Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0172(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0452/2007

Testi mressqa :

A6-0452/2007

Dibattiti :

PV 28/11/2007 - 23
CRE 28/11/2007 - 23

Votazzjonijiet :

PV 29/11/2007 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0550

Testi adottati
PDF 439kWORD 100k
Il-Ħamis, 29 ta' Novembru 2007 - Brussell
Għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu *
P6_TA(2007)0550A6-0452/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu (COM(2007)0476 – C6-0290/2007 – 2007/0172(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0476),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0290/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A6-0452/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa - 1 (ġdida)
(-1) Huwa fl-interess ta" l-Unjoni Ewropea li ssaħħaħ is-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Libanu, li teħles lill-pajjiż mill-indħil barrani, u li ssaħħaħ il-Gvern leġittimu u demokratiku tiegħu.
Emenda 2
Premessa - 1 a (ġdida)
(-1a) L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jilagħbu rwol prominenti fil-missjoni l-ġdida tal-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu u impenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni li tiġi stabilizzata iz-zona u tinstab soluzzjoni fit-tul għall-kawżi li wasslu għall-kunflitt tas-sajf ta" l-2006 fil-Libanu.
Emenda 3
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Huwa fl-interessi tal-Libanu li jinstab il-bilanċ xieraq bejn l-infiq ta" wara l-kunflitt, ir-rikostruzzjoni, id-dejn eċċessiv u l-ħtiġijiet soċjali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lis-settur ta" l-edukazzjoni u t-taħriġ u lill-ġlieda kontra l-faqar.
Emenda 4
Premessa 2
(2)  Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim ta" Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,
(2)  Fi ħdan il-qafas ta' l-Isħubija Ewromediterranja, il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim ta" Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,
Emenda 5
Premessa 4
(4)  Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li hija mistennija twassal għal integrazzjoni ekonomika aktar profonda. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta" Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika prijoritajiet interim fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu u politiki relatati,
(4)  Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw ukoll fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP), fejn l-objettivi jinkludu t-tisħiħ ta' l-integrazzjoni ekonomika. F'dan il-kuntest, l-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta" Azzjoni f'Jannar 2007, li jidentifika prijoritajiet fuq perjodu ta' żmien medju fir-relazzjonijiet tagħhom u l-politiki relatati,
Emenda 6
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  B'mod partikulari, l-adozzjoni fid-19 ta" Jannar 2007 ta' dak il-Pjan ta" Azzjoni kkontribwiet b'mod sinifikanti għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż.
Emenda 7
Premessa 4 b (ġdida)
(4b)  L-għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali prevista f'din id-Deċiżjoni hija partikolarment urġenti għaliex il-fondi fi ħdan l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija għar-riformi settorjali ser ikunu disponibbli għal-Libanu biss mill-2009 "l quddiem. L-għajnuna makrofinanzjarju eċċezzjonali hija maħsuba sabiex timla" dan il-vojt, billi tkun disponibbli bejn l-2007-2009 u billi jkollha impatt immedjat fuq il-bilanċ ta" pagamenti tal-Libanu. Għalhekk il-Memorandum ta" Ftehim għandu jipprovdi għal garanzija tal-kumplimentarjetà taż-żewġ azzjonijiet.
Emenda 8
Premessa 4 c (ġdida)
(4c)  L-impatt makrofinanzjarju tal-gwerra ta" l-2006 fuq l-ekonomija tal-Libanu u l-effett preġudizzjarju tal-kriżi politika mtawla fuq is-sistema istituzzjonali kronikament dgħajfa u fraġli tal-pajjiż iżidu l-bżonn ta" għajnuna finanzjarja internazzjonali kif parzjalment previst mill-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi għall-Appoġġ lil-Libanu (Pariġi III) f'Jannar 2007. L-assistenza makrofinanzjarja maħsuba f'din id-Deċiżjoni għandha għaldaqstant tiġi implimentata mingħajr aktar dewmien, bħala parti mill-impenn ta' l-Unjoni Ewropea Komunitarju lejn il-Libanu.
Emenda 9
Premessa 8 a (ġdida)
(8a)  L-impatt tal-kunflitt ma" l-Iżrael fis-Sajf ta" l-2006 u l-effetti kumulattivi mill-politiki ekonomiċi ta" l-imgħoddi wasslu għal kriżi ekonomika u finanzjarja serja li ħtieġet azzjoni urġenti.
Emenda 10
Premessa 8 b (ġdida)
(8b)  L-għajnuna makrofinanzjarja ta" l-Unjoni Ewropea m'għandhiex sempliċement tissupplimenta programmi u riżorsi mill-istituzzjonijiet Bretton Woods imma għandha tiżgura l-valur miżjud ta" l-involviment Komunitarju.
Emenda 11
Premessa 8 c (ġdida)
(8c)  Il-Komunità għandha tiżgura li l-għajnuna makrofinanzjarja ta" l-UE tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fi ħdan id-diversi oqsma ta" l-azzjoni esterna u l-politiki Komunitarji oħra relevanti. Għandha tkun żgurata l-konsistenza fit-tfassil tal-politika, inklużi l-Memorandum ta" Fehim u l-Ftehima ta" Għotja u fl-implimentazzjoni tagħha.
Emenda 12
Premessa 8 d (ġdida)
(8d)  Il-Komunità għandha wkoll tiżgura li l-għajnuna makrofinanzjarja ta" l-UE tkun waħda eċċezzjonali u ta" tul ta" żmien definit, tkun kumplementari għall-għajnuna mogħtija mill-istituzzjonijiet Bretton Woods, id-donaturi bilaterali u l-kredituri tal-Klabb ta" Pariġi, kif ukoll tkun taħt il-kundizzjoni li trid tissodisfa rekwiżiti identifikati b'mod ċar, inklużi prekondizzjonijiet politiċi, u li tkun immoniterjata u evalwata bir-reqqa sabiex jiġu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet finanzjarji.
Emenda 13
Premessa 9
(9)  Ir-rilaxx ta" l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" l-awtorità baġitarja.
(9)  Għajnuna finanzjarja ta' dan it-tip għandha tiġi pprovduta biss kemm-il darba jkun ġie stabbilit li l-kundizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma ma" l-awtoritajiet Lebaniżi jkunu twettqu b'mod sodisfaċenti. Il-kundizzjonijiet li f'konformità magħhom għandu jinħareġ bin-nifs il-finanzjament mill-għajnuna eċċezzjonali, li għandhom jiġu stabbiliti fil-Memorandum ta" Fehim u fil-Ftehima ta" Għotja, għandhom jinkludu objettivi speċifiċi li għandhom jintlaħqu fl-oqsma li ġejjin: trasparenza mtejba u sostenibilità akbar tal-finanzi pubbliċi; l-applikazzjoni ta" prijoritajiet makroekonomiċi u baġitarji; u konformità sħiħa ma" l-istandards internazzjonali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u mal-prinċipji fundamentali ta" l-istat tad-dritt. Il-progress reali fl-ilħuq ta" l-objettivi msemmija hawn fuq għandu jipprovdi l-bażi għall-ħruġ tal-finanzjamenti bin-nifs. Il-ħruġ ta" l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" l-awtorità baġitarja.
Emenda 14
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  L-appoġġ finanzjarju u politiku qawwi ta" l-Unjoni Ewropea għandu jkun jiddependi mill-bini mill-ġdid b'suċċess ta" Stat Lebaniż li jkollu l-ħila jeżerċità sovranità sħiħa fuq it-territorju tiegħu kollu, fuq titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tiegħu u fuq it-tisħiħ tal-proċess ta' demokratizzazzjoni fil-pajjiż.
Emenda 15
Premessa 10
(10)  Din l-għajnuna għandha tiġi amministata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.
(10)  Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew,
Emenda 16
Artikolu 1, Paragrafu 1, Subparagrafu 1
1.  Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għal-Libanu għajnuna finanzjarja li tammonta għal massimu ta" EUR 80 miljun, bil-ħsieb li tappoġġa l-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra, u b'dan il-mod, ittaffi l-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-gvern.
1.  Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għal-Libanu għajnuna finanzjarja eċċezzjonali li tammonta għal massimu ta" EUR 80 miljun, bit-tama li tappoġġja l-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra, u b'dan il-mod, ittaffi l-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-gvern u tevita li jkomplu jiddeterjoraw il-bilanċ kummerċjali u l-bilanċi tal-kontijiet kurrenti tal-Libanu.
Emenda 17
Artikolu 1, paragrafu 2
2.  L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehimiet milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu.
2.  L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew qbil milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi regolari, tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-proċedimenti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u tipprovdilu d-dokumenti relevanti.
Emenda 18
Artikolu 1, paragrafu 3
3.  L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta' disponibbilità b'massimu ta' sena.
3.  L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 19
Artikolu 2, paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji mehmuża ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandha tiġi stabbilita f'Memorandum ta' Fehim u Ftehimiet ta" Għotja u ta" Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-fehimiet msemmija fl-Artikolu 1(2).
1.  Il-Kummissjoni qed tingħata, permezz ta" dan, is-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji marbuta ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Ftehim u Ftehimiet ta" Għotja/ta" Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-qbil msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-Memorandum ta" Ftehim u l-Ftehima ta" Għotja għandhom jitressqu immedjatament quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-kundizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom jinkludu objettivi speċifiċi fl-oqsma li ġejjin: trasparenza mtejba u sostenibilità akbar tal-finanzi pubbliċi; l-applikazzjoni ta" prijoritajiet makroekonomiċi u baġitarji; u konformità sħiħa ma" l-istandards internazzjonali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u mal-prinċipji fundamentali ta" l-istat tad-dritt. Dawk il-kundizzjonijiet huma maħsuba wkoll biex iħeġġu l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi u soċjali ffukati fuq il-ġlieda kontra l-faqar, l-edukazzjoni u s-saħħa. Il-progress reali fl-ilħuq ta" l-objettivi msemmija hawn fuq għandu jipprovdi l-bażi għall-ħruġ tal-finanzjamenti bin-nifs mill-għajnuna makrofinanzjarja maħsuba. Sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabilità, il-kundizzjonalitajiet ta' l-għajnuna makrofinanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jixxandru pubblikament.
Emenda 20
Artikolu 2, paragrafu 2
2.  Tul l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni tista" timmonitorja l-validità ta" l-arranġamenti finanzjarji tal-Libanu, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta' sorveljanza li huma relevanti għal din l-għajnuna finanzjarja Komunitarja.
2.  Tul l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni għandha timmonitorja b'attenzjoni l-validità ta" l-arranġamenti finanzjarji tal-Libanu, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta' sorveljanza li huma relevanti għal din l-għajnuna finanzjarja Komunitarja.
Emenda 21
Artikolu 2, paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta" dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b'mod sodisfaċenti. B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma" l-Istituzzjonijiet Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.
3.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta" dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b'mod sodisfaċenti. B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma" l-Istituzzjonijiet ta' Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew.
Emenda 22
Artikolu 2, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Wara li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni tista' tadatta l-provvista ta' din l-għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali maħsuba f'din id-Deċiżjoni għall-iżviluppi politiċi fil-Libanu, filwaqt li dejjem tqis l-importanza tat-tkabbir ta' l-istabbilita tal-pajjiż u mhux li titkompla tiggrava l-kriżi interna.
Emenda 23
Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Il-Kummissjoni, wara li tkun għarrfet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tista" tissospendi l-provvista ta" din l-għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali jekk xi deterjorament fis-sitwazzjoni politika tal-Libanu jagħmilha impossibbli b'mod de facto li jiġu ssodisfati l-objettivi ta" dik l-għajnuna, jew fil-każ li sseħħ infrazzjoni serja ta' l-istandards internazzjonali tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-prinċipji fundamentali ta' l-istat tad-dritt.
Emenda 24
Artikolu 3, paragrafu 1
1.  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal-Libanu f'massimu ta" tliet partijiet.
1.  L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal-Libanu fi tliet partijiet.
Emenda 25
Artikolu 3, paragrafu 4
4.  Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Banque du Liban esklussivament b'appoġġ għall-bżonnijiet finanzjarji tal-Libanu.
4.  Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Banque du Liban esklussivament b'appoġġ għall-bżonnijiet finanzjarji tal-Libanu, u jiġu rreġistrati taħt it-titolu "Għajnuna Finanzjarja Eċċezzjonali mill-Unjoni Ewropea".
Emenda 26
Artikolu 4
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli ta" l-implimentazzjoni tiegħu. Partikolarment, il-Memorandum ta" Fehim u l-Ftehimiet ta" Għotja/Self ma' l-awtoritajiet tal-Libanu għandhom jipprevedu miżuri xierqa mil-Libanu marbuta mal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna. Għandhom jipprevedu wkoll kontrolli mill-Kummissjonim inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, bid-dritt li jsiru spezzjonijiet fuq il-post u spezzjonijiet u għal verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn xieraq, sabiex jitwettqu fuq il-post.
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli ta" l-implimentazzjoni tiegħu. Partikolarment, il-Memorandum ta" Fehim u l-Ftehimiet ta" Għotja/Self ma' l-awtoritajiet tal-Libanu għandhom jipprevedu miżuri speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mil-Libanu marbuta mal-prevenzjoni tal-frodi, il- korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna u l-ġlieda kontrihom. Sabiex tkun żgurata trasparenza akbar fl-amministrazzjoni u l-ħruġ ta' fondi, għandhom jipprevedu wkoll kontrolli mill-Kummissjoni inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, bid-dritt li jsiru kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet u jipprovdu sabiex, fejn ikun xieraq, jitwettqu fuq il-post verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri u minn awdituri indipendenti, bl-approvazzjoni ta" l-atturi involuti.
Emenda 27
Artikolu 5
Sal-31 ta" Awissu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni ta" l-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet ta" politika stipulati fl-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tal-Libanu, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex toħroġ il-partijiet tal-ħlas ta" l-għajnuna.
Sal-31 ta" Awissu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kumitati relevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni ta" l-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet ta" politika stipulati fl-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tal-Libanu, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex toħroġ il-finanzjament bin-nifs ta" l-għajnuna.
Emenda 28
Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jkun għalaq il-perjodu ta" implimentazzjoni li jirrigwarda l-għajnuna li għaliha tipprovdi din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta" evalwazzjoni ex-post.
Emenda 29
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tkun valida għal perjodu ta' sentejn wara din id-data.
Avviż legali - Politika tal-privatezza