Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0058(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0408/2007

Testi mressqa :

A6-0408/2007

Dibattiti :

PV 14/11/2007 - 14
CRE 14/11/2007 - 14

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2007 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0532

Testi adottati
PDF 380kWORD 55k
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru 2007 - Strasburgu
L-irkupru ta' l-istokkijiet tat-tunnaġġ fil-Lvant ta' l-Atlantiku u l-Mediterran *
P6_TA(2007)0532A6-0408/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru ta' l-istokkijiet tat-tunnaġġ fil-Lvant ta' l-Atlantiku u l-Mediterran (COM(2007)0169 – C6-0110/2007 – 2007/0058(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0169),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0110/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0408/2007),

1.   japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex timmodifika l-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250, paragrafu 2, tat-Trattat KE;

3.   jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.   jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid, jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika b'mod sostanzjali l-proposta tal-Kummissjoni;

5.   jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Artikolu 3a (ġdid)
L-Artikolu 3a
Mill-anqas xahar qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni l-listi ta' bastimenti u nases msemmija fl-Artikoli 12 u 13, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni b'mod elettroniku pjan ta' sajd li jindika n-numru ta' bastimenti u nases li għalihom għandhom il-ħsieb li jitolbu liċenzji tas-sajd, flimkien ma' informazzjoni rigward l-isforz ta' sajd mistenni.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li n-numru ta' bastimenti u ta" nases inklużi fil-pjan ta' sajd huwa pproporzjonali mal-kwota li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-imsemmi Stat Membru għat-tunnaġġ.
Emenda 2
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  Kull Stat Membri jista' jalloka l-kwota tiegħu tat-tonn lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u nases irreġistrati minnhom li huma awtorizzati għas-sajd attiv tat-tonn.
1.  Kull Stat Membru jista' jalloka l-kwota tiegħu tat-tunnaġġ lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u lin-nases irreġistrati minnu, li huma awtorizzati għas-sajd attiv tat-tunnaġġ u li huma inklużi fil-pjan ta' sajd imsemmi fl-Artikolu 3a.
Emenda 3
Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)
2 a.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-kapaċità tiegħu li jsemmen u jrabbi tkun konsistenti mal-Qabdiet Totali Permessi (TAC) tat-tunnaġġ fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran.
Emenda 4
Artikolu 5, paragrafu 1
1.  Is-sajd għat-tonn minn bastimenti ta' aktar minn 24 m, tas-sajd pelaġiku fuq skala kbira bil-konzijiet, għandhom ikunu pprojbiti fil-Lvant ta' l-Atlantiku u l-Mediterran, bl-eċċezzjoni taż-żona mill-Punent ta' 10°W u mit-Tramuntana ta' 42° N, matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju sal- 31 ta' Diċembru.
1. 1.  1. Is-sajd għat-tunnaġġ minn bastimenti ta' aktar minn 24 m, tas-sajd pelaġiku fuq skala kbira bil-konzijiet, huwa pprojbit fil-Lvant ta' l-Atlantiku u fil-Mediterran, matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju sal- 31 ta' Diċembru.
Emenda 5
Artikolu 5, paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Is-sajjieda (ekwipaġġ u sidien) għandhom jingħataw kumpens finanzjarju mill-Fond Ewropew għas-Sajd matul il-perjodu ta' projbizzjoni tas-sajd, skond l-għanijiet tal-pjani ta' rikostruzzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) nru 2371/2002.
Emenda 6
Artikolu 7, paragrafu 2
2.  B'deroga mill-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, daqs minimu għat-tonn (Thunnus Thynnus) ta' 8kg għandu japplika għat-tonn li ġej:
imħassar
(a) tonn maqbud fil-Lvant ta' l-Atlantiku minn bastimenti tas-sajd bil-qasba, bastimenti tas-sajd bir-rixa u bastimenti tas-sajd pelaġiku bix-xbieki tat-tkarkir;
(b) tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku għal skopijiet ta' trobbija fil-farms.
Emenda 7
Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)
In-numru ta" bastimenti li jidher fuq il-lista għandu jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet u l-kalkolu ta" l-isforz tas-sajd previsti mill-pjan ta" sajd imsemmi fl-Artikolu 3a.
Emenda 8
Artikolu 13, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)
In-numru ta" nases li jidher fuq il-lista għandu jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet u l-kalkolu ta" l-isforz tas-sajd previsti mill-pjan ta" sajd imsemmi fl-Artikolu 3a.
Emenda 9
Artikolu 17, paragrafu 5 a (ġdid) 5a.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd għat-tunnaġġ jieqfu immedjatament f'dawk l-Istati Membri li ma jirrispettawx id-data ta' skadenza għar-rappurtaġġ stabbilita fil-paragrafu 5.
Emenda 10
Artikolu 21, paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Fuq il-bażi tad-data dwar il-qabdiet ta" ħut ipprovduta min-nases u sabiex ikollha għajn importanti ta' informazzjoni għall-monitoraġġ tas-sitwazzjjoni ta" l-istokkijiet t-tunnaġġ, il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mas-Segretarjat ta' l-ICCAT, għandha tħejji pjan biex in-nases ta" l-Atlantiku jiġu rijabilitati u biex dawk in-nases li m'għadhomx attivi aktar fil-Mediterran jiġu stabbiliti mill-ġdid.
Emenda 11
Artikolu 24, paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri għandhom jikkollaboraw fl-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar miżuri ta" infurzar fir-rigward tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li dwarhom ikun ġie kkonfermat li ma kinux qed jirrispettaw l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament.
Avviż legali - Politika tal-privatezza