Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0497/2007

Dibattiti :

PV 11/12/2007 - 5

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2007 - 6.2

Testi adottati :


Testi adottati
PDF 215kWORD 52k
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2007 - Strasburgu
Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku
P6_TA(2007)0614RC-B6-0497/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u tal-Paċifiku (AKP) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehima ta' Cotonou),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku (COM(2007)0635),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAER) tal-20 ta' Novembru 2007 fir-rigward tal-Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku (FPE),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni d-Dikjarazzjoni ta' Kigali għall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) kompatibbli ma' l-iżvilupp approvata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ta" l-AKP-UE fit-22 ta" Novembru 2007 f'Kigali dwar il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tan-negozjati dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tagħha,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' politika tad-9 ta' Novembru 2007 mill-Ministri ta" l-Istati ta' l-AKP dwar il-Ftehimiet ta" Partenarjat Ekonomiku,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar din il-kwistjoni, u b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar Ftehimiet ta" Partenarjat Ekonomiku(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Artikolu 36(1) tal-Ftehima ta' Cotonou jistabbilixxi l-qbil tal-partijiet li jikkonkludu arranġamenti ġodda ta' kummerċ li jkunu kompatibbli mad-WTO, filwaqt li progressivament jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ bejniethom u tittejjeb il-koperazzjoni fl-oqsma kollha relevanti għall-kummerċ u l-iżvilupp,

B.   billi d-deroga li teżenta lil din il-ftehima mil-liġi tad-WTO se tiskadi fi tmiem l-2007,

C.   billi diversi Stati ta" l-AKP jsibuha bi tqila ħafna biex jikkonkludu FPE u jiddikjaraw li huma tpoġġew taħt pressjoni mill-Kummissjoni biex jiffirmaw FPE, filwaqt li oħrajn jinsistu fuq l-importanza ta" l-aċċess għas-suq ta" l-UE għall-ekonomija tagħhom,

D.  billi t-twaqqif ta" swieq reġjonali jirrappreżenta strument ewlieni biex l-FPE jiġu implimentati b'suċċess,

E.   billi n-negozjati dwar FPEs, biex tiġi ssostitwita l-Ftehima ta' Cotonou, m'humiex mixjin "il quddiem bl-istess pass fis-sitt reġjuni u x'aktarx li m'humiex se jiġu kompluti fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2007,

F.  billi f'Ottubru 2007 l-Kummissjoni għamlet offerta lill-Istati ta" l-AKP dwar ftehima temporanja, bħala l-ewwel fażi ta" konklużjoni ta' FPEs li jkunu jkopru l-kummerċ ta" prodotti u l-oqsma kollha li diġà jista" jsir ftehim dwarhom, bħal m'huma r-regoli ta" oriġini, li għandha tiġi implimentata mill-31 ta' Diċembru 2007 "l quddiem,

G.  billi, skond id-Dikjarazzjoni ta" Cape Town, l-objettiv ewlieni tan-negozjati ta' l-FPE hu li jissaħħu l-ekonomiji ta" l-Istati ta" l-AKP,

H.   billi l-objettiv tal-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn l-AKP u l-UE hu li jkun promoss l-iżvilupp u li titrawwem l-integrazzjoni gradwali ta" l-Istati ta" l-AKP għal ġewwa l-ekonomija dinjija,

1.  Itenni t-twemmin tiegħu li l-FPEs jridu jkunu strumenti ta" żvilupp sabiex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, l-integrazzjoni reġjonali, u t-tnaqqis tal-faqar fl-Istati ta" l-AKP u biex titrawwem l-integrazzjoni gradwali ta" l-Istati ta" l-AKP fl-ekonomija dinjija;

2.  Jinnota bi tħassib it-tnikkir fil-pass li bih mexjin in-negozjati, li bħala riżultat tiegħu, bl-ikbar probabilità, l-ebda ftehima sħiħa m'hi se tiġi ffirmata ma" xi wieħed mill-gruppi reġjonali ta" l-AKP sal-31 ta" Diċembru 2007;

3.  Jieħu nota tad-deċiżjoni reċenti mill-Kummissjoni dwar approċċ f'żewġ fażijiet sabiex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ għal Stati ta' l-AKP li m'humiex fost il-pajjiżi l-anqas żviluppati u biex in-negozjati jibqgħu għaddejjin lilhinn mill-31 ta' Diċembru 2007 dwar FPEs komprensivi li jkunu favur l-iżvilupp;

4.  Jieħu nota tal-proposta magħmula mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha hawn fuq msemmija u tad-deċiżjoni tal-Kunsill "Affarijiet Ġenerali u relazzjonijiet barranin" fl-20 ta' Novembru 2007 biex jiġu konklużi, fl-ewwel fażi tan-negozjati, ftehimiet temporanji limitati għall-kummerċ ta' prodotti;

5.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Ftehima ta' Qafas temporanja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Msieħba tal-Komunità ta' l-Afrika tal-Lvant u diversi stati tal-Komunità ta" Żvilupp tan-Nofsinhar ta" l-Afrika, li tiggarantixxi għall-prodotti ta" dawk l-istati aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq ta" l-UE;

6.  Jenfasizza li t-twaqqif ta' suq reġjonali ġenwin jirrappreżenta bażi essenzjali biex l-FPEs jiġu implimentati b'suċċess u li l-integrazzjoni reġjonali hi essenzjali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta" l-Istati ta' l-AKP; jenfasizza li għalhekk il-ftehimiet iridu jgħinu biex ir-reġjuni jinżammu uniti;

7.  Jistieden liż-żewġ partijiet biex jassumu r-responsabilità tagħhom biex ikomplu n-negozjati dwar il-kwistjonijiet l-oħra malajr kemm jista" jkun; jenfasizza li ftehima għal perjodu twil tista' tintlaħaq biss jekk il-partijiet ikkonċernati kollha jħossu li huma impenjati għaliha;

8.  Jisħaq li l-asimmetrija sħiħa fil-ftehimiet, kompatibbli mar-rekwiżiti tad-WTO, għandha tinkludi flessibilità massima fir-rigward tat-tnaqqis fit-tariffi, il-kopertura ta" prodotti sensittivi u perjodu ta" tranżizzjoni adegwat qabel ma l-ftehima tkun trid tiġi implimentata kollha kemm hi;

9.  Iħeġġeġ biex jitqiesu l-interessi speċifiċi tar-reġjuni l-iktar imbiegħda u tal-pajjiżi u t-territorji n-naħa l-oħra tal-baħar fin-negozjati tal-FPE fuq il-bażi ta" l-Artikolu 299(2) u (3) tat-Trattat KE;

10.  Jirrikonoxxi li huwa importanti għall-Istati ta' l-AKP li jimpenjaw ruħhom għall-proċess tal-partenarjat ekonomiku u li jippromwovu r-riformi meħtieġa biex l-istrutturi soċjali u ekonomiċi jinġiebu konformi mal-ftehimiet; iħeġġeġ lill-gvernijiet ta' l-AKP biex jimplimentaw regoli ta' governanza tajba; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm mal-prinċipji ta" asimmetrija sħiħa u ta" flessibilità;

11.  Jenfasizza li l-offerta tal-Kummissjoni dwar ir-regoli ta' l-oriġini tikkaratterizza tnaqqis fir-restrizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet attwali; jemmen li l-flessibilitajiet meħtieġa għandhom jinbnew għal ġol-ftehima, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fil-livell ta' l-iżvilupp industrijali bejn l-UE u l-Istati ta' l-AKP kif ukoll fost l-Istati ta' l-AKP;

12.  Jinnota kemm hu importanti li jsiru negozjati ta'l-ogħla livell dwar l-investiment fis-servizzi u l-kummerċ tas-servizzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tkun flessibbli dwar dawn l-oqsma, peress li xi reġjuni ta" l-AKP isibuha bi tqila biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet;

13.  Ifakkar fl-impenji mill-Kunsill u l-Kummissjoni li ma jinnegozjawx dispożizzjonijiet TRIPS-plus relatati mal-farmaċewtika li jaffettwaw is-saħħa pubblika u l-aċċess għall-mediċini, bħal m'huma l-esklussività tad-data, l-estenzjonijiet tal-brevetti u l-limitazzjoni tar-raġunijiet tal-liċenzji obbligatorji;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi sistematika, waqt in-negozjati u wara li dawn jiġu konklużi, ta' l-impatt soċjali ta' l-FPEs fuq il-gruppi li l-iktar jinsabu f'riskju;

15.  Jisħaq li r-regoli tal-kummerċ iridu jkunu akkumpanjati minn żjieda fl-appoġġ għall-assistenza relatata mal-kummerċ b'mod partikolari bħala appoġġ għall-kummerċ reġjonali u f'konformità mar-regolamenti u l-istandards ta" l-UE dwar l-importazzjoni, u li l-ftehimiet temporanji jridu jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għajnuna għall-kummerċ relatata ma' l-FPE minbarra l-finanzjament ta" l-EDF; jitlob li jittieħdu impenji konkreti qabel il-konklużjoni tan-negozjati ta' l-FPE, li jkunu jindirizzaw l-assistenza relatata mal-kummerċ u l-ispejjeż ta' aġġustament assoċjati mal-FPEs, f'konformità sħiħa ma" l-istrateġija ta" l-UE ta' għajnuna għall-kummerċ;

16.  Jinnota b'interess id-diskussjonijiet biex jiġu stabbiliti fondi reġjonali tal-FPE, li se jiffaċilitaw l-orjentazzjoni tar-riżorsi tad-donaturi ta" l-UE u se jipprovdu assistenza finanzjarja għal inizjattivi ta" diversifikazzjoni tad-dħul;

17.  Iqis li l-konklużjoni ta" ġenerazzjoni ġdida ta" ftehimiet dwar kummerċ ħieles ma" pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw m'għandhiex twassal għal tnaqqir fil-preferenzi kummerċjali li bħalissa jgawdu minnhom il-pajjiżi ta" l-AKP;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew biex jevalwaw kull ftehima individwali sabiex jiżguraw li s-setgħat legali u l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew ikunu rrispettati bis-sħiħ; jitlob li tintuża l-proċedura ta' kunsens għal kull ftehima; iqis li għandha tittieħed azzjoni legali fil-każ li l-kompetenza tal-Parlament Ewropew ma tkunx irrispettata bis-sħiħ;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ifittxu l-kunsens tal-Parlament Ewropew dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet temporanji dwar l-FPEs skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, tat-Trattat KE;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill ta' l-AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-AKP-UE.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2007)0204.

Avviż legali - Politika tal-privatezza