Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka (11722/2007 – C6-0244/2007 – 2007/0810(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11722/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003(1), skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0244/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0441/2007),
1. Japprova l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kif emendat;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test imressaq għall-konsultazzjoni b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kunsill
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 4
(4) Fi X XXXXXX 2007, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'kull wieħed minn dawn l-oqsma imsemmijin kienu ġew sodisfatti mill-Istati Membri konċernati.
(4) Fi X XXXXXX 2007, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'kull wieħed minn dawn l-oqsma imsemmijin kienu ġew sodisfatti mill-Istati Membri konċernati. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jgħarraf bil-miktub, matul is-sitt xhur li jmiss, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, x'beħsiebu jagħmel dwar ir-rakkomandazzjonijiet imniżżla fir-rapport u msemmija fis-segwitu li għad iridu jiġu implimentati.