Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom (COM(2007)0119 – C6-0131/2007 – 2007/0043(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0119),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54(2) tat-Trattat tal-Euratom, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0131/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0376/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jikkunsidra li l-ispiża ta" l-Aġenzija Fornitriċi Euratom għall-baġit ta" l-Unjoni Ewropea trid tkun kompatibbli mal-limitu massimu rilevanti tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (IIA)(1);
3. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġit ma tiddeterminax minn qabel l-eżitu tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 ta" l-IIA li tapplika għall-ħolqien ta" l-Aġenzija Fornitriċi Euratom;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 119, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom;
5. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 1 Ċitazzjoni 1 a (ġdida)
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- l-amministrazzjoni finanzjarja soda1, u b'mod partikolari l-punt 47 tagħha,
___________________________________ 1ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
Emenda 2 Anness, Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a)
twettaq il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattat;
a) twettaq il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattat u minn leġiżlazzjoni sekondarja;
Emenda 3 Anness, Artikolu 1, paragrafu 1, punt (b)
twettaq il-kompiti l-oħra mogħtija lilha mill-Kummissjoni.
b) għal dak il-għan, twettaq il-kompiti mogħtija lilha skond l-Artikolu 52 u l-artikoli sussegwenti tat-Trattat;
Emenda 4 Anness, Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti partikulari li ġejjin, billi taġixxi, skond l-objettivi tat-Trattat, bħala osservatriċi ta' l-enerġija fil-qasam tal-forniment tal-materjali u s-servizzi nukleari: a) timmonitorja u tanalizza l-forniment u d-domanda kif ukoll ix-xejriet tas-suq li jaffettwaw is-sigurtà tal-forniment tal-materjal nukleari; b) tipprovdi lill-Istati Membri u lill-industrija b' surveys tas-suq perjodiċi dwar il-ħażniet ta' materjal nukleari ta' l-Unjoni Ewropea u dwar il-kopertura tal-kuntratti fit-tul ta' l-utilitajiet ta' l- Unjoni Ewropea, u bi studji perjodiċi dwar ir-riskju tas-suq, bil-għan li: − jiġu evitati nuqqasijiet jew interruzzjonijiet fil-forniment tal-materjal nukleari fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-fjuwil nukleari (mit-tħaffir għall-konverżjoni, l-arrikkiment u l-fabbrikazzjoni), − tiġi żgurata l-viżjoni fit-tul li hi meħtieġa biex jinħoloq qafas għall-investiment fl-impjanti ta' fabbrikazzjoni u fl-esplorazzjonigħat-tħaffir ta' minjieri, − tiġi preservata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq; c) b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 11, tiġi żviluppata kompetenza ta' livell għoli u jiġi prodott it-tagħrif u l-istudji prospettivi, u b'mod partikulari rapport ta' prospettiva dwar il-forniment u d-domanda, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-forniment u surveys perjodiċi dwar ix-xejriet tan-negozju, ibbażati fuq analiżi rilevanti magħmula b'mod konġunt mill-Kumitat Konsultattiv, sabiex tkun tista' tagħti pariri lill-industrija, tifformula rakkomandazzjonijiet għall-produtturi u l-utilitajiet u tagħmel proposti lill-Kummissjoni għal regolamentazzjoni fl-oqsma rilevanti.
Emenda 5 Anness, Artikolu 2, paragrafu 1
1. L-Aġenzija għandha personalità ġuridika skond l-Artikolu 54 tat-Trattat. L-Aġenzija għandha tkun rikonoxxuta bħala istituzzjoni bi status ta' interess pubbliku, u għandha topera fuq bażi mingħajr skop ta' lukru.
1. L-Aġenzija għandha personalità ġuridika skond l-Artikolu 54 tat-Trattat. Għandha tgawdi f'kull Stat Membru l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skond il-liġi nazzjonali. B'mod partikulari, għandu jkollha l-kapaċità li tikseb u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli, u li tieħu sehem fil-proċeduri legali. L-Aġenzija għandha tkun rikonoxxuta bħala istituzzjoni bi status ta' interess pubbliku, u għandha topera fuq bażi mingħajr skop ta' lukru.
Emenda 6 Anness, Artikolu 2, paragrafu 3
3. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'wieħed mill-postijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward.
3. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'wieħed mill-postijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kunsillgħandu jieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward, fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv.
Emenda 7 Anness, Artikolu 2, paragrafu 4
4. Tista" fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-Komunità.
4. Tista" fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Komunità, sakemm dawn il-miżuri ma jkollhomx implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti. Hija għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn "il quddiem flimkien l-"awtorità baġitarja") dwar kwalunkwe proġett li jista" jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tagħha, b'mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma" proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta" bini, u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.
Emenda 8 Anness, Artikolu 3, paragrafu 1
1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni.
1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv. Dan għandu jaħdem għall-Aġenzija fuq bażi full-time u m'għandux jaġixxi bħala aġent tal-Kummissjoni.
Emenda 9 Anness, Artikolu 3, paragrafu 3, inċiżi minn 2 sa 5
− mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Aġenzija;
- mill-immaniġġjar ta' l-Aġenzija, l-amministrazzjoni u r-riżorsi tagħha, inklużi l-kwistjonijiet tal-persunal;
− mill-ġestjoni tar-riżorsi ta' l-Aġenzija;
− mit-tħejjija ta' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;
- mit-tħejjija ta' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;
− mill-affarijiet kollha tal-persunal.
- mit-twettiq ta' kwalunkwe studju u mill-produzzjoni ta' kwalunkwe rapport speċifiku li jkun meqjus neċessarju skond l-Artikolu 1(1a) u mit-trażmissjoni ta' dawn l-istudji u r-rapporti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;
− mill-iżgurar li l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 1 jkunu mwettqa skond l-interess ġenerali tal-Komunità.
Emenda 10 Anness, Artikolu 3, paragrafu 4
4. Kull sena d-Direttur Ġenerali għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti.
4.Kull sena, sal-31 ta' Marzu, id-Direttur Ġenerali, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti. Dan ir-rapport annwali għandu jiġi mressaq mid-Direttur Ġenerali flimkien ma' programm ta' ħidma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv.
Emenda 11 Anness, Artikolu 4, paragrafu 1
1. Id-Direttur Ġenerali u l-persunal ta' l-Aġenzija għandhom ikunu uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej regolati bir-regolamenti tal-Persunal ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u bir-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-uffiċjali għandhom jinħatru u l-pagi tagħhom jitħallsu mill-Kummissjoni.
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta" Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-persunal ta" l-Aġenzija.
Emenda 12 Anness, Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra.
Emenda 13 Anness, Artikolu 5, paragrafu 5
5. Kull att ta" l-Aġenzija li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 53 tat-Trattat jista" jkun riferut lill-Kummissjoni mill-parti kkonċernata fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tasal in-notifika, jew, fin-nuqqas ta" notifika, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta" notifika u pubblikazzjoni, il-perjodu għandu jiddekorri mill-jum li fih il-parti kkonċernata ssir taf dwar l-att.
5. Kull att ta" l-Aġenzija li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 53 tat-Trattat jista" jkun riferut lill-Kummissjoni mill-parti kkonċernata fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol minn meta tasal in-notifika, jew, fin-nuqqas ta" notifika, fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta" notifika u pubblikazzjoni, il-perjodu għandu jiddekorri mill-jum li fih il-parti kkonċernata ssir taf dwar l-att.
Emenda 14 Anness, Artikolu 7, paragrafu 3
3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità, interessi mill-kontijiet bankarji u dħul mill-kapital tagħha u investimenti bankarji, u fejn meħtieġ, tariffa kif prevista fl-Artikolu 54 tat-Trattat u self.
3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità mdaħħla fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni), interessi bankarji u dħul mill-kapital tagħha u mill-investimenti bankarji tagħha, u, fejn meħtieġ, tariffa kif stabbilit mill-Artikolu 54 tat-Trattat u self. Il-finanzjament ta" l-Aġenzija huwa suġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja, kif previst mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006.
Emenda 15 Anness, Artikolu 7, paragrafu 4
4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jkun magħmul mill-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat Konsultattiv, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.
4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż tal-persunal tagħha, u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi tagħha, inklużi spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.
Emenda 16 Anness, Artikolu 7, paragrafu 5a (ġdid)
5a.L-istima għandha tiġi trażmessa mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien ma" l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea.
Emenda 17 Anness, Artikolu 7, paragrafu 6
6. Abbażi ta" l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali.
6. Fuq il-bażi ta" l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-istimi li tqis neċessarji għall-organigramma u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skond l-Artikolu 272 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunita' Ewropea.
Emenda 18 Anness, Artikolu 7, paragrafu 7
7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija, li għandu jidher separat mill-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.
7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-organigramma ta' l-Aġenzija, li għandhatiġi ppubblikata b'mod separat fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea.
Emenda 19 Anness, Artikolu 7, paragrafu 9
9. Kwalunkwe tibdil fil-pjan ta' stabbiliment u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda addottat bl-istess proċedura tal-baġit inizjali. Tibdil fil-pjan ta' stabbiliment jitressqu lill-awtorità baġitarja. Il-baġits li jemendaw jintbagħtu bħala informazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
9. Kwalunkwe bdil fl-organigramma u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda u għandu jkun adottat skond il-proċedura stipulata fil-paragrafi 5 sa 8.
Emenda 20 Anness, Artikolu 8, paragrafu 10
10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat.
10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat. Huwa għandu jkun konsistenti mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta" qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta" l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. _____________________ 1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
Id-dispożizzjonijiet dwar din l-imposta għandhom jiġu stipulati f'deċiżjoni implimentattiva.
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kunsill, għandha tiddetermina r-rata ta' l-imposta u t-termini li fuqhom din għandha tinżamm. Il-Kummissjoni għandha taġixxi fuq proposta mid-Direttur Ġenerali li għandu jikseb l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 11. Id-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti prattiċi ta' din l-imposta għandhom jiġu stipulati f'deċiżjoni implimentattiva.
1. Il-Kumitat Konsultattiv (hawn taħt: imsejjaħ il-'Kumitat') għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u żewġ membri għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari. Madankollu, Stat Membru jista' jagħżel li ma jipparteċipax fih. Kull membru jista' jkollu sostitut tiegħu li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat apparti l-membru sħiħ, imma dan ma jkunx jista' jivvota jekk il-membru sħiħ ikun preżenti. Jekk membru jirriżenja jew ma jkunx jista" jwettaq dmirijietu, għandu jinħatar suċċessur għaż-żmien li fadal fil-kariga.
1. Il-Kumitat Konsultattiv (hawn taħt: imsejjaħ il-'Kumitat') għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u żewġ membri għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari. Għandu jkollu membru wieħed addizzjonali għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u li jikkontribwixxi iżjed minn EUR 300 000. Madankollu Stat Membru jista' jagħżel li ma jipparteċipax fil-Kumitat. Kull membru jista' jkollu sostitut tiegħu li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat meta l-membru sħiħ ma jkunx disponibbli. Jekk membru jirriżenja jew ma jkunx jista" jwettaq dmirijietu, għandu jinħatar suċċessur għaż-żmien li fadal fil-kariga.
Il-membri tal-kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv tagħhom abbażi tal-livell ta' esperjenza rilevanti jew għarfien espert fil-qasam taċ-ċiklu ta' fjuwil nukleri jew tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija nukleari. It-tul taż-żmien tal-kariga huwa ta' tliet snin. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded darba biss.
Il-membri tal-kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv tagħhom abbażi tal-livell ta' esperjenza rilevanti jew għarfien espert fil-qasam taċ-ċiklu ta' fjuwil nukleri jew tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija nukleari. It-tul taż-żmien tal-kariga huwa ta' tliet snin. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded.
Emenda 24 Anness, Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Il-Kumitat jista' jinnomina żewġ membri bħala konsulenti ta' l-uffiċjali eżekuttivi. L-uffiċjali eżekuttivi u l-konsulenti tagħhom għandhom jifformaw il-Bureau tal-Kumitat u għandu jkollhom il-kompitu li jżommu r-relazzjonijiet neċessarji f'isem il-Kumitat. Il-Bureau għandu jaġixxi bħala ħolqa bejn il-membri tal-Kumitat u d-Direttur Ġenerali ta' l-Aġenzija u għandu jikkoordina l-attività tal-Kumitat, b'mod partikulari fir-rigward tal-preparazzjoni, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tar-rapporti tiegħu u l-pubblikazzjoni tal-kompetenzi esperti tiegħu.
Emenda 25 Anness, Artikolu 12, paragrafu 2
2. Iż-żmien tal-kariga tal-Presidenti u tal-Viċi-Presidenti għandu jkun tliet snin. Il-mandat tal-ħatra m'għandux ikun jiġġeded, u l-presidenza għandha talterna bejn in-naħat differenti ta' l-industrija. Il-mandat tal-President jew ta' Viċi Presidenti għandu jintemm awtomatikament, jekk il-mandat tal-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kumitat jispiċċa mingħajr ma jerġa' jiġġeded.
2. Iż-żmien tal-kariga tal-Presidenti, tal-Viċi-Presidenti u taż-żewġ konsulenti għall-uffiċjali eżekuttivi għandu jkun tliet snin. Il-mandat tal-ħatra għandu jiġġedded darba biss, u l-presidenza għandha talterna bejn in-naħat differenti ta' l-industrija. Il-mandat tal-President jew ta' Viċi Presidenti jew ta' kwalunkwe konsulent għall-uffiċjali eżekuttivi għandu jintemm awtomatikament, jekk il-mandat tal-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kumitat jispiċċa mingħajr ma jerġa' jiġġedded.
Emenda26 Anness, Artikolu 13, paragrafu 1
1. Il-Kumitat għandu jassisti l-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha permezz ta" opinjonijiet u informazzjoni. Għandu jservi ta' rabta bejn l-Aġenzija u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari.
1. Il-Kumitat għandu jassisti l-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha permezz ta" opinjonijiet u billi jipprovdi analiżi u informazzjoni. Din l-assistenza għandha testendi wkoll għat-tħejjija tar-rapporti, l-eżerċizzji ta' stħarriġ u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 1(1a). Għandu jservi ta' rabta bejn l-Aġenzija u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari.
Emenda 27 Anness, Artikolu 13, paragrafu 2
2. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-kompetenza ta' l-Aġenzija bil-fomm waqt il-laqgħat tiegħu jew bil-kitba bejn tali laqgħat. Il-Kumitat jista" wkoll joħroġ opinjonijiet rigward kull kwistjoni fuq l-inizjativa ta" mhux inqas minn terz tal-membri tiegħu.
2. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-kompetenza ta' l-Aġenzija bil-fomm waqt il-laqgħat tiegħu jew bil-kitba bejn tali laqgħat. Il-Kumitat għandu, b'mod partikulari, ikun ikkonsultat meta din id-Deċiżjoni tistipula dan b'mod espliċitu. Il-Kumitat jista" wkoll joħroġ opinjonijiet rigward kull kwistjoni fuq l-inizjativa ta" mhux inqas minn terz tal-membri tiegħu.
Emenda 28 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3 (c)
(c) meta tiġi applikata imposta fuq tranżazzjonijiet, maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta" l-Aġenzija (l-Artikolu 54(5) tat-Trattat);
(c) meta tiġi applikata imposta fuq tranżazzjonijiet, maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta" l-Aġenzija (l-Artikolu 54(5) tat-Trattat) u r-rata tagħha;
Emenda 29 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (c a) (ġdid)
(ca) il-kriterji għas-self, kif imsemmija fl-Artikolu 6(3);
Emenda 30 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (c b) (ġdid)
(cb) il-kriterji għad-definizzjoni tal-prattiki ta' l-ipprezzar li huma projbiti mill-Artikolu 68 tat-Trattat;
Emenda 31 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid)
(da) iż-żamma tal-Kont Speċjali tal-Minerali u l-Materjali Fissili msemmijin fl-Artikolu 88 tat-Trattat;
Emenda 32 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (e)
(e) ir-regolament finanzjarju tal-baġit annwali, tal-kontijiet, ir-rapport dwar is-suq u l-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija.
(e) ir-regolament finanzjarju tal-baġit annwali ta' l-Aġenzija u l-kont speċjali ta' l-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 171(2) tat-Trattat;
Emenda 33 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (e a) (ġdid)
(ea) ir-rapport annwali u l-programm ta' ħidma.
Emenda 34 Anness, Artikolu 14, paragrafu 1, parti introduttorja
1. Il-Kumitat għandu jiltaqa' fis-sede ta' l-Aġenzija:
1. Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-President fis-sede ta' l-Aġenzija:
Emenda 35 Anness, Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a)
(a) normalment darbtejn fis-sena;
(a) normalment darbtejn fis-sena u kull meta jitqies neċessarju mill-President;
Emenda 36 Anness, Artikolu 14, paragrafu 6
6. Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Aġenzija.
6. Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Aġenzija. Is-segretarjat, b'kollaborazzjoni mal-President, għandu jfassal l-aġenda li għandha tiġi approvata mill-Kumitat, jibgħat id-dokumenti relevanti kollha lill-membri tal-Kumitat mill-inqas ħmistax-il jum ta' xogħol qabel id-data ta' laqgħa u jipprepara l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat u tal-laqgħat ta' l-uffiċjali eżekuttivi.
Emenda 37 Anness, Artikolu 14, paragrafu 7
7. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' membru tal-Kumitat għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija.
7. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' membru tal-Kumitat wieħed minn kull Stat Membru għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija.
Emenda 38 Anness, Dispożizzjonijiet Finali u Artikolu 15
Dispożizzjonijiet finali Artikolu 15 – Kapaċità ġuridika ta' l-Aġenzija F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar wiesgħa li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi li jaqgħu taħt il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari tista', takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċeduri ġuridiċi.