Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. (COM(2007)0495 – C6-0330/2007 – 2007/0181(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0495),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2), 300(2) u 300(4) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0330/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0458/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-posizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.