Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2662(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0476/2007

Testi mressqa :

B6-0476/2007

Dibattiti :

PV 15/11/2007 - 2
CRE 15/11/2007 - 2

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2007 - 5.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0540

Testi adottati
PDF 226kWORD 75k
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru 2007 - Strasburgu
Sitwazzjonijiet ta" fraġilità
P6_TA(2007)0540B6-0476/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2007 dwar reazzjoni ta" l-UE għal sitwazzjonijiet ta" fraġilità f'pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ottubru 2007 'Lejn reazzjoni ta' l-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità - azzjoni f'sitwazzjonijiet diffiċli għal żvilupp sostenibbli, stabilità u paċi' COM (2007)0643 u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni anness magħha (SEC (2007)1417),

-   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu mal-Kunsill, mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: "Il-Consensus Ewropew", iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005(1),

-   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta" finanzjar ta' koperazzjoni għall-iżvilupp(2) (Strument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp),

-   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(3), kif emendata bil-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005(4) (il-Ftehim ta' Cotonou),

-   wara li kkunsidra l-"Qafas ta' Politika ta" l-Unjoni Afrikana (UA) dwar Rikostruzzjoni u Żvilupp ta" Wara Konflitt (PCRD)", miftiehem mill-Istati Membri ta' l-AU fis-Sammit ta" Banjul fil-25 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2006,

-   wara li kkunsidra l-għaxar prinċipji għal azzjoni minn donatur xieraq f'sitwazzjonijiet u fi Stati fraġli appoġġjati mill-Grupp ta" Stati Fraġli ta" l-OECD/Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp DAC, maqbula fil-Laqgħa ta" Livell Għoli tad-DAC tat-3-4 ta' April 2007 f'Pariġi;

-   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni ta" l-Assemblea Ġenerali tan-NU 60/1 ta' l-24 ta' Ottubru 2005 dwar ir-Riżultat tas-Samit Dinji ta' l-2005, u b'mod partikolari l-paragrafi 138 - 140 tagħha dwar ir-Responsabilità ta' Protezzjoni,

-   wara li kkunsidra l-Artikolu103 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi mill-1990s, l-istati li m'għandhomx il-kapaċità biex jilħqu l-funzjonijiet 'tradizzjonali' tagħhom u biex iwettqu progress fl-iżvilupp u li għandhom istituzzjonijiet fraġli kienu klassifikati 'Stati Fraġli' mill-Bank Dinji (WB) u mill-komunità ta" żvilupp internazzjonali;

B.   billi l-fraġilità ta" l-istat hija aktar kunċett empiriku milli wieħed normativ u hija varjabbli dipendenti u mhux kundizzjoni oriġinali; billi sitwazzjoni ta" fraġilità tista' teżisti kemm qabel kif ukoll wara kriżi; billi r-responsabilità għal stabbiliment ta" meta stati m'humiex aktar "fraġli" għandha tkun dik taċ-ċittadini tagħhom;

C.   billi minkejja l-fatt li m'hemm ebda definizzjoni li taħdem mhix ambigwa tal-kunċett, huwa possibbli li jkunu identifikati stati waqt sitwazzjonijiet ta" fraġilità u n-numru ta" Stati ġġudikati mill-WB bħala 'fraġli" kważi rdoppja minn 14 sa 26 bejn l-2000 u l-2006, li 14 minnhom jinsabu fl-Afrika tas-SubSaħara;

D.   billi huwa essenzjali li tifhem il-fatturi esterni u interni li jikkontribwixxu għal fraġilità biex tkun provduta assistenza u għajnuna lil stati bħal dawn, għall-benefiċċju dirett taċ-ċittadini tagħhom u f'ġieħ il-paċi u l-prosperità reġjonali u globali;

E.   billi tipi differenti ta" fraġilità (pereżempju: l-istat ta' possibilità għolja ta" konflitt, "l hekk imsejjaħ "resource curse", tmexxija mhix xierqa, ebda aċċess għal baħar) jirrikjedu tipi differenti ta" intervent; billi pajjiż partikolari jista" jkun klassifikat skond tipi differenti ta" fraġilità, b'hekk il-kategorizzar u l-azzjoni speċifika jkunu diffiċli;

F.   billi l-indirizzar ta" sitwazzjonijiet fraġli huwa proċess fuq perjodu ta' żmien fit-tul u jeħtieġ impenn sostnut u fuq perjodu ta' żmien fit-tul kemm mill-pajjiżi affettwati kif ukoll mill-komunità internazzjonali;

G.   billi l-UA tirrikonoxxi li r-rikostruzzjoni hija primarjament kwistjoni politika iktar milli teknika; billi għalhekk hemm il-ħtieġa li tinbena awtorità leġittima ta' l-istat, għal tmexxija bbażata fuq il-kunsens, għal azzjoni affermattiva għal gruppi vulnerabbli u għal bini tal-kapaċità lokali fi ħdan il-qafas ta' distribuzzjoni ġusta ta' poter u responsabilità reċiproka, kif emfasizzat mill-Qafas ta' Politika ta' l-UA dwar il-PCRD;

H.   billi sitwazzjonijiet ta" fraġilità huma spiss konnessi mal-faqar u f'kundizzjonijiet ta" l-għajxien mhux xierqa, li jwasslu f'każi estremi għal kollass ta" l-istat u n-nuqqas ta" sikurezza permanenti; billi n-nuqqas ta" protezzjoni u drittijiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi affettwati jeħtieġ - u jrid ikun fiċ-ċentru ta' - l-azzjoni mill-UE u mill-komunità internazzjonali;

I.   billi għad hemm nuqqas ta" qsim ta" esperjenzi ta" bini ta" stati f'pajjiżi u f'donaturi, b'hekk ikunu ostakolati l-proċessi ta" tagħlim;

J.   billi hemm il-ħtieġa ta" mekkaniżmu doppju ta" responsabilità: bejn id-donaturi u l-pajjiżi reċipjenti u bejn dawn u l-popolazzjonijiet tagħhom;

K.   billi l-eżistenza ta' strumenti ta" finanzjar multiplu twassal għal riskju ta" ħidma doppja jew ta" nuqqas ta" allokament ta" riżorsi u jwasslu biex ir-responsabilità u l-parteċipazzjoni għal soċjetajiet diġà mdgħajfa aktar diffiċli;

1.  Iqis li l-fraġilità hija sfida ta" żvilupp kumplessa u jenfasizza l-ħtieġa għal aġenda definita b'mod xieraq u ta" fraġilità koerenti, ibbażata fuq il-prinċipju ta" "mingħajr ħsara" , i.e. adattata għas-sitwazzjoni u tqis kunsiderazzjonijiet fuq perjodu ta" żmien fit-tul; u l-koordinament tal-miri u ta" l-approċċi multipli tal-partijiet li għandhom sehem differenti fir-rigward ta" l-objettiv prinċipali u ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba ta" l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju;

2.  Jilqa" l-preparazzjoni tar-reazzjoni ta" l-UE għal fraġilità u jenfasizza l-ħtieġa li jkunu involuti l-Parlamenti fil-fażijiet kollha ta" din l-istrateġija;

3.  Jafferma li sistema politika demokratika stabbli, li twassal għal żvilupp, l-istat tad-dritt, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tmexxija xierqa u prevenzjoni tal-konflitt b'mod paċifiku hija l-aqwa mod biex tintemm is-sitwazzjoni ta' fraġilità u fil-mixja lejn istituzzjonijiet miftuħin li jiffunzjonaw u għal tfassil tal-politika effiċjenti u ġusta;

4.  Jinnota li l-ipprogrammar u l-azzjoni f'sitwazzjonijiet ta" fraġilità jeħtieġ li jkunu komprensivi u koerenti u jkollhom bħala elementi ċentrali l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi affettwati kif ukoll il-popolazzjonijiet ta' dawk il-pajjiżi; iqis li għandu jkun hemm approċċ li jieħu kont tal-fraġilità sabiex ikunu armonizzati strumenti u mekkaniżmi attwali u jaqbel b'mod sħiħ li l-potenzjal ta" Dokumenti ta" Strateġija tal-Pajjiżi u l-programmi tematiċi, preparati bi sħubija, biex jevitaw il-fraġilità jeħtieġ li jkunu msaħħa;

5.  Jenfasizza li l-komponenti prinċipali ta" l-aġenda ta" fraġilità għandhom ikunu fi tliet partijiet b'emfasi fuq il-faqar u fuq il-prevenzjoni: il-promozzjoni tas-sigurtà umana, titjib fl-iżvilupp u żgurar tal-paċi; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tali komponenti jkunu implimentati fil-qasam b'konsistenza;

6.  Iqis li pjanar strateġiku fuq perjodu ta" żmien fit-tul jeħtieġ li jkun koordinat bl-implimentazzjoni ta" programmi fl-aktar livell baxx li jridu jibqgħu flessibbli u li jadattaw infushom u jeħtieġ li jwieġeb għall-kuntest tal-pajjiż in kwistjoni; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi żvilupp fuq perjodu ta" żmien fit-tul, iżda biex tipprovdi wkoll servizzi bażiċi bħas-saħħa u l-edukazzjoni fuq perjodu ta" żmien qasir;

7.  Jenfasizza li programmi ta" żvilupp f'sitwazzjonijiet ta" fraġilità għandhom jikkonformaw ma" l-istess prinċipji stabbiliti bħal programmar ta" żvilupp f'postijiet oħrajn, li jfisser, pussess, sħubija, responsabilità reċiproka u sostenibilità;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja djalogu li jinkludi b'mod komplet il-paċi u l-politika u proċessi ta" rikonċiljazzjoni u biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni ta" komunitajiet u tas-soċjetà ċivili fl-aspetti kollha taċ-ċiklu ta" rkupru u l-istrateġiji ta" żvilupp;

9.  Jenfasizza li l-paċi sostenibbli tista" tinkiseb biss jekk isssir il-ġustizzja, u tidher li l-ġustizzja qed issir, b'mod partikulari fir-rigward tal-krimini tal-gwerra u tal-krimini kontra l-umanità; jistieden lill-Kummissjoni biex f'dan il-kuntest tappoġġja t-tisħiħ tas-sistemi legali u ġudizzjarji ta" Stati fraġli, biex tiżgura li protagonisti ta" reati serji kontra l-umanità jitressqu għal ġustizzja, iżda biex tippermetti wkoll l-avvanz parallel tal-ġustizzja u l-inizjattivi ta" rikonċiljazzjoni;

10.  Jistieden għat-tisħiħ tad-drittijiet legali individwali, inkluż dawk dwar il-pussess ta" art ta' l-ifqar, u jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja sforzi mwettqa f'pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiddiversifikaw il-produzzjoni agrikola tagħhom biex tippermettilhom biex joħorġu minn sitwazzjonijiet ta" ekonomiji vulnerabbli b'mod konsiderevoli ta" uċuħ uniċi u b'hekk ikunu evitati sitwazzjonijiet fraġli li jirriżultaw minn kollass ekonomiku;

11.  Itenni l-ħtieġa għal azzjoni umanitarja u ta' żvilupp ta' l-UE biex tagħmel enfasi aktar b'saħħitha fuq miżuri preventivi, sistemi ta' twissija minn kmieni u analiżi tar-riskju biex ikunu evitati diżastri kemm ikkawżati mill-bniedem kif ukoll dawk naturali li jirriżultaw f'sitwazzjonijiet fraġli;

12.  Jafferma li mudell komprensiv dwar fraġilità u żvilupp jeħtieġ li jqis inizjattivi lokali, reġjonali u kontinentali attwali bħall-"Qafas ta' Politika ta" l-UA dwar PCRD, is-Sħubija Ġdida għall-Iżvilupp fl-Afrika (NEPAD), il-Mekkaniżmu Afrikan ta' Reviżjoni tal-Membri u ċ-Charter dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u t-Tmexxija fl-Afrika; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja sforzi biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar f'dan il-qasam;

13.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżgura mhux biss li l-partijiet li għandhom sehem domestiku jkunu inklużi b'mod sħiħ fl-isforzi biex jintgħelbu sitwazzjonijiet ta" fraġilità, iżda biex l-opinjoni u d-definizzjoni tagħhom stess ta" bini ta" stat u l-mudell ta" stat tagħhom jitqiesu wkoll u li tintuża l-kompetenza lokali;

14.  Jenfasizza l-irwol kruċjali tan-nisa u ta" gruppi vulnerabbli fil-promozzjoni ta" l-iżvilupp u tal-paċi u jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi li dawn jingħataw setgħa, b'mod partikulari billi tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u s-sitwazzjoni f'ċirkustanzi ta" fraġilità;

15.  Jilqa" l-fatt li skond il-qafas ta" l-Istrateġija konġunta UE-Afrika, l-UE u l-Afrika se jwettqu djalogu dwar il-kunċett ta" "sitwazzjonijiet ta" fraġilità" mmirat lejn il-kisba ta" qbil komuni u qbil dwar passi li jistgħu jittieħdu u li dan id-djalogu diġà huwa previst fil-Pjan ta" Azzjoni;

16.  Ifakkar li kull stat individwali għandu r-responsabilità li jipproteġi l-popolazzjonijiet tiegħu mill-ġenoċidju, mill-krimini tal-gwerra, mill-qtil etniku u mill-krimini kontra l-umanità u li l-UE tappoġġja b'mod qawwi tali responsabilità tal-protezzjoni, bi qbil mar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU 60/1 ta' l-24 ta' Ottubru 2005; jenfasizza li r-responsabilità tal-protezzjoni tinkludi l-applikazzjoni ta" pressjoni u theddid diplomatiċi, ekonomiċi u legali sostnuti, b'intervent militari aggressiv jibqa" l-aħħar azzjoni u bil-ħtieġa li jkun ikkontrollat b'mod strett;

17.  Jenfasizza li l-indirizzar ta" sitwazzjonijiet ta" fraġilità huwa kumpless u jeħtieġ riżorsi finanzjarji u umani sinifikattivi, kif ukoll impenji fuq perjodu ta" żmien fit-tul; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn ir-riżorsi jkunu disponibbli b'mod suffiċjenti, adegwat u prevedibbli u li jkun hemm koerenza bejn l-aġenziji donaturi;

18.  Jenfasizza li l-użu ta" appoġġ tal-baġit mhux xieraq f'sitwazzjonijiet ta" fraġilità, fejn il-kapaċitajiet ta" verifika u ta' mmonitorjar huma dgħajfa jew ma jeżistux; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tuża forom oħrajn ta' finanzjar f'sitwazzjonijiet bħal dawn, sakemm hija tista' tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kif il-fondi qed jintefqu;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament bi pjan dettaljat ta' donaturi u protagonisti internazzjonali u t-tip ta' ħidma li huma qed iwettqu, biex tippermetti l-immonitorjar ta' l-aqwa użu ta' għodod u riżorsi disponibbli;

20.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri, lill-Ko-Presidenti ta" l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE u lill-Unjoni Afrikana.

(1) ĠU C 46, 24.2.2006, p.1.
(2) ĠU L 378, 27.12.2006, p.41.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p.3.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p.27.

Avviż legali - Politika tal-privatezza