Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (11522/2007 – C6-0246/2007 – 2001/0270(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni - Konsultazzjoni mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kunsill (11522/2007),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2001)0664)(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta" l-4 ta" Lulju 2002(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mill-ġdid lill-Parlament (C6-0246/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0444/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kunsill kif emendata;
2. Jistieden lill-Kunsill ibiddel il-proposta tiegħu f'dan is-sens;
3. Jistieden lill-Kunsill jgħarraf lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sostanzjali jew li jibdilha ma" xi test ieħor;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kunsill
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 6
(6) L-Istati Membri jagħrfu li l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija teħtieġ diversi tipi ta' miżuri f'qafas komprensiv u ma tistax tkun limitata għal kwistjonijiet kriminali. Din id-Deċiżjoni Kwadru hija limitata għall-ġlieda kontra forom partikolarment serji ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali. Peress li t-tradizzjonijiet kulturali u legali ta' l-Istati Membri huma, sa ċertu punt, differenti, partikolarment f'dan il-qafas, armonizzazzjoni sħiħa tal-liġijiet kriminali mhijiex attwalment possibbli.
(6) L-Istati Membri jagħrfu li l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija teħtieġ diversi tipi ta' miżuri f'qafas komprensiv u ma tistax tkun limitata għal kwistjonijiet kriminali. Huwa meħtieġ li tiġi żgurata kultura ta' tolleranza li tkun tħaddan kemm l-Istat kif ukoll lis-soċjetà. Din id-Deċiżjoni Qafas hija limitata għall-ġlieda kontra forom partikolarment serji ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali. Peress li t-tradizzjonijiet kulturali u legali ta' l-Istati Membri huma, sa ċertu punt, differenti, partikolarment f'dan il-qasam, l-armonizzazzjoni sħiħa tal-liġijiet kriminali m'hijiex attwalment possibbli.
Emenda 2 Premessa 6 a (ġdida)
(6a)Din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi livell minimu ta" armonizzazzjoni u l-effikaċja tagħha hija limitata mid-derogi li hija tipprovdi, inklużi dawk fl-Artikolu 1(2).
Emenda 3 Premessa 6 b (ġdida)
(6a)Il-politika leġiżlattiva għandha tirrifletti l-fatt li f'soċjetà demokratika l-liġi kriminali hija dejjem l-aħħar espedjent, u trid tqid il-valuri kollha li qed jiġu rriskjati, inkluż id-dritt tal-libertà ta' l-espressjoni u d-dritt ta' l-individwi kollha li jiġu meqjusa u r-rispettati b'mod ugwali.
Emenda 4 Premessa 9 a (ġdida)
(9a)It-twettiq ta" offiża razzista jew ksenofobika minn persuna li għandha kariga uffiċjali għandu jitqies bħala ċirkustanza aggravanti.
Emenda 5 Artikolu 1, paragrafu 1, punt (b)
(b) l-għemil ta' att imsemmi fil-punt a) permezz ta" disseminazzjoni pubblika jew distribuzzjoni ta" materjal stampat, stampi jew materjal ieħor;
(b) id-disseminazzjoni pubblika jew id-distribuzzjoni ta" materjal stampat, stampi jew materjal ieħor li l-kontenut tiegħu jikkostitwixxi att fl-ambitu tat-tifsira tal-punti (a), (c) jew (d);
Emenda 6 Artikolu 1, paragrafu 1, punt (e)
(e)Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikkastigaw biss l-imġiba li titwettaq b'mod li x'aktarx tfixkel l-ordni pubblika jew tkun ta' theddida, abużiva jew ta' insult.
(e) Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikkastigaw biss l-imġiba li titwettaq b'mod li jew tkun ta' theddida, abużiva jew ta' insult.
Emenda 7 Artikolu 1, paragrafu 1, punt (f)
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ir-referenza għar-reliġjon hija intiża biex tkopri, għal ta' l-inqas, l-imġiba li hija pretest għall-indirizzar ta' atti kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għar-razza, il-kulur, ir-reliġjon, in-nisel, jew l-oriġini nazzjonali jew etnika.
Għall-finijiet ta" dan il-paragrafu, ir-referenza għar-reliġjon hija intiża biex tkopri, għal ta' l-inqas, l-imġiba li hija pretest għall-indirizzar ta' atti kontra grupp ta' persuni jew membru ta' tali grupp definit b'referenza għar-razza, il-kulur, ir-reliġjon, in-nisel, jew l-oriġini nazzjonali jew etnika. Stat Membru m'għandux, madanakollu, jeżenta mir-responsabilità kriminali taħditiet jew imġiba li kapaċi jqanqlu l-mibegħda. Ir-rispett għal-libertà tar-reliġjon m'għandux iżomm lura l-effikaċja ta" din id-Deċiżjoni Qafas.
Emenda 8 Artikolu 1, paragrafu 2
2. Kwalunkwe Stat Membru jista', fil-ħin ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni li huwa ser jagħmel iċ-ċaħda jew it-trivjalizzazzjoni b'mod serju tar-reati msemmija fil-paragrafu 1(ċ) u/jew (d) kastigabbli biss jekk ir-reati msemmija f'dawn il-paragrafi jkunu ġew stabbiliti b'deċiżjoni finali ta' qorti nazzjonali ta' dan l-Istat Membru u/jew ta' qorti internazzjonali jew b'deċiżjoni finali ta' qorti internazzjonali biss.
2. Kwalunkwe Stat Membru jista', fil-ħin ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas mill-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni li huwa ser jagħmel iċ-ċaħda jew it-trivjalizzazzjoni b'mod serju tar-reati msemmija fil-paragrafu 1(c) u/jew (d) kastigabbli, biss jekk ir-reati msemmija f'dawn il-paragrafi jkunu ġew stabbiliti b'deċiżjoni finali ta' qorti nazzjonali ta' dan l-Istat Membru u/jew ta' qorti internazzjonali.
Emenda 9 Artikolu 2, paragrafu 2
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-istigazzjoni ta" l-imġiba msemmija fl-Artikolu 1(ċ) u (d) hija kastigabbli.
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-istigazzjoni ta" l-imġiba msemmija fl-Artikolu 1 hija kastigabbli.
Emenda 10 Artikolu 5, paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-imġiba imsemmija fl-Artikoli 1 u 2, imwettqagħall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta" tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, ibbażata fuq:
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli ta" l-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2 kommessi minn kwalunkwe persuna li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, imsejsa fuq
(a) setgħa ta" rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika, jew (b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika, jew (c) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
(a) setgħa ta" rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika, jew (b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika, jew (c) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
u li aġixxiet f'dik il-kwalità.
Emenda 11 Artikolu 5, paragrafu 2
2. Minbarra l-każijiet diġà previsti fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li persuna ġuridika tista" tinżamm responsabbli fejn in-nuqqas ta" superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 għamlet possibbli l-għemil ta" l-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għall-benefiċċju ta" dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.
2. Minbarra l-każijiet diġà previsti fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li persuna ġuridika tista" tinżamm responsabbli fejn in-nuqqas ta" superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 għamlet possibbli t-twettiq ta" l-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2 minn persuna taħt l-awtorità tiegħu li għall-azzjonijiet tagħha l-persuna ġuridika tista" tinżamm responsabbli skond il-liġi nazzjonali.
Emenda 12 Artikolu 5, paragrafu 3
3. Ir-responsabbiltà ta" persuna ġuridika taħt il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni fiżiċi li huma awturi ta" jew aċċessorji fl-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2.
3. Ir-responsabbiltà ta" persuna ġuridika skond il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni fiżiċi li huma awturi, instigaturi jew aċċessorji fl-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2.
Emenda 13 Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a Dispożizzjonijiet minimi 1.L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu kif inhu livell ogħla ta" ħarsien fil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija minn dak li joħroġ mid-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni Qafas. 2.L-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni Qafas m'għandha fl-ebda ċirkustanza tikkostitwixxi raġuni biex jiġi mbaxxi l-livell ta" ħarsien li hu diġa assigurat mill-Istati Membri fl-oqsma rregolati minn din id-Deċiżjoni Qafas. 3.Xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jiġi interpretat bħala ħaġa li taffettwa l-obbligi li jorbtu lill-Istati Membri skond il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq il-Qerda ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali tas-7 ta' Marzu 1966. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din id-Deċiżjoni Qafas f'konformità ma" dawk l-obbligi.
Emenda 15 Artikolu 7, paragrafu 2
2. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li teħtieġ l-Istati Membri jieħdu miżuri li huma f'kontradizzjoni mal-prinċipji fundamentali tagħhom relatati mal-libertà ta" assoċjazzjoni u l-libertà ta' espressjoni, b'mod partikolari l-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta" espressjoni f"medja oħra kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali jew regoli li jirregolaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta", u l-garanziji proċedurali għal, l-istampa jew medja oħra fejn dawn ir-regoli jirrelataw għad-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà.
2. Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li teħtieġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri li huma f'kontradizzjoni mal-prinċipji fundamentali komuni ta" l-Istati Membri relatati mal-libertà ta" assoċjazzjoni u l-libertà ta' l-espressjoni, b'mod partikolari l-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta" l- espressjoni f"midja oħra kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali jew regoli li jirregolaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta", u l-garanziji proċedurali għal, l-istampa jew midja oħra fejn dawn ir-regoli huma rrelatati mad-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà.
Emenda 16 Artikolu 9, paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward ta" l-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2 fejn l-imġiba twettqet:
(a) fl-intier tagħha jew parzjalment fit-territorju tiegħu; jew or (b) by one of its nationals; or (c) għall-benefiċċju ta" persuna ġuridika li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju ta" dak l-Istat Membru.
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward ta" l-imġiba msemmija fl-Artikoli 1 u 2 fejn:
(a) l-imġieba twettqet fl-intier tagħha jew parzjalment fit-territorju tiegħu; jew (b) l-imġieba twettqet minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew (c) l-uffiċċju prinċipali tal-persuna ġuridika li tista" tinżamm responsabbli jinsab fit-territorju ta" dak l-Istat Membru.
Emenda 17 Artikolu 10, paragrafu 3
3. Qabel ma jgħaddu tliet snin mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kunsill għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni Kwadru. For the preparation of this review, the Council shall ask Member States whether they have experienced difficulties in judicial cooperation with regard to the offences under Article 1 paragraph 1. In addition, the Council may request Eurojust to submit a report, on whether differences between national legislations have resulted in any problems regarding judicial cooperation between the Member States in this area.
3. Qabel ma jgħaddu tliet snin mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kunsill għandu jirrevedi din id-Deċiżjoni Qafas. Għat tħejjija ta" din ir-reviżjoni, il-Kunsill għandu jistaqsi lill-Istati Membri jekk esperjenzawx xi diffikultajiet fil-koperazzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta" l-offiżi skond l-Artikolu 1, paragrafu 1u għandu jikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Meta tkun qed titimexxa r-reviżjoni, il-Kunsill għandu jqis l-opinjoni ta" l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ta" l-NGOs li huma attivi f'dan il-qasam.Barra minn hekk, il-Kunsill jista" jitlob lill-Eurojust tressaq rapport, dwar jekk differenzi bejn leġiżlazzjonijiet nazzjonali rriżultawx f'xi problemi rigward il-koperazzjoni judizjarja bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam.
Emenda 18 Artikolu 12
12. Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.
12. Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika wkoll għal Ġibiltà.