Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0435/2007

Dibattiti :

PV 14/11/2007 - 2
CRE 14/11/2007 - 2

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2007 - 5.5
CRE 15/11/2007 - 5.5

Testi adottati :


Testi adottati
PDF 393kWORD 84k
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru 2007 - Strasburgu
Suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni
P6_TA(2007)0533RC-B6-0435/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-Interess Ewropew: suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2007 dwar is-sitwazzjoni ta' l-ekonomija Ewropea: Rapport preparatorju dwar il-linji gwida wesgħin għall-politika ekonomika għall-2007 (1),

–   wara li kunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "l-Interess Ewropew: Suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni" (COM(2007)0581),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Wasal iż-żmien li ningranaw: is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi" (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta" l-4 ta" Ottubru 2004, tat-12 ta" Lulju 2005, tat-18 ta" Lulju 2006 u ta" l-10 ta" Lulju 2007 dwar linji gwida għall-politika ta" l-impjiegi ta" l-Istati Membri,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007, li stabbilixxa l-approċċ ta' l-UE għall-enerġija u l-bidla fil-klima,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika ta' l-Impjiegi ta' l-Istati Membri(2),

–   wara li kkunsidra il-Patt Ewropew għaż-Zgħażagħ adottat mill-Kunsill Ewropew fit-22 u l-23 ta" Marzu 2005,

–   wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew fit-23 u l-24 ta' Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "L-Edukazzjoni u t-Taħriġ fl-2010: is-suċċess ta" l-Istrateġija ta" Liżbona jiddependi minn riformi urġenti" (COM(2003)0685),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2006 dwar is-sitwazzjoni ta" persuni b'diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea mkabbra: il-Pjan ta" Azzjoni Ewropew 2006-2007(3),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa informali tal-Ministri għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali f'Guimarães dwar "12-il punt ewlieni biex niffaċċjaw l-isfidi li ġejjin" fil-5 u s-6 ta" Lulju 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi jekk il-linji politiċi pubbliċi jwasslux għal tkabbir jew le jiddependi mis-sorsi ta" tkabbir u mill-impedimenti għat-tkabbir li jeżistu fl-ekonomija kif ukoll mill-ammont kbir ta' restrizzjonijiet u ta' opportunitajiet li s-sitwazzjoni ekonomika globali tippreżenta,

B.   billi l-perijodu attwali ta' instabiltà finanzjarja qed joħloq inċertezza u jista' jkompli jnaqqas it-tkabbir ekonomiku u billi r-reviżjoni żgħira, mill-Kummissjoni, tat-tbassir tal-ħarifa, tista' wkoll iġġib bidla deċiżiva fiċ-ċiklu ekonomiku sakemm it-trasparenza fis-swieq u reazzjonijiet xierqa minn dawk responsabbli mill-politika ma jerġgħux jiksbu l-fiduċja tal-konsumaturi,

C.   billi l-UE mkabbra hija taħlita unika ta' ekonomiji avvanzati u ekonomiji konverġenti bi prezz baxx, li tippermetti li jitnaqqsu l-ispejjeż, jintużaw ekonomiji ta' l-iskala interni u esterni u li jkun hemm reżistenza għal pressjonijiet deflazzjonarji u inflazzjonarji minn ekonomiji li qed jiżviluppaw,

D.   billi s-suq wieħed ta' l-UE għandu profil u attrazzjoni dejjem akbar li qed iħeġġu l-immigrazzjoni ekonomika u appoġġ politiku u finanzjarju biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi madwar id-dinja kollha u dħul ta' fondi minn investituri privati u minn fondi ta' investiment sovrani,

E.   billi l-prestazzjoni ta' l-UE fl-esportazzjoni kemm lejn ekonomiji żviluppati u kemm lejn ekonomiji ġodda hija ħafna drabi affettwata b'mod negattiv minn nuqqas ta' reċiproċità fil-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq, minn ostakoli mhux tariffarji u minn prattiki inġusti tal-kummerċ,

F.   billi l-UE mkabbra u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija kif ukoll l-iżvilupp politiku u soċjo-kulturali ta' l-Istati Membri tagħha jirrikjedu riformi u koperazzjoni mtejba fi ħdan is-sistema għall-iskop tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi,

G.   billi l-interdipendenza fiz-zona ta' l-euro hija aktar b'saħħitha milli fl-UE kollha, u billi dan għadu mhux qed jissarraf fi proċessi politiċi effettivi u koerenti - partikolarment rigward ir-rabta bejn finanzi pubbliċi fis-sod, infiq ta' kwalità għolja u investiment fi strateġiji ta' tkabbir tal-produttività,

H.   billi, meta jitfasslu l-linji gwida ġenerali ta" l-UE dwar il-politika ekonomika, dawk responsabbli mill-politika jridu jiddikjaraw b'mod ċar u jindirizzaw l-isfidi komuni li l-ekonomiji ta' l-UE qed jiffaċċjaw u se jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin,

I.   billi għarfien min-naħa taċ-ċittadini ta" l-UE u l-appoġġ attiv tagħhom huma prekundizzjonijiet biex il-miżuri tal-politika ekonomika jiġu implimentati b'suċċess,

J.   billi skond l-Istrateġija ta" Liżbona mġedda l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi (EES) teħtieġ aktar viżibiltà, kapaċità ta" monitoraġġ u impetu parteċipattiv, b'mod partikulari fil-Programmi ta" Riforma Nazzjonali (NRP) u fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi ta" Riforma Nazzjonali,

K.   billi hemm interrelazzjoni qawwija bejn it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali; billi l-faqar tax-xogħol huwa enfasizzat dejjem aktar bħala sfida ewlenija kemm fil-politika dwar l-impjiegi kif ukoll fil-politika dwar l-inklużjoni soċjali; billi għalhekk huwa essenzjali li l-Linji Gwida Integrati jilħqu l-objettivi soċjali u ambjentali tagħhom u jqisu s-sinerġiji bejn l-oqsma differenti,

L.   billi l-laqgħa informali hawn fuq msemmija tal-Ministri għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali f'Guimarães ikkonkludiet li l-inklużjoni soċjali hija aspett fundamentali ta" l-istrateġiji għall-iżvilupp sostenibbli fl-Ewropa billi tipprovdi l-għodda biex jinħolqu l-opportunitajiet għal kulħadd u peress li għandha effetti pożittivi fuq l-impjiegi, il-ħiliet u l-iżvilupp tal-bniedem,

Dimensjoni Esterna ta' Liżbona

1.  Jinnota li l-globalizzazzjoni ta' l-ekonomija toħloq opportunitajiet ġodda għall-ekonomiji ta' l-UE li se jkollhom rwol aktar importanti fid-deċennji li ġejjin u jakkwistaw benefiċċji addizzjonali billi jisfruttaw l-ekonomiji fil-kobor, il-kapaċità, l-urbanizzazzjoni, in-netwerks u r-reputazzjoni pożittiva;

2.  Jenfasizza li l-UE tista' biss tilħaq l-objettivi tagħha ta' Liżbona internament billi tkun attiva u magħquda fix-xena dinjija; għalhekk jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni li tiġi żviluppata dimensjoni esterna koerenti ta" l-Istrateġija ta" Liżbona; iqis li approċċ komprensiv għall-politika esterna li jiffoka fuq il-koperazzjoni regolatorja, il-konverġenza ta' l-istandards u l-ekwivalenza tar-regoli jrid jippromwovi kemm il-kompetizzjoni ġusta kif ukoll il-kummerċ ġust; madankollu, f'dan il-kuntest iwissi biex ma tkunx sottovalutata l-importanza ta' aktar titjib fil-koperazzjoni interna u fil-proċessi ta' riforma;

3.  Jenfasizza l-importanza ta" l-UE bħala protagonista globali u bħala waħda mill-benefiċjarji ewlenin ta' l-ekonomija dinjija miftuħa; iqis li, għalhekk, għandha responsabiltà konsiderevoli li tittratta kwistjonijiet globali u li toħloq għodda ta" politika ekonomika esterna biex l-impatt estern tas-suq wieħed ta' l-UE jkun immaniġġjat kif xieraq;

4.  Jiġbed l-attenzjoni li mingħajr kordinazzjoni xierqa meta jinħoloq il-qafas superviżorju ta" l-UE u mingħajr infurzar qawwi tar-regoli tal-kompetizzjoni ta" l-UE, il-vantaġġi tas-suq wieħed u l-ekonomiji fil-kobor li jinkisbu mill-parteċipazzjoni ta" l-UE f'suq dinji bħala entità waħda jistgħu jonqsu;

5.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tiżviluppa l-koperazzjoni regolatorja, il-konverġenza ta" l-istandards u l-ekwivalenza tar-regoli fid-diskussjonijiet tagħha ma" pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi impjiegi diċenti u l-kwalità tal-ħajja tax-xogħol, tiġġieled kontra d-dumping soċjali, tinkludi kapitlu dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet tagħha dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, filwaqt li tirrikjedi r-ratifika u l-infurzar ta' standards ewlenin ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kif ukoll prinċipji tax-xogħol diċenti, u biex tapplika sistematikament il-valuri u l-prinċipji soċjali meta tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi;

Politika interna
Pont bejn l-Istrateġiji għall-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali u l-Linji gwida Integrati

6.  Jilqa" b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li se tingħata aktar attenzjoni lill-inklużjoni attiva u l-opportunitajiet indaqs, li għandha tkun promossa l-ġlieda għal ħarsien soċjali xieraq u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-faqar u li madwar l-Ewropa kollha jinħtieġu mezzi aktar effettivi biex ikunu garantiti d-drittijiet eżistenti taċ-ċittadini ta' aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, il-kura tas-saħħa u forom oħra ta' ħarsien soċjali;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati u mtejba l-integrazzjoni u l-viżibiltà tad-dimensjoni soċjali fiċ-ċiklu li jmiss ta" l-Istrateġija ta" Liżbona, u, b'mod partikulari, fil-Linji gwida Integrati; iqis li hemm ħtieġa urġenti li jingħelbu d-djufijiet li jinħassu li hemm fil-Linji Gwida għall-Impjiegi, li ma jagħtux biżżejjed importanza lil ċerti objettivi soċjali bażiċi, bħal dawk bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta" ħaddiema fqar u li jiżdied l-aċċess għall-impjiegi ta' kwalità għolja, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa u għal forom oħra ta' ħarsien soċjali għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni biex tadatta l-Linji gwida Integrati sabiex tkun tista" tiffaċċja l-isfidi ġodda u tegħleb dawn in-nuqqasijiet;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw approċċ sistematiku li jiżgura l-koerenza ta' livell għoli bejn il-proċess tal Programmi ta" Riforma Nazzjonali bil-għan ta" tkabbir u ta" aktar impjiegi u impjiegi aqwa minn naħa waħda u l-proċess tal-ħarsien soċjali u ta' l-inklużjoni soċjali min-naħa l-oħra;

Implimentazzjoni tal-Linji gwida għall-Impjiegi

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tittratta d-diverġenza kbira bejn l-Istati Membri fl-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-Linji gwida għall-Impjiegi billi tiżgura li l-Istati Membri japplikaw b'mod iktar komprensiv, l-indikaturi u l-objettivi EES, l-istrumenti għat-tagħlim matul il-ħajja u l-miżuri mfassla fil-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ, fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u fil-Pjan ta" Azzjoni ta" l-UE 2006-2007 għall-Persuni b'Diżabilità; jitlob li dawk l-impenji, l-objettivi u r-referenzi kollha jiġu inkorporati għalkollox fil-Linji gwida Integrati sabiex jittejbu l-koerenza u l-effiċjenza ta" l-EES;

10.  Jisħaq l-importanza kbira li jissaħħu l-kapaċitajiet strateġiċi tal-politika ta" l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fil-proċessi ta" koperazzjoni tagħhom jagħtu attenzjoni partikulari lill-kwalità ta" l-impjiegi, il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, tal-familja u l-ħajja personali, il-kwalità u d-disponibilità ta" l-edukazzjoni u t-taħriġ għal kulħadd, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, it-tisħiħ ta' politika għall-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, u kwistjonijiet ta' immigrazzjoni;

11.  Jappoġġja l-adozzjoni ta" sett bilanċjat ta" prinċipji komuni dwar il-flessigurtà, li jgħaqqad il-flessibiltà u s-sigurtà għall-impjegati u għal min iħaddem fis-suq tax-xogħol; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex jintegraw dawk il-prinċipji komuni fil-konsultazzjoni tagħhom dwar il-Programmi ta" Riforma Nazzjonali ma" l-imsieħba soċjali u jenfasizza l-irwol ewlieni tat-taħriġ u tat-taħriġ mill-ġdid, tal-politika attiva tas-suq tax-xogħol, tal-ħarsien soċjali xieraq u tat-tneħħija tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol billi jkunu żgurati drittijiet ta" l-impjieg għall-ħaddiema kollha;

Politiki ekonomiċi

12.  <0} {0><}99{>Jinnota l-proposta li hemm fir-rapport interim tal-Kummissjoni li l-inizjattivi tal-politiki differenti ta' l-UE jitqarrbu lejn xulxin fl-interess ta' risposta koerenti għall-isfidi interni u esterni;<0} {0><}0{>jistieden f'dan il-kuntest biex isir żvilupp ta' 'inizjattiva għal żvilupp intelliġenti ta' l-UE li jqis l-ambjent' u li jgħaqqad l-għodda ekonomiċi prinċipali eżistenti kollha ta' l-UE;<0} {0><}100{>iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tisseparax il-politiki ambjentali mill-politika ekonomika u mill-politika ta' l-impjiegi;<0} {0><}90{>hu ta' l-opinjoni li l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima għandha tkun is-sinsla tar-reviżjoni ta' l-UE taċ-"ċiklu ta' tliet snin ta' Liżbona ";

13.  Jemmen li politiki ekonomiċi sodi jistgħu jgħinu biex tikber il-kunfidenza u tonqos l-inċertezza fil-kuntest tal-perijodu attwali ta' instabilità finanzjarja; jiġbed l-attenzjoni li wieħed mill-problemi fundamentali li l-ekonomija Ewropea qed tiffaċċja fis-snin riċenti kienet domanda domestika insuffiċjenti f'xi Stati Membri; jenfasizza f'dan il-kuntest li huwa importanti ħafna li jkun hemm kordinazzjoni msaħħa kemm dwar politiki fiskali sodi kif ukoll dwar finanzi pubbliċi ta' kwalità għolja, inklużi "investimenti ta' Liżbona" essenzjali;

14.  Huwa tal-fehma li t-trasparenza tas-suq finanzjarju, regoli tal-kompetizzjoni effettivi u regolazzjoni u sorveljanza xierqa se jibqgħu jkunu kruċjali, meta jitqiesu l-globalizzazzjoni tas-swieq finanzjarji u l-ħtieġa li jkunu mħarsa d-drittijiet tal-konsumatur; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex telabora l-kwistjonijiet tas-suq finanzjarju f'inizjattivi ma' l-Ewropea kollha fil-qafas tal-programm Komunitarju ta' Liżbona;

15.  Jenfasizza li t-tnaqqis fir-ritmu tal-produzzjoni hi kwistjoni ta' tħassib għall-politika ekonomika u jvarja minn pajjiż għall-ieħor ta' l-UE, jinnota, madankollu, sistema ġenerali komuni li jirrifletti punti dgħajfa fis-swieq, fid-distribuzzjoni u fis-servizzi finanzjarji;

16.  Jirrimaka li r-riġidità strutturali ma tippermettix l-effiċjenza fl-użu ta' teknoloġiji ġodda u l-aċċessibilità ta' netwerks f'industriji li għadhom lura; jemmen li l-linji gwida ta' politika ekonomika għandhom jinkludu azzonijiet min-naħa tal-fornituri sabiex jinħoloq ambjent tajjeb għal operazzjonijiet transkonfinali min-negozji u biex jitħaffef il-ħolqien ta" suq finanzjarju wieħed;

17.  Jirrikonoxxi li fl-UE, l-innovazzjoni għandha tirriżulta aktar malajr fi prodotti u servizzi ġodda; jappoġġja għalhekk it-talba tal-Kummissjoni għal "trijangolu ta' tagħrif" magħmul mir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni; jistenna investimenti iktar effettivi f'ħiliet ġodda, tagħlim matul il-ħajja u sistemi moderni ta' edukazzjoni/taħriġ;

18.  Huwa favur li jiġi appoġġjat ir-ristrutturar ta' l-ekonomija permezz ta' l-innovazzjoni fil-proċessi tat-tmexxija, fil-proċeduri u fl-istrutturi organizzattivi; huwa tal-fehma li kumpaniji ġodda f'dan il-qasam jeħtieġu aċċess aħjar għall-kapital u jeħtieġu li jkunu aktar kreattivi u li joffru bosta opportunitajiet lill-intrapriżi ż-żgħar u lill-ġenerazzjoni żagħżugħa;

19.  Jinnota li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tkun komplementari għall-politika strutturali, tipprevjeni l-iżvilupp ta" kartelli u tiżgura li l-kundizzjonijiet tas-suq ma jippermettux li jitwarrbu n-negozji ż-żgħar;

20.  Jinnota li ċ-ċittadini ta' l-UE ħafna drabi jassoċjaw il-globalizzazzjoni mat-tnaqqis fil-produzzjoni Ewropea u mat-telf ta' l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini Ewropej dwar l-aspetti kollha tal-globalizzazzjoni u dwar il-bżonn għal politika fuq livell komunitarju biex jaffaċċjaw l-isfidi ta' ekonomija globalizzata;

21.  Itenni li l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona jistgħu jinkisbu b'mod sħiħ biss jekk isiru aktar sforzi biex tkun stabbilità politika komuni ta' l-enerġija;

22.  Jirrikonoxxi li l-intrapriżi żgħar, medji u kbar, kollha għandhom parti x'jilagħbu fl-istrateġija ta' innovazzjoni dinamika u integrata, u li l-aċċess għar-riżorsi għal intrapriżi iżgħar u individwi huwa kruċjali biex jogħla l-livell ta' l-R&D u biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda; jinnota li kemm iffinanzjar fi stadju bikri u ffinanzjar kostanti fuq medda ta' żmien suffiċjenti, biex il-prodotti jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq, għandhom jitkattru;

23.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-konsultazzjoni proposta tal-Kummissjoni ma" l-SMEs u r-rappreżentanti tagħhom u t-tfassil sussegwenti ta" "L-Att għan-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa; iħeġġeġ li tinstema" l-vuċi tan-negozji ż-żgħar fid-djalogu soċjali u li l-prinċipju ta" "naħsbu għaż-żgħir l-ewwel" għandu jkun integrat għal kollox fit-tfassil tal-politika;

24.  Jiddefendi l-indipendenza ta' l-ECB fit-tfassil tal-politika monetarja u fl-immaniġġjar ta' l-effett ta' l-instabilità fis-swieq finanzjarji globali; jenfasizza li l-apprezzament tar-rata tal-kambju ta' l-Euro hija riżultat ta' l-iżbilanċ li qed jiżdied f'pajjiżi terzi u ta' domanda baxxa fiz-zona ta' l-euro; huwa mħasseb dwar kemm it-tkabbir fl-UE se jkun b'saħħtu biżżejjed biex tiġi evitata l-instabilità tas-swieq finanzjarji dinjin u tar-rati tal-kambju;

25.  Huwa tal-fehma li żieda f'daqqa tad-domanda għar-riżorsi naturali, għall-prodotti u s-servizzi bażiċi minħabba t-tkabbir ta' ekonomiji li qed jiżviluppaw jistgħu jwasslu għal pressjoni inflazzjonarja fuq l-ekonomiji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li s'issa kienet evitata minħabba l-kontribut tagħhom għaż-żieda tal-forniment dinji; iqis li l-Istati Membri għandhom iħejju għodda anti-inflazzjonarja ta" politika ekonomika bi strateġiji ta" tkabbir ekonomiku u b'qafas għal aġġustament makroekonomiku u kordinazzjoni mtejba sabiex tiġi indirizzata din il-problema;

Treġija globali

26.  Jirrikonoxxi li hija meħtieġa azzjoni sovranazzjonali mill-aktar fis biex tiżviluppa linji politiċi li jnaqqsu l-effetti tal-bidla fil-klima u l-kriminalità organizzata internazzjonali u tara l-bżonn għal istituzzjonijiet sovranazzjonali biex jieħdu ħsieb l-isfidi sovranazzjonali;

27.  Iqis li l-iżvilupp tar-regoli u l-istandards globali huma essenzjali sabiex tinkiseb konverġenza regolatorja; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tipparteċipa b'mod attiv fix-xogħol ta' l-aġenziji internazzjonali rilevanti kollha u ta' l-entitajiet li jistabbilixxu l-istandards, sabiex ikun hemm konsistenza ikbar bejn ir-regoli u l-prattiki ta' l-UE u dawk ta' l-imsieħba kummerċjali ewlenin ta' l-UE;

28.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li ftehimiet kummerċjali bilaterali ta' l-UE u ftehimiet kummerċjali multilaterali tad-WTO jiġu finalizzati b'mod li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehima li tistabbilixxi d-WTO; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli taħdem lejn ir-riżultat ambizzjuż tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha;

29.  Iqis li s-suq transatlantiku jista' jkun strument xieraq biex jiżgura l-effiċjenza tad-difiża tal-kummerċ ta' l-UE, tal-kompetittività sostenibbli u ta' l-innovazzjoni;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-reċiproċità fil-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq tkun żgurata; jerġa' jtenni t-talba tiegħu għal Ftehima ta' Sħubija ġdida UE-Stati Uniti, liema ftehima jkollha l-għan li telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti l-ostakoli kollha li baqa' għall-kummerċ u l-investiment waqt li jiġu rrispettati l-istandards Ewropej;

31.  Jemmen li s-segwitu ta' liberalizzazzjoni kummerċjali ulterjuri jagħmilha saħansitra iżjed meħtieġa li l-UE tippreserva l-abilità tagħha li tħares lilha nnfisha minn prattiki kummerċjali inġusti; għalhekk, iqis l-Istrumenti ta' Difiża Kummerċjali, bħala element indispensabbli ta' l-istrateġija ta' l-UE;

Il-migrazzjoni

32.  Jenfasizza li l-UE teħtieġ li b'mod urġenti jkollha politika komuni tal-fruntieri u l-immigrazzjoni li tinkludi mhux biss il-kontroll integrat tal-fruntieri iżda anki strateġiji, kriterji u proċeduri armonizzati għall-immigrazzjoni ekonomika, filwaqt li tħalli lill-Istati Membri individwali biex jiddeċiedu fuq l-għadd li se jħallu jidħlu; jenfasizza wkoll li għandhom isiru sforzi akbar biex jinstabu modi, permezz ta' skambju ta' esperjenzi, biex isir suċċess mill-immigrazzjoni għall-partijiet kollha, kemm mill-punt di vista soċjali kif ukoll minn dak ekonomiku;

Bidliet istituzzjonali

33.  Huwa tal-fehma li l-influwenza ta' l-ambjent ekonomiku fuq tkabbir għal perjodu twil ta' żmien m'hijiex awtomatika u li l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet li jirreaġixxu għas-suq jiddetermina jekk l-ekonomija hijiex kapaċi jew le li twettaq il-potenzjal tagħha ta' tkabbir strutturali; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq Linji gwida Integrati għall-2008-2010 li jkunu ġew aġġornati tassew;

34.  Jiddispjaċih li ftehim dwar pjan u kodiċi ta' prattika ċari għadhom ma ntlaħqux bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jiggarantixxu koperazzjoni xierqa u l-involviment sħiħ tat-tliet istituzzjonijiet tal-Komunità kkonċernati fl-immaniġġjar ulterjuri xieraq ta' kwistjonijiet dwar il-globalizzazzjoni; f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex minnufih iressqu proposti għal koperazzjoni mill-qrib bejn it-tliet istituzzjonijiet tal-Komunità fid-dawl tar-reviżjoni imminenti ta' l-Istrateġija ta' Liżbona;

Involviment tal-partijiet interessati

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-qafas ta" l-Istrateġija ta" Liżbona u, b'mod partikolari, fi ħdan il-proċess ta" NRP, biex jippromwovu l-pussess u jsaħħu l-involviment tal-parlamenti nazzjonali, ta" l-awtoritajiet reġjonali u lokali, ta" l-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili;

o
o   o

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2007)0051.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0048.
(3) ĠU C 316 E, 22.12.2006, p. 370.

Avviż legali - Politika tal-privatezza