Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2237(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0493/2007

Testi mressqa :

A6-0493/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2007 - 9.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0593

Testi adottati
PDF 207kWORD 38k
It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2007 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007
P6_TA(2007)0593A6-0493/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni (15715/2007 – C6-0434/2007 – 2007/2237(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, kif ġie adottat finalment fl-14 ta' Diċembru 2006(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru 2007 (COM(2007)0687), u modifikat b'ittra tat-12 ta' Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru  7/2007, imħejji mill-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2007 (15715/2007 – C6-0434/2007)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu ,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0493/2007),

A.   billi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 għall-Baġit Ġenerali 2007 jkopri l-punti li ġejjin:

   żieda sostanzjali fit-tbassir tad-dħul, b'mod partikolari fir-reviżjonijiet tat-tbassiriet għall-bilanċi tal-VAT u tal-GNI (EUR 3 830 000 000);
   tnaqqis ulterjuri fl-approprjazzjonijiet ta' pagamenti fil-linji tal-baġit taħt l-intestaturi 1a, 1b, 2 u 3a (EUR 1 651 400 000), wara t-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment globali DEC36/2007 (EUR 425 000 000),

B.   billi l-iskop ta' l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 huwa li dawn ir-riżorsi baġitarji u l-aġġustamenti tekniċi jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2007,

1.  Jieħu nota ta' l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 7/2007;

2.  Jagħraf li l-fatt li bħalissa m'hemmx implimentazzjoni biżżejjed ta" ċerti linji jista" jkun konsegwenza ta" l-adozzjoni li saret tard tal-bażijiet legali fl-ewwel sena tal-qafas finanzjarju plurijennali; jinsisti li jsir monitoraġġ mill-qrib ta' l-implimentazzjoni tal-Baġit ta' l-2008 permezz tad-diversi għodod bħat-twissija regolari tat-tbassir baġitarju (Budgetary Forecast Alert) u l-gruppi ta' monitoraġġ; jistieden lill-kumitati speċjalizzati tiegħu biex jagħtu input bikri fir-rigward tal-fondi li huma meħtieġa u tal-problemi li jista' jkun hemm relatati ma' l-implimentazzjoni fir-rigward tal-programmi plurijennali;

3.  Jenfasizza li żgur se jkun hemm ħtieġa ta" ammont ogħla f'pagamenti fil-baġit ta" l-2008;

4.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 77, 16.3.2007, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza