Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta" attivitajiet ta" xandir bit-televiżjoni (10076/6/2007 – C6-0352/2007 – 2005/0260(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (10076/6/2007 – C6-0352/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0646),
– wara li kkunsidera l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0170),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0442/2007),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att huwa adottat b'konformita' mal-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ivverifika li l-proċeduri kollha twettqu kif xieraq, bil-qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta'l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.