjonijiet, u bħala estensjoni ta' dan, lill-attivitajiet relatati ma' privattivi u liċenzji, u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex idaħħlu privattiva Ewropea u biex jiġi żgurat rispett għad-drittijiet ta' l-awtur (strateġija għad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali), u biex jiġġieldu l-plaġjariżmu u l-iffalsifikar b'mod vigoruż u effettiv, u biex jaħdmu għal soluzzjonijiet globali f'dan il-qasam, ibbażati l-aktar fuq mudelli Ewropej;

12.  Jiġbed l-attenzjoni li miżuri ta' l-iżvilupp u l-innovazzjoni jinkludu wkoll l-innovazzjoni organizzativa u marbuta mas-servizzi li mhix teknoloġika; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill dwar il-Kompetittività tal-5 ta' Diċembru 2006 ddeċieda li jfassal linja gwida dwar il-politika ta' l-innovazzjoni marbuta mas-servizzi u mhux teknoloġika; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-impriżi kkonċernati f'dan il-proċess; jistieden lill-awtoritajiet reġjonali biex jintroduċu miżuri biex jappoġġjaw l-innovazzjoni mhux teknoloġika;

13.  Huwa tal-fehma li gruppi ta" innovazzjoni u ċentri ta" eċċellenza, sal-lum, taw riżultati tajbin u li dawn għandhom ikunu supplimentati bil-konklużjonijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq intitolata "L-għerf fil-prattika: Strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-UE"; jikkonsidra li d-dokument ta" ħidma tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq intitolat "Strateġiji u azzjonijiet innovattivi" (li jinkludi l-"vawċer ta" innovazzjoni") u r-rakkomandazzjonijiet ta" l-ERAB msemmija hawn fuq għandhom ikunu kkunsidrati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex irawmu l-iżvilupp ta" gruppi bħala mezz biex ikunu stabbiliti rabtiet bejn ċentri ta" riċerka xjentifika, ċentri ta" edukazzjoni, negozji u komunitajiet lokali;

14.  Jikkonsidra li l-iżvilupp dinamiku ta" l-innovazzjoni fil-livell reġjonali, b'mod partikulari f'oqsma ta" industriji tradizzjonali jew waħdanin, jista" jikkostitwixxi l-prevenzjoni effettiva ta" l-effetti negattivi ta" delokalizzazzjoni u jinkoraġġixxi l-impjiegi reġjonali;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex irawmu koperazzjoni billi joħolqu pjattaformi teknoloġiċi Ewropej li jipprovdu opportunità sabiex jinġabru attivitajiet ta" innovazzjoni permezz tal-ħolqien ta" rabtiet transkonfinali u transreġjonali bejn l-industrija u n-negozju u l-gruppi ta" riċerka xjentifika u finanzjarji;

16.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinħolqu punti u zoni ta" innovazzjoni reġjonali u li dawn ikunu marbuta permezz ta" networks ma" strutturi li jikkorrispondu f'reġjuni u Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi;

17.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp taħt is-Seba" Programm ta" Qafas żdied b'madwar 40%; jenfasizza, madankollu, li l-livell attwali ta" nfiq fuq riċerka u żvilupp għadu baxx b'mod perikoluż u li l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-Komunità assenjati għal dan l-iskop huma "l bogħod milli jkunu sodisfaċenti, u jistieden lill-Istati Membri sabiex iżidu b'mod konsiderevoli kemm jista" jkun malajr il-persentaġġ tal-GDP li jonfqu fuq l-R&D kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjonali, u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-flus jiġu użati b'mod razzjonali, skond l-għan li għalih huma indikati;

18.  Jesprimi tħassib għall-fatt li, għalkemm l-awtoritajiet ta" l-UE jirrikonoxxu l-importanza kruċjali li jippromwovu l-innovazzjoni, l-approprjazzjonijiet allokati għar-riċerka u l-iżvilupp m'humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-bżonnijiet reali ta" l-Unjoni u b'hekk tkun żgurata l-kompetittività tagħha;

19.  Jikkonsidra li l-iffinanzjar strutturali huwa wieħed mill-mezzi sinifikanti li jsostnu l-kapaċità għall-innovazzjoni u li jnaqqsu l-ispariġġ ekonomiku bejn ir-reġjuni, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom iżidu l-persentaġġ tar-riżorsi ta" l-iffinanzjar strutturali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, assenjati għar-riċerka u l-invenzjonijiet;

20.  Jara l-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija (EIT) bħala opportunità ġdida li ma tħallix li jkun hemm "brain drain" u li tagħti lir-riċerkaturi Ewropej ta" talent ċans uniku sabiex iwettqu riċerka xjentifika fl-ogħla livell u bħala sors ta" appoġġ potenzjali għal istituzzjonijiet reġjonali ta" riċerka xjentifika; għalhekk jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iħaffu l-ħolqien ta" l-EIT u b'hekk jagħtu spinta lill-kompetittività u l-potenzjal tal-Komunità fit-"trijanglu ta" l-għerf" magħmul mill-innovazzjoni, ir-riċerka u l-edukazzjoni;

21.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tifformula strateġija biex jinħoloq suq tax-xogħol Ewropew komuni u kompetittiv għar-riċerkaturi, u sabiex l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali jimplimentaw dik l-istrateġija b'tali mod sabiex ir-riċerkaturi jingħataw l-opportunità ta" żvilupp professjonali permezz ta" prospettivi ta" karriera xierqa u passi sabiex tkun iffaċilitata l-mobilità;

Politika ekonomika u ta' l-enerġija u għodod finanzjarji u amministrattivi

22.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jagħtu appoġġ komprensiv, skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom lill-SMEs (inklużi miżuri sabiex il-proċeduri amministrattivi u s-sistema tat-taxxa u miżuri li jikkonċernaw proċeduri ta" provvista pubblika jiġu razzjonalizzati), minħabba li huma l-mezzi l-aktar kreattivi u dinamiċi għall-innovazzjoni teknoloġika u organizzattiva, u b'hekk jistgħu ikabbru b'mod potenzjali l-kompetittività ekonomika ta" l-Ewropa u titjieb il-qagħda tas-suq tax-xogħol;

23.  Jenfasizza l-importanza li jitjieb l-aċċess ta" l-SMEs għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali sabiex tiżdied l-effiċjenza f'sens ta" nfiq tan-nefqa ta" l-UE għall-pubbliku; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li għandha tkun promossa diversifikazzjoni akbar tal-finanzjament u li għandhom isiru sforzi partikolari sabiex il-potenzjal tal-kapital ta" riskju jkun żviluppat iktar bi sħiħ;

24.  Jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex irawmu u jappoġġjaw koperazzjoni reġjonali bejn ċentri ta" riċerka xjentifika u negozji ta" kull daqs, żgħar, medji u kbar, inklużi fejn possibbli, l-istituzzjonijiet ta" l-ekonomija soċjali; jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jikkonsidrau l-prinċipju ta" l-Innovazzjoni Miftuħa (koperazzjoni bejn l-industrija, l-SMEs u l-gvern fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta" gruppi) bħala mutur għall-iżvilupp reġjonali;

25.  Jenfasizza li l-Fondi Strutturali u l-Fond ta" Koeżjoni għandhom irwol ewlieni biex jinkisbu ta" l-objettivi ta" Liżbona, partikolarment fil-qasam ta" l-innovazzjoni;

26.  Jikkonsidra il-Fond Strutturali bħala għodda vitali bħala appoġġ għall-kapaċità ta" innovazzjoni, u b'mod partikolari sabiex tinkiseb koeżjoni u jitnaqqsu l-ispariġġi ekonomiċi bejn ir-reġjuni; jipproponi li l-ammont allokat mill-Fondi Strutturali għar-riċerka u l-innovazzjoni jiżdied b'mod konsiderevoli;

27.  Jirrikonoxxi li, fil-livelli" lokali u reġjonali, mikrointrapriżi u industriji tas-snajja" huma partikolarment importanti għal politika favur l-innovazzjoni u għandhom ikunu appoġġjati billi jkun hemm koperazzjoni ma" stabbilimenti ta" riċerka pubbliċi u privati, speċjalment fl-oqsma ta" teknoloġija baxxa u medja; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżentalu u lill-Kunsill programm ta" azzjoni rigward tali intrapriżi u jissuġġerixxi li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali jappoġġjawhom billi jużaw Fondi Strutturali, ukoll fl-ambitu tat-taħriġ ta" studenti, juri dispjaċir iżda li l-ebda miżura operattiva ma kienet proposta għalihom; konsegwentement, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi u l-ħtiġijiet ta" dawn l-intrapriżi meta jkunu definiti prijoritajiet fl-istrateġija;

28.  Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali sabiex joħolqu kundizzjonijiet li jsaħħu l-koperazzjoni interreġjonali u transkonfinali fil-qasam ta" l-innovazzjoni, filwaqt li jissuġġerixxi simplifikazzjoni massima ta" proċeduri amministrattivi rigward il-finanzjament ta" tali koperazzjoni;

29.  Jirrakkomanda li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jieħdu l-azzjoni innovattiva li hija essenzjali fis-settur tas-sevizzi fis-sens wiesa" tal-kelma, li tinkludi servizzi pubbliċi;

30.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, bil-ħsieb li ssir implimentazzjoni effettiva ta" politika favur l-innovazzjoni fir-reġjuni, sabiex jagħmlu użu tajjeb tal-komplimentarjetà tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta" Koeżjoni u l-finanzjament disponibbli taħt is-Seba" Programm ta" Qafas għar-riċerka kif ukoll l-ewwel Programm ta" Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni;

31.  Huwa tal-fehma li, bi qbil mal-pressjoni soċjali b'saħħitha għal dan, il-burokrazija għandha titnaqqas b'mod radikali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jirrevedu, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi, il-liġi Komunitarja, nazzjonali, reġjonali u lokali minn dak il-lat u sabiex iwettqu simplifikazzjonijiet estensivi u, kull fejn ikun possibbli, sabiex jistandardizzaw il-proċeduri amministrattivi, partikolarment dawk marbuta mal-bidu jew mat-tmexxija ta" attività ekonomika (punti ta" kuntatt waħdanin);

32.  Huwa tal-fehma li għandha tingħata għajnuna istituzzjonali lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħidma tagħhom favur l-innovazzjoni u jissuġġerixxi li l-Istati Membri jikkunsidraw li jagħtuhom, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-linji gwida għall-għajnuna mill-Istat adottati mill-Kummissjoni, id-dmirijiet u s-setgħat l-iktar wesgħin possibbli flimkien ma" mezzi xierqa ta" finanzjament tagħhom infushom, ta" sussidji jew ta" għotjiet, li għandhom jiffaċilitaw l-isforzi sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet possibbli għar-residenti lokali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex meta jfittxu metodi biex jimplimentaw investimenti u proġetti favur l-innovazzjoni, jippromwovu u jagħmlu aktar użu ta" soluzzjonijiet li jinvolvu sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat (PPPs) u sabiex fl-istess ħin jużaw l-aħjar prattiki żviluppati f'pajjiżi u reġjuni oħra, f'konformità mal-prinċipju tal-valur għall-flus;

34.  Jenfasizza l-bżonn għal sistema estensiva ta" PPPs sabiex jissupplimentaw il-finanzjament pubbliku li jkun sar disponibbli mill-Istati Membri u l-Komunità; jinnota li s-suċċess ta" attivitajiet bħal dawn se jiddependi essenzjalment fuq li jkun hemm rabta bejn l-atturi potenzjali;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta wieħed jikkonsidra il-possibilità ta" tensjonijiet bejn il-politika tal-kompetizzjoni u l-politika dwar l-għajnuna mill-Istat, min-naħa l-waħda, u l-appoġġ ta" proġetti bħal dawn mill-Fondi Strutturali, min-naħa l-oħra, sabiex tieħu azzjonijiet bil-għan li jitnaqqsu dawn it-tensjonijiet b'referenza għall-PPP, kif ukoll kwistjonijiet oħra, inkluża l-infrastruttura għall-kollegament "broadband" ta" l-Internet;

36.  Jikkonsidra li, bil-għan li jkunu implimentati politiki favur l-innovazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali, jeħtieġ li jitħaffef ix-xogħol ta" ġbir ta" kapital, u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex joħolqu mekkaniżmi ta" finanzjament li jissodisfaw il-ħtiġijiet reali, flimkien ma" sistema għall-immaniġġjar tar-riskji involuti fi proġetti innovattivi; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-importanza f'termini ta" innovazzjoni ta" l-inizjattivi l-ġodda ta" finanzjament introdotti b'mod konġunt mill-EIB u il-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF), b'mod partikolari Jaspers, Jeremie u Jessica u jikkonsidra li informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika u effettiva ta" dawn l-inizjattivi għandha tinxtered b'mod wiesa" kemm jista" jkun fil-livell reġjonali;

37.  Jenfasizza, madankollu, li s-sistema attwali ta' kapital ta' riskju ma tissodisfax il-ħtiġijiet ta' l-iffinanzjar ta' l-innovazzjoni ta' impriżi żgħar u mikro, b'mod partikulari fil-każ ta' innovazzjoni mhux teknoloġika; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment u lill-Fondi Ewropew ta' l-Investiment biex jidentifikaw metodi ta' ffinanzjar li huma xierqa għal dawn l-impriżi u industriji ta' xogħol mid-dar, billi jadattaw kapital ta' riskju jew ifasslu, jekk meħtieġ, strumenti finanzjarji innovattivi oħrajn; jirrimarka li l-inizjattiva Jeremie m'għandhiex tkun limitata għall-appoġġ ta' l-innovazzjoni fit-teknoloġiji l-għoljin biss, u jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jiżguraw li tappoġġja wkoll l-innovazzjoni fit-teknoloġiji ta' livell baxx u medju;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex ma jiffukawx biss fuq proġetti ewlenin u ċentri ta' eċċellenza, iżda biex jagħtu kas ukoll proġetti iżgħar f'reġjuni inqas vantaġġjati u biex jipprovdu għal mekkaniżmi adattati ta' mikrokreditu;

39.  Jirrikonoxxi r-rabta bejn l-innovazzjoni u l-moviment ta' malajr u sikur ta' persuni u oġġetti, li teħtieġ l-involviment ta' komunitajiet reġjonali fil-forniment ta' infrastruttura għat-trasport, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex ikunu innovattivi b'mod tekniku u organizzattiv fil-qasam tat-trasport, b'mod partikulari fil-każ tat-trasport pubbliku kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak reġjonali;

40.  Jinsab kuntent li, flimkien mal-Kunsill u l-Kummissjoni, qed jitratta l-problemi ta' l-enerġija ta' l-UE u, qed jirrealizza li l-politika ta' l-enerġija taqa', fil-prinċipju, fi ħdan l-isfera nazzjonali u għandha influwenza sinifikanti fuq l-innovazzjoni fi ħdan l-ekonomija, iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw l-aspetti reġjonali ta' dik il-politika, inklużi l-edukazzjoni dwar l-enerġija, li għandha tirriżulta fi sforzi akbar sabiex l-użu ta' l-enerġija jiġi razjonalizzat u sabiex tiġi prodotta enerġija 'nadifa' billi jintużaw elementi ġeografiċi u sorsi ta' enerġija lokali u fi promozzjoni ta' bini ji juża l-eneġija b'mod 'intelliġenti' (energy-intelligent), ta' ekonomija li timxi l-aktar fuq sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, ta' sistema ta' trasport li tisfruttal-possibilitajiet ta' kumbinazzjonijiet intermodali b'mod aktar effiċjenti u proċessi aktar effiċjenti ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ; jisħaq l-irwol pożittiv li l-SMEs għandhom f'din il-kwistjoni;

Zoni urbani u rurali u l-ambjent

41.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-għan li tittieħed azzjoni kontra it-telf ta' popolazzjoni minn ċerti zoni minħabba l-iżvantaġġi strutturali tagħhom (bħal pereżempju privazzjoni soċjali u qgħad), sabiex iwettqu politika ta' kumpens interreġjonali b'mod aktar effettiv, filwaqt li jikkonsidrau l-iżvilupp ta' l-innovazzjoni fl-ekonomiji reġjonali, li jsaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Komunità u jikkontribwixxi lejn il-kisba ta' koeżjoni territorjali ġenwina;

42.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni, ta' l-Istati Membri u ta' l-awtoritajiet reġjonali għall-fatt li, biex ikun possibbli ambjent favorevoli għall-innovazzjoni, il-poplu jrid ikollu kundizzjonijiet ta' għajxien tajbin, li jfisser li jrid ikun iggarantit livell xieraq ta' sigurtà, kura tas-saħħa u ħarsien ambjentali, djar diċenti, aċċess għall-edukazzjoni, il-kultura u s-servizzi, eċċ;

43.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali, minħabba l-irwol ewlieni taz-zoni urbani bħala l-postijiet fejn tgħix il-maġġoranza taċ-ċittadini ta' l-UE kif ukoll bħala ċentri ta' inovazzjoni lokali u reġjonali, biex jappoġġjaw l-ippjanar ta' l-ispazju għal perjodu ta' żmien twil li joħloq kundizzjonijiet li jwasslu għall-użu razzjonali u armonjuż ta' l-ispazju urban u għal żvilupp urban sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ekonomiċi, ta' 'housing' u ta' rikreazzjoni u wkoll il-bżonnijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw inizzjattivi li jiżguraw azzjoni innovattiva favur l-ambjent (eko-innovazzjoni) skond il-linjigwida għal strateġija sotenibbli, li jikkontribwixxu fost affarijiet oħra għall-iżvilupp reġjonali sostenibbli; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-potenzjal sinifikanti ta' l-SMEs għal dan it-tip ta' innovazzjoni;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali, minħabba l-fatt li z-zoni rurali li fihom tgħix madwar 20% mill-popolazzjoni tal-Komunità huma ta' importanza deċiżiva għas-sikurezza ta' l-ikel ta' l-UE, biex jinkludu l-kiwstjonijiet ta' produzzjoni u proċessar ta' ikel agrikolu u l-kundizzjonijiet ta' għajxien ta' l-abitanti ta' zoni rurali fi ħdan il-kamp ta' politika ta' innovazzjoni;

Prattika tajba u l-konsolidazzjoni tal-politika ta' innovazzjoni

46.  Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xogħol tal-Kummissjoni sal-lum fl-evalwazzjoni tal-politika ta' innovazzjoni fil-livell ta' l-Istati Membri (eż. ir-Rapport dwar il-Progress ta' l-Innovazzjoni Ewropea) u jistedinha b'mod sistematiku biex tanalizza l-livell ta' żvilupp ta' reġjuni individwali, filwaqt li tuża l-iktar indikaturi ta' l-innovazzjoni oġġettivi disponibbli; jissuġġerixxi li analiżi u evalwazzjonijiet u l-aqwa prattiki rilevanti jiġu ppreżentati fir-raba' rapport perjodiku dwar il-koeżjoni li qed jitfassal bħalissa;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi sabiex tikkonsolida Oqfsa Strateġiċi ta' Riferiment Nazzjonali (NSRFs), li għandhom jinkludu Strateġiji Reġjonali għall-Innovazzjoni (RISs) sabiex tingħata aktar prominenza lill-innovazzjoni, u biex tgħaqqadhom f'sistema komuni u koerenti għall-UE kollha;

48.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati li nkisbu s'issa b'rabta ma' l-iskambju ta' l-esperjenza u l-aħjar prattika bejn ir-reġjuni u l-komunitajiet lokali permezz ta' networks ta' koperazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ kontinwu għall-iżvilupp ta' networks bħal dawn u għat-trasferiment ta' l-innovazzjoni permezz ta' l-użu ta' l-aqwa teknoloġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, li jiffaċilitaw b'mod sinifikanti t-trasferiment u l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikulari minħabba l-ħtieġa li jkunu involuti l-komunitajiet f'zoni mbegħdin; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-fatt li permezz ta' l-inizjattiva Reġjuni għall-Bidla Ekonomika msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni qed tħeġġeġ ir-reġjuni u l-bliet biex jikkoperaw, iżda jistenna proposti konkreti għall-implimentazzjoni ta' dik l-inizjattiva;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq, flimkien ma' l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, reviżjoni fuq żmien medju ta' l-effetti tal-politika ta' koeżjoni mwettqa s'issa u tal-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji msemmija hawn fuq sabiex tevalwa l-progress li jkun sar bil-politika ta' innovazzjoni ta' l-UE fir-reġjuni;

50.  Ifakkar lill-Kummissjoni li r-raba' rapport ta' koeżjoni li ġej għandu jservi wkoll biex itejjeb il-politika ta' koeżjoni fil-futur; jirriferi wkoll għall-'Aġenda Territorjali ta' l-UE' mistennija li tiġi mfassla fl-2007; jenfasizza li dan id-dokument ta' politika ifittex biex joħloq kunċetti ġodda li jħarsu 'l quddiem dwar l-iżvilupp territorjali (b'mod speċjali fl-oqsma ta' l-iżvilupp reġjonali u urban, l-użu tal-'massa kritika' għal raggruppamenti reġjonali u approċċ differenzjat għar-reġjuni) u anke juża l-kultura bħala għajnuna fl-iżvilupp reġjonali;

51.  Jispera li r-riżoluzzjonijiet attwali juru l-interess li bliet u reġjuni għandhom fl-iżvilupp u t-tkabbir reġjonali u li dan ser jikkontribwixxi għad-dibattitu dwar l-irrappurtar annwali tat-talbiet ta' l-Istati Membri fl-Istrateġija ta' Liżbona;

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti u lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 239, 1.9.2006, p. 248.
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79.
(4) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(5) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.
(6) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(7) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.
(8) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(9) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(10) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.
(11) Assistenza konġunta għall-appoġġ ta' proġetti fir-Reġjuni Ewropej.
(12) Riżorsi konġunit Ewropej għall-Intrapriżi Mikro u ta' daqs medju.
(13) Appoġġ konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-żoni urbani.


It-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema
PDF 209kWORD 44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema
P6_TA(2007)0185B6-0189/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 136 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Marzu 2002 li tistabilixxi qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema fil-Komunità Ewropea(1), id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta" l-20 ta" Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri relatati ma" sitwazzjonijiet kollettivi ta" ħaddiema żejda li jkunu f'riskju li jitkeċċew(2), id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta" Settembru 1994 dwar il-ħolqien ta" Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropej jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni għall-impjegati(3) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta" Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta' trasferimenti ta' intrapriżi, ta' negozji, jew ta' partijiet minn intrapriżi jew negozji(4), dawn kollha jikkonċernaw l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri dwar l-istrumenti ta" djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2001(5) dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Strutturar mill-ġdid u impjieg - li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta" l-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0120),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-14 ta" Diċembru 2005(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar strutturar mill-ġdid u impjieg(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-istrutturar mill-ġdid u l-merġers,

   wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kummissjoni lill-Parlament fil-25 ta' April 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi iż-żieda fl-intrapriżi li jaħdmu fuq livell internazzjonali minħabba l-globalizzazzjoni,

B.   billi l-proċess ta" strutturar mill-ġdid, ta" merġers, ta" rilokazzjonijiet, eċċ., li jaffettwa lis-setturi kollha ta" attività u li jwassal għal bidliet fl-istruttura ta" kumpaniji, fil-produzzjoni u l-impjiegi, sar iktar intens;

C.   billi diversi każijiet ta" ristrutturar u sitwazzjonijiet kollettivi ta" ħaddiema żejda wrew biċ-ċar problemi possibbli fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar id-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni,

D.   billi l-qsim kostruttiv u pożittiv ta" informazzjoni u ta" konsultazzjoni ġenwina ta" l-impjegati hija importanti biex tiġi antiċipata bidla industrijali; billi, barra minn hekk, it-tagħrif u l-konsultazzjoni huma komponenti importanti tal-mudell soċjali Ewropew tagħna,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, kif diġà mitluba mill-Parlament f'diversi okkażjonijiet u l-iktar reċenti fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-15 ta" Marzu 2006 biex tieħu inizjattivi bil-ħsieb li tirrevedi u taġġorna l-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni sabiex ikun żgurat qafas ta" liġi koerenti u effiċjenti, tkun evitata l-inċertezza legali u tittejjeb l-artikolazzjoni tad-djalogu soċjali bejn il-livelli nazzjonali u Ewropej;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta kalendarju għar-reviżjoni u l-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni, dwar sitwazzjonijiet kollettivi ta" ħaddiema żejda, dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta' trasferimenti ta' intrapriżi u, b'mod speċjali, dwar ir-reviżjoni li ilha ġejja għal żmien twil tad-Direttiva 94/45/KE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-pront tiżgura li jkun hemm implimentazzjoni adegwata fl-Istati Membri rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta" ħaddiema u biex tinnotifika dawk l-Istati Membri fejn id-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma jkunux implimentati;

4.  B'mod partikulari jinnota li d-Direttiva 94/45/KE jew mhix qed tiġi implimentata xejn jew hemm diskrepanzi kbar u mhux ġusti bejn il-metodi ta" kif l-Istati Membri għażlu li jimplimentawha; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta malajr u bi sħiħ lill-Parlament u tinnotifika lill-Istati Membri fejn meħtieġ;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għal politika industrijali koerenti fil-livell Ewropew, b'kunsiderazzjoni għall-impatt soċjali u ambjentali tagħha; iqis li l-imsieħba soċjali għandhom irwol ewlieni fl-iżvilupp ta" tali politika;

6.  Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb aktar il-koordinazzjoni tal-politiki tagħha fl-oqsma varji, inkluż il-qasam ta" l-affarijiet soċjali, ta" l-affarijiet ekonomiċi u monetarji, fl-industrija, u fil-qasam tar-riċerka u ta" l-iżvilupp, u biex tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali biex jieħdu sehem attiv fl-iżvilupp ta" sett koerenti ta" politiki bl-għan li tinżamm industrija Ewropea b'saħħitha, innovattiva u kompetittiva;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri, u lill-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew.

(1) ĠU L 80, 23.3.2002, p.29.
(2) ĠU L 225, 12.8.1998, p 16.
(3) ĠU L 254, 30. 9. 1994, p. 64.
(4) ĠU L 82, 22.3.2001, p 16.
(5) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p.68.
(6) ĠU C 65, 17.3.2006, p.58.
(7) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p.297.

Avviż legali - Politika tal-privatezza