Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Protokoll mal-Ftehima Ewro-Mediterranju li tistabilixxi Assoċjazzjoni KE-Alġerija sabiex jitqies it-tkabbir ta' l-1 ta' Mejju 2004 ***
 Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika tal-Moldova *
 Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u l-Ukraina *
 Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika ta' l-Armenja *
 Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan *
 Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-KE u l-Georgia *
 L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar l-użu ta' l-informatika fil-qasam tad-dwana *
 Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja ***I
 Impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (l-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Riassigurazzjoni (is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skond l-attività (CPA) ***I
 Stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol ***I
 Energy star ***I
 Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' Kondotta għal- Konferenzi ta' Linji (tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 954/79) ***I
 Attivitajiet tas-sajd fl-Antartiku *
 L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tal-Europol tas-26 ta' Lulju 1995*
 L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materja Kriminali *
 L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998 dwar l-iskwalifiki tas-sewqan *
 L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea *
 Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar Corrigenda (Artikolu 204a ġdid tar-Regoli ta' Proċedura)
 L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar- Regoli ta" Proċedura tal-Parlament (Emenda ta" l-Artikolu 201)
 Konsultazzjoni dwar l-immunità u l-privileġġi ta' Alessandra Mussolini
 Ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Ashley Mote
 Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2007
 Rapport speċjali Nru 9/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-infiq tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
 Imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni
 Il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ("RUMA II") ***III
 Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) ***II
 Il-marketing ta' ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju ***II
 Proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi ta" l-ikel ***I
 L-addittivi ta" l-ikel ***I
 L-enzimi ta" l-ikel ***I
 Ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel b'karatteristiċi ta' taħwir għall-użu fl-ikel ***I
 Ir-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku *
 Infrastruttura Kritika Ewropea *
 Is-suq intern tal-gass u ta" l-elettriku
 Sajd industrijali u l-produzzjoni ta" ħut imqadded mitħun u ta" żejt tal-ħut

Protokoll mal-Ftehima Ewro-Mediterranju li tistabilixxi Assoċjazzjoni KE-Alġerija sabiex jitqies it-tkabbir ta' l-1 ta' Mejju 2004 ***
PDF 202kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta' protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta" l-Estonja, ir-Repubblika ta" Ċipru, ir-Repubblika ta" l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta" Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja (8937/2007 – COM(2006)0765 – C6-0153/2007 – 2006/0254(AVC))
P6_TA(2007)0291A6-0274/2007

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0765)(1),

–   wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (8937/2007),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens preżentata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 300(3), it-tieni paragrafu, b'mod konġunt ma' l-Artikolu 310 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0153/2007),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0274/2007),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni ta' l-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika Popolari ta' l-Alġerija.

(1) Għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU.


Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika tal-Moldova *
PDF 202kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0009 – C6-0103/2007 – 2007/0003(CNS))
P6_TA(2007)0292A6-0224/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1) (COM(2007)0009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova (9221/2004),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta'l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0103/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0224/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.

(1)1 Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u l-Ukraina *
PDF 202kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0007 – C6-0102/2007 – 2007/0004(CNS))
P6_TA(2007)0293A6-0216/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1) (COM(2007)0007,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni ma' l-Ukraina (9108/2004),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 (2) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0102/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0216/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u ta' l-Ukraina.

(1)1 Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika ta' l-Armenja *
PDF 200kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Armenja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0113 – C6-0161/2007 – 2007/0041(CNS))
P6_TA(2007)0294A6-0254/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM (2007)0113)(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika ta' l-Armenja (9257/2004),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101(2) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0161/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0254/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta' l-Armenja.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan *
PDF 200kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0114 – C6-0160/2007 – 2007/0040(CNS))
P6_TA(2007)0295A6-0255/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM (2007)0114)(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni ma' l-Ażerbajġan (8924/2004),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101(2) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0160/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51,83(7) u 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0255/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-KE u l-Georgia *
PDF 203kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0098 – C6-0162/2007 – 2007/0046(CNS))
P6_TA(2007)0296A6-0256/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM (2007)0098)(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni mal-Georgia (8916/2004),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101(2) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0162/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0256/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-Georgia.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar l-użu ta' l-informatika fil-qasam tad-dwana *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 stabbilita skond l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu ta' l-informatika fil-qasam tad-dwana (COM(2007)0211 – C6-0168/2007 – 2007/0079(CNS))
P6_TA(2007)0297A6-0265/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2007)0211)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4), ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0168/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0265/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk biħsiebu jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja ***I
PDF 283kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0924 – C6-0009/2007 – 2006/0289(COD))
P6_TA(2007)0298A6-0237/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0924)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0009/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0237/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0289


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2007/.../KE.)

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (l-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 199kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward ta'l-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0926 – C6-0010/2007 - 2006/0293(COD))
P6_TA(2007)0299A6-0239/2007

(Procedura ta' kodecizjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2006)0926)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 47(2) tat-Trattat tal-KE, li skond dawn il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0010/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0239/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Riassigurazzjoni (is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 196kWORD 28k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/68/KE dwar riassigurazzjoni, rigward is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0905 – C6-0017/2007 - 2006/0280(COD))
P6_TA(2007)0300A6-0238/2007

(Procedura ta' kodecizjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0905)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat tal-KE, li skond dawn il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0017/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0238/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha ħsieb litemenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skond l-attività (CPA) ***I
PDF 283kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew fl-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skond l-attività (CPA) u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (COM(2006)0655 – C6-0376/2006 – 2006/0218(COD))
P6_TA(2007)0301A6-0242/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0655)(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0376/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0242/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skond l-attività (CPA) u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93

P6_TC1-COD(2006)0218


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru .../2007.)

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol ***I
PDF 286kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (COM(2006)0565 – C6-0326/2006 – 2006/0180(COD))
P6_TA(2007)0302A6-0181/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0565)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0326/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0181/2007),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità

P6_TC1-COD(2006)0180


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1372/2007.)

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Energy star ***I
PDF 283kWORD 82k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm Komunitarju ta" tikkettar ta" l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta" l-uffiċċju (tfassil mill-ġdid) (COM(2006)0576 – C6-0329/2006 – 2006/0187(COD))
P6_TA(2007)0303A6-0234/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0576)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0329/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0234/2007),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar programm Komunitarju ta" tikettar ta" l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta" l-uffiċċju

P6_TC1-COD(2006)0187


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru .../2007.)

(1) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.


Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' Kondotta għal- Konferenzi ta' Linji (tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 954/79) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva ta' l-10 ta' Lulju 2007 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 954/79 dwar ir-ratifika minn Stati Membri ta', jew l-adeżjoni tagħhom mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta' Kondotta għal-Konferenzi ta' Linji (Konferenzi Marittimi) (COM(2006)0869 – C6-0059/2007 – 2006/0308(COD))
P6_TA(2007)0304A6-0258/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2006)0869)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0059/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0258/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Attivitajiet tas-sajd fl-Antartiku *
PDF 434kWORD 90k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin ta' l-Antartiku u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999 (COM(2006)0867 – C6-0054/2007 – 2007/0001(CNS))
P6_TA(2007)0305A6-0213/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0867)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0054/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0213/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Artikolu 1, Punt 2 a (ġdid)
Artikolu 5 a (ġdid)(Regolament (KE) Nru 601/2004)
2a.  Jiddaħħal l-Artikolu l-ġdid 5a kif ġej:
"Artikolu 5a
Notifiki ta" intenzjoni ta" parteċipazzjoni f'attività tas-sajd għall-frott tal-baħar
Il-Partijiet Kontraenti kollha li għandhom l-intenzjoni li jistadu għall-frott tal-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tas-CCAMLR dwar l-intenzjoni tagħhom mhux inqas minn erba" xhur qabel il-laqgħa annwali regolari tac-CCAMLR immedjatament qabel l-istaġun li fih ikollhom il-ħsieb li jistadu.
Emenda 2
Artikolu 1, Punt 2 b (ġdid)
Artikolu 6, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 601/2004)
(2b)  L-Artikolu 6(3) jiġi ssostitwit b'dan li ġej:
"3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba" xhur qabel il-laqgħa annwali tas-CCAMLR, dwar il-ħsieb ta" bastiment Komunitarju tas-sajd li jiżviluppa attività tas-sajd ġdida fiż-żona tal-Konvenzjoni.
Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu li jista" jipprovdi l-Istat Membru dwar l-aspetti li ġejjin:
(a) in-natura ta" tas-sajd propost, inklużi l-ispeċi li hemm il-ħsieb li jinqabdu, il-metodi tas-sajd, ir-reġjun propost u l-livell minimu ta" qabdiet meħtieġa biex l-attività tas-sajd tkun vijabbli;
b) informazzjoni bijoloġika miġbura permezz ta" kampanji komprensivi ta" riċerka u evalwazzjoni dwar id-distribuzzjoni, l-abbundanza, il-popolazzjoni u tagħrif dwar l-identità ta" l-istokk;
c) dejta dwar l-ispeċijiet dipendenti jew assoċjati u dwar il-probabilità li dawn l-ispeċijiet ikunu affettwati b'xi mod mis-sajd propost;
d) tagħrif minn attivitajiet oħra tas-sajd fir-reġjun jew minn attivitajiet tas-sajd simili f'reġjuni oħra, li tista" tgħin fl-evalwazzjoni tar-rendiment potenzjali;
e) jekk ikunu se jintużaw xbieki tat-tkaxkir tal-qiegħ fis-sajd propost, tagħrif dwar l-impatti magħrufa u dawk mistennija ta" dawn ix-xbieki fuq l-ekosistemi marittimi vulnerabbli, inklużi l-flora u l-fawna bentonika u l-komunitajiet bentoniċi."
Emenda 3
Artikolu 1, Punt 4
Artikolu 7 b, punt a) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
a)  Individwi Dissostichus spp. għandhom jiġu ttikkettati u rilaxxati bir-rata ta" individwu għal kull tunnellata tal-piż ħaj tal-qabda ta" matul l-istaġun kollu f'konformità mal-Protokoll tat-Tikkettar tas-CCAMLR. Il-bastimenti għandhom jieqfu mit-tikkettar biss wara li jkunu ttikkettaw 500 individwu, jew iħallu s-sajda wara li jkunu ttikkettaw individwu wieħed għal kull tunnellata ta' piż ħaj maqbud;
a)  Individwi Dissostichus spp. għandhom jiġu ttikkettati u rilaxxati bir-rata ta" individwu għal kull tunnellata tal-piż ħaj tal-qabda ta" matul l-istaġun kollu f'konformità mal-Protokoll tat-Tikkettar tas-CCAMLR. Il-bastimenti għandhom jieqfu mit-tikkettar biss wara li jkunu ttikkettaw 500 individwu, jew iħallu s-sajda wara li jkunu ttikkettaw lid-Dissostichus spp bir-rata speċifikata;
Emenda 4
Artikolu 1, Punt 4
Artikolu 7 b, punt b) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
b) il-programm għandu jkun immirat għal individwi ta" kull daqs sabiex jintlaħaq ir-rekwiżit ta" tikkettar ta" individwu għal kull tunnellata tal-piż ħaj tal-qabda. L-individwi kollha mitluqa għandhom jiġu tikkettati darbtejn u r-rilaxxi għandhom jkopru żona ġeografika l-akbar possibbli;
b) il-programm għandu jkun immirat għal individwi ta" kull daqs sabiex jintlaħaq ir-rekwiżit ta" tikkettar ta" individwu għal kull tunnellata tal-piż ħaj tal-qabda. L-individwi kollha mitluqa għandhom jiġu tikkettati darbtejn u r-rilaxxi għandhom jkopru żona ġeografika l-akbar possibbli; f'reġjuni fejn jeżistu ż-żewġ speċijiet tad-Dissostichus, ir-rata ta' l-ittikkettar, sa fejn hu possibbli, għandha tkun proporzjonali għall-ispeċijiet u d-daqs tad-Dissostichus spp. preżenti fil-qabdiet.
Emenda 5
Artikolu 1, Punt 4
Artikolu 7 b, punt c) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
c) it-tikketti kollha għandhom ikunu stampati b'mod ċar b'numru tas-serje uniku u l-indirizz tas-sors sabiex l-oriġini tat-tikketti tkun tista" tiġi ttraċċata mill-ġdid fil-każ li l-individwu ttikkettat jerġa" jinqabad;
c) it-tikketti kollha għandhom ikunu stampati b'mod ċar b'numru tas-serje uniku u l-indirizz tas-sors sabiex l-oriġini tat-tikketti tkun tista" tiġi ttraċċata mill-ġdid fil-każ li l-individwu ttikkettat jerġa" jinqabad; mill-1 ta" Settembru 2007 it-tikketti kollha għall-użu fl-attività tas-sajd spjegattiva għandhom ikunu pprovduti mis-Segretarjat tas-CCAMLR;
Emenda 6
Artikolu 1, Punt 4
Artikolu 7 b, punt e) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
e) kull individwu tikkettat maqbud mill-ġdid għandhom jittiħdulu d-dettalji bijoloġiċi (it-tul, il-piż, is-sess, l-istadju gonadali), possibbilment jittiħidlu ritratt elettroniku, jiġu rkuprati l-otoliti u titneħħielu t-tikketta;
e) kull individwu tikkettat maqbud mill-ġdid għandhom jittiħdulu d-dettalji bijoloġiċi (it-tul, il-piż, is-sess, l-istadju gonadali), jittieħed ritratt bid-data tal-ħuta, jiġu rkuprati l-otoliti u titneħħielu t-tikketta;
Emenda 7
Artikolu 1, Punt 4
Artikolu 7 b, punt g a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
g a) l-eżemplari ta" Dissostichus spp. li jiġu mmarkati u rilaxxati ma jingħaddux għal skopijiet ta" limiti tal-qabdiet.
Emenda 8
Artikolu 1, Punt 12 a (ġdid)
Artikolu 26 a (Regolament (KE) Nru 601/2004)
12a.  Jiddaħħal l-Artikolu l-ġdid 26a kif ġej:
'Artikolu 26a
Notifika ta' kemmil ta' bastimenti
1.  Jekk il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li għandu liċenzja ikemmel il-bastiment tas-sajd fiz-zona tal-Konvenzjoni, għandu jiġbor, jekk huwa relevanti, l-informazzjoni kollha possibbli dwar il-bastiment imkemmel, inklużi:
a) l-isem u d-deskrizzjoni tal-bastiment;
b) is-sinjal ta' sejħa tal-bastiment;
c) in-numru ta" reġistrazzjoni u n-numru Lloyds/IMO tal-bastiment;
d) l-Istat tal-bandiera tal-bastiment;
e) ritratti tal-bastiment bħala appoġġ għall-informazzjoni;
f) kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti dwar l-attivitajiet osservati tal-bastiment imkemmel.
2.  Il-kaptan għandu jgħaddi r-rapport bl-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu lill-Istat tal-bandiera tiegħu mill-aktar fis possibbli. L-istat tal-bandiera għandu jgħaddi r-rapport imsemmi lis-Segretarjat tas-CCAMLR meta l-bastiment imkemmel ikun għamel attivitajiet ta" sajd illegali, mhux dikjarat jew mhux regolamentat (IUUF) b'konformità mar-regoli tas-CCAMLR.'
Emenda 9
Artikolu 1, Punt 14
Artikolu 30.1, ittra d) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
(d) il-bastimenti li jidhru fil-lista tal-bastimenti IUU li jidħlu volontarjament fil-portijiet tagħhom ikunu spezzjonati fil-port skond l-Artikolu 27;
d) jiċħdu l-aċċess għall-port lill-bastimenti li jidhru fil-lista ta' l-IUU, ħlief għal skopijiet ta' osservar tal-liġi jew għal raġunijiet ta' forza maġġuri, jew sabiex tingħata għajnuna lil dawk il-bastimenti jew lill-persuni ta" fuqhom li jkunu jinsabu f'periklu jew f'diffikultajiet. Il-bastimenti li jitħallew jidħlu f'port għandhom jiġu spezzjonati skond l-Artikolu 27;
d a) meta jingħata aċċess għall-port lil dan it-tip ta" bastimenti:
– għandhom jiġu eżaminati, fejn ikun relevanti, id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni l-oħra kollha, inklużi d-dokumenti tal-qabda ta" Dissostichus spp., sabiex tiġi vrifikata z-zona ta" fejn ikunu saru l-qabdiet; f'każ li ma jkunx jista" jiġi verifikat l-oriġini tagħhom b'mod adegwat, il-qabda għandha tiġi miżmuma u m'għandux jiġi permess li tittella" l-art jew li titpoġġa fuq bastiment ieħor, u,
- meta dan ikun possibbli, jekk jinsab li l-qabda ttieħdet kontra l-miżuri ta' konservazzjoni tas-CCAMLR, il-qabda tiġi kkonfiskata.
Kull għajnuna lil dawn il-bastimenti, inkluż l-għoti ta' karburant mhux urġenti, il-forniment mill-ġdid u t-tiswijiet għandhom ikunu projbiti.
Emenda 10
Artikolu 1, Punt 15
Artikolu 30.2, ittri a) u b)) (Regolament (KE) Nru 601/2004)
(a) b'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) 2847/93, għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità, għall-bastimenti ta' appoġġ, għall-bastimenti omm u għall-bastimenti tal-merkanzija, sabiex jipparteċipaw f'xi trasbord jew f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma', jappoġġaw jew ifornu mill-ġdid bastimenti li jidhru fil-lista tal-bastimenti IUU;
(a) b'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) 2847/93, il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità, il-bastimenti ta' appoġġ, il-bastimenti li jagħtu l-fjuwil, il-bastimenti omm u l-bastimenti tal-merkanzija, ma jistgħux jipparteċipaw bl-ebda mod fi trasbord jew f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma', jappoġġaw jew ifornu mill-ġdid bastimenti li jidhru fil-lista tal-bastimenti IUU;
(b) għal bastimenti li jidhru fil-lista tal-bastimenti IUU li jidħlu volontarjament fil-portijiet, li jħottu jew li jwettqu trasbord hemmhekk;
Emenda 11
Artikolu 1, Punt 15 a (ġdid)
Artikolu 31 (Regolament (KE) Nru 601/2004)
15 a.  L-Artikolu 31 jiġi sostitwit bit-test li ġej:
'Artikolu 31
Sistema biex tippromwovi l-konformità taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti mal-miżuri ta" konservazzjoni tas-CCAMLR
1.  Bla preġudizzju għall-primat tar-responsabilità ta" l-Istat tal-Bandiera, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri adegwati, b'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, biex:
a) jivverifikaw jew xi persuna fiżika jew ġuridika suġġett għall-ġurisdizzjoni tagħhom tkun qed tipparteċipan fl-attivitajiet ta" IUUF deskritti fl-Artikolu 28;
b) jirrispondu għal kwalunkwe attività verifikata li jirreferi għaliha l-punt a); u
c) jikkoperaw bil-għan li japplikaw il-miżuri u l-azzjoni imsemmija fil-punt a). Għal dan il-għan, l-entitajiet relevanti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fl-applikazzjoni tal-miżuri ta" konservazzjoni tac-CCAMLR u jieħdu ħsieb li jkun hemm koperazzjoni mill-industriji tas-sajd fil-ġurisdizzjoni tagħhom.
2.  Biex jassistu l-implimentazzjoni ta' din il-miżura ta" konservazzjoni, l-Istati Membri, b'antiċipazzjoni xierqa, għandhom iressqu lis-Segretarjat tas-CCAMLR u lill-Partijiet Kontraenti u lill-Partijiet mhux Kontraenti li jikkoperaw mas-CCAMLR, bl-iskop li tiġi implimentata s-Sistema ta" Dokumentazzjoni tal-Qabdiet tad-Dissostichus spp., rapport dwar l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda skond il-paragrafu 1, b'kopja lill-Kummissjoni.'

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tal-Europol tas-26 ta' Lulju 1995*
PDF 199kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, stabbilita skond l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (COM(2007)0215 – C6-0169/2007 – 2007/0076(CNS))
P6_TA(2007)0306A6-0260/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0215)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0169/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0260/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materja Kriminali *
PDF 199kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 Lulju 2007 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materja Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0213 – C6-0158/2007 – 2007/0080(CNS))
P6_TA(2007)0307A6-0261/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0213)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0158/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0261/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998 dwar l-iskwalifiki tas-sewqan *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998, imfassla fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iskwalifiki tas-sewqan (COM(2007)0214 – C6-0155/2007 – 2007/0075(CNS))
P6_TA(2007)0308A6-0269/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2007)0214)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0155/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0269/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, stabbilita skond l-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0218 – C6-0156/2007 – 2007/0072(CNS))
P6_TA(2007)0309A6-0272/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0218)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0156/2007),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0272/2007),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar Corrigenda (Artikolu 204a ġdid tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 282kWORD 41k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar id-dħul ta' Artikolu ġdid 204a dwar "Corrigenda" fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (2005/2041(REG))
P6_TA(2007)0310A6-0229/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu bid-data ta' l-10 ta' Marzu 2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0229/2007),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura kif jidher hawn taħt;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-emenda se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test preżenti   Emendi
Emenda 1
Artikolu 204a (ġdida)
Regola 204a
Corrigenda
1.  Meta jiġi identifikat żball f'test adottat mill-Parlament, il-President għandu, meta jkun xieraq, jirreferi abbozz ta' corrigendum lill-kumitat responsabbli.
2.  Meta jiġi identifikat żball f'test adottat mill-Parlament u miftiehem ma' istituzzjonijiet oħra, il-President għandu jfittex il-qbil ta' dawk l-istituzzjonijiet dwar il-korrezzjonijiet meħtieġa qabel ma jipproċedi skond il-paragrafu 1.
3.  Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-abbozz ta' corrigendum u jressqu quddiem il-Parlament jekk ikun sodisfatt li sar żball li jista' jiġi kkoreġut bil-mod kif ġie propost.
4.  Il-corrigendum għandu jitħabbar fis-sessjoni parzjali li jkun imiss. Dan għandu jitqies bħala approvat ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin siegħa wara t-tħabbir tiegħu, ma ssirx talba minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru biex jitressaq għall-votazzjoni. Jekk il-corrigendum ma jiġix approvat, għandu jiġi rriferut lura lill-kumitat responsabbli li jista' jew jipproponi corrigendum immodifikat jew jagħlaq il-proċedura.
5.  Il-corrigenda approvati għandhom jiġu ppubblikati bl-istess mod li għandu jiġi ppubblikat it-test li jirreferu għalih. L-Artikoli 66(3), 67 u 68 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar- Regoli ta" Proċedura tal-Parlament (Emenda ta" l-Artikolu 201)
PDF 268kWORD 40k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar emenda ta" l-Artikolu 201 tar-Regoli ta" Proċedura tal-Parlament dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-Regoli ta" Proċedura (2006/2192(REG))
P6_TA(2007)0311A6-0230/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0166/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0230/2007),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura kif jidher hawn taħt;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-emenda se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test preżenti   Emendi
Emenda 1
Artikolu 201, paragrafu 1
1.  Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta" dawn ir-Regoli ta" Proċedura, il-President jista", mingħajr ħsara għal kull deċiżjoni preċedenti li jista" jkun hemm f'dan il-qasam, jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għall-eżami.
1.  Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta" dawn ir-Regoli ta" Proċedura, il-President jista" jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għall-eżami.
Fejn titqajjem kwistjoni ta" proċedura korretta skond l-Artikolu 166, il-President jista" wkoll jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli.
Min ikun jippresiedi kumitat jista" jagħmel dan meta jqum xi dubju bħal dan waqt li jkun għaddej ix-xogħol tal-kumitat u jkollu x'jaqsam miegħu.

Konsultazzjoni dwar l-immunità u l-privileġġi ta' Alessandra Mussolini
PDF 269kWORD 34k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-konsultazzjoni dwar l-immunità u l-privileġġi ta' Alessandra Mussolini (2006/2301(IMM))
P6_TA(2007)0312A6-0251/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Anna Maria Pagliari, l-imħallef inkwirenti, għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar jekk l-immunità parlamentari tapplikax għal dikjarazzjonijiet li għamlet Alessandra Mussolini dwar Giuseppe Pisanu, li minħabba fihom dan ta' l-aħħar fetaħ kawża ċivili kontriha quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Ruma bl-għan li jikseb id-danni għall-malafama (proċedura Nru R.G. 54191/05), ta' l-24 ta' Lulju 2006, kif imħabbar fis-seduta plenarja fis-16 ta' Novembru 2006,

–   wara li sema' lil Alessandra Mussolini skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tal-Liġi Taljana Nru 140 ta' l-20 ta' Ġunju 2003,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(1) u 7(13) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0251/2007),

1.  Iqis li l-immunità parlamentari skond it-tifsira ta' l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 t'April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u, sa fejn japplika, l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni Taljana, tkopri bis-sħiħ id-dikjarazzjonijiet li għamlet Alessandra Mussolini u għalhekk jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi tagħha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu, immedjatament lill-awtoritajiet rilevanti tar-Repubblika Taljana.

(1) Il-Każ 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier (1964) ECR 195 u l-Każ 149/85 Wybot vs Faure u oħrajn (1986) ECR 2391.


Ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Ashley Mote
PDF 274kWORD 34k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar it-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Ashley Mote (2007/2122(IMM))
P6_TA(2007)0313A6-0250/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Ashley Mote għall-ħarsien ta' l-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti tar-Renju Unit, fl-4 ta' Mejju 2007, imħabbra fis-seduta plenarja ta' l-10 ta' Mejju 2007,

–   wara li sema' lil Ashley Mote skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta'April 1965, u l-Artikolu 6(2) ta" l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, ta" l-20 ta" Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta" Mejju 1964 u ta" l-10 ta" Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0250/2007),

A.   billi l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet jipprovdi li "Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu jgawdu: (a) fit-territorju ta' l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom...",

B.   billi l-proċeduri kriminali fil-kwistjoni nġiebu kontra Ashley Mole fit-territorju tar-Renju Unit,

C.   billi l-Membri tal-Parlament tar-Renju Unit ma jgawdux l-immunità fil-każ ta' prosekuzzjoni kriminali,

D.   billi, għalhekk, Ashley Mote m'għandu l-ebda immunità x'jiddefendi,

E.   billi ċ-ċirkostanzi ma jikkostitwixxux xi restrizzjoni ta' natura amministrattiva jew ta' natura oħra imposta fuq il-moviment ħieles tal-Membru biex jivvjaġġa lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament,

1.  Jiddeċiedi li ma jħarisx l-immunità u l-privileġġi ta" Ashley Mote;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit.

(1) Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391.


Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2007
PDF 205kWORD 39k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni (10966/2007 – C6-0195/2007 – 2007/2072(BUD))
P6_TA(2007)0314A6-0268/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, kif ġie adottat b'mod finali fl-14 ta' Diċembru 2006(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda Nru 3/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-13 ta' April 2007 (SEC(2007)0476),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda Nru 4/2007, li l-Kunsill stabbilixxa fit-18 ta' Ġunju 2007 (10966/2007 – C6-0195/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0268/2007),

A.   billi huma meħtieġa aġġustamenti sabiex l-istruttura baġitarja u l-allokazzjonijiet neċessarja għall-iffinanzjar ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni jkunu jistgħu jitqiesu u jiġu implimentati fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2007;

B.   billi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda jipprovdi wkoll għal modifiki għall-istruttura tal-baġit bħala riżultat ta' l-estensjoni tal-mandat ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, kif ukoll għall-modifika tal-pjanijiet ta' twaqqif ta' tliet aġenziji oħra: Eurojust, l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u Frontex,

C.   billi l-iskop ta' l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2007 huwa li dawn ir-riżorsi baġitarji jiddaħħlu fil-baġit ta' l-2007,

1.  Jinnota l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2007;

2.  Ifakkar li l-approprjazzjonijiet għall-Aġenziji Eżekuttivi huma mħallsa mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;

3.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2007;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament emendat bir-regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 77, 16.3.2007.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Rapport speċjali Nru 9/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-infiq tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
PDF 295kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar ir-Rapport speċjali Nru 9/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea dwar l-infiq tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2007/2077(INI))
P6_TA(2007)0315A6-0215/2007

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea Nru 9/2006 dwar l-infiq tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament u tal-Kunsill, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Istituzzjonijiet(1),

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 248(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 276(3) u l-Artikolu 280(5) tat-Trattat KE,

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0215/2007),

Rispett għall-multilingwiżmu

1.  Iqis il-multilingwiżmu bħala fattur ewlieni fl-UE, li jenfasizza d-diversità kulturali u lingwistika u jiżgura t-trattament ugwali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni; iqis li l-multilingwiżmu jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini li jikkomunikaw ma" l-istituzzjonijiet ta" l-UE fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tagħha, b'hekk jippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta" kontroll demokratiku; jinnota li, fl-istess waqt, is-servizzi lingwistiċi ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE jgħinu biex dawk l-istituzzjonijiet jibqgħu miftuħa u trasparenti għaċ-ċittadini ta' l-Ewropa;

2.  Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' "multilingwiżmu kontrollat b'mod sħiħ", stipulat fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-multilingwiżmu(2), jirrappreżenta l-uniku mezz biex l-ispejjeż jinżammu fi ħdan limiti baġitarji aċċettabbli, waqt li tinżamm l-ugwaljanza fost il-Membri u ċ-ċittadini;

3.  Jiddispjaċih li dejjem iktar dokumenti u komunikazzjonijiet, speċjalment l-emendi ta' kompromess fil-ħin tal-votazzjoni tagħhom fil-kumitat jew, pereżempju, l-annessi tar-rapporti, huma ppreżentati f'lingwa waħda biss;

Spiża tat-traduzzjonijiet

4.  Jenfasizza li l-ispiża totali tas-servizzi lingwistiċi kollha ta" l-istituzzjonijiet ta" l-UE, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni f'daqqa, jirrappreżentaw biss 1% tal-baġit totali ta" l-UE;

5.  Jinnota li fl-2005, il-volum ta' traduzzjonijiet kien ta' 1, 324, 000 paġna fil-Kummissjoni (1,450 traduttur), 1,080,000 paġna fil-Parlament (550 traduttur) u 475,000 paġna fil-Kunsill (660 traduttur);

6.  Huwa sorpriż li l-istituzzjonijiet għadhom sa issa ma kkalkulawx la l-ispiża totali tat-traduzzjoni(3) u lanqas l-ispiża għal kull paġna; barra minn hekk jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea (ECA) kkalkulat l-ispiża totali tat-traduzzjoni fl-2003 għal EUR 414.2 miljun (2005: EUR 511 miljun), EUR 218.8 miljun għall-Kummissjoni (2005: EUR 257 miljun), EUR 99 miljun għall-Parlament (2005: EUR 128 miljun), EUR 100,4 miljun għall-Kunsill (2005: EUR 126 million); għall-istess sena, l-ispiża medja għal kull paġna kienet ta' EUR 166.37 (2005: EUR 196.3): EUR 150,2 għall-Kummissjoni (2005: EUR 194), EUR 149.7 miljun għall-Parlament (2005: EUR 119), EUR 251.8 miljun għall-Kunsill (2005: EUR 276);

7.  Jilqa' f'dan il-kuntest, il-fatt li l-amministrazzjoni tiegħu rnexxielha tnaqqas l-ispejjeż ta' traduzzjoni bil-paġna minkejja t-tkabbir;

8.  Huwa mħasseb dwar l-osservazzjoni ta' l-ECA li l-produttività tas-servizz ta' traduzzjoni tal-Kunsill hija baxxa;

9.  Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jieħdu l-miżuri xierqa biex itejbu aktar il-produttività tas-servizzi ta' traduzzjoni ta' l-UE;

10.  Jinnota li l-prezzijiet li huwa ħallas lit-tradutturi freelance kienu ta' medja ta' 12% ogħla mill-prezzijiet imħallsa mill-Kummissjoni; jinnota l-ispjegazzjoni mogħtija mill-amministrazzjoni tiegħu, li tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-firxa ta' lingwi tat-tradutturi freelance tal-Parlament hija wiesgħa aktar, li dawk it-tradutturi jridu jirrispettaw skadenzi iqsar u l-istandards ta' kwalità għolja ħafna;

11.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill qablu li jillimitaw iż-żieda fil-volum tat-traduzzjoni wara t-tkabbir ta' l-UE fl-2004 għal 10 Stati Membri ġodda, b'hekk jikkontrollaw iż-żieda ta' l-ispejjeż; jinnota li l-Parlament introduċa l-kunċett ta' "multilingwiżmu kontrollat b'mod sħiħ", b'hekk jippermettilu li jżomm il-livell ta' servizz waqt li jikkontrolla l-ispejjeż;

12.  Jistieden lit-tliet istituzzjonijiet biex jistabbilixxu parametri ċari u li jitqabblu bil-ħsieb li jaċċertaw kemm l-ispiża totali tat-traduzzjoni u l-prezz għal kull paġna; jenfasizza li ċ-ċifri miksuba m'għandhomx jiġu użati biss għal skopijiet baġitarji, iżda wkoll biex l-utenti jiġu sensibilizzati dwar l-ispiża;

13.  Jaqbel mal-prinċipju(4) li rapporti verbatim ta' proċedimenti fil-plenarja għandhom ikunu ppubblikati bħala dokument multilingwa li fih l-istqarrijiet tal-kelliema jidhru biss fil-lingwa oriġinali, fuq il-qbil li verżjonijiet iffilmjati tad-dibattiti, flimkien ma' interpretazzjoni diretta fil-lingwi uffiċjali kollha jkunu disponibbli b'xejn għall-pubbliku ġenerali fuq talba minn pjattaforma teknika xierqa, filwaqt li huwa ovvju li t-test oriġinali biss huwa validu, billi, ġuridikament, l-interpretazzjoni mhijiex traduzzjoni orali; huwa ta' l-opinjoni li l-Membri għandhom ikunu intitolati biex ikollhom partijiet minn dibattiti tradotti fil-lingwi tagħhom wara talba u fi żmien qasir; huwa ta' l-opinjoni wkoll li jrid ikun hemm dispożizzjoni biex jinżamm arkivju diġitali u ideali għal tiftix; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex ifassal proposta formali li timplimenta din id-deċiżjoni fil-prinċipju, li għandha tinkludi klawsoli kontra l-abbuż u tidentifika, jekk ikun indikat, tibdiliet potenzjali għar-Regoli ta' Proċedura (eż. Artikolu 173) u għal regoli interni oħrajn meħtieġa biex jistabbilixxu fil-prattika l-approċċ maħsub ġdid;

Kwalità ta' traduzzjonijiet

14.  Jilqa' l-fatt li l-kwalità u r-rispett għall-iskadenzi ta' traduzzjonijiet fil-lingwi UE-15 (il-lingwi uffiċjali tal-15 il-Stat Membru qabel it-tkabbir ta' l-2004 u l-2007), skond sondaġġ ta' sodisfazzjon tal-klijent imwettaq mill-ECA, huma b'mod ġenerali meqjusa bħala sodisfaċenti, minkejja li xi problemi jippersistu fir-rigward ta' terminoloġija teknika u legali;

15.  Huwa madankollu mħasseb dwar il-kwalità aktar baxxa b'mod konsiderevoli tat-traduzzjonijiet UE-10 (it-traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali ta' l-10 Stati Membri li aderew fl-2004) f'xi istituzzjonijiet fl-2004, ikkawżata b'mod prinċipali minħabba nuqqas ta' tradutturi kwalifikati; jinnota li - fl-istess waqt - il-Kummissjoni indirizzat il-problema u li l-istituzzjonijiet kollha, bl-għajnuna ta' l-Istati Membri, wettqu progress fir-reklutaġġ ta' tradutturi kwalifikati;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza reviżjoni kritika tal-falliment ta' l-EPSO biex tirrekluta l-istaff meħtieġ mill-pajjiżi UE-10;

17.  B'mod ġenerali huwa ta' l-opinjoni li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxu standard ta' kwalità għolja ta' traduzzjonijiet; għalhekk jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu rendikont tal-miżuri adottati għall-monitoraġġ u t-titjib fil-kwalità tat-traduzzjonijiet fil-ħin sal-proċedura ta' kwittanza ta' l-2006;

18.  Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jużaw għodod biex ikejlu s-sodisfazzjon ta' l-utent; minbarra dan, jitlob li jsiru kontrolli għall-għarrieda tal-kwalità u sondaġġi ta' sodisfazzjon tal-klijent u dawn għandhom jitwettqu fuq bażi regolari;

Proċeduri għal immaniġġjar ta' talbiet ta' traduzzjoni

19.  Jinnota li l-ECA ikkritikat proċeduri ambigwi biex jintalbu traduzzjonijiet, u linjigwida mhux ċari wkoll fir-rigward ta' liema dokumenti jridu jkunu tradotti jew le;

20.  F'dan il-kuntest, jilqa' d-disponibbiltà tal-Kummissjoni biex tindirizza l-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni u ta' l-iscreening tat-talbiet ta' traduzzjoni fl-2006; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li fl-2003, il-Kunsill stabbilixxa lista ta' dokumenti essenzjali, u b'hekk illimita t-traduzzjoni ta' testi oħra;

21.  Jirrakkomanda li jsir użu akbar ta' dokumenti li huma limitati fit-tul u tas-sommarji miktuba;

22.  Iħeġġeġ lill-kumitati u lid-delegazzjonijiet parlamentari - kull meta possibbli - biex ma jipprovdux testi ħlief fil-lingwi tal-membri tal-kumitati u ta' delegazzjoni u tas-sostituti tagħhom; iqis li l-verżjonijiet addizzjonali tal-lingwa għandhom jingħataw biss fuq talba;

23.  Jenfasizza l-importanza ta' kumitati, ta' delegazzjonijiet u ta' gruppi politiċi fit-tfassil ta' previżjonijiet kull xahar(5); jinnota li, min-naħa l-oħra, l-utenti għandhom ikunu infurmati bl-ispejjeż ġenerati mit-talbiet tagħhom għal traduzzjoni;

Effiċjenza tal-proċess ta' traduzzjoni

24.  Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jiżviluppaw indikaturi ta' prestazzjoni kwalitattivi u kwantitattivi bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-monitoraġġ ta' proċessi ta' traduzzjoni għal skopijiet ta' mmaniġġjar;

25.  Jiddispjaċih li s-servizz ta' traduzzjoni tiegħu għadu ma jużax b'mod sistematiku l-għodod ta' traduzzjoni; għalhekk, jistieden lill-maniġment tiegħu biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-użu sistematiku ta' għodod bħal dawn, b'mod partikulari sistemi ta' memorji ta' traduzzjoni (i.e. Euramis), li fihom il-potenzjal ta' l-użu mill-ġdid - u b'hekk ta' gwadanni kwalitattivi - huwa għoli;

26.  Jistieden lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jużaw b'mod effettiv u effiċjenti r-riżorsi interni u esterni, bħal databases, traduzzjonijiet assistiti bil-kompjuter, it-teleworking u l-outsourcing;

27.  Jilqa' t-titjib ta' koperazzjoni interistituzzjonali bejn is-servizzi ta' traduzzjoni ta' l-istituzzjonijiet differenti u b'mod partikulari l-ħolqien ta' database ta' terminoloġija komuni, l-iżvilupp ta' memorji ta' traduzzjoni komuni u l-qsim ta' riżorsi permezz tal-proġett ta' bilanċjar ta' l-ammont ta' xogħol;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri Ewropea.

(1) ĠU C 284, 21.11.2006, p.1
(2) Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu, adottat mill-Bureau fl-4 ta' Settembru 2006.
(3) Skond il-Qorti, tali ċifri jinkludu l-infieq fir-rigward tat-tradutturi, segretarji, uffiċjali, impjegati tas-servizz, planning, infieq fuq l-immobbli, informatika u infieq marbut mal-ġestjoni tar-riżorsi umani (pereżempju, għat-taħriġ).
(4) Spjegat fil-minuti tal-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Jannar 2006 (PE 368.524/BUR/Corr).
(5) L-Artikolu 12(2) tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu.


Imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni
PDF 240kWORD 88k
Riżoluzzjoni ta' l-10 ta' Lulju 2007 tal-Parlament Ewropew dwar l-imminimizzar ta' l-ispejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni (2005/2140(INI))
P6_TA(2007)0316A6-0275/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Regolamemti Aħjar għat-Tkabbir u l-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea (COM(2005)0097) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar metodoloġija komuni ta' l-UE għal analiżi ta' spejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni (COM(2005)0518),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni bit-titolu 'Anness mal-komunikazzjoni dwar metodoloġija komuni ta' l-UE għal analiżi ta' spejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni: Ġabra ta' metodoloġija komuni proposta ta' l-UE u Rapport dwar Fażi Pilota (April - Settembru 2005)' (SEC(2005)1329),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 'Wasal iż-żmien biex nirrankaw - is-sħubija ġdida għat-tkabbir u l-impjiegi ' (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' April 2004 dwar analiżi ta' impatt tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-proċeduri ta' konsultazzjoni(1),

–   wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni - 'Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2004' (COM(2005)0098),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Kompetittività tat-13 ta' Marzu 2006 dwar il-politika għat-tkabbir u l-impjieg għall-SMEsabbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ul lill-Kumitat tar-Reġjuni ntitolata: "L-Implimentazzjoni tal-Program Komunitarju ta' Lisbona - Politika Moderna għat-tkabbir u l-impjieg għall-SMEs" (COM(2005)0551),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni ntitolata "Reviżjoni Strateġika ta' Regolamenti Aħjar fl-Unjoni Ewropea" (COM(2006)0689),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni ntitolat "Kejl ta' spejjeż amministrattivi u tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea" (COM(2006)0691),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Programm ta' Azzjoni għal Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0023),

–   wara li kkunsidra l-Proġett Pilota 'Minimizzar tal-Piżijiet Amministrattivi' (Baġit ta' l-UE 2007, Artikolu 26 01 08),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l- Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0275/2007),

A.  Billi l-kwistjoni ta' l-imminimizzar ta' spejjeż amministrattivi imposti mil-leġiżlazzjoni hija waħda mill-aspetti l-aktar importanti tal-mira ġenerali ta' regolamentazzjoni aħjar,

B.  Billi huwa importanti li tintlaħaq koperazzjoni flessibbli u koerenti bejn kumitati fil-Parlament dwar suġġetti li jista' jkollhom impatt sinifikattiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea,

C.  Billi l-missjoni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu hija li ċ-ċittadini ta' l-UE jkunu żgurati li l-fondi ta' l-UE jinġabru u jintefqu b'mod effettiv u xieraq, u li huma jkunu allokati b'mod korrett għall-ħidmiet li l-UE ġiet mitluba biex twettaq; billi biex jinkiseb dan il-għan il-Komunità tfittex biex tiżviluppa sistema ta' responsabilità pubblika ta' l-UE moderna, effettiva u effiċjenti li tista' tiżgura implimentazzjoni soda tal-baġit, tmexxija aħjar u responsabilità ċara,

D.  Billi l-ispejjeż regolatorji, li għalihom l-obbligi amministrattivi huma element wieħed biss, iridu jkunu analizzati f'kuntest wiesa' li jinkludi spejjeż u benefiċċji ta' regolamenti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u li tali reviżjoni regolari u analiżi integrata għandhom jitqiesu minn kulħadd bħala komponenti ewlenin ta' regolamenti aħjar,

E.  Billi l-ispejjeż ta' konformità huma l-ispejjeż kollha ta' konformità mar-regolamenti, bl-eċċezzjoni ta' nefqa finanzjarja diretta u konsegwenzi fuq perjodu ta' żmien fit-tul u jistgħu, fil-kuntest tal-Mudell ta' Nefqa Standard, jinqasmu fi spejjeż ta' konformità u spejjeż amministrattivi sustantivi,

F.  Billi l-ispejjeż amministrattivi huma definiti bħala l-ispejjeż imġarba minn intrapriżi, mis-settur volontarju, mill-awtoritajiet pubbliċi u miċ-ċittadini fl-ilqugħ ta' obbligi legali biex jipprovdu informazzjoni dwar l-azzjonijiet jew prodotti tagħhom, kemm lil awtoritajiet pubbliċi jew lil entitajiet privati,

G.  Billi l-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea b'mod ripetut sostniet li, fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tagħha, hija ta' l-opinjoni li waħda mill-kawżi prinċipali għal irregolaritajiet hija r-regoli u regolament ta' bażi, li ma jippermettux għal immaniġġjar ta' riskju xieraq u jfixklu b'mod qawwi l-infiq legali u regolari tal-fondi ta' l-UE,

H.  Billi l-Programm ta' Azzjoni propost għal Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UEjista' jnaqqas il-piżijiet amministrattivi b'25% sa' l-2012, u jkopri l-leġiżlazzjoni tal-Komunità kif ukoll piżijiet regolatorji nazzjonali, li jistgħu jwasslu għal żieda fil-livell ta' GDP ta' l-UE b'madwar 1.4% jew EUR150 biljun fuq perjodu ta' żmien medju(2),

I.  Billi l-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 iddeċieda li fir-Rebbiegħa 2008, fuq il-bażi ta' reviżjoni mill-Kummissjoni, li huwa se jikkunsidra jekk hix meħtieġa aktar azzjoni, li se jitqiesu alternattivi differenti, inkluż dik grupp ta' esperti indipendenti li jipprovdi konsultazzjoni lill-istituzzjonijiet dwar il-ħidma tagħhom lejn regolamentazzjoni aħjar,

J.  Billi l-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 appoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi, bħala proġett pilota, kumitat ta' esperti indipendenti biex jassisti l-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' Programm ta' Azzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Piż Amministrattiv msemmi hawn fuq,

K.  Billi t-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi huwa miżura importanti għal spinta fl-ekonomija Ewropea, b'mod speċjali permezz ta' l-impatt tiegħu fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs),

L.  Billi l-leġiżlazzjoni hija l-pedament ta' soċjetajiet li jiffunzjonaw b'mod xieraq, b' kont meħud tal-kunsiderazzjoni soċjali, ekonomiċi u ambjentali u b' evalwazzjoni ugwali tal-valur tagħhom,

1.  Jilqa' l-ftehim interisituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar(3) u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament sabiex iwettquha;

2.  Ifakkar li l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattat KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha "tikkunsidra b'mod xieraq il-ħtieġa għal kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kemm amministrattiv, li huwa r-responsabilità tal-Komunità, tal-gvernijiet nazzjonali, ta' l-awtoritajiet lokali, ta' l-operaturi ekonomiċi u taċ-ċittadini biex ikun minimizzat u proporzjonat ma' l-objettiv li jrid jinkiseb";

3.  Jaqbel li l-ambjent regolatorju fejn joperaw in-negozji huwa fattur li jiddetermina l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli u l-prestazjoni fl-impjegar tagħhom, u li l-iżgurar li l-ambjent regolatorju eżistenti u futur ikun trasparenti, ċar, effettiv u ġeneralment ta' kwalità għolja għandu jkun objettiv importanti tal-politika ta' l-UE;

4.  Jenfasizza l-importanza li jkunu applikati bis-sħiħ il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

5.  Iħoss li l-konsultazzjoni kostanti tal-partijiet interess hija komponent importanti waqt l-eżaminar tal-proposti leġiżlattivi; juri li l-konsultazzjoni għandha tinvolvi l-gruppi kollha kkonċernati, b'iffukar partikolari fuq dawk li jġorru l-akbar piżijiet konsegwenza tal-leġiżlazzjoni, u li l-għażla ta' gruppi kkonsultati għandha tkun trasparenti u bbilanċjata; jenfasizza wkoll li l-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward l-irwol ta' l-imsieħba soċjali kif previst fl-Artikolu 138, kif ukoll il-prinċipji stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata "lejn kultura msaħħa tal-konsultazzjoni u djalogu - priniċipji ġenerali u standards minimi għall-konsultazzjoni ta' partijiet interessati mill-Kummissjoni" COM (2002)0704 li jeħtieġu lill-Kummissjoni li tiżgura li l-partijiet kollha li għandhom sehem ikollhom l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom;

6.  Jenfasizza wkoll li protagonisti iżgħar għandhom ikunu kkonsultati b'mod attiv għax f'sens sempliċi huma m'humiex kapaċi jikkompetu ma' korporazzjonijiet multinazzjonali u korporazzjonijiet kbar jew organizzazzjonijiet li għandhom ir-riżorsi biex jimpjegaw 'lobbyists' u konsulenti b'nefqa konsiderevoli biex iressqu l-ilmenti tagħhom;

7.  Huwa ta' l-opinjoni li huwa importanti, bit-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi għal negozji u ċittadini, li l-Kummissjoni tikkonsulta gruppi ta' mira ex-post biex tiddetermina sa liema punt piżijiet amministrattivi tnaqqsu b'mod effettiv;

8.  F'dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa li l-portals attwali ta' l-internet ikunu aċċessibbli għal kull ċittadin, kumpanija jew NGO Ewropej fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-UE, biex jiżguraw aċċessibilità u influwenza massima;

9.  Jilqa' l-enfasi mpoġġi fuq il-konsultazzjoni bikrija tal-partijiet interessati, inklużi l-imsieħba soċjali, l-SMEs, il-leġiżlaturi, il-korpi ta' l-infurzar tal-liġi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jenfasizza l-irwol tad-djalogu soċjali bħala għodda utli, li tikkontribwixxi għal tmexxija Ewropea aħjar billi jiżgura bilanċ aħjar ta' l-interessi permezz ta' l-involviment tal-partijiet kollha fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fil-proċess ta' implimentazzjoni; jenfasizza li l-'partijiet kollha' jrid jinkludi dawk li jaħdmu ġo SMEs, kif stipulat fil-Karta ta' l-SME u kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u ta'l-24 ta' Marzu 2000; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu inizjattivi biex testendi u ttejjeb id-djalogu soċjali fuq il-livell Ewropew u, fuq il-bażi tar-riżultat, tkompli ttejjeb l-istandards soċjali mingħajr ma titraskura l-ħtieġa li jinżammu l-impiegi;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta dwar l-inizjattivi attwali tagħha biex tiggarantixxi l-konsultazzjoni diretta tal-partijiet li għandhom sehem; iħoss li huwa importanti wkoll li l-Kummissjoni twettaq analiżi ex-post li tipprovdi evidenza tar-riżultati miksuba;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, meta tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, tipprovdi indikazzjoni dwar x'inhuma l-ispejjeż ta' l-implimentar u ta' l-immonitorjar tal-leġiżlazzjoni proposta; jargumenta li l-Kummissjoni għandha tieħu bħala bażi n-nefqa kkawżata mill- leġiżlazzjoni speċifika;

12.  Jenfasizza li l-effett tas-simplifikazzjoni u l-aġġornar ta' leġiżlazzjoni eżistenti m'għandux ikun id-deregolamentazzjoni, it-tidgħjif tal-leġiżlazzjoni jew iż-żarmar ta' standards soċjali bażiċi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-leġiżlazzjoni tkompli twassal titjib fl-istandards soċjali filwaqt li fl-istess ħin ma tkunx ta' ħsara għall-kompetittività tan-negozji; jirrikonoxxi li mezz importanti sabiex jittejbu l-istandards soċjali huwa t-tnaqqis ta' l-impjegar, billi titrawwem klima regolatorja li tippromwovi l-intrapriża u l-ħolqien ta' impiegi;

13.  Jikkunsidra li huwa importanti ħafna li ssir oppożizjoni lil kwalunkwe pperfezzjonar jew żieda mhux meħtieġa tal-leġiżlazzjoni magħmula mill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra dan meta toħroġ regolamenti u direttivi; iħoss b'mod qawwi li l-Kummissjoni għandha tindika b'mod ċar b'mod ċar x'inhuma r-rekwiżiti minimi ta' regolamenti u direttivi;

14.  Jistenna li l-Istati Membri meta jżdu il-livell ta' kejl ta' rekwiżiti u kontroll li jaqbeż ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni komunitarja, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw u jindikaw dan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fil-miżuri implimentattivi; Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkontrolla l-Istati Membri fir-rigward ta' piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa ġejjin minn miżuri implimentattivi u leġiżlazzjoni nazzjonali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fi ħdan il-qafas tal-fethim interistituzzjonali dwar ir-regolamentazzjoni aħjar msemmi hawn fuq, tadotta leġiżlazzjoni mmirata u kkunsidrata sew b'konsegwenzi li jistgħu jitbassru li għandhom jikkontribwixxu lejn il-ħolqien ta' kundizzjonijiet favorevoli billi tipprovudi inċentivi xierqa għall-intrapriżi u l-kumpaniji, tnaqqas l-ispejjeż u l-proċeduri superfluwi, tneħħi l-barrieri għall-addattabilità u l-innovazzjoni u b'mod ġenerali tipprovdi ċertezza legali;

16.  Iħeġġeġ biex il-Kummissjoni, meta tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, tindika l-piż amministrattiv li din timponi fuq is-setturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali varji meta mqabbla ma' setturi ekwivalenti barra l-UE; jipproponi li dan jingħata attenzjoni speċjali fi ħdan l-ittestjar propost ġdid dwar il-kompetittività, li huwa parti integrali mill-analiżijiet ta' l-impatt;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament il-'proġett dwar l-ittestjar tal-kompetittività' li bħalissa qed jiġi elaborat, sabiex tippermetti skambju ta' opinjonijiet qabel dan jidħol fis-seħħ;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament jikkoperaw u jieħdu impenn dwar strateġija komuni u komprensiva sabiex jippromwovu regolamentazzjoni aħjar bil-għan li tissaħħaħ is-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impiegi, prinċipalment permezz ta' l-eżami ta' oqfsa differenti ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u ta' l-inkorporazzjoni ta' l-aħjar prattiki pruvati u identifikati; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrispetta l-prattiki u l-istrateġiji nazzjonali differenti adottati mill-Istati Membri, kemm jekk jimplimentaw id-direttivi Ewropej fl-oqsma ta' l-impiegi u l-protezzjoni soċjali permezz ta' ftehim kollettiv u kemm jekk permezz ta' regolamentazzjoni u liġi;

19.  Jenfasizza l-importanza ta' regolamentazzjoni aħjar u ta' l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti, fl-Istati Membri kollha, u jistieden sabiex il-proċeduri ta' ksur ikunu rapidi biex jiżguraw kundizzjonijiet ugwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li trid tiġi ssimplifikata;

20.  Jappoġġja l-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-UE, li għan tiegħu huwa li jkejjel in-nefqa amministrattiva għal kumpaniji fl-Ewropa u biex inaqqas piżijiet amministrattivi b'25% sa l-2012;

21.  Jinnota li l-istrateġija għal tnaqqis ta' 25% tirreferi għal piżijiet amministrattivi għal kumpaniji, b'mod speċjali l-piżijiet mhux meħtieġa u ma tistax, kif il-Kummissjoni nnifisha tistipula, titqies bħala tneħħija ta' regolamenti;

22.  Jagħti appoġġ sħiħ lill-inizjattiva tal-Kummissjoni iżda, fl-istess waqt, se jibqa' attent li l-miri ta' leġiżlazzjoni ma jkunux affettwati minn dak l-approċċ;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' proċeduri ta' rittmu mgħaġġel biex inaqqsu b'mod effettiv piżijiet amministrattivi b'25% sa l-2012; jenfasizza li l-Parlament u l-Kunsill għandhom ikunu ta' appoġġ sħiħ biex il-proċess ta' simplifikazzjoni jaħdem;

24.  Għalhekk jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal "azzjonijiet ta' rittmu mgħaġġel" rigward miżuri tal-Kummissjoni, proposti kollettivi u proposti solitarji; Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar użu mill-esperjenza miksuba minn Stati Membri li diġà wettqu kejl ta' linja bażi, biex jistabbilixxu aktar 'azzjonijiet ta' rittmu mgħaġġel';

25.  Jinnota l-identifikazzjoni ta' 13-il qasam ta' prijorità fil-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni, bbażati fuq l-irraġunar li 80% tal-piż amministrattiv totali se jinstab f'dawk l-oqsma; Jenfasizza li din l-analiżi hija bbażata fuq esperjenzi u kejl nazzjonali(4); jaqbel mal-Kummissjoni li dan l-approċċ huwa prammatiku, iżda jħoss li għandu jitqies bħala l-ewwel fażi;

26.  Għalhekk japoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex testendi l-Programm ta' Azzjoni għal oqsma oħrajn li fil-preżent m'humiex inklużi; jistenna li l-Kummissjoni tinkludi l-identifikazzjoni ta' kull tnaqqis tal-piżijiet eliġibbli li jista' jsir fl-istrateġija tagħha ta' outsourcing tal-kejl attwali lill-konsulenti esterni;

27.  Huwa ta' l-opinjoni li l-introduzzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-Komunità għal tnaqqis tal-piż amminstrattiv, susseggwentement ifisser li l-Kummissjoni għandha talloka biżżejjed riżorsi u approprjazzjonijiet; għalhekk, jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni, għal dan il-għan, għamlet disponibbli madwar EUR 19.6 miljun eskluża l-VAT; jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta lil Kumitat għall-Baġit dwar mil-liema linji tal-baġit qed jittieħdu l-approprjazzjonijiet, sa liema punt dan jaffettwa politiki oħrajn, kif u meta se jintefqu u liema huma l-bażijiet legali li jiġġustifikaw dan l-infiq;

28.  Jenfasizza li, jekk il-Kummissjoni tħoss li mhix kapaċi talloka biżżejjed riżorsi u approprjazzjonijiet fi ħdan il-qafas amministrattiv attwali, hija għandha tidentifika u tikkomunika soluzzjonijiet possibbli biex jintegħlbu dawn il-problemi għall-awtorità tal-baġit;

29.  Jinnota li t-tnaqqis ta' 25% għandu jirrifletti tnaqqis nett tal-piżijiet; għalhekk, jenfasizza l-ħtieġa li l-piżijiet amministrattivi jkunu inklużi li jsegwu regolamenti ġodda mill-2008, kif ukoll fl-analiżi finali fl-2012; jenfasizza li tnaqqis ta' 25% fi ħdan 13-il qasam ta' prijorità jista' jitqies biss bħala mira grossa ta' tnaqqis; jinnota li l-approċċ attwali, għalhekk, ma jistax jiżgura tnaqqis attwali ta' 25% għall- kumpaniji;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika u tippreżenta lill-Kumitati relevanti tal-Parlament, b'tabella tal-progress b'miri preċiżi li jridu jintlaħqu u perjodu taż-żmien stabbilit għall-implimentazzjoni ta' miżuri, identifikati bħala meħtieġa biex tinkiseb mira ta' tnaqqis ta' 25% sa l-2012 u biex tirrapporta kull sena dwar il-progress tagħha lill-kumitati kompetenti tal-Parlament;

31.  Jenfasizza li l-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jimpenjaw infushom b'mod sħiħ u jassumu responsabilità politika rigward it-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi; huwa konvint li, mingħajr pussess fil-livell politiku, l-UE ma tkunx tista' tibdel b'suċċess il-kultura tagħha ta' tfassil tal-liġijiet;

32.  Għandu l-intenzjoni li japplika b'mod sħiħ proċeduri ta' l-analiżi ta' l-impatt biex jiddeterminaw l-effett ta' emendi għal proposti, u jistieden lill-Kunsill biex jagħmel l-istess; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-assistenza u l-ħila meħtieġa;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, waqt l-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar l-analiżi ta' impatt, tiżgura li studju ta' l-attività ekonomika jtejjeb il-kwalità ta' l-analiżi ta'l-impatt reali; jinsisti li huwa imperattiv li l-analiżi ta' impatt isiru b'mod dettalljat, trasparenti u bbilanċjat, billi jingħata piż uguali lill-aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

34.  Jenfasizza li l-pussess fil-livell politiku jeħtieġ ukoll li jkun akkumpanjat bi prattika mtejjba fil-livelli ta' mmaniġġjar u ta' implimentazzjoni; għalhekk jenfasizza li kull Direttorat Ġenerali (DG) irid ikun mgħarraf bil-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fl-oqsma ta' politika tiegħu permezz ta' kejl ta' linja ta' bażi tal-bidu u jipproponi wkoll sistema, eżempju, bħall-kapaċitajiet ta' verifika interni f'kull DG fil-Kummissjoni, li jistgħu jipprovdu konsultazzjoni u jgħinu lid-Diretturi Ġenerali biex isaħħu u jimplimentaw il-politiki ta' tnaqqis u miri individwali għal kull DG;

35.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirraporta dwar l-istruttura organizzattiva interna tagħha tal-politika ta' tnaqqis tal-piżijiet; Jitlob biex din l-istruttura organizzattiva titqabbel ma' l-istrutturi organizzattivi ta' Stati Membri differenti, li diġà għandhom politika ta' tnaqqis ta' piż amministrattiv fis-seħħ;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, sa l-2008, tevalwa l-valur miżjud tal-Bord ta' l-Analiżi ta' l-Impatt (IAB) fil-proċeduri ta' l-analiżi ta' l-impatt; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b'mod speċifiku dwar l-impatt ta' l-IAB meta mqabbel ma' l-impatt ta' bordijiet konsultattivi indipendenti fi Stati Membri differenti u biex tanalizza l-valur miżjud massimu possibbli ta' skrutinju indipendenti b'mod reali fil-livell Ewropew;

37.  Jipproponi li l-approprjazzjonijiet riservati fil-linja 26 01 08 fil-Baġit ta' l-UE għal proġett pilota li jimminimizza l-piżijiet amministrattivi, jintużaw biex jitwaqqaf bord ta' esperti indipendenti, li jinkludi rappreżentanti minn gruppi ta' partijiet interessati, li jimmonitorja b'mod sħiħ l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni: 'It-tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE'; Jinnota li dan ifisser ukoll li l-kumitat ta' esperti indipendenti jista' jiffoka fuq il-proċeduri, kejl u proposti leġiżlattivi ta' impatt kollha 'l barra mit-13-il qasam ta' prijorità;

38.  Jenfasizza li l-ħatra u l-ħidma ta' dan il-bord indipendenti ta' esperti għandu jkun kompletament trasparenti u li l-membri tal-bord għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess;

39.  Huwa sodisfatt bl-appoġġ li diġà ngħata lil dan l-approċċ mill-Kunsill u mill-Kummissjoni kif stipulat fil-paragrafu 25 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007; jenfasizza li dan huwa wkoll skond ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija min-Nationaler Normenkonntrollrat (il-Ġermanja), Better Regulation Commission (Renju Unit) u l-Bord Konsultattiv dwar il-Piż Amministrattiv Olandiż (l-Olanda) fid-dokument ta' pożizzjoni tagħhom dwar il-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni(5);

40.  Jipproponi wkoll li l-bord indipendenti ta' esperti hawn fuq imsemmi, barra milli jikkontrolla b'mod sħiħ l-implimentazzjoni tal-programm ta' Azzjoni Ewropew, janalizza wkoll is-sejbiet u r-riżultat tal-konsulti ta' l-Internet u ta' dawk fuq il-livell lokali kif; jipproponi li dan il-bord jingħata aċċess għall-analiżi ta' l-impatt ta' proposti ta' tnaqqis qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni;

41.  Jitlob lill-Kummissjoni biex taħtar rappreżentant ta' ħsieb indipendenti biex jippresiedi bord indipendenti ta' esperti hawn fuq imsemmi u biex taħdem biex dan il-bord ikun qed jopera b'mod sħiħ f'Settembru 2007; jitlob ukoll li l-membri l-oħrajn tal-bord jirrappreżentaw lill-partijiet esterni li għandhom sehem fil-proċess leġiżlattiv, u jinkludi esperti u akkademiċi indipendenti fil-qasam ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti wkoll lill-bord indipendenti biex jikkumenta wkoll dwar il-passi li diġà ttieħdu fl-2006 u fl-2007għat-twaqqif tal-politika ta' tnaqqis ta' piż amministrattiv;

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 146.
(2) Arjan M. Lejour, George M.M. Gelauff, "Five Lisbon Highlights: L-impatti ekonomiċi biex jintlaħqu dawn il-miri', Dokument CPB Nru 104, CPB, L-Aja, 2006.
(3) ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.
(4) "Proġett pilota dwar Piżijiet Amministrattivi", WIFO-CEPS, Ottubru 2006.
(5) Dokument ta' pożizzjoni dwar il-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea, 1 ta' Marzu 2007.


Il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ("RUMA II") ***III
PDF 203kWORD 39k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ("RUMA II") (PE-CONS 3619/2007 – C6-0142/2007 – 2003/0168(COD))
P6_TA(2007)0317A6-0257/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3619/2007 – C6-0142/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2003)0427)(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0083)(3),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(4) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(5),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2007)0126)(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0257/2007),

1.  Japprova t-test konġunt u jiġbed l-attenzjoni għall-istqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 371.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(4) Testi Adottati, 18.1.2007, P6_TA(2007)0006.
(5) ĠU C 289 E, 28.11.2006, p. 68.
(6) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) ***II
PDF 299kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2007-2013) (16369/2/2006 – C6-0100/2007 – 2005/0042A(COD))
P6_TA(2007)0318A6-0184/2007

Proċedura ta' Kodeċiżjoni : t-tieni qari

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16369/2/2006 – C6-0100/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0115)(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2006)0234)(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0184/2007),

–   having regard to the trilateral declaration of Parliament, the Council and the Commission and the Commission declaration, both annexed hereto,

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adazzjoni ta' Deċiżjoni Nru .../2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

P6_TC2-COD(2005)0042A


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE.)

DIKJARAZZJONI TRILATERALI

Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill u l-Kummissjoni:

   jaqblu fil-fehma li t-tieni Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa (2008-2013) irid jingħata mezzi finanzjarji li jippermettu bis-sħiħ għall-implimentazzjoni tiegħu;
   jirtiraw l-Artikolu 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja sana(4) filwaqt li ddikjaraw li l-awtorità baġitarja u l-Kummissjoni jintrabtu li ma jiskorrux b'aktar minn 5 % mill-baġit sakemm ma jinqalgħux ċirkustanzi ġodda, oġġettivi u li jifirxu fit-tul ta' żmien li għalihom jingħataw raġunijiet speċifiċi. Kull żieda li tirriżulta minn varjazzjoni tali trid tibqa' fi ħdan il-limitu massimu ta' l-intestatura kkonċernata;
   jassiguraw ir-rieda tagħhom li jivvalutaw f'mod korrett il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-Programm tas-Saħħa fil-proċedura baġitarja annwali.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

1.  Fl-24 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni għamlet proposta emendata għat-tieni Programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa (2007 - 2013)(5). Fl-Artikolu 7, l-ammont ta' referenza tal-programm kien propost li jkun ta' EUR 365,6 miljun għal perijodu li jibda mill-2007 u li jispiċċa fl-2013.

2.  Minħabba dewmien fil-proċedura leġiżlattiva, fit-23 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtorità tal-Baġit li l-bidu tal-programm ġdid ta' Saħħa Pubblika ser ikollu jkun pospost għas-sena baġitarja 2008(6). Bħala konsegwenza, il-pakkett tal-programm ġdid ta' Saħħa Pubblika 2008 -2013 irid ikun aġġustat għal livell ta' EUR 321.5 miljun.

3.  L-ammont ta' EUR 44,1 miljun ser jintuża fis-sena baġitarja 2007 għall-programm kurrenti ta' Saħħa Pubblika(7) sabiex tkun żgurata kontinwità massima ta' l-azzjonijiet dwar is-saħħa pubblika. Għalhekk, il-pakkett kollu għall-azzjonijiet għas-saħħa pubblika iffinanzjati mill-programmi għal perijodu 2007 - 2013 ilaħħaq EUR 365,6 miljun.

(1) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 372.
(2) Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.
(4) ĠU C 139, 14.6.2006.
(5) COM(2006)0234
(6) COM(2007)0150
(7) Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa Pubblika (2003 - 2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1).


Il-marketing ta' ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju ***II
PDF 202kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta' ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju (5665/1/2007 – C6-0114/2007 – 2006/0018(COD))
P6_TA(2007)0319A6-0218/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5665/1/2007 – C6-0114/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0069)(2)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0218/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati, , 14.11.2006, P6_TA(2006)0483.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi ta" l-ikel ***I
PDF 535kWORD 205k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta" l-ikel (COM(2006)0423 – C6-0258/2006 – 2006/0143(COD))
P6_TA(2007)0320A6-0153/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0423),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0258/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0153/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi għall-addittivi, l-enżimi u l-ħwawar ta" l-ikel

P6_TC1-COD(2006)0143


(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Il-moviment liberu ta" l-oġġetti ta" l-ikel sikuri u mhux perikolużi għas-saħħa jikkostitwixxi aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, kif ukoll għall-interessi ekonomiċi u soċjali tagħhom.

2)   ║Hemm ħtieġa li jkun assigurat livell għoli ta" ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent fl-eżekuzzjoni tal-politika Komunitarja.

(3)  Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem, l-użu ta" addittivi, ta" enżimi u ta" ħwawar fl-ikel tal-bniedem għandu jiġi soġġett għal evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru XXX/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …. [dwar l-addittivi ta" l-ikel](3), ir-Regolament (KE) Nru YYY/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …. [dwar l-enżimi ta" l-ikel](4) u r-Regolament (KE) Nru ZZZ/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …. [dwar il-ħwawar ta" l-ikel u ċerti ingredjenti ta" l-ikel li għandhom kwalitajiet ta" ħwawar](5) jistabbilixxu l-kriterji u l-esiġenzi█ relattivi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta" dawn is-sustanzi.

(5)  Huwa maħsub b'mod partikolari li l-addittivi ta" l-ikel, l-enżimi ta" l-ikel u l-ħwawar ta" l-ikel, sakemm dawn ta" l-aħħar ma jkunux soġġetti għal evalwazzjoni tas-sikurezza skond ir-Regolament (KE) Nru ZZZ/2007, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq u jiġu utilizzati fl-ikel tal-bniedem, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti għal kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, jekk dawn ma jkunux inklużi f'lista tal-Komunità ta' sustanzi awtorizzati.

(6)  It-trasparenza fil-produzzjoni u t-trattament ta' l-ikel huma assolutament kruċjali biex tinkiseb il-kredibilità mal-konsumaturi.

(7)  F'dan il-kuntest, jidher xieraq li tiġi stabbilita proċedura Komunitarja uniformi ta" evalwazzjoni u ta" awtorizzazzjoni għal dawn it-tliet kategoriji ta" sustanzi, li tkun effikaċi, limitata fiż-żmien u trasparenti sabiex tikkontribwixxi għall-moviment liberu tagħhom fis-suq tal-Komunità.

(8)  Din il-proċedura uniformi trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta" l-amministrazzjoni tajba u ta" ċertezza ġuridika u trid tiġi implimentata skond dawn il-prinċipji.

(9)  Il-kriterji għal awtorizzazzjoni stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru XXX/2007, (KE) Nru YYY/2007 u (KE) Nru ZZZ/2007 għandhom wkoll jiġu sodisfatti għall-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament.

(10)  Għalhekk, dan ir-Regolament ser jikkompleta l-qafas regolatorju ta" l-awtorizzazzjoni ta" sustanzi billi jistabbilixxi l-istadji differenti tal-proċedura, taż-żminijiet relattivi għalihom, tar-rwol tal-partijiet kollha implikati u tal-prinċipji applikabbli. Madankollu, għal ċerti aspetti tal-proċedura, huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta" kull leġiżlazzjoni ta" l-ikel settorjali.

(11)  Skond il-qafas ta" l-evalwazzjoni tar-riskji fil-qasam tas-sikurezza ta" l-oġġetti ta" l-ikel iffissat mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta" sigurtà ta" l-ikel(6), it-tqegħid fis-suq tas-sustanzi m'għandux jiġi awtorizzat ħlief wara evalwazzjoni xjentifika indipendenti, fl-għola livell possibbli, tar-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem. Din l-evalwazzjoni, li trid titwettaq taħt ir-responsabbiltà ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa "l quddiem "l-Awtorità"), trid tiġi segwita minn deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji li tittieħed mill-Kummissjoni, fil-qafas ta" proċedura regolatorja li tassigura kooperazzjoni stretta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(12)  Huwa rrikonoxxut li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji ma tistax█ tipprovdi waħedha l-informazzjoni kollha li fuqha trid tiġi bbażata deċiżjoni ta" ġestjoni tar-riskji, u li fatturi oħra leġittimi u pertinenti għall-kwistjoni li qed tiġi eżaminata għandhom jiġu kkunsidrati.

(13)  Sabiex dawk l-operaturi ta" negozju fis-setturi kkonċernati u l-pubbliku jinżammu infurmati bl-awtorizzazzjonijiet fis-seħħ, hemm bżonn li s-sustanzi awtorizzati jidhru fuq lista tal-Komunità stabbilita, miżmuma u ppubblikata mill-Kummissjoni.

(14)  L-iffunzjonar f'network bejn l-Awtorità u l-entitajiet ta" l-Istati Membri li jaħdmu fl-oqsma li jaqgħu taħt il-missjoni ta" l-Awtorità huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi ta" l-iffunzjonar ta" din ta" l-aħħar. Għalhekk, meta tkun qed tħejji l-parir tagħha, l-Awtorità tista" tirrikorri għan-network li huwa disponibbli għaliha permezz ta" l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta" Diċembru 2004 ║ li jindika t-termini ta" l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 f'dak li għandu x'jaqsam max-xibka ta" organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni ta" l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel(7).

(15)  Il-proċedura ta" awtorizzazzjoni uniformi tas-sustanzi trid tissodisfa l-esiġenzi ta" trasparenza u ta" l-informazzjoni tal-pubbliku filwaqt li tiggarantixxi d-dritt għall-kunfidenzjalità ta" ċerta informazzjoni għal min jagħmel it-talba, f'każijiet debitament ġustifikati u għal raġunijiet iddikjarati.

(16)  Skond l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta" Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(8) japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

(17)  L-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxu l-proċeduri ta" l-adozzjoni ta" miżuri ta" urġenza f'dak li għandu x'jaqsam ma" oġġetti ta" l-ikel ta" oriġini Komunitarji jew impurtati minn pajjiż terz. Dawn jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri bħal dawn fejn hemm possibilità li l-oġġetti ta" l-ikel ║jikkostitwixxu riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ta" l-annimali jew għall-ambjent u li dan ir-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta" miżuri li jittieħdu mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri kkonċernati.

(18)  Fl-interess ta" l-effiċjenza u s-simplifikazzjoni leġiżlattiva, ║fi żmien medju għandu jkun hemm eżami, inkluż b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, tal-possibiltà li l-kamp ta" l-applikazzjoni tal-proċedura uniformi ikun estiż għal leġiżlazzjoni oħra eżistenti fil-qasam ta" l-ikel.

(19)  Minħabba li l-għanijiet ta" dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri minħabba d-differenzi li jeżistu bejn il-leġiżlazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali, u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà taħt l-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità hekk kif iddikjarat fl-imsemmi Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(  20) ║ Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(9). Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tikkonsulta lill-partijiet interessati waqt it-tħejjija ta' miżuri li għandhom jitressqu quddiem il-Kumitat imsemmi f'dik id-Deċiżjoni.

(21)  B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taġġorna u timmodifika l-lista Komunitarja ta" addittivi, enzimi u ħwawar ta" l-ikel li se tkun stabbilita skond dan ir-Regolament. Peress li dawk huma miżuri ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IL-PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

L-għan u l-qasam ta" l-applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura ta" evalwazzjoni u ta" awtorizzazzjoni uniformi (minn issa "l quddiem il-"proċedura uniformi") ta" l-addittivi ta" l-ikel, ta" l-enżimi ta" l-ikel, tal-ħwawar ta" l-ikel u ta" sorsi ta" ħwawar ta" l-ikel utilizzati jew maħsuba biex jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel (minn issa "l quddiem is-"sustanzi"), li tikkontribwixxi għall-ħarsien aħjar tal-konsumatur u tas-saħħa pubblika u għall-moviment liberu ta" l-ikel fil-Komunità.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal prodotti awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel(10).

2.  Il-proċedura uniformi tiddetermina l-modalitajiet proċedurali għall-aġġornament tal-listi tas-sustanzi li t-tqegħid tagħhom fis-suq hija awtorizzata mill-Komunità taħt ir-Regolamenti (KE) Nru XXX/2007, (KE) Nru YYY/2007 u (KE) Nru ZZZ/2007 (minn issa "l quddiem il-"leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel").

3.  Il-kriterji li taħthom jistgħu jiġu inklużi s-sustanzi fil-lista Komunitarja stipulata fl-Artikolu 2, il-kontenut tar-Regolament maħsub fl-Artikolu 7 u, jekk ikun il-każ, id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jkunu għaddejjin jiġu ddeterminati minn kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel.

Artikolu 2

Il-lista Komunitarja tas-sustanzi

1.  Fil-qafas ta" kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, is-sustanzi li hu awtorizzat it-tqegħid tagħhom fis-suq fil-Komunità għandhom jidhru fuq lista li l-kontenut tagħha huwa ddeterminat mil-leġiżlazzjoni msemmija (minn issa "l qudiem il-"lista Komunitarja"). Il-lista Komunitarja għandha tkun aġġornata mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). Din għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Sustanzi inklużi fil-lista Komunitarja jistgħu jintużaw mill-operaturi kollha tan-negozju ta' l-ikel suġġett għall-kundizzjonijiet applikabbli għalihom, sakemm l-użu tagħhom m'huwiex ristrett skond l-Artikolu 12(7).

2.  L-aġġornament tal-lista Komunitarja, ifisser:

   a) iż-żieda ta" sustanza fuq il-lista Komunitarja;
   b) it-tneħħija ta" sustanza mil-lista Komunitarja;
   c) iż-żieda jew il-modifika tal-kundizzjonijiet, speċifikazzjonijiet jew restrizzjonijiet li huma marbuta mal-preżenza ta" sustanza fuq il-lista Komunitarja.

KAPITOLU II

IL-PROĊEDURA UNIFORMI

Artikolu 3

L-istadji prinċipali tal-proċedura uniformi

1.  Il-proċedura uniformi li twassal għall-aġġornament tal-lista Komunitarja tista" tinbeda kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u kemm fuq applikazzjoni. Din l-applikazzjoni tista" tiġi introdotta minn Stat Membru jew minn persuna interessata, fejn din il-persuna tkun tista" tirrappreżenta diversi persuni interessati (minn issa "l quddiem, "l-applikant"), skond il-kundizzjonijiet stipulati permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 1 punt (a).

2.  Il-Kummissjoni għandha tfittex minn qabel l-opinjoni ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa "l quddiem, "l-Awtorità"), skond l-Artikolu 5.

Madankollu, għall-aġġornamenti maħsuba fl-Artikolu 2, paragrafu 2, punti (b) u (c), il-Kummissjoni ma għandhiex tfittex il-parir ta" l-Awtorità ħlief jekk dawn l-aġġornamenti huma suxxettibli li jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem.

3.  Il-proċedura uniformi tintlaħaq permezz ta" l-adozzjoni ta" Regolament mill-Kummissjoni li jwassal għall-aġġornament, skond l-Artikolu 7.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista" ttemm il-proċedura uniformi u tirrifjuta li tipproċedi għall-aġġornament maħsub, f'kull stadju tal-proċedura, jekk din tqis li aġġornament bħal dak mhux ġustifikat. Hija tibqa" tikkunsidra, jekk ikun il-każ, l-opinjoni ta" l-Awtorità, kull dispożizzjoni pertinenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fatturi oħra leġittimi utli għall-kwistjoni eżaminata.

F'dan il-każ,█ il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, u għandha tinforma direttament lill-applikant, filwaqt li fl-ittra tagħha tindika r-raġunijiet li għalihom hi taħseb li aġġornament m'huwiex ġustifikat.

Artikolu 4

Il-bidu tal-proċedura

1.  Meta tirċievi l-applikazzjoni li l-għan tagħha huwa l-aġġornament tal-lista Komunitarja, il-Kummissjoni għandha:

   a) tagħti dikjarazzjoni bil-miktub li l-applikazzjoni intlaqgħet, indirizzata lil min qed jagħmel it-talba fi żmien erbatax-il jum tax-xogħol wara li tirċeviha;
   b) █ tikkomunika l-applikazzjoni lill-Awtorità u ║ titlobha ║ opinjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-applikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati.

2.  Meta tibda l-proċedura fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri u tippubblika l-fatt u, jekk ikun il-każ, ║ titlob ║opinjoni ta' ║ l-Awtorità.

Artikolu 5

L-opinjoni ta" l-Awtorità

1.  L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien disa' xhur wara li tkun intlaqgħet applikazzjoni valida.

2.  L-Awtorità għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u█ ║ lill-applikant. L-opinjoni għandha tkun ukoll ippubblikata, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12.

Artikolu 6

Informazzjoni komplementari li tikkonċerna l-evalwazzjoni tar-riskji

1.  Meta l-Awtorità titlob informazzjoni komplementari mingħand min qed jagħmel it-talba, iż-żmien maħsub fl-Artikolu 5, paragrafu 1, jista" jiġi estiż. Wara konsultazzjoni ma" l-applikant, l-Awtorità tiffissa żmien li fih din l-informazzjoni tista" tingħata u tinforma lill-Kummissjoni biż-żmien supplementari neċessarju. Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien tmint ijiem tax-xogħol wara l-għoti ta" l-informazzjoni mill-Awtorità, iż-żmien maħsub fl-Artikolu 5, paragrafu 1 jiżdied awtomatikament biż-żmien supplementari.

2.  Jekk l-informazzjoni komplementari ma tiġix mogħtija fiż-żmien supplementari maħsub fil-paragrafu 1, l-Awtorità tiffinalizza l-opinjoni tagħha fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li jkollha f'idejha.

3.  Meta l-applikant jissottometti informazzjoni komplementari fuq inizjattiva tiegħu stess, dan jgħaddi din l-informazzjoni lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-Awtorità tagħti l-opinjoni tagħha fiż-żmien inizjali, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali biex il-perjodu ikun estiż.

4.  L-Awtorità għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni komplementari lill-Istati Membri.

Artikolu 7

L-aġġornament tal-lista Komunitarja

Fi żmien sitt xhur wara l-opinjoni ta" l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14, paragrafu 1, abbozz ta" Regolament li jaġġorna l-lista Komunitarja, filwaqt li jitqiesu l-opinjoni ta" l-Awtorità, id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fatturi oħra leġittimi utli għall-kwistjoni eżaminata.

Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-abbozz ta' Regolament tagħha u tispjega l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ir-Regolament ikun ibbażat.

Meta l-abbozz tar-Regolament m'huwiex konformi għall-opinjoni ta" l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Ir-Regolament għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Artikolu 8

Informazzjoni addizzjonali rigward il-ġestjoni tar-riskji

1.  Meta l-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali mill-applikant dwar l-aspetti rigward il-ġestjoni tar-riskji, din tiffissa, f'konsultazzjoni ma" l-applikant, żmien li fih tista" tingħata din l-informazzjoni. F'dan il-każ, il-Kummissjoni tista' testendi ż-żmien maħsub fl-Artikolu 7 u għandha tinforma lill-Istati Membri bl-estensjoni.

2.  Jekk l-informazzjoni addizzjonali ma tiġix mogħtija fiż-żmien supplementari maħsub fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni taġixxi fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li diġà ngħatat.

KAPITOLU III

ID-DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELANJI

Artikolu 9

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.  Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2), fi żmien massimu ta" erbgħa u għoxrin xahar wara l-adozzjoni ta" kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, il-modalitajiet ta" applikazzjoni ta" dan ir-Regolament jiġu adottati, f'dak li jikkonċerna partikolarment:

   a) il-kontenut, il-mod ta" kif tiġi stabbilita u ppreżentata l-applikazzjoni maħsuba fl-Artikolu 4(1);
   b) il-modalitajiet għall-kontroll tal-validità tat-talba;
   c) in-natura ta" l-informazzjoni li trid tidher fl-opinjoni ta" l-Awtorità maħsuba fl-Artikolu 5.

2.  Sabiex jiġu adottati l-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità li tippreżentalha, fi żmien sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, proposta dwar l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tar-riskji tas-sustanzi kkonċernati.

Artikolu 10

L-estensjoni tal-limiti ta' żmien

Il-perijodi msemmija fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 7 jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha jew, jekk ikun il-każ, fuq it-talba ta" l-Awtorità, jekk il-karatteristiċi tal-fajl jiġġustifikaw dan, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1), u għall-Artikolu 8(1). F'dan il-każ█ il-Kummissjoni għandha tinforma lil min qed jagħmel it-talba u lill-Istati Membri b'din l-estensjoni, kif ukoll bir-raġunijiet li jiġġustifikawha.

Artikolu 11

It-trasparenza

L-Awtorità tassigura t-trasparenza ta" l-attivitajiet tagħha skond l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. B'mod partikolari, hija tagħmel pubbliċi l-opinjonijiet tagħha mingħajr dewmien. Barra minn dan, hija tagħmel pubbliċi t-talbiet għal opinjoni kif ukoll l-estensjoni tal-perijodi msemmija fl-Artikolu 6, paragrafu 1.

Artikolu 12

Il-kunfidenzjalità

1.  █L-informazzjoni kkomunikata min-naħa ta" l-applikant, tista" tiġi trattata bħala kunfidenzjali biss fejn it-tixrid tagħha jista" jkun ta" detriment għall-pożizzjoni kompetittiva tiegħu.

Fl-ebda każ ma tista' qatt tkun meqjusa bħala kunfidenzjali l-informazzjoni li ġejja:

   a) l-isem u l-indirizz ta" l-applikant u l-isem tas-sustanza;
   b) deskrizzjoni ċara tas-sustanza u l-kundizzjonijiet ta" l-użu tagħha fl-oġġetti ta" l-ikel jew fuq oġġetti ta" l-ikel speċifiċi jew il-kategoriji ta" l-oġġetti ta" l-ikel;
   c) l-informazzjoni li hija ta" interess għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi;
   d) jekk ikun il-każ, il-metodu jew metodi ta" l-analiżi.

2.  Għall-applikazzjoni ta" l-ewwel paragrafu, l-applikant għandu jindika liema parti mill-informazzjoni kkomunikata jixtieq li tkun trattata bħala kunfidenzjali. F'każijiet bħal dawn, trid tingħata ġustifikazzjoni li tista" tiġi verifikata.

3.  Il-Kummissjoni tiddetermina x'inhi l-informazzjoni li tista" tibqa" kunfidenzjali u tinforma b'dan lill-applikant u lill-Istati Membri.

4.  Wara li jkun ġie mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kummissjoni, l-applikant għandu żmien ta" tliet ġimgħat biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu biex jippreserva l-kunfidenzjalità ta" l-informazzjoni kkomunikata. Il-kunfidenzjalità tinżamm sakemm jiskadi dan iż-żmien.

5.  Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw il-kunfidenzjalità mitluba fuq l-informazzjoni li huma jirċievu taħt dan ir-Regolament, ħlief għal dik li trid issir pubblika jekk iċ-ċirkustanzi jirrikjedu dan, sabiex iħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta" l-annimali jew l-ambjent.

6.  Jekk l-applikant jirtira jew ikun irtira l-applikazzjoni tiegħu, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta" l-informazzjoni kummerċjali u industrijali, inkluż fil-qasam tar-riċerka u ta" l-iżvilupp, inkluż l-informazzjoni li n-natura tagħha tkun soġġetta għal diverġenza fl-opinjoni bejn il-Kummissjoni u l-applikant.

7.  Id-data xjentifika u informazzjoni oħra pprovduta mill-applikant ma tistax tkun użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għall-perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant preċedenti li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, u l-ispejjeż jinqasmu skond dan, fejn:

   a) id-data xjentifika u informazzjoni oħra kienu koperti mis-sjieda ta' l-applikant preċedenti fiż-żmien li saret it-talba preċedenti; u
   b) l-applikant preċedenti kellu drittijiet esklusivi ta' referenza għad-data koperta mis-sjieda fiż-żmien li saret it-talba preċedenti; u
   c) is-sustanza ma setatx tkun awtorizzata mingħajr is-sottomissjoni ta' data koperta mis-sjieda mill-applikant preċedenti.

8.  L-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6 ma tippreġudikax iċ-ċirkulazzjoni ta" l-informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità.

Artikolu 13

Urġenzi

F'każ ║ta" urġenza li tikkonċerna sustanza li tidher fuq il-lista Komunitarja, partikolament fuq opinjoni ta" l-Awtorità, jiġu stabbiliti miżuri skond il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 14

Il-Kumitat

1.  Il-Kummisjoni hija assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta" l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Fil-każ fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa ffissat għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 15

L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri

Sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, fir-rigward ta" kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, l-isem u l-indirizz, kif ukoll punt ta" kuntatt, ta" l-awtorità nazzjonali kompetenti għall-iskopijiet tal-proċedura uniformi.

KAPITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 16

║Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ║wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan japplika, għal kull leġiżlazzjoni settorjali ta" l-ikel, għad-data ta" l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(1).

L-Artikolu 9 jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 34.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007.
(3) ĠU L ...
(4) ĠU L ...
(5) ĠU L ...
(6) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(7) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 64.
(8) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(10) ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.


L-addittivi ta" l-ikel ***I
PDF 615kWORD 423k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta ' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta" l-ikel (COM(2006)0428 – C6-0260/2006 – 2006/0145(COD))
P6_TA(2007)0321A6-0154/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0428)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0260/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0154/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-addittivi ta" l-ikel

P6_TC1-COD(2006)0145


(Text with EEA relevance)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Il-moviment liberu ta" ikel mhux perikoluż u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2)  Livell għoli ta" protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem għandu jiġi żgurat biex titwettaq il-politika tal-Komunità.

(3)  Dan ir-Regolament jieħu post id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet preċedenti li jikkonċernaw l-addittivi ta" l-ikel permessi għall-użu fl-ikel, bil-ħsieb li jkunu żgurati l-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta" protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent, kif ukoll għall-interessi tal-konsumaturi, inklużi dawk il-konsumaturi li ma jittollerawx ċerti sustanzi, permezz ta" proċeduri komprensivi u semplifikati.

(4)  Dan ir-Regolament jarmonizza l-użu, fl-ikel, ta" l-addittivi ta" l-ikel, fil-Komunità. Dan jinkludi l-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel f'ikel li huwa kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta" Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta" l-ikel għal użu ta" nutriment partikolari(4) u l-użu ta" ċerti kuluri ta" l-ikel għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam u għat-tiżjin u għall-istampar tal-bajd. Dan jarmonizza wkoll l-użu ta" addittivi ta" l-ikel fl-addittivi ta" l-ikel u fl-enzimi ta" l-ikel, biex b'hekk ikunu żgurati s-sigurtà u l-kwalità tagħhom u jiġu ffaċilitati l-ħażna u l-użu tagħhom. L-aħħar kategorija qabel ma kinitx regolata fuq livell Komunitarju.

(5)  L-addittivi ta" l-ikel huma sustanzi li normalment ma jkunux ikkonsmati bħala ikel fihom infushom iżda jiġu miżjuda ma" l-ikel apposta għal raġuni teknoloġika, bħall-preservazzjoni ta" l-ikel. Madankollu, sustanzi m'għandhomx jitqiesu bħala addittivi ta" l-ikel meta jintużaw biex jagħtu aroma u/jew togħma. Barra minn hekk, sustanzi meqjusa bħala ikel li jistgħu jintużaw għal funzjoni teknoloġika, bħall-klorur tas-sodju jew iż-żagħfran għall-kulur u l-enzimi ta" l-ikel, ukoll m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta" dan ir-Regolament. Fl-aħħarnett, fejn jikkonċerna l-enzimi ta" l-ikel, dawn huma koperti bir-Regolament (KE) Nru…./2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'...[dwar l-enzimi ta" l-ikel](5), li jeskludi l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament.

(6)  Is-sustanzi li ma jiġux ikkonsmati bħala ikel fihom infushom iżda jintużaw apposta fl-ipproċessar ta" l-ikel, li jibqgħu biss bħala residwi fl-ikel finali u li ma jkollhomx effett teknoloġiku fil-prodott finali (għajnuniet għall-ipproċessar), m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(7)  L-addittivi ta" l-ikel għandhom jiġu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-addittivi ta" l-ikel iridu jkunu mingħajr periklu meta jintużaw, irid ikun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, l-użu tagħhom ma jridx jiżgwida lill-konsumatur, u l-użu tagħhom irid ikun ta" benefiċċju għall-konsumatur. Il-każijiet fejn il-konsumatur jiġi żgwidat jinkludu, iżda mhux limitati għal, kwistjonijiet relatati mal-kwalità ta' l-ingredjenti użati, man-naturalezza ta' prodott jew tal-proċess tal-produzzjoni, mal-kwalità nutrittiva tiegħu u mal-kontenut tiegħu ta' frott u ħaxix.

(8)  L-addittivi ta" l-ikel jridu dejjem jikkonformaw ma" l-ispeċifikazzjonijiet approvati. L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni biex ikun identifikat b'mod adegwat l-addittiv ta" l-ikel, inkluża l-oriġini, u li jkunu deskritti l-kriterji aċċettabbli tal-purità. L-ispeċifikazzjonijiet żviluppati qabel għall-addittivi ta" l-ikel fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta" Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta' sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel(6), fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta" Lulju 1995 li tistabbillixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità li jikkonċernaw il-kuluri li jintużaw fl-oġġetti ta" l-ikel(7) u fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE tat-2 ta" Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta" l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa,(8) għandhom jinżammu sakemm l-addittivi korrispondenti jiġu inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Meta jsir dan, l-ispeċifikazzjonijiet li huma relatati ma" addittivi bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti f'Regolament. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrelataw direttament ma" l-addittivi li jiġu inklużi fil-listi Komunitarji fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Madankollu, meta jitqiesu l-karattru u s-sustanza komplessi ta" speċifikazzjonijiet bħal dawn għal skop ta" ċarezza, m'għandhomx jiġu integrati bħala tali f'dawk il-listi Komunitarji, iżda għandhom jiġu stabbiliti f'Regolament jew f'Regolamenti separati.

(9)  Uħud mill-addittivi ta" l-ikel huma permessi għal użi speċifiċi għal ċerta prattika u ċerti proċessi enoloġiċi. L-użu ta" addittivi ta" l-ikel bħal dawn għandu jikkonforma ma" dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

(10)  Biex tkun żgurata l-uniformità, il-valutazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni ta" l-addittivi ta" l-ikel għandhom isiru skond il-prinċipju ta' prekawzjoni u skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru …./2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel](9).

(11)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta" sigurtà ta" l-ikel(10), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'l quddiem "l-Awtorità"), għandha tkun ikkonsultata dwar kwistjonijiet li huwa probabbli li jaffettwaw is-saħħa pubblika.

(12)  Addittiv ta" l-ikel li jaqa" fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(11) għandu jkun awtorizzat taħt dak ir-Regolament kif ukoll taħt dan ir-Regolament.

(13)  Addittiv ta" l-ikel li diġà kien approvat taħt dan ir-Regolament li jitħejja b'metodi ta" produzzjoni jew b'materjali tal-bidu li huma differenti b'mod sinifikanti minn dawk li huma inklużi fl-evalwazzjoni tar-riskju ta" l-Awtorità, jew li huma differenti minn dawk koperti mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti, għandu jiġu sottomess għall-evalwazzjoni mill-Awtorità għal evalwazzjoni b'enfażi fuq l-ispeċifikazzjonijiet. Metodi ta" produzzjoni jew materjali tal-bidu li huma differenti b'mod sinifikanti jistgħu jfissru bidla fil-metodu tal-produzzjoni, mill-estrazzjoni minn pjanta sal-produzzjoni bil-fermentazzjoni billi jintuża mikroorganiżmu jew modifikazzjoni ġenetika tal-mikroorganiżmu oriġinali.

(14)  L-addittivi ta" l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u jridu jkunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ fid-dawl tal-kondizzjonijiet ta" l-użu li jinbidlu u fid-dawl ta" informazzjoni xjentifika ġdida. Għandhom jiġu adottati programmi speċjali ta" evalwazzjoni sabiex jiġu eżaminati mill-ġdid l-awtorizzazzjonijiet maħruġa.

(15)  L-Istati Membri li żammew il-projbizzjonijiet fuq l-użu ta" ċerti addittivi f'ċerta ikel speċifiku li jitqies bħala tradizzjonali u li jiġi prodott fit-territorju tagħhom għandhom jingħataw il-permess li jkomplu japplikaw dawk il-projbizzjonijiet. Madankollu, dwar prodotti bħall-"Feta" jew bħas-"Salame cacciatore", ir-Regolament preżenti huwa mingħajr preġudizzju għal regoli aktar restrittivi li huma marbuta ma" l-użu ta" ċerti denominazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta" l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta" l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta" l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta" l-ikel(12) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 ta" l-20 ta" Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli prodotti ta" l-ikel garantiti bħala speċjalitajiet tradizzjonali(13).

(16)  L-addittivi ta" l-ikel jibqgħu soġġetti għall-obbligi ġenerali ta" l-ittikkettar kif provdut fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 20 Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel(14) u, skond kif ikun il-każ, fir-Regolamenti (KE) Nri 1829/2003 u 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta" organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta" prodotti ta" l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE(15). Barra minn hekk, f'dan ir-Regolament għandhom ikunu inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ittikkettar ta" l-addittivi ta" l-ikel mibjugħa bħala tali lill-manifattur jew lill-konsumatur finali.

(17)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(16).

(18)  B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li taġġorna u temenda l-lista Komunitarja ta" addittivi ta" l-ikel li għandha tkun stabbilita skond dan ir-Regolament. Peress li dawk huma miżuri ta' applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw jew iħassru l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament jew biex jissupplimentawh biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali , dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(19)  Biex tkun żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-addittivi ta" l-ikel b'mod proporzjonat u effettiv, huwa neċessarju li tinġabar id-data, tinqasam l-informazzjoni u jkun koordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista" jkun utli li jsiru studji li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi biex jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid ta" deċiżjonijiet. Ikun xieraq li bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha l-Komunità tkun tista" tiffinanzja studji bħal dawn. Il-finanzjament ta" miżuri bħal dawn huwa kopert mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali(17) u għalhekk il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri ta" hawn fuq se tkun ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(20)  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-konformità ma" dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(21)  Minħabba li l-għan ta" l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jkunu stabbiliti r-regoli Komunitarji dwar l-addittivi ta" l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u minħabba l-livell għoli ta" protezzjoni tal-konsumatur, jista" jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(22)  Wara l-adozzjoni ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta" l-Annimali, għandha tirrevedi l-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-addittivi ta" l-ikel kollha li jkunu se jkomplu jiġu awtorizzati fil-Komunità għandhom jiġu trasferiti għal-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament. L-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jkun ikkompletat bl-addittivi ta" l-ikel l-oħra li jintużaw fl-addittivi ta" l-ikel u fl-enzimi ta" l-ikel flimkien mal-kondizzjonijiet ta" l-użu tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru …/2007[li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel]. Biex ikun hemm perjodu tranżitorju xieraq, id-dispożizzjonijiet fl-Anness III, għajr għad-dispożizzjonijiet dwar il-ġarriera għall-addittivi ta" l-ikel, m'għandhomx japplikaw sa [l-1.1.2011].

(23)  Mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta" dik ir-reviżjoni, fi żmien sena wara l-adozzjoni ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta" evalwazzjoni għall-Awtorità biex tkun ivvalutata mill-ġdid is-sigurtà ta" l-addittivi ta" l-ikel li kienu approvati diġà fil-Komunità. Dak il-programm għandu jiddefinixxi l-ħtiġiet u l-ordni tal-prijoritajiet li abbażi tagħhom ser ikunu eżaminati l-addittivi ta" l-ikel approvati.

(24)  Dan ir-Regolament jirrevoka u jieħu post l-atti li ġejjin: id-Direttiva tal-Kunsill 62/2645/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta' l-Istati Membri dwar materja koloranti awtorizzata għall-użu ta' affarijiet ta' l-ikel maħsuba għal konsum mill-bniedem(18), ║ id-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE tal-25 ta" Lulju 1978 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta" purità għall-emulsjonanti, stabilizzaturi, aġenti li jħaxxnu u ta" gelling għall-użu fl-oġġetti ta" l-ikel(19), id-Direttiva tal-Kunsill 78/664/KEE tal-25 ta" Lulju 1978 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi dwar il-purità għall-antiossidanti li jistgħu jintużaw fl-oġġetti ta" l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem(20), l-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 81/712/KEE tat-28 ta" Lulju 1981 li tistabbilixxi metodi fil-Komunità ta" analiżi biex jiġi verifikat li ċerti additivi użati fl-ikel jissodisfaw kriterji ta" purità(21), id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta" Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma" l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta" l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem(22), id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta" Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta" l-ikel(23), id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta" Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel(24), id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-20 ta" Frar 1995 dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa(25) kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 292/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta" Diċembru 1996 dwar iż-żamma tal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-użu ta" ċerti addittivi fil-produzzjoni ta" ċerti oġġetti ta" l-ikel speċifiċi(26) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/247/KE tas-27 ta" Marzu 2002 li tissospendi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-ħelu tal-jelly li jkun fih l-additiv E 425 konjac(27). Madankollu, huwa xieraq li ċerti dispożizzjonijiet ta" dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ matul perjodu tranżitorju biex iħallu żmien għat-tħejjija tal-listi Komunitarji fl-Annessi għar-Regolament preżenti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U ║DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-addittivi ta" l-ikel li jintużaw fl-ikel sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta" protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta" protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur.

Għal dawn l-iskopijiet, dan ir-Regolament jipprovdi għal:

   a) il-listi Komunitarji ta" l-addittivi ta" l-ikel approvati;
   b) il-kondizzjonijiet ta" l-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel f'ikel, inkluż f"addittivi ta" l-ikel u █enzimi ta" l-ikel kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru .../2008 [dwar enżimi ta' l-ikel] u inklużi sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru .../2008 [dwar sustanzi għat-togħma ta' l-ikel u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi kwalitajiet li jagħtu t-togħma];
   c) ir-regoli dwar l-ittikkettar ta" l-addittivi ta" l-ikel mibjugħa bħala tali.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-addittivi ta" l-ikel.

2.  Dan ir-Regolament m'għandu japplikax għas-sustanzi li ġejjin sakemm ma jintużawx bħala addittivi ta" l-ikel:

   a) għajnuniet għall-ipproċessar;
   b) sustanzi li jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-prodotti tal-pjanti skond ir-regoli Komunitarji li jirrelataw mas-saħħa tal-pjanti, ħlief għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jintużaw bħala aġenti ta' konservazzjoni wara l-ħsad;
   c) sustanzi miżjuda ma" l-ikel bħala nutrijenti;
   d) sustanzi li jintużaw għat-trattament ta" l-ilma għall-konsum mill-bniedem li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE(28);
   e) il-kulturi ta' mikrobi użati fil-produzzjoni ta' l-ikel li minnhom jistgħu jiġu prodotti addittivi ta' l-ikel iżda li mhumiex speċifikament użati sabiex jipproduċuhom.

3.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-enzimi ta" l-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar l-enzimi ta" l-ikel].

4.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola Komunitarja speċifika li tikkonċerna l-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel:

   a) f'ikel speċifiku;
   b) għal skopijiet oħra għajr dawk li huma koperti b'dan ir-Regolament.

5.  Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 28(3), jista" jiġi deċiż jekk sustanza taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta" dan ir-Regolament jew le.

6.  L-ebda addittiv ta' l-ikel u/jew ikel li jkun fih dan l-addittiv ma jista' jitqiegħed fis-suq u/jew fiċ-ċirkulazzjoni jekk l-użu ta' dan l-addittiv ta' l-ikel ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

1.  Għall-iskopijiet ta" dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nri 178/2002 u 1829/2003 għandhom japplikaw.

2.  Id-definizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom japplikaw:

   a) "addittiv ta" l-ikel" għandha tfisser kwalunkwe sustanza li normalment ma tkunx ikkonsmata bħala ikel fiha nfisha u li normalment ma tintużax bħala ingredjent karatteristiku ta" l-ikel, kemm jekk ikollha valur nutrittiv u kemm jekk le, li ż-żjieda maħsuba tagħha ma" l-ikel għal għan teknoloġiku fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta" ikel bħal dan tirriżulta, jew wieħed raġonevolment jistenna li tista" tirriżulta, li huwa jew il-prodotti sekondarji tiegħu jsiru direttament jew indirettament komponent ta" ikel bħal dan;
  

█dawn li ġejjin ma jitqiesux bħala addittivi ta" l-ikel:

   i) █monosaccharides, disaccharides jew oligosaccharides, u ikel li fih dawn jinsabu , użati għall-proprjetajiet li jagħtu l-ħlewwa tagħhom;
   ii) l-ikel, kemm jekk niexef jew f'forma kkonċentrata, li jinkudi sustanzi li jagħtu t-togħma inkorporati waqt il-manifattura ta" ikel kompost, minħabba l-proprjetajiet aromatiċi, bnini jew nutrittivi flimkien ma" l-effett sekondarju li jagħti l-kulur u effett teknoloġiku addizzjonali;
   iii) is-sustanzi li jintużaw biex jgħattu jew jiksu materjali, li ma jifformawx parti mill-ikel u mhumiex maħsuba biex ikunu kkonsmati ma" dak l-ikel;
   iv) il-prodotti li għandhom il-pektin u li huma derivati mill-ilbieba tat-tuffieħ niexef jew mill-qoxra tal-frott taċ-ċitru, jew minn taħlita tat-tnejn, permezz ta" l-azzjoni ta" aċidu dilwit segwit min-newtralizzazzjoni parzjali bil-melħ tas-sodju jew potassju ('pektin likwida');
   v) il-bażijiet taċ-chewing gum;
   vi) id-destrina bajda jew safra, il-lamtu nkaljat jew destrinat, il-lamtu modifikat bl-aċidu jew bi trattament alkalin, il-lamtu bbliċjat, il-lamtu fiżikament modifikat u l-lamtu trattat b'enzimi amilolitiċi;
   vii) il-klorur ta" l-ammonja;
   viii) il-plasma tad-demm, il-proteini tad-demm, il-ġelatina li tittiekel, il-proteini idrolisati u l-melħ tagħhom, il-proteina tal-ħalib u l-glutina;
   ix) l-aċidi amminiċi u l-melħ tagħhom għajr għall-aċidu glutamiku, għall-gliċina, għas-cysteine u għaċ-ċistin u l-melħ tagħhom li m'għandhom l-ebda funzjoni teknoloġika;
   x) il-kaseinati u l-kaseina;
   xi) l-inulina;
  b) "għajnuna għall-ipproċessar" tfisser kwalunkwe sustanza li:
   i) ma tiġix ikkonsmata bħala ikel waħidha;
   ii) tintuża intenzjonalment fl-ipproċessar ta" materjali, ta" ikel jew ta" l-ingredjenti tagħhom li mhumiex ipproċessati, biex jiġi sodisfatt ċertu skop teknoloġiku matul it-trattament jew l-ipproċessar; u
   iii) tista" tirriżulta fil-preżenza mhux maħsuba, iżda li teknikament ma tistax tkun evitata fil-prodott finali, ta" residwi tas-sustanza jew tad-derivati tagħha, sakemm ma jippreżentawx kwalunkwe riskju għas-saħħa u ma jkollhom l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott finali;
   c) "klassi funzjonali" għandha tfisser waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness I li hija bbażata fuq il-funzjoni teknoloġika li jeżerċita addittiv ta" l-ikel fl-oġġett ta" l-ikel;
   d) "ikel mhux ipproċessat" għandha tfisser ikel li ma jkunx għadda minn kwalunkwe trattament li jirriżulta f'bidla sostanzjali fl-istat oriġinali ta" l-ikel, għal liema skop, dawn li ġejjin b'mod partikolari ma jitqisux bħala li jirriżultaw f'bidla sostanzjali: il-qsim, il-ferqien, il-qtugħ, it-tneħħija ta" l-għadam, l-ikkapuljar, it-tqaxxir tal-ġilda, il-qtugħ tat-truf, it-tqaxxir tal-frott u l-ħxejjex bil-qoxra, it-tifrik, il-qtugħ, it-tindif, it-tirqim, id-deep-freezing, l-iffriżar, it-tkessiħ, it-tħin, it-tneħħija tal-ħliefa, l-ippakkjar jew il-ħruġ mill-pakketti;
  e) "ikel bla zokkor miżjud" għandha tfisser ikel mingħajr dawn li ġejjin:
   i) kwalunkwe monosaccharides jew disaccharidesmiżjuda; jew
   ii) ikel li fih monosaccharides jew disaccharides █li jintuża għall-proprjetajiet ta" ħlewwa tiegħu;
   f) "ikel b'enerġija mnaqqsa" għandha tfisser ikel b'valur ta" enerġija mnaqqas b'mill-inqas 30% meta mqabbel ma" l-ikel oriġinali jew ma" prodotti simili;
   g) "sustanzi li jagħtu ħlewwa ta" fuq il-mejda" għandha tfisser preparazzjonijiet ta" sustanzi li jagħtu ħlewwa permessi, li jista" jkollhom addittivi ta" l-ikel oħra u/jew ingredjenti ta" l-ikel oħra u li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali bħala sostituti għaz-zokkriet;
   h) "ikel b'zokkor imnaqqas' għandu jfisser prodott ta' l-ikel li t-tnaqqis totali tal-kontenut tiegħu ta' monosaccharides u disaccharides huwa talanqas 30% meta mqabbel ma' prodott simili;
   i) "quantum satis" għandha tfisser li l-ebda livell massimu m'huwa speċifikat. Madankollu, l-addittivi għandhom jintużaw skond il-prattika tajba tal-manifattura, f'dożi li ma jkunux ogħla milli jkun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan maħsub u sakemm il-konsumatur ma jkunx żgwidat.

KAPITOLU II

IL-LISTI KOMUNITARJI TA" L-ADDITTIVI TA" L-IKEL APPROVATI

Artikolu 4

Il-listi Komunitarji ta" l-addittivi ta" l-ikel

1.  L-addittivi ta" l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness II biss jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel, inklużi l-oġġetti ta" l-ikel għal użi nutrizzjonali partikolari li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 89/398/KEE.

2.  L-addittivi ta" l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness III biss jistgħu jintużaw fl-addittivi ta" l-ikel u fl-enzimi ta" l-ikel.

3.  L-elenkar ta" l-addittivi ta" l-ikel fl-Anness II għandu jsir fuq il-bażi tal-kategoriji ta" l-ikel li magħhom jistgħu jiġu miżjuda.

4.  L-elenkar ta" l-addittivi ta" l-ikel fl-Anness III għandu jsir fuq il-bażi ta" l-addittivi ta" l-ikel jew ta" l-enzimi ta" l-ikel jew tal-kategoriji tagħhom li magħhom jistgħu jiġu miżjuda.

5.  L-addittivi ta" l-ikel għandhom ikunu dejjem konformi ma" l-ispeċifikazzjonijiet kif jissemma taħt l-Artikolu 12.

Artikolu 5

Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-inklużjoni u għall-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel fil-listi Komunitarji

1.  Addittiv ta" l-ikel jista" jkun inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III biss jekk jilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

   a) fuq il-bażi ta" l-evidenza xjentifika disponibbli, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta" l-użu propost;
   b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli, f'sens ta' benefiċċji għall-konsumatur, li ma tistax tintlaħaq b'mezzi oħra li huma ekonomikament u teknoloġikament prattikabbli;
   c) l-użu tiegħu ma jiżgwidax lill-konsumatur;
   d) fuq il-bażi ta" l-evidenza xjentifika disponibbli, ma jkunx jippreżenta xi effetti ħżiena fuq l-ambjent matul kwalunkwe parti miċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

2.  Biex jiġi inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III, addittiv ta" l-ikel irid ikollu vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur, u għalhekk jaqdi wieħed mill-iskopijiet li ġejjin jew aktar:

   a) jippreserva l-kwalità nutrizzjonali ta" l-ikel;
   b) jipprovdi l-ingredjenti jew il-kostitwenti meħtieġa għall-ikel li jkun manifatturat għal gruppi ta" konsumaturi bi bżonnijiet ta" dieta speċjali;
   c) ikabbar il-kwalità jew l-istabbiltà taż-żamma ta" ikel jew itejjeb il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, sakemm in-natura, is-sustanza jew il-kwalità ta" l-ikel ma tinbidilx b'tali mod li tiżgwida lill-konsumatur; diżgwid lill-konsumatur tinkludi wkoll kwistjonijiet dwar il-freskezza u l-kwalità ta' l-ingredjenti użati, in-naturalezza tal-prodott u l-kontenut tiegħu ta' frott u ħaxix;
   d) jgħin fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta" l-ikel, sakemm l-addittiv ta" l-ikel ma jintużax biex jaħbi l-effetti ta" l-użu ta" materjali mhux ipproċessati li jkunu difettużi jew ta" kwalunkwe prattika jew teknika mhux mixtieqa, inkluża prattika jew teknika mhux iġjenika, matul kwalunkwe attività bħal din.

3.  Bħala deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, addittiv ta" l-ikel li jnaqqas il-kwalità nutrizzjonali ta" ikel jista" jiġi inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II sakemm:

   a) l-ikel ma jikkostitwixxix komponent sinifikanti ta" dieta normali; jew
   b) l-addittiv ta" l-ikel huwa meħtieġ għall-produzzjoni ta" l-ikel għal gruppi ta" konsumaturi bi bżonnijiet ta" dieta speċjali.

4.  Ħlief għall-għarfien u għall-informazzjoni, li huma xieraq li jibqgħu kunfidenzjali, l-approvazzjoni ta' addittiv ta' l-ikel għandha tirreferi b'mod espliċitu u trasparenti għall-kunsiderazzjoni mogħtija lill-kriterji stipulati fil-paragrafi 1 sa 3, u għandha tispjega l-bażi tad-deċiżjoni finali.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet speċifiċi għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa

Addittiv ta" l-ikel jista" jkun inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II għall-klassi funzjonali ta" sustanza li tagħti ħlewwa biss jekk, barra milli jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2), jaqdi wkoll wieħed jew aktar mill-iskopijiet li ġejjin:

   a) jissostitwixxi z-zokkor għall-produzzjoni ta" ikel b'enerġija mnaqqsa, ta" ikel mhux karjoġeniku, ikel b'zokkor imnaqqas jew ta" ikel bla zokkor miżjud;
  

   ( b) jipproduċi ikel maħsub għal użi nutrizzjonali partikolari kif iddefinit fl-Artikolu 1 (2)(a) tad-Direttiva 89/398/KEE.

Artikolu 7

Il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-kuluri

Addittiv ta" l-ikel jista" jkun inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II għall-klassi funzjonali ta" kulur biss jekk, barra milli jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2), jaqdi wkoll wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:

   a) jerġa" jagħti d-dehra oriġinali ta" l-ikel li l-kulur tiegħu ġie affettwat bl-ipproċessar, bil-ħażna, bl-ippakkjar u bid-distribuzzjoni, li fejn setgħet tgħarrqet l-aċċettabilità viżwali;
   b) jagħmel l-ikel aktar attraenti għall-għajn;
   c) jagħti l-kulur lill-ikel li kieku jkun bla kulur.

Madankollu, m'għandu jkun hemm l-ebda riskju li l-addittiv jiżgwida lill-konsumaturi biex jemmnu li l-ikel ikun fih ingredjenti oħrajn minbarra dawk li fil-fatt ikunu hemm.

Artikolu 8

Il-klassijiet funzjonali ta" l-addittivi ta" l-ikel

1.  L-addittivi ta" l-ikel jistgħu jiġu assenjati lil waħda mill-klassijiet funzjonali fl-Anness I fuq il-bażi tal-funzjoni teknoloġika prinċipali ta" l-addittiv ta" l-ikel.

L-allokazzjoni ta" addittiv ta" l-ikel fi klassi funzjonali m'għandhiex tipprekludih milli jintuża għal diversi funzjonijiet.

2.  Fejn ikun meħtieġ, bħala riżultat tal-progress xjentifiku jew ta" l-iżvilupp teknoloġiku, jistgħu jiġu miżjuda klassijiet funzjonali addizzjonali għall-Anness I skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 9

Il-kontenut tal-listi Komunitarji ta" l-addittivi ta" l-ikel

1.  Skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru.../2008 [li jistabbilixxi proċedura komuni ta' awtoriżazzjoni għall-additivi ta'l-ikel, enżimi ta'l-ikel u/jew sustanzi għat-togħma ta' l-ikel], addittiv ta" l-ikel li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7, jista'jiġi inkluż fi:

   a) il-lista Komunitarja fl-Anness II għar-Regolament preżenti; u/jew
   b) il-lista Komunitarja fl-Anness III għar-Regolament preżenti.

2.  L-inklużjoni ta" addittiv ta" l-ikel fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għandha tispeċifika:

   a) l-isem ta" l-addittiv ta" l-ikel, il-grupp ta' l-addittiv u l-kodiċi E █jekk ikun ġie assenjat wieħed;
   b) l-ikel u/jew l-addittivi ta' l-ikel u/jew l-enżimi ta' l-ikel u/jew is-sustanzi għat-togħma ta' l-ikel li magħhom jista" jiġi miżjud l-addittiv ta" l-ikel;
   c) il-kondizzjonijiet li fihom jista" jintuża l-addittiv ta" l-ikel;
   d) jekk ikun xieraq, jekk hemmx kwalunkwe restrizzjoni dwar il-bejgħ ta" l-addittiv ta" l-ikel direttament lill-konsumaturi jew le;
   e) l-addittivi ta' l-ikel l-oħrajn li ma jistgħux jintużaw flimkien ma' l-addittiv ta' l-ikel.

3.  Il-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għandhom jiġu emendati skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru .../2007 [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

Artikolu 10

Il-livelli ta" l-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel

1.  Meta jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta" l-użu li jissemmew fl-Artikolu 9(2)(c):

   a) il-livell ta" l-użu għandu jiġi ffissat fl-iktar livell baxx meħtieġ biex jinkiseb l-effett mixtieq;
  b) il-livell għandu jqis:
   i) kwalunkwe konsum aċċettabbli ta" kuljum, jew valutazzjoni ekwivalenti, li ġiet stabbilita għall-addittiv ta" l-ikel u l-konsum probabbli ta" kuljum tiegħu mis-sorsi kollha;
   ii) fejn l-addittiv ta" l-ikel se jintuża fl-ikel li jittiekel minn gruppi speċjali ta" konsumaturi, il-konsum possibbli ta" kuljum ta" l-addittiv ta" l-ikel mill-konsumaturi f'dawk il-gruppi.

2.  Jekk l-użu tan-nanoteknoloġija jkun awtorizzat, għandhom jiġu stabbiliti valuri ta" limitu separati għal dak il-għan skond il-paragrafu 1(a).

3.  Fejn ikun xieraq, m'għandu jiġi ffissat l-ebda livell massimu għal addittiv ta" l-ikel (quantum satis). F'dak il-każ, l-addittiv ta" l-ikel għandu jintuża skond id-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 3(2)(i).

4.  Il-livelli massimi ta" l-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel inkluż, jekk xieraq, f'forma dilwita, stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-ikel li huwa lest biex jittiekel, li jitħejja skond l-istruzzjonijiet għall-użu, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

5.  Il-livelli massimi għall-kuluri stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-kwantitajiet ta" kostitwenti koloranti li hemm fil-preparazzjoni tas-sustanza koloranti, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Artikolu 11

L-addittivi ta" l-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

Addittiv ta" l-ikel magħmul minn, bi, jew permezz ta" organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) jew li jaqa" fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li mhuwiex diġà inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament jista" jiġi inkluż f'dawk il-listi b'konformità ma' dan ir-Regolament║biss jekk ikun kopert b'awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Għandu jkollu tikketta ċara bil-kliem "magħmul bil-GMOs" jew "magħmul mill-GMOs" ħdejn ismu jew ħdejn in-Numru-E tiegħu.

Artikolu 12

L-ispecifikazzjonijiet ta" l-addittivi ta" l-ikel

L-ispeċifikazzjonijiet ta" l-addittivi ta" l-ikel li jirrelataw, b'mod partikolari, ma" l-oriġini, il-kriterji tal-purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra, għandhom jiġu adottati meta l-addittiv ta" l-ikel ikun inkluż għall-ewwel darba fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III, skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

KAPITOLU III

L-UŻU TA" L-ADDITTIVI TA" L-IKEL FL-IKEL

Artikolu 13

L-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel fl-ikel mhux ipproċessat

L-addittivi ta" l-ikel m'għandhomx jintużaw fl-ikel li mhux ipproċessat, ħlief fejn użu bħal dan ikun provdut speċifikament fl-Anness II.

Artikolu 14

L-uzu ta" kuluri u ta" sustanzi li jagħtu ħlewwa fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

Kif jissemma fid-Direttiva 89/398/KEE, il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa m'għandhomx jintużaw f'ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, inkluż ikel tad-dieta għat-trabi u għat-tfal żgħar għal skopijiet mediċi speċjali, ħlief fejn ikun provdut speċifikament fl-Anness II għar-Regolament preżenti.

Artikolu 15

L-uzu ta" kuluri għall-immarkar

Il-kuluri ta" l-ikel li huma elenkati fl-Anness II għar-Regolament preżenti biss jistgħu jintużaw għall-iskop ta" mmarkar tas-saħħa kif provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 91/497/KEE tad-29 ta" Lulju 1991 li temenda u tikkonsolida d-Direttiva 64/433/KEE dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'laħam frisk sabiex tiġi estiża għall-produzzjoni u t-tqeghid fis-suq ta" laħam frisk(29) u għal immarkar ieħor meħtieġa fuq il-prodotti tal-laħam, għall-kuluri li jingħataw bħala tiżjin tal-qxur tal-bajd, u għall-istampar tal-qxur tal-bajd kif provdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat- 23 ta" Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd(30).

Artikolu 16

Il-principju tat-trasferiment

1.  Il-preżenza ta" addittiv ta" l-ikel għandha tkun permezz:

   a) f'ikel kompost għajr minn kif jissemma fl-Anness II, fejn l-addittiv ta" l-ikel ikun permess f'wieħed mill-ingredjenti ta" l-ikel kompost;
  b) f'ikel li ġie miżjud miegħu addittiv ta" l-ikel, enżima ta" l-ikel jew sustanza li tagħti togħma, fejn l-addittiv ta" l-ikel:
   i) huwa permess fl-addittiv ta" l-ikel, fl-enżima ta" l-ikel jew fis-sustanza li tagħti t-togħma skond dan ir-Regolament;
   ii) ġie trasferit fl-ikel permezz ta" l-addittiv ta" l-ikel, ta" l-enżima ta" l-ikel jew tas-sustanza li tagħti t-togħma;
   iii) m'għandu l-ebda funzjoni teknoloġika fl-ikel finali;
   c) f'ikel li se jintuża biss fil-preparazzjoni ta" ikel kompost u sakemm l-ikel kompost ikun konformi ma" dan ir-Regolament.

2.  Il-paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu m'għanxu japplikax għall-formulae tat-trabi, għal formulae tal-prosegwiment, għal ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għal ikel għat-trabi u għal ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif jissemma fid-Direttiva 89/398/KEE, ħlief fejn ikun provdut speċifikament.

3.  Fejn addittiv ta" l-ikel f'sustanza li tagħti t-togħma, f'addittiv ta" l-ikel jew f'enzima ta" l-ikel jiġi miżjud ma" l-ikel u għandu funzjoni teknoloġika f'dak l-ikel, allura għandu jitqies bħala addittiv ta" l-ikel ta" dak l-ikel u mhux bħala addittiv ta" l-ikel tas-sustanza li tagħti t-togħma, ta" l-addittiv ta" l-ikel jew ta" l-enzima ta" l-ikel miżjuda.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-preżenza ta" sustanza qawwija li tagħti ħlewwa għandha tkun permessa f'ikel kompost bla zokkor miżjud, f'ikel kompost b'enerġija mnaqqsa, f'ikel kompost tad-dieta maħsub għal dieti b'ammont baxx ta" kaloriji, u f'ikel kompost li għandu perjodu twil qabel l-iskadenza, sakemm dik is-sustanza qawwija li tagħti ħlewwa tiġi permessa f'wieħed mill-ingredjenti ta" l-ikel kompost.

Artikolu 17

Deċiżjonijiet ta" interpretazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3), jista" jiġi deċiż jekk:

   a) ikel partikolari jappartjenix lil kategorija ta" ikel li tissemma fl-Anness II ║; jew
   b) jintużax addittiv ta" l-ikel li huwa elenkat fl-Annessi II u III u li huwa permess fi "quantum satis" skond il-kriterji ta" l-Artikolu 10(3) ║.

Artikolu 18

L-ikel tradizzjonali

L-Istati Membri li huma elenkati fl-Anness IV jistgħu jkomplu jipprojbixxu l-użu ta" ċerti kategoriji ta" addittivi ta" l-ikel f'ikel tradizzjonali li jiġi prodott fit-territorju tagħhom, kif elenkat f'dak l-Anness.

KAPITOLU IV

L-ITTIKKETTAR

Taqsima 1

L-ittikkettar ta" l-addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Artikolu 19

L-ittikkettar ta" l-addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

L-addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba biex jinbiegħu lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu wieħed wieħed u kemm jekk imħalltin flimkien u/jew ma" ingredjenti kif iddefinit fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom jew il-kontenituri tagħhom għandhom fuqhom l-informazzjoni provduta fl-Artikoli 20 sa 23 ta" dan ir-Regolament, li trid tkun tidher faċilment, li tista" tinqara b'mod ċar u ma titħassarx.

Artikolu 20

Ir-rekwiziti ta" l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta" l-addittivi ta" l-ikel

1.  Fejn l-addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jinbiegħu wieħed wieħed jew imħalltin ma" xulxin, l-ippakkjar jew il-kontenituri tagħhom għandu jkollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja fejn għandu x'jaqsam kull addittiv ta" l-ikel:

   a) l-isem u/jew il-kodiċi E tiegħu stabbiliti f'dan ir-Regolament; jew
   b) fin-nuqqas ta" isem u/jew ta' kodiċi E, kif jissemma fil-punt (a), deskrizzjoni ta" l-addittiv ta" l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwih minn prodotti oħra li wieħed jista" jfixkilhom miegħu.

2.  Fejn l-addittivi ta" l-ikel jinbiegħu mħalltin ma" xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 fejn għandu x'jaqsam kull addittiv ta" l-ikel, f'ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

Artikolu 21

Ir-rekwiżiti ta" l-informazzjoni fejn sustanzi, materjali jew ingredjenti ta" l-ikel oħra jkunu inkorporati fl-addittivi ta" l-ikel

Fejn sustanzi, materjali jew ingredjenti ta" l-ikel għajr għall-addittivi ta" l-ikel ikunu inkorporati f'addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali biex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom, l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża ta" l-addittivi ta" l-ikel għandu jkollu fuqhom l-informazzjoni provduta fl-Artikolu 20 kif ukoll indikazzjoni ta" kull komponent, f'ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

Artikolu 22

Ir-rekwiżiti ta" l-informazzjoni fejn l-addittivi ta" l-ikel jiġu mħallta ma" ingredjenti oħra ta" l-ikel

Fejn l-addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma" ingredjenti ta" l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri ta" l-addittivi ta" l-ikel għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f'ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Artikolu 23

Ir-rekwiżiti ġenerali ta" l-informazzjoni għall-addittivi ta" l-ikel

1.  L-ippakkjar jew il-kontenituri ta" l-addittivi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

   a) id-dikjarazzjoni jew "għall-użu fl-ikel' jew id-dikjarazzjoni "użu ristrett fl-ikel' jew referenza aktar speċifika dwar l-użu maħsub tagħhom fl-ikel;
   b) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna u ta" l-użu;
   c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni tagħhom għandha tipprekludi l-użu xieraq ta" l-addittiv ta" l-ikel;
   d) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;
   e) l-isem jew l-isem u l-indirizz kummerċjali tal-manifattur, ta" minn jippakkja jew tal-bejjiegħ;
   f) fejn komponent ta" l-addittiv ta" l-ikel ikun soġġett għal limitu fuq il-kwantità fl-ikel, indikazzjoni tal-persentaġġ ta" dak il-komponent ta" l-addittiv ta" l-ikel jew informazzjoni biżżejjed dwar il-kompożizzjoni ta" l-addittiv ta" l-ikel biex ix-xerrej ikun jista" jiżgura l-konformità mal-limitu fuq il-kwantità fl-ikel; fejn l-istess limitu fuq il-kwantità japplika għal grupp ta" komponenti li jintużaw wieħed wieħed jew f'taħlita, il-persentaġġ kombinat jista" jingħata bħala figura waħda; il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis;
   g) il-kwantità netta;
   h) fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni dwar l-addittiv ta" l-ikel jew sustanzi oħra li jissemmew fl-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament preżenti u li huma elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE, fejn jikkonċerna l-indikazzjoni ta" l-ingredjenti li huma preżenti fl-oġġetti ta" l-ikel;
   i) id-data sa liema il-prodott jibqa' tajjeb.

2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (f) u l-punti (h) u (i) ta" dak il-paragrafu tista" tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-kunsinna li għandhom jiġu provduti ma" jew qabel il-kunsinna, sakemm l-indikazzjoni "maħsub għall-manifattura ta" l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut" tidher fuq parti li tidher faċilment tal-pakkett jew tal-kontenitur tal-prodott konċernat.

3.  B'deroga mir-rekwiżiti ta" tikkettar u ta" informazzjoni ta" l-Artikoli 19 sa 22, u tal-paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu, għal kunsinni kbar l-informazzjoni kollha tista" tidher fuq id-dokumenti li jkunu mal-kunsinna li jridu jingħataw mal-kunsinna jew qabilha.

Taqsima 2

L-ittikkettar ta" l-addittivi ta" l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Artikolu 24

L-ittikkettar ta" l-addittivi ta" l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-addittivi ta" l-ikel li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom fih l-informazzjoni li ġejja, li trid tkun tidher faċilment, tista" tinqara b'mod ċar u ma titħassarx:

   a) l-isem li taħtu jinbiegħ l-addittiv ta" l-ikel; dak l-isem għandu jkun magħmul mill-isem stabbilit minn kwalunkwe dispożizzjoni Komunitarja li tapplika għall-addittiv ta" l-ikel konċernat u għall-kodiċi E tiegħu;
   b) l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 20, 21 u 22 u l-punti (a) sa (e), (g) u (h) ta" l-Artikolu 23(1).

2.  Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta" sustanza li tagħti ħlewwa ta" fuq il-mejda għandha tinkludi t-terminu "sustanza li tagħti ħlewwa ta" fuq il-mejda bbażata fuq…", fejn jintuża l-isem(ismijiet) tas-sustanza(i) li tagħti(jagħtu) ħlewwa użata(i) fil-kompożizzjoni tagħha.

3.  L-ittikkettar ta" sustanza li tagħti ħlewwa ta" fuq il-mejda li fiha l-polioli u/jew l-aspartame u/jew il-melż ta" l-aspartame-acesulfame għandu jkollu fuqu t-twissijiet li ġejjin:

   a) polioli: "konsum żejjed jista" jwassal għal effetti lassattivi";
   b) aspartame/melħ ta" l-aspartame-acesulfame: "fih sors ta" fenilalanin".

4.  L-ittikkettar ta" l-addittivi ta' l-ikel li fih kuluranti ażojċi (azo-dyes) għandu jkun fih it-twissija "kuluranti ażojċi jistgħu jikkawżaw effetti allerġeniċi".

Taqsima 3

Rekwiżiti oħrajn ta" l-ittikkettar

Artikolu 25

Rekwiżiti oħrajn ta" l-ittikkettar

1.  L-Artikoli 19 sa 24 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi aktar dettaljati jew aktar estensivi dwar il-piżijiet u l-qisien jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-ittikkettar ta" sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, jew li japplikaw għat-trasport ta" sustanzi bħal dawn.

2.  L-informazzjoni provduta fl-Artikoli 19 sa 24 għandha tkun f'lingwa li tiftiehem faċilment mix-xerrejja.

Skond it-Trattat, l-Istat Membru fejn il-prodott jiġi kummerċjalizzat jista", fit-territorju tiegħu stess, jistipula li din l-informazzjoni tiġi pprovduta b'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, li għandha tiġi ddeterminata minn dak l-Istat Membru. L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta" dan il-paragrafu m'għandhomx jipprekludu li informazzjoni bħal din tiġi indikata f'diversi lingwi.

KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 26

L-obbligu ta" l-informazzjoni

1.  Produttur jew utent ta" addittiv ta" l-ikel għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista" taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà ta" l-addittiv ta" l-ikel.

2.  Fuq it-talba tal-Kummissjoni, produttur jew utent ta" addittiv ta" l-ikel għandu jinformaha dwar l-użu effettiv ta" l-addittiv ta" l-ikel.

Artikolu 27

Il-monitoraġġ tal-konsum ta" l-addittiv ta" l-ikel

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu sistemi biex jimmonitorjaw il-konsum u l-użu ta" l-addittivi ta" l-ikel b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju u għandhom jirrapportaw is-sejbiet tagħhom kull sena lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn "il quddiem ║'l-Awtorità").

2.  Skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3), wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata, tista' tiġi adottata metodoloġija komuni biex tinġabar informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konsum fid-dieta ta" l-addittivi ta" l-ikel fil-Komunità.

Artikolu 28

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta" l-Annimali (║minn hawn "il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 29

Il-finanzjament Komunitarju tal-politika armonizzata

Il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament hija l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 30

It-twaqqif tal-listi Komunitarji ta" l-addittivi ta" l-ikel

1.  L-addittivi ta" l-ikel li kienu permessi biex jintużaw fl-ikel skond id-Direttivi 94/35/KE, 94/36/KE u 95/2/KE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, u l-kondizzjonijiet ta" l-użu tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-Anness II għar-Regolament preżenti, wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma" l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament preżenti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3). Din ir-reviżjoni m'għandhiex tinkludi evalwazzjoni tar-riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa […].

2.  L-addittivi ta" l-ikel li huma awtorizzati biex jintużaw fl-addittivi ta" l-ikel bħala ġarriera permessi fl-Anness V għad-Direttiva 95/2/KE u l-kondizzjonijiet ta" l-użu tagħhom għandhom ikunu inklużi fil-Parti 1 ta" l-Anness III għal dan ir-Regolament, wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma" l-Artikolu 5 ta" dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3). Din ir-reviżjoni m'għandhiex tinkludi evalwazzjoni tar-riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa [...].

3.  Skond ir-Regolament (KE) Nru .../2008[li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], għandhom ikunu adottati l-ispeċifikazzjonijiet ta" l-addittivi ta" l-ikel li huma koperti taħt il-paragrafi 1 u 2 ta" dan l-Artikolu, fil-waqt li dawk l-addittivi ta" l-ikel jiġu inklużi fl-Annessi skond dawk il-paragrafi.

4.  Tista" tiġi adottata kwalunkwe miżura tranżitorja xierqa skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3).

Artikolu 31

L-evalwazzjoni mill-ġdid ta" l-addittivi ta" l-ikel approvati

1.  L-addittivi ta" l-ikel li kienu fis-suq fid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, iżda li ma ġewx riveduti u li ngħataw opinjoni pożittiva mill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel jew mill-Awtorità għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ta" riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Dawn l-addittivi għandhom jitħallew fis-suq sakemm l-Awtorità twettaq l-evalwazzjoni ta" riskju ġdida.

2.  L-evalwazzjoni tar-riskju ta' l-Awtorità għandha tifforma parti mir-reviżjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat, ta' l-addittivi kollha ta' l-ikel li ġew approvati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Din ir-reviżjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ta" l-awtorizzazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament, u fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-konsum u ta' l-immaniġġjar tar-riskju.

L-addittivi kollha ta' l-ikel li se jkomplu jiġu awtorizzati fil-Komunità għandhom jiġu trasferiti għal-listi Komunitarji fl-Annessi II u III. L-Anness III għandu jitkompla permezz ta' l-addittivi l-oħra ta' l-ikel li jintużaw fl-addittivi ta' l-ikel u enżimi u l-kundizzjonijiet ta' l-użu tagħhom b'konformità mar-Regolament (KE) Nru …/2007 [li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, għall-enżimi ta' l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel]. Biex ikun hemm perjodu tranżitorju xieraq, id-dispożizzjonijiet fl-Anness III, għajr għad-dispożizzjonijiet dwar il-ġarriera għall-addittivi ta" l-ikel, m'għandhomx japplikaw sa [l-1.1.2011].

Ir-reviżjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' programm ta' evalwazzjoni li għandu jiġi adottat, wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità, sa ...(31) , skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3). Il-programm ta" evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

3.  Wara li l-programm ta" evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ikun twettaq, u wara li tkun saret konsultazzjoni ma" l-Awtorità, għandu jiġi adottat programm ġdid ta" evalwazzjoni għall-awtorizzazzjonijiet li jsiru skond dan ir-Regolament. Dan il-programm ġdid ta" evalwazzjoni għandu jkun adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3) u għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

4.  Addittivi ta" l-ikel u użi li m'għadhomx attwali għandhom jitneħħew mill-Annessi meta tiġi riveduta l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 32

Ir-revoki

1.  L-atti li ġejjin qed jiġu revokati:

   (a) Id-Direttiva 62/2645/KEE;
  

   (b) Id-Direttiva 78/663/KEE;
   (c) Id-Direttiva 78/664/KEE;
   (d) Id-Direttiva 81/712/KEE;
   (e) Id-Direttiva 89/107/KEE;
   (f) Id-Direttiva 94/35/KE;
   (g) Id-Direttiva 94/36/KE;
   (h) Id-Direttiva 95/2/KE;
   (i) Id-Deċiżjoni Nru 292/97/KE;
   (j) Id-Deċiżjoni 2002/247/KE.

2.  Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 32, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw sa […]:

   a) l-Artikolu 2 (1), (2) u (4) tad-Direttiva 94/35/KE u l-Anness għaliha;
   b) l-Artikolu 2(1) sa (6), (8), (9) u (10) tad-Direttiva 94/36/KE u l-Annessi I sa V għaliha;
   c) l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 95/2/KE u l-Annessi I sa VI għaliha.

Minkejja l-punt (c), l-awtorizzazzjonijiet għall-Invertase E 1103 u għal-Lysozyme E 1105, li ġew stabbiliti fid-Direttiva 95/2/KE, ġew revokati b'seħħ mid-data ta" l-applikazzjoni tal-lista Komunitarja dwar l-enzimi ta" l-ikel, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru .../2007 [dwar l-enzimi ta" l-ikel].

Artikolu 34

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ...(32).

Madankollu, l-Artikolu 4(2) għandu japplika għall-Partijiet 2 u 3 ta" l-Anness III mill-[1 ta" Jannar 2011]

Ikel li m'huwiex konformi mar-rekwiżiti ta" dan ir-Regolament iżda li kien magħmul skond il-liġi Komunitarja jista" jibqa" jiġi promoss kummerċjalment sakemm ma jintemm il-perjodu ta" l-iskadenza tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

L-ANNESS I

Il-klassijiet funzjonali ta" l-addittivi ta" l-ikel f'l-ikel u ta" l-addittivi ta" l-ikel fl-addittivi ta" l-ikel u fl-enzimi ta" l-ikel

1.   "sustanzi li jagħtu ħlewwa" huma sustanzi (sustanzi li jagħtu ħlewwa bil-kwantità u sustanzi qawwija li jagħtu ħlewwa) li jintużaw biex jagħtu togħma ħelwa lill-ikel jew f'sustanzi li jagħtu ħlewwa ta" fuq il-mejda;

2.   "kuluri" huma sustanzi li jżidu jew jerġgħu jagħtu l-kulur fl-ikel, u jinkludu kostitwenti naturali ta" l-ikel u sorsi naturali li normalment ma jkunux ikkonsmati bħala ikel u li normalment ma jintużawx bħala ingredjenti karatteristiċi ta" l-ikel. Il-preparazzjonijiet li jinkisbu mill-ikel u minn materjali ta" sorsi naturali oħra li jinkisbu mill-estrazzjoni fiżika u/jew kimika li tirriżulta f'estrazzjoni selettiva tal-pigmenti b'mod relattiv għal mal-kostitwenti nutrittivi jew aromatiċi, huma kuluri fit-tifsira ta" dan ir-Regolament;

3.   "preservattivi" huma sustanzi li jtawlu l-perjodu ta" qabel l-iskadenza ta" l-ikel billi jipproteġuh kontra d-deterjorazzjoni kkawżata mill-mikroorganiżmi;

4.   "antiossidanti' huma sustanzi li jtawlu l-perjodu ta" qabel l-iskadenza ta" l-ikel billi jipproteġuh mid-deterjorazzjoni kkawżata mill-ossidazzjoni, bħal snuħija tax-xaħam u tibdiliet fil-kulur;

5.   "ġarriera', huma sustanzi li jintużaw biex idewbu, jiddilwaw, iferrxu jew inkella jimmodifikaw fiżikament b'xi mod ieħor addittiv ta" l-ikel jew sustanza li tagħti togħma, █enżima ta" l-ikel, nutrijent u/jew sustanza oħra miżjuda għal raġunijiet nutrittivi jew fiżjoloġiċi ma" prodott ta" l-ikel (jew ma" ikel u/jew ma" suppliment ta" l-ikel) mingħajr ma jbiddlu l-funzjoni tiegħu (u mingħajr ma jeżerċitaw l-ebda effett teknoloġiku huma nfushom) biex jiffaċilitaw l-immaniġġjar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;

6.   "aċidi' huma sustanzi li jżidu l-aċidità ta" oġġett ta" l-ikel u/jew jagħtuh togħma qarsa;

7.   "regolaturi ta" l-aċidità' huma sustanzi li jbiddlu jew jikkontrollaw l-aċidità jew l-alkalinità ta" oġġett ta" l-ikel;

8.   "aġenti ta" kontra t-tgħaqid" huma sustanzi li jnaqqsu t-tendenza tal-partiċelli individwali ta" oġġett ta" l-ikel milli jeħlu ma" xulxin;

9.   "aġenti għal kontra r-ragħwa' huma sustanzi li jipprevjenu jew inaqqsu r-ragħwa;

10.   "aġenti li jagħtu l-massa' huma sustanzi li jikkontribwixxu għall-volum ta" oġġett ta" l-ikel mingħajr ma jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-valur ta" l-enerġija disponibbli tiegħu;

11.   "emulsjonanti' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li tkun ifformata jew li tinżamm taħlita omoġenja ta" żewġ fażijiet jew iktar li ma jitħalltux bħaż-żejt u l-ilma f'oġġett ta" l-ikel;

12.   "melħ emulsifikat' huma sustanzi li jaqilbu l-proteini fil-ġobon f'forma mxerrda, u b'hekk ikun hemm distribuzzjoni omoġenja ta" xaħam u komponenti oħra;

13.   "aġenti li jissodaw" huma sustanzi li jagħmlu jew iżommu t-tessuti tal-frott jew tal-ħaxix sod jew iqarmeċ, jew jinteraġixxu ma" aġenti li jgħaqqdu biex jipproduċu jew isaħħu ġel;

14.   "sustanzi li jtejbu t-togħma' huma sustanzi li jtejbu t-togħma u/jew ir-riħa eżistenti ta" oġġett ta" l-ikel;

15.   "aġenti li jagħmlu r-ragħwa' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jkun ifformat tixrid omoġenju ta" fażi gassuża f'oġġett ta" l-ikel likwidu jew solidu;

16.   "aġenti li jgħaqqdu' huma sustanzi li jagħtu lill-oġġett ta" l-ikel konsistenza bil-formazzjoni ta" ġel;

17.   "aġenti għall-igglejżjar' (inkluż lubrikanti) huma sustanzi li, meta jkunu applikati fuq is-superfiċje ta" barra ta" oġġett ta' l-ikel, jagħtu dehra tleqq jew jipprovdu kisja ta" protezzjoni;

18.   "humectants' huma sustanzi li ma jħallux l-ikel jinxef billi jopponu l-effett ta" atmosfera li għandha grad baxx ta" umdità, jew jippromwovu t-taħlil ta" trab f'mezz milwiem;

19.   "lamti modifikati' huma sustanzi li jinkisbu permezz ta" trattament kimiku wieħed jew iktar ta" lamti li jittieklu, li setgħu għaddew minn trattament fiżiku jew enzimatiku, u li jista" jkun imraqqa jew ibbliċjati b'aċidu jew b'alkali;

20.   "gassijiet ta" l-ippakkjar' huma gassijiet għajr l-arja, li jiġu introdotti f'kontenitur qabel, matul jew wara t-tqegħid ta" oġġett ta" l-ikel f'dak il-kontenitur;

21.   "propellanti' huma gassijiet għajr l-arja li jixħtu "il barra oġġett ta" l-ikel minn kontenitur;

22.   "aġenti li jgħollu" huma sustanzi jew taħlit ta" sustanzi li jilliberaw gass u b'hekk iżidu l-volum ta" għaġina jew ta" taħlita ta" dqiq, bajd eċċ.;

23.   "sekwestranti' huma sustanzi li jifformaw komplessi kimiċi b'jonji metalliċi;

24.   "stabilizzaturi" huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jinżamm l-istat fiżiku-kimiku ta" oġġett ta" l-ikel; l-istabbilizzaturi jinkludu sustanzi li jippermettu li jinżamm tixrid omoġenju ta" żewġ sustanzi jew aktar li ma jitħalltux f'oġġett ta" l-ikel, sustanzi li jistabbilizzaw, iżommu jew jintensifikaw kulur eżistenti ta" oġġett ta" l-ikel, u sustanzi li jżidu l-kapaċità ta" taqħqid ta" l-ikel, inkluża l-formazzjoni ta" rabtiet bejn il-proteini li jippermettu t-tagħqid ta" biċċiet ta" l-ikel f'ikel rikostitwit.

25.   "sustanzi li jħaxxnu" huma sustanzi li jkabbru l-viskożità ta" oġġett ta" l-ikel;

26.   "sustanzi li jittrattaw id-dqiq" huma sustanzi, għajr għall-emulsjonanti, li jiġu miżjuda mad-dqiq jew ma" l-għaġina sabiex itejbu l-kwalità tal-ħami tiegħu.

L-ANNESS II

Il-lista Komunitarja ta" l-addittivi ta" l-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel, u l-kondizzjonijiet ta" l-użu

L-ANNESS III

Il-lista Komunitarja ta" l-addittivi ta" l-ikel approvati biex jintużaw fl-addittivi ta" l-ikel; fl-enzimi ta" l-ikel u fis-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel, u l-kondizzjonijiet ta" l-użu

Parti 1 Il-ġarriera fl-addittivi ta" l-ikel, fl-enzimi ta" l-ikel u fis-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel

Parti 2 L-addittivi għajr għall-ġarriera fl-addittivi ta" l-ikel, fl-enzimi ta" l-ikel u fis-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel

Parti 3 Addittivi f'sustanzi li jagħtu togħma

Parti 4 Ġarriera fin-nutrijenti

L-ANNESS IV

L-ikel tradizzjonali li għalih ċerti Stati Membri jistgħu jkomplu jipprojbixxu l-użu ta" ċerti kategoriji ta" addittivi ta" l-ikel

L-Istat Membru

L-ikel

Il-kategoriji ta" l-addittivi li jistgħu jkomplu jiġu pprojbiti b'mod uffiċjali

Il-Ġermanja

Il-birra tradizzjonali Ġermaniża ("Bier nach deutschem Reinheitsgebot gebraut")

Kollha għajr il-gassijiet propellanti

Franza

Il-ħobż tradizzjonali Franċiż

Kollha

Franza

It-tartuf tradizzjonali Franċiż ippreservat

Kollha

Franza

Il-bebbux tradizzjonali Franċiż ippreservat

Kollha

Franza

Il-priservijiet tradizzjonali Franċiżi tal-wiżż u tal-papri ("confit")

Kollha

L-Awstrija

Il-"Bergkäse" tradizzjonali Awstrijak

Kollha ħlief il-preservattivi

Il-Finlandja

Il-"Mämmi" tradizzjonali Finlandiż

Kollha ħlief il-preservattivi

L-Iżvezja

Il-Finlandja

Il-ġuleppijiet tal-frott tradizzjonali Svediżi u Finlandiżi

Il-kuluri

Id-Danimarka

Il-"Kødboller" tradizzjonali Daniż

Il-preservattivi u l-kuluri

Id-Danimarka

Il-"Leverpostej" tradizzjonali Daniż

Il-preservattivi (għajr l-aċidu żorbiku) u l-kuluri

Spanja

Il-"Lomo embuchado" tradizzjonali Spanjol

Kollha ħlief il-preservattivi u l-antiossidanti

L-Italja

Il-"Mortadella" tradizzjonali Taljana

Kollha ħlief il-preservattivi, l-antiossidanti, l-aġenti li jaġġustaw il-pH, is-sustanzi li jtejbu t-togħma, l-istabilizzaturi u l-gass ta" l-ippakkjar

L-Italja

Il-"Cotechino e zampone" tradizzjonali Taljan

Kollha ħlief il-preservattivi, l-antiossidanti, l-aġenti li jaġġustaw il-pH, is-sustanzi li jtejbu t-togħma, l-istabilizzaturi u l-gass ta" l-ippakkjar

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 34.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007.
(4) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, ║31.10.2003, p. 1).
(5) ĠU L ...
(6) ĠU L 178, ║28.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/128/KE (ĠU L 346. 9.12.2006, p. 6).
(7) ĠU L 226, ║22.9.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/33/KE (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 10).
(8) ĠU L 339, ║30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/129/KE (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 15).
(9) ĠU L ...
(10) ĠU L 31, ║1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(11) ĠU L 268, ║18.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).
(12) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(13) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.
(14) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).
(15) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
(16) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(17) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(18) ĠU║115,║11.11.1962 p. 2645/62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 95/45/KE (ĠU L 226, ║22.9.1995, p. 1).
(19) ĠU L 223, 14.8.1978, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/4/KEE (ĠU L 55, ║29.2.1992, p. 96).
(20) ĠU L 223,║14.8.1978, p. 30. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE.
(21) ĠU L 257, ║10.9.1981. p 1.
(22) ĠU L 40, ║11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003║.
(23) ĠU L 237,║10.9.1994, p. 3. Id-Direttiva kif emendata║bid-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
(24) ĠU L 237, ║10.9.1994, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(25) ĠU L 61,║18.3.1995, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE.
(26) ĠU L 48,║19.2.1997, p. 13.
(27) ĠU L 84,║28.3.2002, p. 69.
(28) ĠU L 330, ║5.12.1998, p. 32. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(29) ĠU L 268. ║24.9.1991, p. 69. Direttiva kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(30) ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5.
(31)* ĠU: Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(32)* ĠU: Sena wara d-data tal-pubblikazzjoni ta" dan ir-Regolament.


L-enzimi ta" l-ikel ***I
PDF 581kWORD 184k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta" l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE (COM(2006)0425 – C6-0257/2006 – 2006/0144(COD))
P6_TA(2007)0322A6-0177/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0425)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0257/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0177/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enzimi ta" l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 258/97, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, u -Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE

P6_TC1-COD(2006)0144


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Il-moviment liberu ta" ikel mhux perikoluż u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2)  Livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem għandu jiġi żgurat biex titwettaq il-politika tal-Komunità.

(3)  L-enzimi, għajr għal dawk li jintużaw bħala addittivi ta" l-ikel, bħalissa mhumiex irregolati jew huma rregolati bħala għajnuniet għall-ipproċessar taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta" l-enzimi ta" l-ikel █ifixklu l-moviment ħieles tagħhom, waqt li jinħolqu kundizzjonijiet għal kompetizzjoni inugwali u inġusta. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli Komunitarji li jarmonizzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma" l-użu ta" l-enzimi ta" l-ikel.

(4)  Dan ir-Regolament għandu jkopri biss l-enzimi li jiġu miżjuda ma" l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta" ikel bħal dan, inklużi l-enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar ("enzimi ta" l-ikel"). L-ambitu ta" dan ir-Regolament, għalhekk, m'għandux jestendi għal enzimi li ma jiġux miżjuda ma" l-ikel biex iwettqu funzjoni teknoloġika iżda li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, bħall-enzimi bi skopijiet nutrittivi jew diġestivi. Il-kulturi tal-mikrobi li tradizzjonalment jintużaw fil-produzzjoni ta" ikel bħall-ġobon u l-inbid, u li jista" jkun fihom l-enzimi iżda li ma jintużawx speċifikament biex jipproduċuhom, m'għandhomx jitqiesu bħala enzimi ta" l-ikel.

(5)  L-enzimi ta" l-ikel li jintużaw esklużivament fil-produzzjoni ta" l-addittivi ta" l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nrutal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta'...[dwar l-addittivi ta" l-ikel](4), tas-sustanzi li jagħtu t-togħma li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...[dwar is-sustanzi li jagħtu t-togħma u dwar ċerti ingredjenti ta'l-ikel li jistgħu jagħtu t-togħma għall-użu fil- u fuq l-ikel](5) u ║ikel ġdid li jaqa" fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta" Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ta" l-ikel il-ġdid(6) għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta" dan ir-Regolament, peress li s-sigurtà ta" dan l-ikel diġà ġiet ivvalutata u rregolata. Madankollu, meta dawn l-enzimi ta" l-ikel jintużaw bħala tali ta" l-ikel, ikunu minn dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu għalhekk jiġi emendat.

(6)  L-enzimi ta" l-ikel għandhom ikunu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-enzimi ta" l-ikel iridu jkunu mingħajr periklu meta jintużaw, irid ikun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, █l-użu tagħhom ma jridx jiżgwida lill-konsumatur, u l-użu tagħhom irid ikun ta" benefiċċju għall-konsumatur. Diżgwid lill-konsumatur jinkludi, iżda m'huwiex limitat għal kwistjonijiet dwar in-natura, il-freskezza u l-kwalità ta' l-ingredjenti użati, ma' kemm hu naturali l-prodott jew il-proċess tal-produzzjoni jew mal-kwalità nutrittiva tal-prodott.

(7)  Uħud mill-enzimi ta" l-ikel jiġu permessi għal użi speċifiċi, bħal fil-meraq tal-frott u f'ċerti prodotti simili u f'ċerti lattoproteini maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għal ċerta prattika u ċerti proċessi enoloġiċi li ġew awtorizzati. Dawk l-enzimi ta" l-ikel għandhom jintużaw skond dan ir-Regolament u skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta" l-20 ta" Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman(7), id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta" Lulju 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma" ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem(8) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta" Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid,(9) għalhekk għandhom jiġu emendati skond dan.

(8)  L-enzimi ta" l-ikel li l-użu tagħhom huwa permess fil-Komunità għandhom jidhru f'lista Komunitarja li għandha tiddeskrivi l-enzimi b'mod ċar, tispeċifika kwalunkwe kondizzjoni li tirregola l-użu tagħhom u tkun supplimentata bl-ispeċifikazzjonijiet, b'mod partikolari dwar l-oriġini tagħhom u dwar il-kriterji ta" purità. Fejn l-enzima ta" l-ikel║tiġi manifatturata bi jew minn organiżmu modifikat ġenetikament ("GMO") fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u t-tikkettar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE(10), l-identifikatur uniku assenjat lill-GMO taħt dak ir-Regolament għandu wkoll jiġi inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet.

(9)  Bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni, l-evalwazzjoni tar-riskju ta" l-enzimi ta" l-ikel u l-inklużjoni tagħhom fil-lista Komunitarja għandhom isiru skond il-prinċipju ta' prekawzjoni u skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" […] [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel](11).

(10)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta" l-ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(12), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta" l-ikel ("l-Awtorità") għandha tkun ikkonsultata dwar kwistjonijiet li hemm probabbiltà li se jaffettwaw is-saħħa pubblika.

(11)  Enzima ta" l-ikel ġejja minn organiżmu li taqa" fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(13) għandha tiġi awtorizzata skond dak ir-Regolament, qabel jew fl-istess ħin ma' l-awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament.

(12)  Enzima ta" l-ikel li diġà hija inkluża fil-lista Komunitarja taħt dan ir-Regolament u ppreparata b'metodi ta" produzzjoni jew minn materjali tal-bidu li huma differenti b'mod sinifikanti minn dawk koperti mill-valutazzjoni tar-riskju ta" l-Awtorità, jew li huma differenti minn dawk koperti mill-awtorizzazzjoni u mill-ispeċifikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità biex issirilha evalwazzjoni, b'enfażi fuq l-ispeċifikazzjonijiet. Metodi ta" produzzjoni jew materjali tal-bidu li huma differenti b'mod sinifikanti tista" tfisser bidla fil-metodu ta" produzzjoni, mill-estrazzjoni mill-pjanti sal-produzzjoni bil-fermentazzjoni billi jintuża mikroorganiżmu jew b'modifikazzjoni ġenetika tal-mikroorganiżmu oriġinali.

(13)  Minħabba li ħafna enzimi ta" l-ikel diġà qegħdin fuq is-suq Komunitarju, għandu jsir provvediment sabiex ikun żgurat li l-bidla għal lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel ssir mingħajr problemi u ma tfixkilx is-suq eżistenti ta" l-enzimi ta" l-ikel. Għandu jitħalla żmien biżżejjed għall-applikanti sabiex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju ta" dawn il-prodotti. Għalhekk, għandu jitħalla perjodu inizjali ta" sentejn wara d-data ta" l-applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi li ġew stabbiliti skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], biex l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex jissottomettu l-informazzjoni dwar l-enzimi eżistenti li jistgħu jiġu inklużi fil-lista Komunitarja li għandha tkun ikkompilata taħt dan ir-Regolament. Għandu jkun possibbli wkoll li matul il-perjodu inizjali ta" sentejn jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta" enzimi ġodda. L-Awtorità għandha tevalwa mingħajr dewmien l-applikazzjonijiet kollha għall-enzimi ta" l-ikel li matul dak il-perjodu ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni dwarhom.

(14)  Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, il-lista Komunitarja għandha tkun ikkompilata f'darba. Dik il-lista għandha tiġi stabbilita wara li tkun ġiet sottomessa l-evalwazzjoni tar-riskju ta" l-enzimi ta" l-ikel kollha li matul il-perjodu inizjali ta" sentejn tkun ġiet sottomessa biżżejjed informazzjoni dwarhom. Madankollu, l-opinjonijiet ta' l-Awtorità għandhom ikunu ppubblikati hekk kif titlesta l-evalwazzjoni xjentifika.

(15)  Huwa mistenni li matul il-perjodu inizjali ta" sentejn jiġu sottomessi numru sinifikanti ta" applikazzjonijiet. Għalhekk, jista" jkun hemm bżonn ta" perjodu twil qabel ma titlesta l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qabel ma tkun ikkompilata l-lista Komunitarja. Biex ikun żgurat aċċess ugwali għas-suq għall-enzimi ta" l-ikel il-ġodda wara l-perjodu inizjali ta" sentejn, għandu jingħata perjodu tranżitorju li matulu l-enzimi ta" l-ikel u l-ikel li juża l-enzimi ta" l-ikel jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm tkun ikkompilata l-lista Komunitarja, skond ir-regoli nazzjonali eżistenti fl-Istati Membri.

(16)  L-enzimi ta" l-ikel Invertase E 1103 u Lysozyme E 1105, li ġew awtorizzati bħala addittivi ta" l-ikel taħt id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-20 ta" Frar 1995 dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa(14), u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom, għandhom jiġu trasferiti mid-Direttiva 95/2/KE għal-lista Komunitarja meta tiġi kkompilata minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Regolament║(KE) Nru 1493/1999 jawtorizza l-użu ta" l-ureża, tal-beta-glucanase u tal-lysozyme fl-inbid, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 ta" l-24 ta" Lulju 2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi Komunitarju tal-prattika u tal-proċessi enoloġiċi(15). Dawk is-sustanzi huma enzimi ta" l-ikel u għandhom jaqgħu fl-ambitu ta" dan ir-Regolament. Għalhekk, meta tiġi kkompilata l-lista Komunitarja, għandhom jiġu miżjuda magħha biex jintużaw fl-inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1622/2000.

(17)  L-enzimi ta" l-ikel jibqgħu soġġetti għall-obbligi ġenerali ta" l-ittikkettar li huma provduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fir-Regolament (KE) Nru 1830/2003, skond kif ikun japplika. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta" l-ittikkettar għall-enzimi ta" l-ikel mibjugħa bħala tali lill-manifattur jew lill-konsumatur għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(18)  L-enzimi ta" l-ikel huma koperti bid-definizzjoni ta" l-ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u għalhekk, meta jintużaw ta" l-ikel, huwa meħtieġ li jkunu indikati bħala ingredjenti fl-ittikkettar ta" l-ikel skond id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-20 ta" Marzu 2000 dwar l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel(16). L-enzimi ta" l-ikel għandhom jiġu indikati permezz tal-funzjoni teknoloġika tagħhom ta" l-ikel, segwita mill-isem speċifiku ta" l-enzima ta" l-ikel. Madankollu, għandu jsir provvediment għal deroga mid-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar f'każijiet fejn l-enzima ma twettaq l-ebda funzjoni teknoloġika fil-prodott finali, iżda hija preżenti fl-oġġett ta" l-ikel biss bħala riżultat ta" trasferiment minn wieħed mill-ingredjenti jew aktar ta" l-oġġett ta" l-ikel jew fejn tintuża bħala għajnuna għall-ipproċessar. Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(19)  L-enzimi ta" l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u għandhom ikunu evalwati mill-ġdid kulmeta jkun meħtieġ fid-dawl ta" kondizzjonijiet li jinbidlu li jirregolaw l-użu tagħhom u fid-dawl ta" informazzjoni xjentifika ġdida. Madankollu għandha ssir evalwazzjoni xjentifika ġdida u klassifikazzjoni mill-anqas kull 10 snin.

(20)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprevedi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-poteri konferiti fuq il-Kummissjoni(17).

(21)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddetermina jekk enzima ta' l-ikel tagħgħax fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u li tadotta miżuri tranżizzjonali dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' enzimi ta' l-ikel. Billi dwak il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentaw dan ir-Regolament b'elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(22)  Biex tiġi żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-enzimi ta" l-ikel b'mod proporzjonat u effettiv, huwa neċessarju li tinġabar id-data, ikun hemm qsim ta" l-informazzjoni u jkun koordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista" jkun utli li jsiru studji sabiex ikunu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi ħalli jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid ta" deċiżjoni. Huwa xieraq li bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha l-Komunità tista" tiffinanzja studji bħal dawn. L-iffinanzjar ta" tali miżuri huwa kopert mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li saru għall-aċċertament u l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, dwar saħħet l-annimali u regoli dwar il-benesseri ta" l-annimali(18) u konegwentament il-bażi legali għall-iffinanzjar tal-miżuri li jissemmew hawn fuq għandhom ikunu r-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(23)  L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-konformità ma" dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(24)  Minħabba li l-għan ta" l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jkunu stabbiliti r-regoli Komunitarji dwar l-enzimi ta" l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u l-livell għoli ta" protezzjoni tal-konsumatur rikjest, jista" jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Is-suġġett, l-ambitu u d-definizzjonijiet

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-enzimi ta" l-ikel li jintużaw ta" l-ikel, inklużi tali enzimi li jintużaw bħala għajnuniet għall-ipproċessar, biex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta" protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta" protezzjoni għall-konsumatur.

Għal dawn l-iskopijiet, dan ir-Regolament jipprovdi għal:

   a) lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel approvati;
   b) il-kondizzjonijiet għall-użu ta" l-enzimi ta" l-ikel ta" l-ikel;
   c) ir-regoli dwar l-ittikkettar ta" l-enzimi ta" l-ikel li jinbiegħu bħala tali.

Artikolu 2

L-ambitu

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-enzimi ta" l-ikel.

2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplikax għall-enzimi ta" l-ikel li jintużaw esklużivament fil-produzzjoni ta":

   a) addittivi ta" l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru …[dwar l-addittivi ta" l-ikel];
   b) sustanzi li jagħtu t-togħma li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru …[dwar is-sustanzi li jagħtu t-togħma];
   c) ikel ġdid li jaqa" fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 258/97;
   d) għajnuniet diġestivi.

3.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola Komunitarja speċifika li tikkonċerna l-użu ta" l-enzimi ta" l-ikel:

   a) f'ikel speċifiku;
   b) għal skopijiet li mhumiex dawk koperti minn dan ir-Regolament.

4.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

   a) il-kulturi ta' mikrobi użati █fil-produzzjoni ta' l-ikel u li jistgħu, jipproduċu b'mod mhux intenzjonat, enzimi imma li mhumiex speċifikament użati sabiex jipproduċuhom;
   b) l-enzimi maħsuba għall-konsum dirett milll-bniedem, bħall-enzimi għal skopijiet nutrittivi jew l-enzimi wżati bħala għajnuniet diġestivi.

5.  Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 12(2), jista" jiġi deċiż jekk sustanza taqax fl-ambitu ta" dan ir-Regolament jew le.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta" dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, fir-Regolament 1829/2003 u fir-Regolament (KE) Nru […] [ir-Regolament dwar l-addittivi ta" l-ikel] għandhom japplikaw.

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

   1) "enzima" tfisser kwalunkwe proteina li tkun ġejja mill-ħaxix, minn annimal jew minn mikrobi li jkunu kapaċi jikkatalizzaw reazzjoni bijokimika, mingħajr ma tbiddel l-istruttura tagħha fil-proċess; għall-għan ta' dan ir-Regolament, din id-definizzjoni għandha tinkludi wkoll "proenzimi", jiġifieri komposti li huma prekursuri inattivi jew kważi inattivi ta' l-enzimi u jistgħu jkunu konvertiti f'enzimi attivi jekk ikunu suġġetti għal bidla katalitika speċifika;
  2) "enzima ta" l-ikel" tfisser prodott miksub bl-estrazzjoni mill-pjanti, █mill-annimali, mill-mikroorganiżmi jew minn prodotti tagħhom, jew bi proċess ta" fermentazzjoni billi jintużaw il-mikroorganiżmi:
   a) li jkun fihom enzima waħda jew aktar li kapaċi li tikkatalizza reazzjoni bijokimika speċifika; u
   b) miżjuda ma" l-ikel li jwettqu funzjoni teknoloġika fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta" l-ikel;
   3) "preparazzjoni ta' enzima ta' l-ikel' tfisser formulazzjoni li tikkonsisti minn enzima ta' l-ikel waħda jew aktar, fejn sustanzi bħall-addittivi ta' l-ikel u/jew ingredjenti oħra ta' l-ikel huma inkorporati sabiex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew li jinħallu;
   4) "manifatturati minn GMO' tfisser ġejjin mill-użu ta' GMO bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-proċess ta' produzzjoni, imma li ma fihomx jew li ma jikkonsistux minn GMO u lanqas manifatturat b'GMOs;
   5) "quantum satis' tfisser1 li mhux speċifikat livell massimu. Madankollu, l-addittivi għandhom jintużaw skond prattika tajba tal-manifattura, f'dożi li ma jkunux ogħla milli jkun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan maħsub u sakemm il-konsumatur ma jkunx żgwidat.

Kapitolu II

Il-lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel approvati

Artikolu 4

Il-lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel

Skond l-ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta" l-użu provduti fl-Artikolu 6(2), l-enzimi ta" l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja biss jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq bħala tali u jintużaw ta" l-ikel.

L-ebda persuna m'għandha tpoġġi fis-suq enzima ta' l-ikel jew kwalunkwe ikel li fih tali enzima ta' l-ikel jekk l-użu ta' l-enzima ta' l-ikel ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-inklużjoni u għall-użu ta" l-enzimi ta" l-ikel fil-lista Komunitarja

Enzima ta" l-ikel tista" tiġi inkluża fil-lista Komunitarja biss jekk tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

   a) fuq il-bażi ta" l-evidenza xjentifika disponibbli u tal-prinċipju ta' prekawzjoni, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta" l-użu propost;
   b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli;
   c) l-użu tagħha ma jiżgwidax lill-konsumatur; il-każijiet fejn il-konsumatur huwa żgwidat jinkludu, fost oħrajn, kwistjonijiet marbuta man-natura ta" l-ingredjenti użati, il-freskezza u l-kwalità tagħhom, ma kemm hu naturali l-prodott jew kemm hu naturali l-proċess tal-produzzjoni, il-kwalità nutrittiva tal-prodott jew il-kontenut ta" frott u ħaxix;
   d) l-użu tagħha għandu benefiċċju ċar għall-konsumatur.

Artikolu 6

Il-kontenut tal-lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel

1.  Skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […][li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], enzima ta" l-ikel li tkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tista" tiġi inkluża fil-lista Komunitarja.

2.  L-annotazzjoni ta" enzima ta" l-ikel fil-lista Komunitarja għandha tispeċifika:

   a) id-definizzjoni ta" l-enzima ta" l-ikel, inklużi l-isem komuni jew irrakkomandat tagħha, l-isem sistematiku tagħha jew sinonimi tiegħu, jekk hu possibbli skond in-nomenklatura ta" l-Għaqda Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekulari u, fil-każ ta" enzimi kumplessi, magħżulin fuq il-bażi ta" l-attività ta" l-enzima li tiddetermina l-funzjoni ta" l-enzima;
   b) l-ispeċifikazzjonijiet ta" l-enzima ta" l-ikel, li jinkludu l-oriġini tagħha, il-kriterji ta" purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra; fejn l-enzima ta" l-ikel tinkiseb minn organiżmu li jaqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi inkluża referenza għall-identifikatur uniku li jkun attribwit għall-organiżmu modifikat ġenetikament skond dak ir-Regolament;
   c) █l-ikel li miegħu tista" tiġi miżjuda l-enzima ta" l-ikel;
   d) █il-kondizzjonijiet li fihom tista" tintuża l-enzima ta" l-ikel;
   e) jekk ikun xieraq, jekk hemmx kwalunkwe restrizzjoni fuq il-bejgħ ta" l-enzima ta" l-ikel direttament lill-konsumatur jew le;
   f) █rekwiżiti speċifiċi fejn għandu x'jaqsam l-ittikkettar ta" l-ikel li fih intużaw l-enzimi ta" l-ikel sabiex ikun żgurat li l-konsumatur finali jkun informat dwar il-kondizzjoni fiżika ta" l-ikel jew dwar it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu.

3.  Il-lista Komunitarja għandha tiġi emendata skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

Artikolu 7

Enzimi ta' l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

Enzima ta' l-ikel li taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li m'hijiex diġà inkluża fil-lista Komunitarja tista' tkun inkluża f'dik il-lista f'konformità ma" dan ir-Regolament biss jekk ikunu koperti minn awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Kapitolu III

L-ittikkettar

Taqsima 1

L-ittikkettar ta" l-enzimi ta" l-ikel u preparazzjonijiet ta" l-enzimi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Artikolu 8

L-ittikkettar ta" l-enzimi ta" l-ikel u l-preparazzjonijiet ta" l-enzimi ta" l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1.  L-enzimi ta" l-ikel u l-preparazzjonijiet ta" l-enzimi ta" l-ikel li m'humiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari, kemm jekk jinbiegħu waħda waħda jew imħalltin ma" xulxin█, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fejn l-ippakkjar jew il-kontenituri jkollhom fuqhom l-informazzjoni li għaliha jaħseb dan l-Artikolu, li trid tkun tidher sew, tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista" titħassar.

2.  Il-pakketti jew il-kontenituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

   a) l-isem li ġie stabbilit f'dan ir-Regolament u d-deskrizzjoni skond in-nomenklatura ta' l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika u l-Bijoloġija Molekolari; u
   b) deskrizzjoni ta' enzima ta' l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwiha minn prodotti oħra li wieħed jista' jitfixkilhom magħha.

Fejn l-enzimi ta" l-ikel jew il-preparazzjonijiet ta" enzima ta" l-ikel jinbiegħu mħalltin ma" xulxin, għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-punt (a) jew (b) fir-rigward ta" kull enzima ta" l-ikel, f'ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħha skond il-piż tat-total;

   c) il-kwantità netta;
   d) id-data ta" skadenza li warajha ma jkunx loku li jsir użu ta" l-enzima ta" l-ikel;
   e) id-dikjarazzjoni jew "għall-użu fl-ikel" jew "użu ristrett fl-ikel" jew referenza aktar speċifika għall-użu maħsub tagħha fl-ikel;
   f) jekk ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet speċjali tat-trasport, tal-ħażna u ta" l-użu.

3.  Barra minn hekk, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja, jew fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur, jew fid-dokumenti relatati mal-prodott li għandhom jingħataw mal-kunsinna jew qabel ma l-kunsinna tasal, bil-kundizzjoni li l-indikazzjoni "intenzjonat għall-manifattur ta" l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut" tkun tidher fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur tal-prodott ikkonċernat:

   a) l-isem jew l-isem u l-indirizz tan-negozju tal-manifattur jew ta" min jippakkja, jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;
   b) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;
   c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni ta" dawn tipprekludi l-użu xieraq ta" l-enzima ta" l-ikel;
   d) fejn applikabbli, informazzjoni suffiċjenti dwar il-kompożizzjoni ta" l-enzima ta" l-ikel jew tal-preparazzjoni ta" l-enzima ta" l-ikel sabiex tippermetti lill-utent jikkonforma ruħu mal-limitazzjonijiet kwantitattivi fl-ikel: il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis; meta jiġu miżjuda l-enzimi ma' l-ikel, dan għandu jsir biss f'doża li hija strettament neċessarja sabiex jinkiseb il-għan li għalihom qed jintużaw. Dan għandu jimminimizza l-kwantità ta' l-enzimi inġestiti u jippermetti protezzjoni aħjar tal-gruppi sensittivi tal-popolazzjoni;
   e) informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-utent jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/13/KE, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati ma" l-ittikkettar ta" l-allerġen;
   f) l-effetti sekondarji ta' l-użu tagħhom fi kwantitajiet eċċessivi.

4.  Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijet amministrattivi iktar dettaljati jew iktar estensivi, rigward l-użin u l-kejl jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta" sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi jew li japplikaw għat-trasport ta" tali sustanzi.

5.  L-informazzjoni li jipprovdi għaliha dan l-Artikolu għandha tingħata b'lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja. Fit-territorju tiegħu stess, l-Istat Membru li fih il-prodott ikun promoss kummerċjalment jista" jistabbilixxi, skond ir-regoli tat-Trattat, li din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli, fuq talba, b'waħda jew iktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, li trid tiġi deċiża minn dak l-Istat Membru. Din m'għandhiex tipprekludi tali informazzjoni milli tkun indikata f'diversi lingwi.

Artikolu 9

Ir-rekwiżiti ta" l-informazzjoni fejn l-enzimi ta" l-ikel jew il-preparazzjonijiet ta" l-enzimi ta" l-ikel jiġu mħallta ma" ingredjenti ta" l-ikel oħra

Fejn l-enzimi ta" l-ikel jew il-preparazzjonijiet ta' enzima ta' l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma" ingredjenti ta" l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri tal-prodott li jirriżulta mit-taħlita għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f'ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Taqsima 2

L-ittikkettar ta" l-enzimi ta" l-ikel u preparazzjonijiet ta" l-enzimi ta" l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Artikolu 10

L-ittikkettar ta" enzimi ta" l-ikel u il-preparazzjonijiet ta" l-enzimi ta" l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-enzimi ta" l-ikel jew ikel li fih enzimi ta' l-ikel li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom ikun fih l-informazzjoni li ġejja, li trid tkun tidher sew, tinqara b'mod ċar u ma titħassarx:

   a) l-isem li bih tinbiegħ l-enzima ta' l-ikel jew kemm dak l-isem u l-funzjoni teknoloġika fl-ikel; l-isem għandu jkun magħmul mill-isem stabbilit minn kwalunkwe dispożizzjoni Komunitarja li tapplika għall-enzima ta" l-ikel konċernata;
   b) l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 9;
   c) fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prodotti fih organiżmi modifikati ġenetikament jew sustanzi magħmula minnhom.

Barra minn hekk, informazzjoni dwar l-enzimi kollha użati fil-proċess ta' produzzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-konsumaturi, jekk mhux fuq it-tikketta, għall-inqas permezz ta' mezzi ta' informazzjoni oħrajn, bi prijorità mogħtija lil dawk fil-mument tal-bejgħ. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-aċċess ta' l-informazzjoni mill-konsumaturi mid-dar, pereżempju mill-internet jew permezz ta' hotlines telefoniċi.

Kapitolu IV

Id-dispożizzjonijiet proċedurali u l-implimentazzjoni

Artikolu 11

L-obbligu ta" l-informazzjoni

1.  Produttur jew utent ta" enzima ta" l-ikel għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista" taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà ta" l-enzima ta" l-ikel.

2.  Fuq it-talba tal-Kummissjoni, produttur jew utent ta" enzima ta" l-ikel għandu jinformaha dwar l-użu effettiv ta" l-enzima ta" l-ikel.

Artikolu 12

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill- mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta" l-Annimali (║'il-Kumitat").

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

Il-finanzjament tal-Komunità tal-politika armonizzata

Il-bażi legali ta" l-iffinanzjar tal-miżuri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament huwa l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004

KAPITOLU V

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 14

It-twaqqif tal-lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel

1.  Il-lista Komunitarja ta" l-enzimi ta" l-ikel għandha tkun ikkompilata fuq il-bażi ta" l-applikazzjonijiet li jkunu saru skond il-paragrafu 2.

2.  Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet għall-inklużjoni ta" enzima ta" l-ikel fil-lista Komunitarja.

Il-perjodu li fih iridu jiġu sottomessi applikazzjonijiet bħal dawn għandu jkun ta" 24 xahar wara d-data ta" l-applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Reġistru ta" l-enzimi ta" l-ikel kollha li se jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista Komunitarja, li dwarhom tkun ġiet sottomessa applikazzjoni, skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li tikkonforma mal-kriterji ta" validità li għandhom jiġu stabbiliti skond skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-additivi ta'l-ikel, enzimi ta'l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel] ("ir-Reġistru"). Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-applikazzjonijiet lill-Awtorità għall-opinjoni tagħha.

4.  Il-lista Komunitarja għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […][li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], ladarba l-Awtorità tkun ħarġet opinjoni dwar kull enzima ta" l-ikel li hija inkluża fir-Reġistru.

Madankollu, bħala deroga minn dik il-proċedura:

   a) l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru […] [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-additivi ta'l-ikel, enzimi ta'l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel] m'għandux japplika għall-adozzjoni mill-Awtorità ta" l-opinjoni tagħha;
   b) l-Awtorità se titħalla tiddeċiedi dwar proċedura ta' awtorizzazzjoni mgħaġġla għal enzimi ta' l-ikel li attwalment huma fis-suq jekk l-Awtorità tkun sodisfatta li ġew evalwati fir-rigward tas-sikurezza tagħhom b'mod xieraq fuq livell nazzjonali jew Komunitarju fl-UE sabiex enzimi bħal dawn ikunu jistgħu jiġu trasposti għal-lista Komunitarja ta' enzimi ta' l-ikel;
   ( c) il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista Komunitarja għall-ewwel darba wara li l-Awtorità tkun tat l-opinjoni tagħha dwar l-enzimi ta" l-ikel kollha li huma elenkati fir-Reġistru.

5.  Jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe miżura tranżitorja li tkun xierqa għall-iskopijiet ta" dan l-Artikolu tista" tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 15

Il-mizuri tranżitorji għal ċerti enzimi ta" l-ikel li hum diġà koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja

Minkejja l-Artikoli 6 u 14 tar-Regolament preżenti, meta tkun ikkompilata, il-lista Komunitarja għandha tinkludi l-enzimi ta" l-ikel li ġejjin:

(a)  L-Invertase E 1103 u l-Lysozyme E 1105, waqt li jkunu ddikjarati l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħhom, kif inhu speċifikat fl-Anness I u l-Parti C ta" l-Anness III għad-Direttiva 95/2/KE;

   (b) L-ureża, il-beta-glucanase u l-lysozyme, għall-użu fl-inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-regoli implimentattivi għal dak ir-Regolament.

Artikolu 16

L-emendi għad-Direttiva 83/417/KEE

Fid-Direttiva 83/417/KEE, fit-Taqsima III(d) ta" l-Anness I, l-inċiżi għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"

–   tames li jilħaq ir-rekwiżiti tar-║Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'...[dwar l-enzimi ta" l-ikel]*,

–   enzimi oħra li jgħaqqdu l-ħalib li jilħqu r-rekwiżiti tar-║Regolament (KE) Nru …/… [dwar l-enzimi ta" l-ikel].

____________________

* ĠU L ...

"

Artikolu 17

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 258/97

Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, se jiżdied dan il-punt (d):

"
   d) l-enzimi ta' l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... [dwar l-enzimi ta' l-ikel]*.
  

____________________

  

* ĠU L ...

"

Artikolu 18

L-emenda għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

Fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandu jkun miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

"

3.  L-enzimi u l-preparazzjonijiet enzimatiċi li jintużaw fil-prattika u fil-proċessi enoloġiċi awtorizzati li huma elenkati fl-Anness IV, għandhom jilħqu r-rekwiżiti tar-║Regolament KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'...[dwar l-enzimi ta" l-ikel]*.

____________________

* ĠU L ...

"

Artikolu 19

L-emendi għad-Direttiva 2000/13/KE

B'dan qed tiġi emendata d-Direttiva 2000/13/KE kif ġej:

1.  L-Artikolu 6(4) għandu jiġi emendat kif ġej:

   (a) Il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
(a)  "Ingredjent" għandha tfisser kwalunkwe sustanza, inklużi l-addittivi u l-enzimi, li tintuża fil-manifattura jew fil-preparazzjoni ta" oġġett ta" l-ikel u li tkun għadha preżenti fil-prodott finali, anki jekk f'għamla mibdula."
   (b) Fil-punt (c)(ii), il-kelma introduttiva "addittivi" għandha tiġi sostitwita b'addittivi u enzimi";

2.  Fl-Artikolu 6(6), għandu jiġi miżjud l-inċiż li ġej:

"
   ║enzimi preżenti fil-prodott ta' l-ikel iridu jiġu indikati permezz ta' l-isem ta' waħda mill-kategoriji ta' ║ingredjenti mniżżla fl-Anness II, segwiti mill-isem speċifiku tagħhom u indikazzjoni ta' jekk għadhomx attivi jew le fil-prodott finali; fir-rigward ta' enzimi prodotti minn GMOs għandu jkun hemm indikazzjoni li tgħid "prodotti minn GMOs" fuq it-tikketta,
"

Artikolu 20

L-emendi għad-Direttiva 2001/112/KE

Fid-Direttiva 2001/112/KE, ir-raba", il-ħames u s-sitt inċiżi fit-Taqsima II (2) ta" l-Anness I għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"
   Enzimi pectolytic li jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [dwar l-enzimi ta" l-ikel] *
   Enzimi proteolytic li jiħqu r-rekwiżiti tar-Regolament KE) Nru …/…
   Enzimi amylolytic li jiħqu r-rekwiżiti tar-Regolament KE) Nru …/…
  

____________________

  

* ĠU L ...

"

Artikolu 21

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4 għandu japplika mid-data ta" l-applikazzjoni tal-lista Komunitarja. Sa dik id-data, fl-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ li jikkonċernaw it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta" l-enzimi ta" l-ikel u ta" l-ikel li jiġi prodott b'enzimi ta" l-ikel.

L-Artikoli 8 sa 10 għandhom japplikaw minn ...(19).

Enzimi ta' l-ikel, preparazzjonijiet ta' enzimi ta' l-ikel u ikel li fih enzimi ta' l-ikel li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 8 u 9 u tpoġġew fis-suq jew ġew ittekkettati qabel ...(20) jistgħu jkunu kummerċjalizzati sad-data ta' l-iskadenza tagħhom.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikat fil-ĠU.
(2) ĠU C 168, 20.7.2007, p.34.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2007.
(4) ĠU L ...
(5) ĠU L ...
(6) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.
(8) ĠU L 237, 26.8.1983, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(9) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(10) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
(11) ĠU L ...
(12) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(13) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p . 99).
(14) ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10) .
(15) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 556/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 3).
(16) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).
(17) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(18) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1791/2006.
(19)* 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta" dan ir-Regolament.
(20)* 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.


Ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel b'karatteristiċi ta' taħwir għall-użu fl-ikel ***I
PDF 582kWORD 506k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel b'karatteristiċi ta' taħwir għall-użu fl-ikel u li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE (COM(2006)0427 – C6-0259/2006 – 2006/0147(COD))
P6_TA(2007)0323A6-0185/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0427)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0259/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0185/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel b'karatteristiċi ta' taħwir għall-użu fl-ikel u li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, Regolament (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE

P6_TC1-COD(2006)0147


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Fid-dawl ta" l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, jeħtieġ li d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta" Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri, li għandhom x'jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta" l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom(4) tiġi aġġornata. Fl-interessi tal-ċarezza u ta" l-effiċjenza d-Direttiva 88/388/KEE għandha tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/389/KEE tat-22 ta" Ġunju 1988 dwar l-istabbiliment,mill-Kummissjoni, ta" inventarju tal-materjali u s-sustanzi mis-sors użati fil-preparazzjoni ta" taħwir(5) tipprevedi l-istabbiliment ta" dak l-inventarju fi żmien 24 xahar mill-adozzjoni tagħha. Dik id-Deċiżjoni issa għadda żmienha u għandha tiġi rrevokata.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE tas-16 ta" Jannar 1991 li tikkompleta d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taħwir għall-użu fl-oġġetti ta" l-ikel u mal-materjali mis-sors għall-produzzjoni tagħhom (6) tistabbilixxi r-regoli dwar l-ittikkettar tal-ħwawar. Dawn ir-regoli qed jiġu ssostitwiti b'dan ir-Regolament ║u dik id-Direttiva issa għandha tiġi rrevokata.

(4)  Il-moviment liberu ta" ikel sikur u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(5)  Sabiex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem, l-ambitu ta" dan ir-Regolament għandu jkopri l-ħwawar, il-materjali mis-sors għall-ħwawar u l-ikel li fih il-ħwawar. Għandu jkopri wkoll ċerti ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir li jiġu miżjuda ma" l-ikel bl-għan prinċipali li tiżdied il-benna u li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-preżenza fl-ikel ta" ċerti sustanzi mhux mixtieqa li jseħħu b'mod naturali ("ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir"), il-materjal mis-sors tagħhom u l-ikel li jinstabu fih.

(6)  Il-ħwawar u l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir jistgħu jintużaw biss jekk jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament. Iridu jkunu mingħajr periklu meta jiġu użati, u għalhekk ċerti ħwawar għandha ssirilhom evalwazzjoni tar-riskju qabel ma jistgħu jkunu permessi fl-ikel. Fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni dwar jekk jistax ikun hemm xi konsegwenzi negattivi għal gruppi vulnerabbli, inkluż l-iżvilupp ta" preferenzi fit-togħma fit-tfal. Dawn m'għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur, u għalhekk il-preżenza tagħhom fl-ikel għandha dejjem tkun indikata permezz ta" tikkettar xieraq. Il-każijiet fejn il-konsumatur huwa żgwidat jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, kwistjonijiet relatati ma' kemm hu frisk il-prodott, mal-kwalità ta' l-ingredjenti użati, ma' kemm hu naturali l-prodott jew il-proċess tal-produzzjoni jew mal-kwalità nutrittiva tal-prodott.

(7)  Sa mill-1999, il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, u sussegwentement l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, esprima opinjonijiet dwar numru ta" sustanzi li jseħħu b'mod naturali f'materjali mis-sors għall-ħwawar u għall-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir(7) li, skond il-Kumitat ta" l-Esperti tas-Sustanzi ta" Taħwir tal-Kunsill ta" l-Ewropa, iqajmu tħassib tossikoloġiku. Sustanzi li għalihom kien ikkonfermat it-tħassib tossikoloġiku mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għandhom jitqiesu bħala sustanzi mhux mixtieqa li bħala tali m'għandhomx jiġu miżjuda ma" l-ikel.

(8)  Minħabba li jseħħu b'mod naturali fil-pjanti, is-sustanzi mhux mixtieqa jistgħu jkunu preżenti fi preparazzjonijiet ta" taħwir u f'ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir. Tradizzjonalment, il-pjanti jintużaw bħala ikel jew bħala ingredjenti ta" l-ikel. Għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi xierqa għall-preżenza ta" dawn is-sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel li l-iktar li jikkontribwixxi għall-konsum mill-bniedem ta" dawn is-sustanzi, fejn jitqiesu kemm il-ħtieġa li tiġi mħarsa s-saħħa tal-bniedem kif ukoll il-preżenza inevitabbli tagħhom fl-ikel tradizzjonali.

(9)  Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet fuq livell Komunitarju biex ikun ipprojbit jew ristrett l-użu ta" ċerti materjali tal-pjanti jew ta" l-annimali li jqajmu tħassib għas-saħħa tal-bniedem fil-produzzjoni tal-ħwawar u ta" l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir u fl-applikazzjoni tagħhom fil-produzzjoni ta" l-ikel.

(10)  Għandhom isiru valutazzjonijiet tar-riskju mill-Awtorità Europea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, ║minn hawn "il quddiem║'l-Awtorità", li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta" sigurtà ta" l-ikel(8).

(11)  Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors li jeħtieġ li ssirilhom evalwazzjoni, għandhom jitwettqu skond il-prinċipju ta" prekawzjoni u l-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru.../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... [li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għall-ħwawar ta" l-ikel](9).

(12)  Is-sustanzi ta" taħwir huma sustanzi li huma ddefiniti kimikament bi proprjetajiet ta" taħwir. Għaddej programm ta" evalwazzjoni ta" sustanzi ta" taħwir skond ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-oġġetti ta" l-ikel(10). Skond dak ir-Regolament għandha tiġi adottata lista ta" sustanzi ta" taħwir fi żmien ħames snin mill-adozzjoni ta" dak il-programm. Għandha tiġi ffissata skadenza ġdida għall-adozzjoni ta" dik il-lista. Il-lista se tiġi proposta ħalli tkun inkluża fil-lista li tissemma fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru.../2007 [li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, l-enzimi ta' l-ikel u l-ħwawar ta' l-ikel](11) +.

(13)  Il-preparazzjonijiet ta" taħwir huma ħwawar li mhumiex sustanzi ddefiniti kimikament li jinkisbu minn materjali li ġejjin mill-veġetali, mill-annimali u mill-minerali, permezz ta" proċessi fiżiċi, enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi xierqa, jew fl-istat naturali tal-materjal jew wara li jkun ġie pproċessat għall-konsum mill-bniedem. Il-preparazzjonijiet ta" taħwir li ġew prodotti mill-ikel mhemmx għalfejn jgħaddu minn proċedura ta" evalwazzjoni jew approvazzjoni għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel sakemm ma jkunx hemm dubju dwar is-sikurezza tagħhom. Madankollu, is-sikurezza tal-preparazzjonijiet ta" taħwir li ġew prodotti minn materjal li mhux ikel għandha tiġi evalwata qabel l-approvazzjoni.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru. 178/2002 jiddefinixxi l-ikel bħala kwalunkwe sustanza, jew prodott, kemm jekk ipproċessat, ipproċessat b'mod parzjali jew mhux ipproċessat, li huwa maħsub, jew raġonevolment mistenni li jkun, għall-inġestjoni mill-bniedem jew le. Il-materjali ġejjin mill-veġetali, mill-annimali jew li għandhom oriġini mikrobijoloġika, li s'issa hemm evidenza sinifikanti li jintużaw għall-produzzjoni tal-ħwawar, għal dan l-iskop jitqiesu bħala materjali ta" l-ikel, anki jekk uħud minn dawn il-materjali mis-sors, bħalma huma rose wood, il-laqx mill-injam tal-ballut u l-weraq tal-frawli, jistgħu ma jkunux intużaw għall-ikel bħala tali. M'hemmx għalfejn jiġu evalwati.

(15)  Bl-istess mod, il-ħwawar li għaddew minn proċess termali li ġew prodotti mill-ikel f'kondizzjonijiet awtorizzati mhemmx għalfejn jgħaddu minn proċedura ta" evalwazzjoni jew approvazzjoni għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel sakemm ma jkunx hemm dubju dwar is-sikurezza tagħhom. Madankollu, is-sikurezza tal-ħwawar li għaddew minn proċess termali li ġew prodotti minn materjal li mhux ikel jew li ġew prodotti f'kondizzjonijiet li ma ġewx awtorizzati għandha tiġi evalwata qabel l-approvazzjoni.

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-10 ta" Novembru 2003 dwar taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel(12), jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni tas-sikurezza u l-approvazzjoni tal- ħwawar bl-affumikazzjoni u għandu l-għan li jistabbilixxi lista ta" kondensati primarji ta" l-affumikazzjoni u frazzjonijiet primarji tad-duħħan tat-tabakk li l-użu tagħhom huwa awtorizzat bl-esklużjoni ta" l-oħrajn kollha.

(17)  Il-prekursuri tal-benna jagħtu l-benna lill-ikel permezz ta" reazzjonijiet kimiċi li jseħħu waqt l-ipproċessar ta" l-ikel. Il-prekursuri tal-benna li ġew prodotti mill-ikel mhemmx bżonn għalfejn jgħaddu minn proċedura ta" evalwazzjoni jew approvazzjoni għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel sakemm ma jkunx hemm dubju dwar is-sikurezza tagħhom. Madankollu, is-sikurezza tal-prekursuri tal-benna li jiġu prodotti minn materjal li mhux ikel għandha tiġi vvalutata qabel l-approvazzjoni.

(18)  Ħwawar oħrajn li ma jaqgħux taħt id-definizzjonijiet tal-ħwawar li ssemmew qabel jistgħu jintużaw fl-ikel u fuq l-ikel wara li jkunu għaddew minn proċedura ta" evalwazzjoni u approvazzjoni.

(19)  Il-materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali, li n-natura tiegħu hija mikrobijoloġika jew minerali li mhux ikel jista" jiġi awtorizzat biss għall-produzzjoni tal-ħwawar wara li s-sikurezza tiegħu ġiet evalwata b'mod xjentifiku. Jista" jkun hemm il-ħtieġa li jkun awtorizzat l-użu ta" ċerti partijiet biss tal-materjal jew li jiġu ffissati kondizzjonijiet għall-użu.

(20)  Ħwawar jew materjal mis-sors li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(13) għandhom ikunu awtorizzati skond dak ir-Regolament, kif ukoll skond dan ir-Regolament.

(21)  Is-sustanzi ta" taħwir jew il-preparazzjonijiet ta" taħwir għandhom jiġu ttikkettati bħala "naturali" jekk jikkonformaw ma" ċerti kriterji li jiżguraw li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati.

(22)  Ir-rekwiżiti speċifiċi ta" l-informazzjoni għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux iggwidati ħażin dwar il-materjal mis-sors użat għall-produzzjoni tal-ħwawar naturali. █

(23)  Ħwawar ta" l-ikel għandhom jibqgħu suġġetti għall-obbligi ġenerali ta" tikkettar kif stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel(14) u, meta adatt, fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Barra minn hekk, f'dan ir-Regolament għandhom ikunu inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tikkettar ta" ħwawar mibjugħa bħala tali lill-manifattur jew lill-konsumatur finali.

(24)  Il-konsumaturi għandhom ikunu informati jekk it-togħma ta" affumikat ta" ikel partikolari hiex minħabba ż-żieda ta" ħwawar bl-affumikazzjoni. Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE ║, l-isem li bih jinbiegħ il-prodott m'għandux joħloq konfużjoni lill-konsumatur dwar jekk il-prodott huwiex affumikat b'mod konvenzjonali b'affumikazzjoni friska jew jekk huwiex ittrattat bil-ħwawar bl-affumikazzjoni. Dik id-Direttiva jeħtieġ li tiġi adattata għad-definizzjonijiet tal-ħwawar, tal-ħwawar bl-affumikazzjoni u tat-terminu "naturali" għad-deskrizzjoni tal-ħwawar li ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament ║.

(25)  Għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi ta" taħwir minħabba s-saħħa tal-bniedem, l-informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tas-sustanzi ta" taħwir hija kruċjali. L-ammonti ta" sustanzi ta" taħwir miżjuda ma" l-ikel għandhom għalhekk jiġu kkontrollati fuq bażi regolari.

(26)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni(15).

(27)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex, inter alia, tadatta Annessi II sa V ║ għall-progress xjentifiku u tekniku u biex tistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir ta' informazzjoni dwar il-konsum u l-użu ta' taħwir. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jħassru x'uħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw dan ir-Regolament b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn ghandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE..

(28)  Sabiex tkun żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħwawar b'mod proporzjonat u effettiv, huwa meħtieġ li tinġabar id-data, ikun hemm qsim ta" l-informazzjoni u tiġi kkoordinata l-ħidma bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista" jkun utli li jitwettqu studji biex ikunu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi bl-għan li jkun iffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Huwa xieraq li l-Komunità tiffinanzja studji bħal dawn bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha. Il-finanzjament ta" tali miżuri huwa kopert bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar kontrolli uffiċjali eżegwiti biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali(16) u għalhekk il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri ta" hawn fuq se tkun ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(29)  Sakemm titwaqqaf il-lista Komunitarja, għandu jsir provvediment għall-evalwazzjoni u għall-approvazzjoni ta" sustanzi ta" taħwir li mhumiex koperti mill-programm ta" evalwazzjoni previst fir-Regolament (KE) Nru. 2232/96. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim tranżitorju. Taħt dak ir-reġim, għandhom jiġu evalwati u approvati sustanzi ta" taħwir bħal dawn skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru.../2007 [li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, l-enzimi ta' l-ikel u l-ħwawar ta' l-ikel](17). Madankollu m'għandhomx japplikaw il-perjodi taż-żmien previsti f'dak ir-Regolament biex l-Awtorità tadotta l-opinjoni tagħha u biex il-Kummissjoni tissottometti abbozz ta" Regolament li jaġġorna l-lista Komunitarja mal- Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta" l-Annimali, għaliex għandha tingħata prijorità lill-programm ta" evalwazzjoni li jkun għaddej.

(30)  Billi l-għan ta" l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli Komunitarji dwar l-użu ta" ħwawar u ċerti ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir fl-ikel u fuq l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u l-livell għoli ta" ħarsien tal-konsumatur, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif ġie stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif ġie stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89 tad-29 ta" Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta" xorb spirituż(18) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91 ta" l-10 ta" Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta" nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta" l-inbid(19) jeħtieġ li jiġu adattati għal ċerti definizzjonijiet ġodda li ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament ║.

(32)  Ir-Regolamenti (KEE) Nru. 1576/89, (KEE) Nru 1601/91 u (KE) Nru 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE għandhom jiġu emendati skond dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar ħwawar u ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel biex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ħarsien tal-konsumatur u l-funzjonament effettiv tas-suq intern █.

Għal dawk l-għanijiet, dan ir-Regolament jipprevedi:

   a) lista Komunitarja ta" ħwawar u materjali mis-sors li ġew approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, li ġiet stabbilita fl-Anness I ("il-lista Komunitarja);
   b) il-kondizzjonijiet ta" l-użu tal-ħwawar u ta" l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir fl-ikel u fuq l-ikel;
   c) ir-regoli dwar l-ittikkettar tal-ħwawar.

Artikolu 2

L-ambitu

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

   a) il-ħwawar li jintużaw jew li huma maħsuba għall-użu fl-ikel jew fuq l-ikel, bla ħsara għal dispożizzjonijiet iktar speċifiċi stipulati fir-Regolament (KE) Nru. 2065/2003;
   b) l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir;
   c) l-ikel li fih ħwawar u/jew ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir;
   d) il-materjali mis-sors għal ħwawar u ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir.

2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

   a) sustanzi li għandhom esklużivament togħma ħelwa, qarsa jew mielħa;
   b) ikel nej jew mhux kompost bħal, iżda mhux esklussivament, ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski, imnixxfin jew friżati jew infużjonijiet tat-tè/ħxejjex fihom infushom.

3.  Fejn ikun meħtieġ, jista" jiġi deċiż skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 18(3) jekk sustanza jew taħlita ta" sustanzi, materjal jew tip ta" ikel partikolari jaqax fl-ambitu ta" dan ir-Regolament jew le.

Artkolu 3

Id-definizzjonijiet

1.  Għall-iskopijiet ta" dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u (KE) Nru 1829/2003.

2.  Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

  a) "ħwawar' għandha tfisser prodotti:
   i) li mhumiex maħsuba biex jiġu kkonsmati bħala tali, li jiġu miżjuda ma" l-ikel sabiex jagħtu riħa u/jew togħma;
   ii) li huma magħmulin jew li jikkonsistu mill-kategoriji li ġejjin: sustanzi ta" taħwir, preparazzjonijiet ta" taħwir, ħwawar li għaddew minn proċess termali, ħwawar bl-affumikazzjoni, prekursuri tal-benna jew ħwawar oħra jew taħlitiet tagħhom;
   iii) li jista" jkun fihom ikel inklużi addittivi ta" l-ikel kif permessi mir-Regolament (KE) Nru.../2007 [dwar l-addittivi ta" l-ikel](20);
   b) "sustanza ta" taħwir' għandha tfisser sustanza ddefinita kimikament bi proprjetajiet ta" taħwir li tinkiseb permezz ta' proċessi naturali xierqa jew sinteżi kimika;
   c) "sustanza ta" taħwir naturali' għandha tfisser sustanza ta" taħwir li tinkiseb permezz ta" proċessi fiżiċi, enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi xierqa minn materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali jew li għandu oriġini mikrobijoloġika jew fl-istat nej jew wara li ġie pproċessat għall-konsum mill-bniedem permezz ta" wieħed jew iktar mill-proċessi ta" preparazzjoni ta" l-ikel tradizzjonali li ġew elenkati fl-Anness II;
  d) "preparazzjoni ta" taħwir' għandha tfisser prodott, għajr għal sustanza ta" taħwir, li nkiseb minn:

u/jew
   i) ikel permezz ta" proċessi fiżiċi, enzimatiaċi jew mikrobijoloġiċi xierqa jew fl-istat nej tal-materjal jew wara li ġie pproċessat għall-konsum mill-bniedem permezz ta" wieħed jew iktar mill-proċessi ta" preparazzjoni ta" l-ikel tradizzjonali li ġew elenkati fl-Anness II u/jew mill-proċessi fiżiċi xierqa;
   ii) materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali jew li għandu oriġini mikrobijoloġika, li mhux ikel, li nkiseb permezz ta" wieħed jew iktar mill-proċessi ta" preparazzjoni ta" l-ikel tradizzjonali li ġew elenkati fl-Anness II u/jew mill-proċessi fiżiċi, enzimatiċi jew mikrobijoloġiċi xierqa;
  e) "ħwawar li għaddew minn proċess termali" għandha tfisser prodott li nkiseb wara trattament bis-sħana minn taħlita ta" ingredjenti li mhux bilfors għandhom proprjetajiet ta" taħwir huma stess, li minnhom għall-inqas wieħed fih in-nitroġenu (amminiku) u ieħor huwa zokkor li jnaqqas aġent ossidanti mhux qawwi (reducing sugar); l-ingredjenti għall-produzzjoni tal-ħwawar li għaddew minn proċess termali jistgħu jkunu:

u/jew
   i) ikel;
   ii) materjal mis-sors li mhux ikel;
   f) "ħwawar bl-affumikazzjoni" għandha tfisser prodott li jinkiseb permezz tal-frazzjonament u tal-purifikazzjoni ta" affumikazzjoni kondensata li tagħti kondensati primarji ta" l-affumikazzjoni u frazzjonijiet primarji tad-duħħan tat-tabakk u/jew ħwawar bl-affumikazzjoni derivat kif ġie ddefinit fil-punti (1), (2) u (4) ta" l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 2065/2003;
  g) "prekursur tal-benna" għandha tfisser prodott, li mhux bilfors ikollu proprjetajiet ta" taħwir huwa stess, li jiġi miżjud b'mod intenzjonali ma" l-ikel għall-iskop waħdieni li tiġi prodotta benna billi jitkissru jew ikun hemm reazzjoni ma" komponenti oħrajn waqt l-ipproċessar ta" l-ikel; jista" jinkiseb minn:

u/jew
   i) ikel;
   ii) materjal mis-sors li mhux ikel;
   h) "ħwawar li m'humiex speċifikati x'imkien ieħor" għandha tfisser ħwawar li ġew miżjuda jew kienu maħsuba biex jiġu miżjuda ma" l-ikel sabiex jagħtu riħa u/jew togħma u li ma jaqgħux taħt id-definizzjonijiet (b) sa (g);
   i) "ingredjent ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir" għandha tfisser ingredjent ta" l-ikel għajr għall-ħwawar li jistgħu jiġu miżjuda ma" l-ikel bl-iskop prinċipali li tiżdied il-benna jew tiġi mmodifikata l-benna ta" l-ikel u l-użu ta" dan l-ingredjent jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-preżenza ta" sustanzi f'ikel kompost kif speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness III;
  j) "materjal mis-sors" għandha tfisser materjal li ġej mill-veġetali, mill-annimali jew li għandu oriġini mikrobijoloġika jew minerali li minnu jiġu prodotti ħwawar jew ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir; jista" jkun:

jew
   i) ikel;
   ii) materjal mis-sors li mhux ikel;
   k) "prodott bl-OGM' tfisser derivat bl-użu ta' OGM bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-proċess ta' produzzjoni, imma li ma jkunx fih jew magħmul minn OGM u lanqas prodott minn OGM;
   ( l) "proċess fiżiku xieraq" għandha tfisser proċess fiżiku li ma jimmodifikax b'mod intenzjonali n-natura kimika tal-komponenti tal-ħwawar, bla ħsara għall-elenkar ta" proċessi ta" preparazzjoni ta" ikel tradizzjonali fl-Anness II, f'liema proċessi l-użu ta" ossiġnu ta" enerġija ogħla (singlet oxygen), ożonu, katilizzaturi inorganiċi, █reaġenti organometalliċi u/jew radjazzjoni UV m'huwiex inkluż.

3.  Għall-iskop tad-definizzjonijiet li ġew elenkati fil-paragrafu 2 (e), (g) u (j), il-materjali mis-sors li sa dak iż-żmien hemm evidenza sinifikanti li ntużaw għall-produzzjoni tal-ħwawar, jitqiesu bħala ikel.

KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TAL-ĦWAWAR, TA" L-INGREDJENTI TA" L-IKEL BI PROPRJETAJIET TA" TAĦWIR U TAL-MATERJALI MIS-SORS

Artikolu 4

Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tal-ħwawar jew ta" l- ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir

Il-ħwawar jew l-ingredjenti ta" l-ikel bi propjetajiet ta" taħwir li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel:

   a) ibbażat fuq l-evidenza xjentifika disponibbli u fuq il-prinċipju ta" prekawzjoni, mhumiex ta" periklu għas-saħħa tal-konsumatur;
   b) l-użu tagħhom ma jiżgwidax lill-konsumatur;
   c) l-użu tagħhom għandu vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur;
   d) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli.

Artikolu 5

Il-preżenza ta" ċerti sustanzi

1.  Is-sustanzi li ġew elenkati fil-Parti A ta" l-Anness III m'għandhomx jiġu miżjuda bħala tali ma" l-ikel.

2.  Meta jkun hemm tħassib xjentifiku ġġustifikat li ċerti sustanzi, preżenti b'mod naturali fil-ħwawar u fl-ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir, f'ikel kompost jista' jqanqal tħassib dwar is-saħħa tal-konsumatur, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta minn Stati Membri, u wara l-opinjoni ta' l-Awtorità, tistabbilixxi livelli massimi għal dawn is-sustanzi li għandhom ikunu elenkati f'parti B ta' l-Anness III.

Il-livelli massimi għandhom japplikaw għall-ikel kompost kif ikun offrut lest għall-konsum jew kif ikun ippreparat skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

3.  Permezz ta" deroga mill-paragrafu 2, il-livelli massimi m'għandhomx japplikaw fejn ikel kompost ma jkollux ħwawar miżjuda u l-uniċi ingredjenti ta" l-ikel b'karatteristiċi ta" ħwawar li jkunu ġew miżjuda jkunu ħxejjex aromatiċi u ħwawar friski, mnixxfin jew friżati.

4.  Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 6

L-użu ta" ċerti materjali mis-sors

1.  Il-materjali mis-sors li huma elenkati fil-Parti A ta" l-Anness IV m'għandhomx jintużaw għall-produzzjoni ta" ħwawar u ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir.

2.  Il-ħwawar u l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir li ġew prodotti mill-materjali mis-sors li ġew elenkati fil-Parti B ta" l-Anness IV jistgħu jintużaw biss fil-kondizzjonijiet indikati f'dak l-Anness.

Artikolu 7

Il-ħwawar li għalihom mhumiex meħtieġa evalwazzjoni u approvazzjoni

1.  Il-ħwawar li ġejjin jistgħu jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel mingħajr approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, sakemm ikunu konformi ma" l-Artikolu 4:

   a) il-preparazzjonijiet ta" taħwir li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(d)(i);
   b) il-ħwawar li għaddew minn proċess termali li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(e)(i) u li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta" ħwawar li għaddew minn proċess termali u mal-livelli massimi ta" ċerti sustanzi fil-ħwawar li għaddew minn proċess termali li ġew stabbiliti fl-Anness V;
   c) il-prekursuri tal-benna li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(g)(i);
   d) l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, jekk il-Kummissjoni, Stat Membru jew l-Awtorità ║ tesprimi dubji dwar is-sikurezza tal-ħwawar jew ta" ingredjent ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir li jissemma fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tagħmel valutazzjoni tar-riskju ta" ħwawar jew ingredjent ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir bħal dan. Imbagħad għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolament (KE) Nru [li jistabilixxi proċedura komuni ta' awtorizzazzjoni għal additivi ta'l-ikel, enżimi ta' l-ikel u ħwawar ta' l-ikel](21).

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri skond l-opinjoni ta" l-Awtorità, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 18(3). Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti fl-Annessi III, IV u/jew V kif jixraq.

KAPITOLU III

IL-LISTA KOMUNITARJA TAL-ĦWAWAR U TAL-MATERJALI MIS-SORS LI ĠEW APPROVATI GĦALL-UŻU FL-IKEL U FUQ L-IKEL

Artikolu 8

Il-ħwawar u l-materjali mis-sors li għalihom huma meħtieġa evalwazzjoni u approvazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika:

   a) għas-sustanzi ta" taħwir;
   b) għall-preparazzjonijiet ta" taħwir li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(d)(ii);
   c) għall-ħwawar li għaddew minn proċess termali li nkisbu billi jissaħħnu l-ingredjenti li jaqgħu, b'mod parzjali jew għalkollox, taħt l-Artikolu 3(2)(e)(ii) jew li għalihom ma ntlaħqux il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta" ħwawar li għaddew minn proċess termali u l-livelli massimi għal ċerti sustanzi mhux mixtieqa li ġew stabbiliti fl-Anness V;
   d) għall-prekursuri tal-benna li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(g)(ii);
   e) għal ħwawar ║ li mhumiex speċifikati x'imkien ieħor li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(h);
   f) għall-materjali mis-sors, li mhumiex ikel, li jissemmew fl-Artikolu 3(2)(j)(ii).

Artikolu 9

Il-lista Komunitarja tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors

Mill-ħwawar u mill-materjali mis-sors li jissemmew fl-Artikolu 8, dawk biss li huma inklużi fil-lista Komunitarja jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jistgħu jintużaw fl-ikel u fuq l-ikel.

Artikolu 10

L-inklużjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors fil-lista Komunitarja

1.  Il-ħwawar jew il-materjal mis-sors jistgħu jiġu inklużi fil-lista Komunitarja, skond il-proċedura li ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru .../2007 [li jistabilixxi proċedura komuni ta' awtorizzazzjoni għal additivi ta'l-ikel, enżimi ta' l-ikel u ħwawar ta' l-ikel](22), biss jekk jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Artikolu 4.

2.  L-annotazzjoni għall-ħwawar jew għal materjal mis-sors fil-lista Komunitarja għandha tispeċifika:

   a) l-identifikazzjoni tal-ħwawar jew tal-materjal mis-sors approvat;
   b) fejn ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu użati l-ħwawar.

3.  Il-lista Komunitarja għandha tiġi emendata skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru. .../2007 [li tistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-additivi ta" l-ikel, għall-enzimi ta" l-ikel u għall-ħwawar ta" l-ikel]+.

Artikolu 11

Il-ħwawar jew il-materjali mis-sors li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 1829/2003

Il-ħwawar jew il-materjal mis-sors li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li m'humiex diġà inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness I ta" dan ir-Regolament jistgħu jiġu inklużi f'dik il-lista f'konformità ma" dan ir-Regolament biss jekk ikunu koperti minn awtorizzazzjoni skond █ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

KAPITOLU IV

L-ITTIKKETTAR

TAQSIMA 1

L-ITTIKKETTAR TAL-ĦWAWAR LI MHUMIEX MAĦSUBA GĦALL-BEJGĦ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 12

L-ittikkettar tal-ħwawar li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

Il-ħwawar li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża tagħhom għandu fuqu l-informazzjoni prevista fl-Artikoli 13 u 14, li trid tkun viżibbli faċilment, tinqara b'mod ċar u indelibbli.

Artikolu 13

Ir-rekwiżiti ġenerali ta" l-informazzjoni għall-ittikettar tal-ħwawar

1.  L-ippakkjar jew il-kontenituri tal-ħwawar li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

   a) id-deskrizzjoni tal-bejgħ: jew it-terminu "ħwawar" jew isem jew deskrizzjoni iktar speċifiku tal-ħwawar;
   b) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indrizz tal-manifattur jew tal-persuna li tippakkja, jew ta" bejjiegħ stabbiliti fil-Komunità;
   c) id-dikjarazzjoni jew "għall-użu fl-ikel" jew id-dikjarazzjoni "użu ristrett fl-ikel" jew referenza iktar speċifika għall-użu maħsub tiegħu fl-ikel;
  d) lista fl-ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta":
   i) il-kategoriji tal-ħwawar preżenti; u
   ii) l-ismijiet ta" kull waħda mis-sustanzi l-oħra jew ta" kull wieħed mill-materjali l-oħrajn li jinsabu fil-prodott, █il-kodiċi E tagħhom, u, fejn ikun xieraq, l-indikazzjoni "prodott mill-GMOs";
   e) indikazzjoni tal-kwantità massima ta" kull komponent jew grupp ta" komponenti li suġġetti għal limitazzjoni kwantitativa fl-ikel u/jew għal informazzjoni xierqa f'termini ċari u li jinftehmu faċilment li jippermettu lix-xerrej li jikkonforma ma" dan ir-Regolament jew ma" leġiżlazzjoni Komunitarja oħra rilevanti, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
   f) jekk ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet speċjali għall-ħażna u għall-użu;
   g) data sakemm l-inqas li jistgħu jżommu;
   h) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;
   i) il-kwantità netta.

2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (g) ta" dak il-paragrafu tista" tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-konsenja li għandhom ikunu pprovduti ma" jew qabel il-konsenja, sakemm l-indikazzjoni "maħsuba għall-manifattura ta" ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut" tidher fuq parti ta" l-ippakkjar jew tal-kontenitur tal-prodott ikkonċernat li hija viżibbli faċilment.

Artikolu 14

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta" l-informazzjoni għad-deskrizzjoni tal-bejgħ tal-ħwawar

1.  It-terminu "naturali" jista" jintuża biss biex ikunu deskritti l-ħwawar fid-deskrizzjoni tal-bejgħ li tissemma fl-Artikolu 13(1)(a) kif previst fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

2.  It-terminu "naturali" għad-deskrizzjoni tal-ħwawar tista" tintuża biss jekk il-komponent ta" taħwir jinkludi biss preparazzjonijiet ta" taħwir u/jew sustanzi naturali ta" taħwir.

3.  It-terminu "sustanza(i) ta" taħwir naturali" jista" jintuża biss għall-ħwawar fejn il-komponent ta" taħwir fih esklużivament sustanzi naturali ta" taħwir.

4.  It-terminu "naturali" jista" jintuża biss flimkien ma" referenza għal ikel, kategorija ta" ikel jew sors ta" taħwir ta" veġetali jew annimali, jekk mill-inqas 95% [w/w] tal-komponent ta" taħwir inkiseb mill-materjal mis-sors imsemmi.

Il-komponent ta" taħwir jista" jkun fih preparazzjonijiet ta" taħwir u/jew sustanzi ta" taħwir naturali.

Id-deskrizzjoni għandha taqra "ħwawar <<ikel jew kategorija ta" l-ikel jew sors(i) ta" l-ikel>> naturali".

5.  "Ħwawar <<ikel jew kategorija ta" l-ikel jew sors(i) ta" l-ikel>> naturali bi ħwawar naturali oħra" tista" tintuża biss jekk il-komponent ta" taħwir ġej b'mod parzjali mill-materjal mis-sors imsemmi u li jista" jingħaraf faċilment.

Il-komponent ta" taħwir jista jkun fih preparazzjonijiet ta" taħwir u/jew sustanzi ta" taħwir naturali.

6.  It-terminu "sustanza ta" taħwir naturali" jista" jintuża biss jekk il-komponent ta" taħwir ġej minn materjali mis-sors differenti u fejn referenza għall-materjali mis-sors m"għandhiex tirrifletti l-benna jew it-togħma tagħhom, u fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafi 4 u 5.

Il-komponent ta" taħwir jista" jkun fih preparazzjonijiet ta" taħwir u/jew sustanzi ta" taħwir naturali.

TAQSIMA 2

L-ITTIKKETTAR TAL-ĦWAWAR MAĦSUBA GĦALL-BEJGĦ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 15

L-ittikkettar tal-ħwawar maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva 89/396/KEE(23) u, fejn hu xieraq, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-ħwawar maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom fih id-dikjarazzjoni jew "għall-użu fl-ikel" jew id-dikjarazzjoni "użu ristrett fl-ikel" jew referenza iktar speċifika għall-użu maħsub tagħhom fl-ikel, li trid tkun viżibbli faċilment, tinqara b'mod ċar u indelibbli.

2.  It-terminu "naturali" għandu jintuża biex jiġu deskritti l-ħwawar fid-deskrizzjoni tal-bejgħ li tissemma fl-Artikolu 13(1)(a) biss kif inhu previst fl-Artikolu 14.

KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 16

Ir-rappurtaġġ mill-operaturi tal-kummerċ fl-ikel

1.  Produttur jew utent ta" sustanza ta' taħwir għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li jaf biha u li hija disponibbli għalih li tista" taffettwa l-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi ta" taħwir.

2.  L-industrija ta' l-ikel li tuża ħwawar li fihom is-sustanzi tat-taħwir u l-produttur tal-ħwawar għandhom b'koperazzjoni, fuq talba tal-Kummissjoni, jinfurmawha dwar l-użu attwali tas-sustanzi ta' taħwir. L-informazzjoni mogħtija f'dan il-kuntest għandha titqies bħala data kunfidenzjali.

3.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 17

Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ mill-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi biex jimmonitorjaw il-konsum u l-użu tal-ħwawar li huma stabbiliti fil-lista Komunitarja u l-konsum tas-sustanzi li huma elenkati fl-Anness III u kull sena għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

2.  Wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Awtorità, għandha tiġi adottata metodoloġija komuni għall-ġbir ta" l-informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konsum u l-użu tal-ħwawar li ġew stabbilit fil-lista Komunitarja u tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 18

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta" l-Annimali ║.

2.  Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 19

L-emendi għall-Annessi II sa V

Għandhom jiġu adottati l-emendi għall-Annessi II sa V ║sabiex jirriflettu l-progress xjentifiku u tekniku skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 20

Il-finanzjament Komunitarju ta" politika armonizzata

Il-bażi legali għall-iffinanzjar ta" miżuri li jirriżultaw min dan ir-Regolament huwa l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJNIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 21

Ir-revoki

1.  Id-Direttiva 88/388/KEE, id-Deċiżjoni 88/389/KEE u d-Direttiva 91/71/KEE għandhom ikunu mħassra.

Ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 għandu jkun imħassar mid-data ta" l-applikazzjoni tal-lista li tissemma fl-Artikolu 2(2) ta" dak ir-Regolament.

2.  Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 22

L-istabbiliment tal-lista Komunitarja tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors u tar-reġim tranżitorju

1.  Il-lista Komunitarja għandha tiġi stabbilita billi titqiegħed il-lista tas-sustanzi ta" taħwir li tissemma fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2232/96 fl-Anness I għal dan ir-Regolament waqt l-adozzjoni tiegħu.

2.  Sakemm tiġi stabbilita l-lista Komunitarja, għandha tapplika l-proċedura komuni ta' awtorizzazzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru …/2007 [li jistabilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għal additivi ta' l-ikel, enzimi ta' l-ikel u ħwawar ta' l-ikel](24) għall-evalwazzjoni u għall-approvazzjoni ta" sustanzi ta" taħwir li mhumiex koperti mill-programm ta" evalwazzjoni previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 2232/96.

Bħala deroga minn dik il-proċedura, il-perjodi taż-żmien ta" sitt xhur u ta" disa" xhur li jissemmew fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [li jistabilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għal additivi ta' l-ikel, enzimi ta' l-ikel u ħwawar ta' l-ikel](25) m'għandhomx japplikaw għal evalwazzjoni u approvazzjoni bħal dawn.

3.  Tista" tiġi adottata kwalunkwe miżura tranżitorja xierqa skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 23

L-emenda għar-Regolament (KEE) Nru. 1576/89

Ir-Regolament (KEE) Nru. 1576/89 huwa emendat kif ġej:

1.  L-Artikolu 1(4)(m) huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-punt (1)(a), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Sustanzi ta" taħwir oħrajn kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel](26), u/jew pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw bħala żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.║

________________

* ĠU ...

"

(b)  Il-Punt 2(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Ix-xarba tista" tissejjaħ "ġinn" jekk tiġi prodotta billi alkoħol etiliku xieraq ta" oriġini agrikola jitħawwar b'mod organolettiku b'sustanzi ta" taħwir kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]+++ u/jew preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta" dak ir-Regolament sabiex it-togħma tkun b'mod predominanti dik ta" ġnibru.

"

(c)  Fil-punt 2(b), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Ix-xarba tista" tissejjaħ "ġinn distillat" jekk tiġi prodotta biss permezz tar-ridistillazzjoni b'mod organolettiku ta" alkoħol etiliku xieraq ta" oriġini agrikola ta" kwalità xierqa b'qawwa alkoħolika inizjali ta" mill-inqas 96% vol. f'imqatar li tradizzjonalment jintużaw għall-ġinn, fil-preżenza tal-frott tal-ġnibru u ta" materjali botaniċi naturali oħrajn sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti. It-terminu "ġinn iddistillat" jista" japplika wkoll għal taħlita tal-prodott ta" distillazzjoni bħal din u ta" l-alkoħol etiliku ta" oriġini agrikola bl-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika. Is-sustanzi ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel](27) u/jew il-preparazzjonijiet ta" taħwir kif speċifikati fl-(a) jistgħu jintużaw ukoll sabiex iħawwru lill-ġinn iddistillat. Il-ġinn ta" Londra huwa tip ta" ġinn distillat.

"

2.  Fl-Artikolu 1(4)(n)(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Sustanzi ta" taħwir oħrajn kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]+ u/jew preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta" dak ir-Regolament jistgħu jintużaw ukoll, imma jrid ikun hemm togħma predominanti ta" anisi.

"

3.  Fl-Artikolu 1(4)(p), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Ix-xorb spirituż li b'mod predominanti għandu togħma morra li ġie prodott billi l-alkoħol etiliku ta" oriġini agrikola tħawwar b'sustanzi ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]+ u/jew preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta" dak ir-Regolament.

"

4.  Fl-Artikolu 1(4)(u), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Xarba spirituża li ġiet prodotta billi tħawwar l-alkoħol etiliku ta" oriġini agrikola b'togħma ta" msiemer tal-qronfol u/jew kannella billi ntuża wieħed mill-proċessi li ġejjin: il-maċerazzjoni u/jew id-distillazzjoni, ir-ridistillazzjoni ta" l-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti li ġew speċifikati iktar "il fuq, iż-żieda ta" sustanzi ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]+ ta" l-imsiemer tal-qronfol jew tal-kannella jew kombinazzjoni ta" dawn il-metodi

"

5.  Fl-Artikolu 4(5), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, minbarra l-listi fil-punti (a) u (b), għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"

Is-sustanzi ta" taħwir naturali u l-preparazzjonijiet ta" taħwir biss kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]+ jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tax-xorb spirituż iddefinit fl-Artikolu 1(4), ħlief fil-każ ta" dawk iddefiniti fl-Artikolu 1 (4) (m), (n) u (p).

Madankollu, is-sustanzi ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel](28) u l-preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(d) ta" dak ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati fil-produzzjoni tal-likers ħlief dawk li ssemmew aktar "l isfel:

"

Artikolu 24

L-emenda għar-Regolament (KEE) Nru. 1601/91

L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

1.  Fil-punt (a), l-ewwel subinċiż tat-tielet inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"
   sustanzi ta" taħwir u/jew preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru …/2007, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]*++, u/jew║
  

______________________

  

* ĠU...

"

2.  Fil-punt (b), l-ewwel subinċiż tat-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"
   sustanzi ta" taħwir u/jew preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]+, u/jew
"

3.  Fil-punt (c), l-ewwel subinċiż tat-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"
   sustanzi ta" taħwir u/jew preparazzjonijiet ta" taħwir kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 [dwar ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel](29), u/jew
"

Artikolu 25

L-emenda għar-Regolament (KE) Nru. 2232/96

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 2232/96, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

1.  Għandha tiġi adottata l-lista tas-sustanzi ta" taħwir li jissemmew fl-Artikolu 2(2) skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 7 sa mhux iktar tard mill-31 ta" Diċembru 2008.

"

Artikolu 26

L-emenda għad-Direttiva 2000/13/KE

Fid-Direttiva 2000/13/KE, l-Anness III għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

L-Anness III

L-GĦAŻLA TAL-ĦWAWAR FIL-LISTA TA" INGREDJENTI

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-ħwawar għandhom ikunu indikati bit-termini

   "ħwawar" jew isem jew deskrizzjoni iktar speċifiku tal-ħwawar, jekk il-komponent ta" taħwir fih il-ħwawar kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b), (c), (d), (e), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru …/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar il-ħwawar u ċerti ingredjenti ta' l-ikel bi proprjetajiet ta' taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel]* (30);
   "ħwawar bl-affumikazzjoni", jew isem jew deskrizzjoni aktar speċifiċi tal-ħwawar bl-affumikazzjoni/jiet, jekk il-komponent ta" taħwir fih il-ħwawar kif iddefiniti fl-Artikolu 3 (2) (f) tar-Regolament KE Nru …/2007 [dwar il-ħwawar](31)+ u jagħti benna ta" affumikat lill-ikel.

2.  It-terminu "naturali" għad-deskrizzjoni tal-ħwawar għandu jintuża kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru…/2007 [║dwar il-ħwawar ] ++.║

3.  Għall-ħwawar prodotti minn materjal tas-sors stabbilit fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel ġenetikament modifikat u għalf**, l-indikazzjoni "prodott minn GMOs" għandha tidher fuq it-tikketta.

Għall-ħwawar prodotti b'organiżmu stabbilit fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, m'hemmx bżonn ta' tikketta speċifika.

________________

* ĠU L ...

** ĠU L 268, 18.10.2003, p.1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p.99)

"

Artikolu 27

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ...(32). Madankollu, l-Artikolu 9 għandu japplika minn ...(33)* .

Ħwawar u ikel preżentat fis-suq b'mod legali qabel id-dati msemmijin hawn fuq jistgħu jkomplu jintużaw sakemm jispiċċaw il-provvisti.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Il-lista Komunitarja tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

ANNESS II

Il-lista ta" proċessi għall-preparazzjoni ta" l-ikel tradizzjoni li permezz tagħhom jinkisbu sustanzi ta" taħwir naturali u preparazzjonijiet ta" taħwir naturali

Qtugħ fi bċejjeċ

Kisi

Tisjir, ħami, qali (sa 240°Ċ)

Tkessiħ

Qtugħ

Distillazzjoni / rettifikazzjoni

Tnixxif

Emulsifikazzjoni

Evaporazzjoni

Estrazzjoni, inkluża l-estrazzjoni tas-solventi

Fermentazzjoni

Filtrazzjoni

Tħin

Tisħin

Infużjoni

Maċerazzjoni

Proċessi Mikrobijoloġiċi

Taħlit

Tqaxxir

Perkolazzjoni

Għafis

Tkessiħ/Iffriżar

Inkaljar/Iggriljar

Tgħasir

Tgħaddis

ANNESS III

Il-preżenza ta" ċerti sustanzi

Parti A: Is-sustanzi li ma jistgħux jiġu miżjuda bħala tali ma" l-ikel

L-Aċidu agariku

Il-Kapsajkin

L-Iperiċin

Il-Beta-asarone

L-1-Allyl-4-methoxybenzene

L-Aċidu idroċijaniku

Il-Menthofuran

L-4-Allyl-1,2-dimethoxybenzene

Il-Pulegone

Il-Kassin

L-1-Allyl-3,4-methylene dioxy benzene, safrole

It-Teucrin A

It-Tujone (alfa u beta)

Parti B: Il-livelli massimi ta" ċerti sustanzi, li jkunu preżenti b'mod naturali fil-ħwawar u fl-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir, f'ċertu ikel kompost li miegħu ġew miżjuda l-ħwawar u/jew l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir

L-isem tas-sustanza

L-ikel kompost li fih il-preżenza tas-sustanza hija ristretta

Il-livell massimu [mg/kg]

ANNESS IV

Il-lista tal-materjali mis-sors li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet dwar l-użu tagħhom fil-produzzjoni tal-ħwawar u ta" l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir

Parti A: Il-materjali mis-sors li m'għandhomx jintużaw għall-produzzjoni tal-ħwawar u ta" l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir

Il-materjal mis-sors

L-isem bil-Latin

L-isem komuni

Il-forma tetraplojda ta" Acorus calamus

Il-forma tetraplojda ta" Calamus

Parti B: Il-kondizzjonijiet ta" l-użu għall-ħwawar u għall-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir li ġew prodotti minn ċerti materjali mis-sors

Il-materjal mis-sors

Il-kondizzjonijiet ta" l-użu

L-isem bil-Latin

L-isem komuni

Quassia amara L. u

Picrasma excelsa (Sw)

Kwassja

Il-ħwawar u l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir li ġew prodotti mill-materjal mis-sors jistgħu jintużaw biss għall-produzzjoni tax-xorb u ta" l-oġġetti tal-bejgħ tal-furnara.

Laricifomes officinalis (Vill.: Fr) Kotl. et Pouz

Jew

Fomes officinales

Faqqiegħ agariku abjad

Il-ħwawar u l-ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet ta" taħwir li ġew prodotti mill-materjal mis-sors jistgħu jintużaw biss għall-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

Hypericum perforatum

St Johns wort (xorta ta" fexfiex)

Teucrium chamaedrys

Il-ġermandrija

ANNESS V

Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħwawar li għaddew minn proċess termali u l-livelli massimi għal ċerti sustanzi fil-ħwawar li għaddew minn proċess termali

Parti A: Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni:

(a)  It-temperatura tal-prodotti waqt l-ipproċessar m'għandhiex taqbeż l-180°C.

(b)  It-tul taż-żmien ta" l-ipproċessar termali m'għandux jaqbeż il-15-il minuta f'temperatura ta" 180°C b'ħinijiet itwal li jikkorrispondu għal temperaturi iktar baxxi, jiġifieri rduppjar tal-ħin tat-tisħin għal kull tnaqqis fit-temperatura b"10°C, sa massimu ta" 12-il siegħa.

(c)  Matul l-ipproċessar il-pH m'għandux jaqbeż l-valur ta" 8.0.

Parti B: Il-livelli massimi għal ċerti sustanzi

Is-sustanza

Il-livelli massimi

µg / kg

2-amino-3,4,8-trimethylimidazo [4,5-f] quinoxaline (4,8-DiMeIQx)

50

2-amino-1-methyl-6-phenylimidazol [4,5-b]pyridine (PhIP)

50

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 168, 20.7.2007, p.34.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007.
(4) ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(5) ĠU L 184, 15.7.1988, p. 67.
(6) ĠU L 42, 15.2.1991, p. 25.
(7) http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/flavouring/scientificadvice_en.htm
(8) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(9)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-riferenza ĠU ta' dak ir-Regolament.
(10) ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(11)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dak ir-Regolament.
(12) ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.
(13) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).
(14) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).
(15) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(16) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(17)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dak ir-Regolament.
(18) ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bit-Trattat ta" l-Adeżjoni ta" l-2005.
(19) ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bit-Trattat ta" l-Adeżjoni ta" l-2005.
(20)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza tal-ĠU għal dak ir-Regolament.
(21)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dak ir-Regolament.
(22)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dak ir-Regolament.
(23) Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ta" l-14 ta" Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta" l-ikel ( ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/11/KEE (ĠU L 65, 11.3.1992, p. 32).
(24)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(25)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dak ir-Regolament.
(26)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ĠU ta' dan ir-Regolament.+++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(27)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(28)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ĠU ta' dan ir-Regolament.
(29)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(30)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza tal-ĠU għal dak ir-Regolament.
(31)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dan ir-Regolament.
(32)* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(33)** 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-lista Komunitarja.


Ir-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (COM(2006)0486 – C6-0319/2006 – 2006/0165(CNS))
P6_TA(2007)0324A6-0148/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0486)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0319/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 5 u l-Artikolu 52, paragrafu 3, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal- Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0148/2007),

1.   tiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.   tistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali


Infrastruttura Kritika Ewropea *
PDF 553kWORD 187k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom (COM(2006)0787 – C6-0053/2007 – 2006/0276(CNS))
P6_TA(2007)0325A6-0270/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2006)0787)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0053/2007),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-1 u t-2 ta' Diċembru 2005 dwar il-prinċipji għal Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2005 tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' infrastruttura kritika fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0270/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Titlu
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
Emenda 2
Premessa 2
(2)  Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper urew b'mod ċar il-ħtieġa li jitwaqqaf qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet emfasizzata l-importanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati.
(2)  Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper saħqu l-valur miżjud possibbli ta' qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet enfasizzata l-importanza tal-prinċipji ewlenin tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tal-kumplimentarjetà kif ukoll tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati
Emenda 3
Premessa 3
(3)  F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jiġi affrontat it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddid mit-terroriżmu. Jekk il-livell ta' miżuri ta' ħarsien kontra theddid partikolari ta' livell għoli jinstab li huwa adattat f'settur ta' infrastruttura kritika, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiffokaw fuq theddid ieħor li għadhom vulnerabbli għalih.
(3)  F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jiġi affrontat it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, filwaqt li theddid maħluq mill-istruttura għandu jiġi kopert ukoll. It-theddid mit-terroriżmu għandu, madankollu, jingħata prijorità.
Emenda 4
Premessa 4
(4)  Illum il-ġurnata r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Dan m'għandux jinbidel.
(4)  Ir-responsabilità primarja u finali għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Filwaqt li jitqies li s-servizzi nazzjonali jafu l-aħjar x'qed jiġri f'pajjiżhom, għandhu jittieħed approċċ minn isfel għal fuq lejn ħarsien mill-Infrastruttura Kritika Ewropea (ECI).
Emenda 5
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika huwa ta' importanza vitali għas-sigurtà interna fl-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Fl-analiżi finali, il-qerda jew l-interruzzjoni ta' ċerti infrastrutturi jistgħu jeqirdu ħajjet in-nies, l-ambjent u l-assi ekonomiċi kif ukoll joħolqu ħsara fit-tul għall-kunfidenza pubblika fil-ħarsien u l-kura ta' l-Istat.
Emenda 6
Premessa 5
Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew Stat Membru għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex tiġi ttrattata l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
(5)  Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni tagħhom kieku tolqot tliet Stati Membri jew aktar jew mill-inqas żewġ Stati Membri oħra għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Din l-infrastruttura kritika Ewropea għandha tiġu identifikata permezz ta' proċedura komuni. Fuq il-bażi ta' kriterji komuni għandha titfassal lista ta' setturi prijoritarji ta' Infrastruttura Kritika Ewropea. Għandu jiġi stabbilit qafas ta' azzjoni komuni għall-ħarsien ta' din l-Infrastrutturi Kritika Ewropea li jqiegħdu l-Istati Membri fil-qagħda li jnaqqsu l-perikli potenzjali għall-infrastruttura kritika fuq it-territorju tagħhom billi jieħdu l-miżuri adattati. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-koperazzjoni.
Emenda 7
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  F'ċerti oqsma diġà jeżistu għadd ta' miżuri li jirregolaw l-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej. Kwalunkwe regolament futur li japplika fil-Komunità kollha m'għandux jirriżulta f'regolamentazzjoni doppja f'dawn l-oqsma fin-nuqqas ta' sigurtà akbar.
Emenda 8
Premessa 6
(6)  Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara d-diżastru, il-metodu Komunitarju se jkollu bżonn iħeġġeġ l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq bażi settorjali, tkun aktar faċli.
(6)  Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara d-diżastru, il-metodu Komunitarju għandu jiżgura l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea fuq bażi settorjali, tkun aktar faċli.
Emenda 9
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)  L-Infrastruttura Kritika Ewropea għandha titfassal b'tali mod li timminimizza kwalunkwe konnessjonijiet u lokalizzazzjoni f'pajjiżi terzi. Il-lokalizzazzjoni ta' elementi ta' infrastrutturi kritiċi Ewropej barra l-UE żżid ir-riskju ta' attakki terroristiċi b'effetti ulterjuri fuq l-infrastruttura kollha, l-aċċess għat-terroristi għad-dejta maħżuna barra l-UE, kif ukoll r-riskji ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'hekk dan iwassal biex l-infrastruttura kollha tkun aktar vulnerabbli.
Emenda 10
Premessa 7
(7)  Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istati Membri.
(7)  Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet dwar it-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istati Membri. Dawn il-Pjanijiet tas-Sigurtà għall-Operaturi għandhom jiġu mgħoddija lill-Punti ta' Kuntatt għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea fl-Istati Membri. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti għandha titqies li tista' tissodisfa r-rekwiżit għat-twaqqif u l-aġġornament ta' Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
Emenda 11
Premessa 8
(8)  Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandu jinnomina Uffiċjal għall-Koperazzjoni fis-Sigurtà biex il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli.
(8)  Kull propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jinnomina Uffiċjal għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà biex il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti għndha titqies bħala li tista' tissodisfa r-rekwiżit li jiġi nominat Uffiċjal għall-Koperazzjoni fis-Sigurtà.
Emenda 12
Premessa 10
(10)  Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet, it-theddid u r-riskji għall-assi infrastrutturali.
(10)  Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati u implimentati metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-theddid u r-riskji għal vulnerabilitajiet strutturali li jaffettwaw l-assi infrastrutturali.
Emenda 13
Premessa 11
(11)  Huwa biss qafas komuni li jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea u jipprovdi definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati. Il-propjetarji/operaturi ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-aħjar prassi u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
(11)  Bid-definizzjoni tar-responsabilitajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati, qafas komuni jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea. L-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-aħjar prassi u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 14
Premessa 12
(12)  Il-ħarsien effettiv ta' l-infrastruttura kritika teħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-CIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-CIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
(12)  Il-ħarsien effettiv ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea teħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-ECIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-ECIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
Emenda 15
Premessa 13
(13)  Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
(13)  Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
Emenda 16
Premessa 14
(14)  L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom se tkun imħarsa b'mod xieraq. Biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' l-informazzjoni, għandu jkun ċar għall-industrija li l-benefiċċji li joħorġu mill-għoti ta' l-informazzjoni relatata ma' l-Infrastruttura Kritika huma akbar mill-ispejjeż għall-industrija u għas-soċjetà b'mod ġenerali. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika għandha għalhekk tiġi mħeġġa.
(14)  L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq.
Emenda 17
Premessa 15
(15)  Din id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.
(15)  Din id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi u leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu implimentati u applikati sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza pubblika, filwaqt li jiġi evitat l-irduppjar u kontradizzjonijiet ma' din id-Direttiva u l-impożizzjoni ta' spejjeż addizzjonali mingħajr ma tiżdied is-sikurezza.
Emenda 18
Premessa 17
(17)  Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.
(17)  Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu fil-każijiet kollha b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, iżda għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċettabilità finanzjarja għall-proprjetarji jew operaturi u għall-Istati Membri.
Emenda 19
Artikolu 1
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Emenda 20
Artikolu 2, punt (b)
b)  "Infrastruttura Kritika Ewropea" tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq żewġ Stati Membri jew aktar, jew fuq Stat Membru wieħed jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
b)  "Infrastruttura Kritika Ewropea" tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq tliet Stati Membri jew aktar, jew fuq mill-anqas żewġ Stati Membri barra minn dak li fih tkun tinsab l-infrastruttra kritika. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura.
Emenda 21
Artikolu 2, Punt (d)
d) "vulnerabilità" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
d) "vulnerabilità strutturali" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu u l-adozzjoni tagħha tiddetermina tibdil tekniku fit-test kollu kemm hu.)
Emenda 22
Artikolu 3, Paragrafu 1
1.  Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu wżati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu adotttati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
1.  Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu użati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu msejsa fuq kriterji ta' ħarsien eżistenti u għandhom jiġu adottati u emendati skond l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat tal-Euratom.
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu, kif jixraq, il-partijiet ikkonċernati rilevanti. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti u jiġu msejsa fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha peress li f'kull settur ikun hemm esperjenza, kompetenza u r-rekwiżiti partikolari dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tagħhom. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Fejn il-mekkaniżmi tal-Komunità jkunu diġà stabbiliti, dawn għandhom jibqgħu jintużaw. Id-duplikazzjonijiet ta' atti jew dispożizzjonijiet differenti, jew il-kontradizzjonijiet bejniethom, għandhom ikunu evitati akkost ta' kollox.
Emenda 23
Artikolu 3, Paragrafu 2
2.  Is-setturi bi projorità li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta' żvilupp ta' kriterji misjuba fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali minn fost dawk elenkati fl-Anness I.
imħassar
L-Anness I jista' jiġi emendat skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 11(3) sakemm din id-Direttiva ma tingħatax għan aktar wiesgħa.
Emenda 24
Artikolu 3, Paragrafu 3
3.  Kull Stat Membru għandu jidentifika l-infrastrutturi kritiċi li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-infrastrutturi kritiċi barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-paragrafi 1 u 2.
3.  Kull Stat Membru għandu jidentifika l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej possibbli li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej possibbli barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-Paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-infrastrutturi kritiċi identifikati b'dan il-mod sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Emenda 25
Artikolu 4, Titolu
L-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea
L-identifikazzjoni u l-għażla tas-setturi bi prijorità
Emenda 26
Artikolu 4, Paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Kull Stat Membru għandu jidentifika s-setturi bi prijorità fi ħdan it-territorju tiegħu, kif ukoll dawk barra t-territorju tiegħu li jista' jkollhom effett fuqu, u li għandhom jintużaw għall-iskopijiet ta' l-iżvilupp tal-kriterji adottati skond l-Artikolu 3(1).
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-infrastrutturi kritiċi identifikati b'dan il-mod sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Emenda 27
Artikolu 4, Paragrafu 1
1.  Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3) u ta' kwalumkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' l-infrastrutturi kritiċi li għandhom jiġu magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej.
1.  Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond il-Paragrafu -1 u ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista tas-setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea.
Emenda 28
Artikolu 4, Paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jitfasslu b'tali mod li jimminimizzaw kwalunkwe konnessjoni ma' pajjiżi terzi kif ukoll kwalunkwe lokalizzazzjoni fihom.
Emenda 29
Artikolu 4, Paragrafu 2
2.  Il-lista ta' infrastrutturi kritiċi magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
2.  Il-lista tas-setturi ta' prijorità ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandha tiġi adottata u emendata mill-Kunsill.
Il-lista tista' tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Emenda 30
Artikolu 4 (ġdid)
Artikolu 4 a
Ipproċessar ta' data personali
L-ipproċessar tad-data personali li jsir b'mod dirett jew permezz ta' intermedjarju u meħtieġ għall-attivitajiet ta'ħarsein ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dejta bħal din1 kif ukoll tal-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ipproċessar tad-data għandu jsir fl-Unjoni u kwalunkwe duplikazzjoni tad-dejta m'hijiex permessa f'pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' sigurtà.
________________________________
1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
Emenda 31
Artikolu 5, Paragrafi 1 u 2
1.  Kull Stat Membru għandu jesiġi li l-propjetarji/operaturi ta' kull Infrastruttura Kritika Ewropea misjuba fit-territorju tiegħu, jistabbilixxu u jaġġornaw Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li għandu jiġi reveduta kull sentejn.
1.  Kull Stat Membru għandu jesiġi li l-propjetarji/operaturi ta' kull Infrastruttura Kritika Ewropea misjuba fit-territorju tiegħu, jistabbilixxu u jaġġornaw Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li għandu jiġi rivedut kull sentejn.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jadottaw lista tal-miżuri protettivi eżistenti li japplikaw għas-setturi speċifiċi mniżżla fl-Anness I. Il-konformità ma' waħda jew iżjed mill-miżuri ta' protezzjoni mniżżla fil-lista għandha tissodisfa r-rekwiżit li jiġi stabbilit u aġġornat Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
2.  Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-osservanza ta' miżuri applikabbli għal setturi partikolari elenkati fl-Anness I tissodisfa r-rekwiżiti biex tistabbilixxi u taġġorna Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
2.  Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità.
Emenda 32
Artikolu 5, Paragrafu 3
3.  Il-propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jissottometti Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi lill-awtorità ta' l-Istat Membru rilevanti fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
3.  Il-propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jissottometti Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi lill-Punt ta' Kuntatt ta' l-ECIP rilevanti fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għal settur partikolari dwar Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi jiġu adottati skond il-paragrafu 2, il-pjan tas-sigurtà għall-operaturi għandu jkun sottomess biss lill-awtorità ta' l-Istat Membru relattiv fi żmien sena mill-adozzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari.
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għal settur partikolari dwar Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi jiġu adottati skond il-Paragrafu 2, il-pjan tas-sigurtà għall-operaturi għandu jkun sottomess biss lill-Punt ta' Kuntatt ta' l-ECIP rilevanti fi żmien sena mill-adozzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari.
Emenda 33
Artikolu 5, Paragrafu 5
5.  Il-konformità mad-Direttiva Nru 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet diġà tilħaq ir-rekwiżit li twaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
imħassar
Emenda 34
Artikolu 6, Paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu jinnominaw Uffiċjal għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà bħala punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura u l-awtoritajiet għall-ħarsien ta' l-infrstruttura kritika rilevanti fl-Istat Membru. L-Uffiċjal għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà għandu jkun nominat fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
1.  Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu jinnominaw Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà bħala punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura u l-Punt ta' Kuntatt ta' l-ECIP fl-Istat Membru. L-Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun nominat fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
Il-konformità ma' waħda jew iżjed mill-miżuri ta' protezzjoni mniżżla fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tissodisfa r-rekwiżit biex jiġi nominat Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà.
Emenda 35
Artikolu 6, Paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji u t-theddid identifikati lill-Uffiċjali għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea relattiva.
2.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji u t-theddid identifikati lill-Uffiċjali għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea relattiva permezz tal-Punt ta' Kuntatt nazzjonali ta' l-ECIP.
Emenda 36
Artikolu 7, Paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
2.  Kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet strutturali, theddid u riskji li ltaqa' magħhom fl-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) u minn dik id-data 'l hemm, fuq bażi regolari, kull sentejn.
Qafas komuni għal dawn ir-rapporti għandu jkun żviluppat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Qafas komuni għal dawn ir-rapporti għandu jkun żviluppat mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill.
Emenda 37
Artikolu 7, Paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina fuq bażi settorjali jekk tezistix il-ħtieġa ta' miżuri għall-ħarsien speċifiku ta' l-Infarstrutturi Kritiċi Ewropej.
3.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw fuq bażi settorjali jekk teżistix il-ħtieġa ta' miżuri għall-ħarsien speċifiku ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej. F'dan il-kuntest għandhom jitqiesu l-prattika tajba u l-metodoloġiji eżistenti.
Emenda 38
Artikolu 7, Paragrafu 4
4.  Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
4.  Jekk jitqies li jkun meħtieġ, metodoloġiji komuni ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabilità strutturali, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali. Metodoloġiji komuni bħal dawn għandhom jieħdu konsiderazzjoni tal-metodoloġiji eżistenti.
Emenda 39
Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tappoġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi jagħtu aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 40
Artikolu 10, Paragrafu 2
2.  Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha livell xieraq ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
2.  Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha l-aħjar livell ta' skrutinju mill-Istat Membru kkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà.
Emenda 41
Artikolu 10, Paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infarstrutturi kritiċi.
3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea sottomessa lilhom, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-prinċipju tal-proporzjonalità mill-perspettiva materjali, kif ukoll lid-drittijiet fundamentali u lill-istituzzjonijiet li għandhom ikunu mħarsa.
Emenda 42
Artikolu 11
Artikolu 11
Il-Kumitat
imħassar
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' kull Punt ta' Kuntatt tas-CIP.
2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3.  Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Emenda 43
Artikolu 12, Paragrafu 1, Subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2007. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Emenda 44
Anness I, Titolu
Lista tas-Setturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi
Lista tas-Setturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi possibbli
Emenda 45
Anness I, Settur III, Sottosettur 9
Il-komunikazzjoniji u n-navigazzjoni bir-radju
Il-komunikazzjoni bir-radju, in-navigazzjoni u l-identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID)
Emenda 46
Anness I, Settur VII, Sottosettur 19
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji u l-fornituri tas-servizz tagħhom
Emenda 47
Anness I, Settur VII, Sottosettur 19 a (ġdid)
19a Servizzi bankarji u ta' l-assikurazzjoni

(1) Għada mhix pubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 250.


Is-suq intern tal-gass u ta" l-elettriku
PDF 323kWORD 114k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta" l-elettriku (2007/2089(INI))
P6_TA(2007)0326A6-0249/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta" l-elettriku (COM(2006)0841),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar l-oqsma Ewropej tal-gass u ta" l-elettriku (COM(2006)0851), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni marbut magħha - ir-rapport DG Kompetizzjoni (SEC(2006)1724),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Pjan ta" Interkonnessjoni Prijoritarju (COM(2006)0846),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal – Rapport ta' Implimentazzjoni dwar il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku (SEC(2006)1709) – Dokument mehmuż mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2006)0841),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta" ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar dejta ta" l-UE dwar il-politika ta" l-enerġija (SEC(2007)0012),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta" Diċembru 2006 dwar strateġija Ewropea għal enerġija sostenibbli, kompetittiva u sikura - Green paper(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija fl-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għal netwerks ta' l-enerġija trans-Ewropej(3),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fit-tieni qari fit-23 ta' Mejju 2007 dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u ta' l-enerġija(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista ta" l-elettriku u ta" l-investiment fl-infrastruttura(5),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali(6),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva Nru 2004/67/KE tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004 dwar miżuri biex tissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista ta' gass naturali(7),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku(8),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali(9),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-iskambju transkonfinali fl-elettriku(10),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tar-Regolaturi ta" l-Enerġija Ewropej għall-perjodu mill-1 ta" Jannar 2006 sal-31 ta" Diċembru 2006 lill-membri kollha tal-Kunsill tar-Regolaturi Ewropej ta' l-Enerġija (CEER) u tal-grupp ta' Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Enerġija (ERGEG), lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Kummissjoni Ewropea, liema rapport sar skond l-Artikolu 3(8) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE tal-11 ta" Novembru 2003 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass (11),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u 9 ta" Marzu 2007, dwar l-approvazzjoni tal-Kunsill Ewropew ta" "Pjan ta" Azzjoni tal-Kunsill Ewropew (2007-2009) – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0249/2007),

A.   billi l-politika għall-enerġija l-ġdida ta' l-Unjoni Ewropea għal enerġija sostenibbli, sikura u kompetittiva trid tkun waħda ambizzjuża u mmirata lejn benefiċċji fuq żmien twil, iffukata fuq il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, u tillimita l-vulnerabilità esterna ta' l-UE fuq l-importazzjonijiet, u tippromwovi t-tkabbir u l-impjiegi,

B.   billi irid jitwaqqaf qafas leġiżlattiv xieraq f'waqtu skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà sabiex jinkisbu dawn il-benefiċċji ambizzjużi u għat-tul ta' żmien,

C.   billi t-tlestija tas-suq intern ta" l-enerġija u l-ħolqien ta" mekkaniżmi effettivi ta" solidarjetà bejn l-Istati Membri huma prerekwiżiti biex ikunu garantiti s-sigurtà tal-provvista u l-effiċjenza ekonomika,

D.   billi l-liberalizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-suq huma importanti b'mod indaqs għall-iffaċilitar tal-kummerċ transkonfinali, il-kisba ta" aktar effiċjenza ekonomika u likwidità akbar fis-suq, filwaqt li għalhekk jikkompletaw is-suq intern ta" l-enerġija,

E.   billi deċiżjonijiet dwar it-taħlita ta" enerġija fi Stat Membru għandhom konsegwenzi għall-Unjoni kollha kemm hi fir-rigward tal-kompetizzjoni, is-sigurtà tal-provvista u s-sostenibilità ambjentali,

F.   billi l-prinċipji ta" l-inklużjoni soċjali u ta' l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd ifissru li huwa essenzjali li kull ċittadin ta" l-Unjoni jkollu aċċess għall-enerġija bi prezz li jintlaħaq,

G.   billi 20 minn 27 Stat Membru għad iridu jittrasponu b'mod sħiħ id-Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE fil-kliem u fl-ispirtu,

H.   billi l-Komunikazzjoni fuq imsemmija tal-Kummissjoni dwar il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta" l-elettriku u r-rapport tad-DĠ għall-Kompetizzjoni dwar l-inkjesta tal-qasam ta' l-enerġija jikkonkludu li r-regoli u l-miżuri ta" liberalizzazzjoni attwali wasslu għal titjib fl-effiċjenza tal-provvista ta" l-enerġija u sabiex l-konsumaturi jiffrankaw, iżda billi s-swieq għadhom ma nfetħux għal kollox u għad hemm ostakli għall-kompetizzjoni ħielsa,

I.   billi l-istabbiliment mir-regolaturi nazzjonali ta" regoli armonizzati qawwija u effettivi dwar l-aċċess għan-netwerk flimkien ma" disakkoppjament effettiv huma prerekwiżiti sabiex jitħallew jidħlu fis-suq kompetituri ġodda,

J.   billi f'xi Stati Membri kuntratti fuq medda twila ta" żmien jgħoddu għal proporzjon sostanzjali tas-suq, u b'hekk jipperikolaw l-iżvilupp tal-kompetizzjoni ħielsa u b'hekk il-tlestija ta' suq intern ta' l-enerġija,

K.   billi l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet eżistenti ta' l-UE fir-rigward tas-separazzjoni u l-oqfsa regolatorji fl-Istati Membri jvarjaw konsiderevolment u dan għandu implikazzjonijiet serji fl-iżvilupp tas-suq intern ta" l-elettriku,

L.   billi l-konverġenza u s-sinkronizzazzjoni ta" l-azzjoni nazzjonali fir-rigward ta" dispożizzjonijiet ta" separazzjoni huma l-unika triq lejn it-tlestija tas-suq intern ta" l-enerġija,

M.   billi l-qligħ tal-biċċa l-kbira ta" l-impriżi tal-gass jiġi prinċipalment mill-attivitajiet ta" kummerċ tagħhom milli mill-estrazzjoni tal-gass,

N.   billi ftit Stati Membri fetħu s-swieq tal-gass tagħhom; billi prezzijiet orħos u servizz ta' kwalità tal-provvista fis-suq tal-gass huma importanti għas-sistema kollha, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-impriżi,

O.   billi t-tnaqqis tal-konġestjoni fit-trażmissjoni ta" l-elettriku jirrikjedi kemm investimenti enormi fl-espansjoni u t-titjib tan-netwerk ta" l-elettriku kif ukoll mekkaniżmi ta" l-immaniġġjar tal-konġestjoni aktar effettivi u bbażati fuq is-suq,

P.   billi kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida proposta għandha taffronta l-problemi speċifiċi ffaċċjati mill-industriji li jużaw l-enerġija b'mod intensiv, bħall-prezzijiet għolja ta" l-enerġija b'riżultat ta" nuqqas ta" kompetizzjoni fis-swieq,

Q.   billi l-livelli ta" l-interkonnessjoni bejn diversi Stati Membri għad m'humiex biżżejjed, 'il bogħod mill-ftehim adottati fil-Laqgħa Għolja ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 u, f'ħafna każijiet, diversi impedimenti politiċi u amministrattivi huma l-kawża ewlenija għad-dewmien biex jinbnew,

R.   billi qabel ma tipproponi xi leġiżlazzjoni dwar il-ħolqien obbligatorju ta" faċilitajiet sabiex jinħażen il-gass f'kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tressaq studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji u evalwazzjoni bir-reqqa ta" l-impatt,

S.   billi l-liberalizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-suq għandhom importanza indaqs għall-ikkompletar tas-suq intern ta" l-enerġija,

T.   billi s-sentenza finali tal-punt 33 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza fuq imsemmija tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta" Marzu 2007 tistqarr l-importanza kbira tas-settur li juża ħafna enerġija, u tenfasizza li jinħtieġu miżuri b'infiq effiċjenti sabiex itejbu kemm il-kompetittività kif ukoll l-impatt ambjentali ta' dan it-tip ta' industriji,

U.   billi n-nuqqas ta" trasparenza ġie identifikat mill-Kummissjoni bħala ostakolu għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern,

V.   billi jinħtieġ qafas regolatorju ċar, stabbli u prevedibbli għall-investimenti għal medda twila ta" żmien li huma meħtieġa fis-settur ta" l-enerġija,

W.   billi awtorità pubblika ta' l-Unjoni Ewropea ta" l-enerġija tista" tgħin biex tiffinanzja r-riċerka u l-iżvilupp ta" enerġiji li jiġġeddu, iżżomm tariffi bilanċjati u tiżgura aċċess indaqs għall-enerġija għaċ-ċittadini kollha,

X.   billi d-dejta disponibbli turi li l-Istati Membri għamlu biss użu limitat mill-obbligi għas-servizz pubbliku maħsuba biex jindirizzaw konsumaturi vulnerabbli,

1.  Itenni li l-Istrateġija ta" Liżbona tista" tkun suċċess biss jekk isiru sforzi oħra għall-istabbiliment ta" politika għall-enerġija komuni bbażata fuq viżjoni aktar wiesgħa ta" l-interess komuni Ewropew fil-qasam ta" l-enerġija billi jkunu rispettati l-karatteristiċi nazzjonali u billi l-Istati Membri jitħallew jaderixxu mat-taħlitiet ta' l-enerġija tagħhom sabiex is-sorsi ta' l-enerġija u l-produtturi ta' l-enerġija jkunu diversifikati kemm jista' jkun;

Separazzjoni tat-trażmissjoni

2.  Iqis li s-separazzjoni tas-sjieda tat-trażmissjoni hija l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq; jenfasizza madankollu li dan il-mudell jista' ma jindirizzax il-kwistjonijiet kollha konċernati bħall-interkonnessjonijiet jew il-punti ta" konġestjoni;

3.  Jirrikonoxxi li l-applikazzjoni ta' aktar miżuri ta' separazzjoni fil-qasam tal-gass m'hijiex ħafifa; għalhekk iħeġġeġ l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet speċifiċi sabiex ikun jista' jitlesta s-suq intern tal-gass, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-swieq 'upstream' u 'downstream';

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta analiżi li turi l-ispejjeż mistennija tas-separazzjoni tas-sjieda u ta' l-istabbiliment ta' operaturi indipendenti tas-sistema għall-Istati Membri, l-effetti mistennija fuq l-investiment fin-netwerks, kif ukoll il-benefiċċji għas-suq intern u għall-konsumaturi; jiġbed l-attenzjoni li l-analiżi għandha tindirizza l-kwistjoni ta" jekk jinħolqux problemi jew spejjeż, u jekk huwa l-każ, it-tip ta" problemi u spejjeż, jekk ma ssir ebda separazzjoni mill-istat, kif ukoll il-kwistjoni ta" jekk il-konsegwenzi negattivi jkunux differenti bħal bejn sjieda statali jew privata; barra minn hekk jissuġġerixxi li l-analiżi għandha tikkunsidra x'ikunu l-vantaġġi tas-separazzjoni tas-sjieda meta mqabbla ma" l-approċċ ta" l-operatur tas-suq reġjonali indipendenti fir-rigward ta" l-ilħuq ta" objettivi;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra d-differenzi strutturali bejn is-setturi ta' l-elettriku u tal-gass ta' l-UE, inkluż il-fatt li, xi Stati Membri m'għandhomx produzzjoni naturali ta' dawn is-sorsi ta' enerġija u li, fi swieq 'upstream' importanti tal-gass, ir-reċiproċità ekonomika sħiħa attwalment mhix żgurata; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta bilanċjata li tippermetti lill-kumpaniji tal-gass ta' l-UE li jużaw l-investimenti ġodda u upstream fil-'pipelines' u l-kuntratti għal medda twila taż-żmien sabiex isaħħu l-qawwa tagħhom ta' negozjar fil-konfront ta' pajjiżi terzi;

6.  Jinsisti li l-ebda kumpanija ta" pajjiż terz m'għandha titħalla tixtri infrastruttura ta" l-enerġija sakemm m'hemmx reċiproċità ma" dak il-pajjiż;

Regolaturi

7.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta mill-Kummissjoni li tittejjeb il-koperazzjoni bejn regolaturi nazzjonali fil-livell ta" l-UE, permezz ta' entità ta' l-UE, bħala mezz għall-promozzjoni ta" approċċ aktar Ewropew għar-regolazzjoni dwar kwistjonijiet transkonfinali; iqis li aktar konverġenza u armonizzazzjoni tal-kompetenzi ta' regolaturi nazzjonali huma essenzjali biex jingħelbu differenzi tekniċi u regolatorji li jimponu ostakoli kbar għall-kummerċ u għall-interkonnessjonijiet transkonfinali; jisħaq li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol ewlieni, filwaqt li ma ddgħajjifx l-indipendenza tar-regolaturi nazzjonali; jemmen li d-deċiżjonijiet meħuda mir-regolaturi għandhom ikunu bbażati fuq kwistjonijiet tekniċi u ta' kummerċ imfissra b'mod speċifiku u fuq bażi infurmata filwaqt li jitqiesu, meta jkun xieraq, il-fehmiet ta' operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni (TSOs) u ta' partijiet interessati rilevanti oħra, u għandhom jorbtu legalment;

8.  Jiġbed l-attenzjoni li r-regolaturi nazzjonali għandhom jibqgħu l-unika awtorità responsabbli għal deċiżjonijiet li jaffettwaw is-suq nazzjonali tagħhom biss; jaqbel li l-kompetenzi tagħhom jiżdiedu biex jinkludu t-tfassil ta' inventarju ta' investiment meħtieġ u l-promozzjoni attiva ta' l-implimentazzjoni tagħhom;

9.  Jemmen li r-regolaturi għandhom jiżguraw li kwalunkwe kumpanija sid ta" infrastruttura ta" l-enerġija, u b'mod partikulari ta' netwerks tat-trażmissjoni jew 'pipelines', timpenja ruħha li tilħaq il-miri ta" investiment definiti b'mod ċar sabiex tevita spekulazzjoni f'dan il-qasam;

10.  Jemmen li r-regolaturi nazzjonali għandhom ikunu indipendenti, b'saħħithom, u jkollhom kompetenzi definiti sew sabiex ikun żgurat li l-liġi tkun implimentata għalkollox fil-prattika u tkun irrispettata minn min jieħu sehem fis-suq kif ukoll li jkun hemm l-investimenti u l-livelli ta" trasparenza meħtieġa; jemmen, barra minn hekk, li l-kompetenzi tagħhom għandhom ikunu armonizzati f'livell ta' l-UE permezz tat-twaqqif ta' regoli komuni dwar it-trasparenza, l-iżvelar u r-responsabbiltà sabiex ikun żgurat li jkunu indipendenti għal kollox mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-industrija;

11.  Jemmen li r-regolaturi nazzjonali għandhom jingħataw l-irwol li jippenalizzaw operaturi li ma jirrispettawx id-deċiżjonijiet tagħhom jew operaturi ta' trażmissjoni li jonqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom ta' manutenzjoni tan-netwerk, li jiżguraw li kumpaniji ta' l-enerġija jagħtu pariri lill-utenti aħħarin dwar l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija kif stabbilit fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija(12) u dwar servizzi ta' enerġija u li jimponu programmi ta' l-elettriku u tar-rilaxx ta' gass; jemmen ukoll li l-koperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet regolatorji u l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni rilevanti għandha tissaħħaħ kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell ta" l-UE;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi soluzzjoni għall-problemi ta" indipendenza/kunflitti ta" interess u trasparenza fir-rigward ta" TSOs; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti li jagħtu lok lit-TSOs li jaqdu dmirhom bhala faċilitaturi tas-suq u biex jarmonizzaw ir-regolamenti internazzjonali għat-TSOs sabiex jitjieb it-trasport transkonfinali;

13.  Jilqa" l-proposta biex assoċjazzjonijiet eżistenti ta" TSOs jingħataw irwol uffiċjali b'obbligi u b'objettivi formali (is-soluzzjoni ETSO+\GTE+);

14.  Jikkritika l-indħil eċċessiv ta" xi gvernijiet fid-deċiżjonijiet meħuda minn regolaturi nazzjonali billi dan idgħajjef l-irwol ta' dawn ta' l-aħħar bħala awtoritajiet indipendenti;

15.  Jinnota l-iżvilupp ta' xi swieq reġjonali; jiġbed l-attenzjoni li se jinħtieġu miżuri xierqa sabiex jiġi evitat li jinħolqu "gżejjer ta" l-enerġija" akbar u jitlob li dawn l-istrutturi reġjonali ma jipperikolawx it-tlestija tas-suq intern ta' l-enerġija;

Tariffi regolati

16.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ineħħu gradwalment l-applikazzjoni ta' tariffi regolati ġeneralizzati – bl-eċċezzjoni ta" tariffi ta" l-aħħar tentattiv kif jingħad fid-Direttiva 2003/54/KE – filwaqt li jkun żgurat li hemm miżuri xierqa biex iħarsu lill-konsumaturi vulnerabbli, partikolarment fis-sens ta' faqar tal-fjuwil, inklużi mekkaniżmi mhux ibbażati fuq is-suq; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' referenza għal mekkaniżmi ta' prezzijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq imsemmija dwar politika ta' l-enerġija għall-Ewropa; ifakkar li intervent fuq il-prezzijiet għandu jitħalla biss, bħala l-aħħar tentattiv, meta regolaturi nazzjonali jippruvaw jikkontrollaw prezzijiet li qed jogħlew li jkunu stimulati b'mod artifiċjali sabiex tkun evitata l-ħsara lill-konsumaturi, lin-negozji u lill-kompetituri ġodda, iżda wkoll li fi kwalunkwe każ il-prezzijiet għandhom ikopru l-ispejjeż reali;

17.  Iqis li sussidji għal sorsi ta' l-enerġija li ma tiġġeddidx għandhom jitneħħew, biex b'hekk ikunu żgurati kundizzjonijiet indaqs, li spejjeż ambjentali esterni għandhom ikunu inklużi fil-prezz ta' l-enerġija u li strumenti bbażati fuq is-suq għandhom jintużaw biex jintlaħqu objettivi ambjentali u tal-politika ta' l-enerġija;

18.  Jinnota li obbligi mmirati ta" standard għoli universali u ta" servizz pubbliku għandhom ikunu konformi mar-regoli ta" l-għajnuna mill-Istat u li l-liġi tal-kompetizzjoni tapplika fir-rigward ta' diskriminazzjoni tal-prezzijiet u restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-ġdid; jenfasizza li dan huwa ta" importanza kruċjali li l-impatt tat-tariffi ta" provvista regolati li baqa' fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jiġi evalwat u li jitneħħew id-distorsjonijiet tas-suq;

Impatt soċjali u ħarsien tal-konsumatur

19.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjonijiet ta' l-impatt kompleti inkluża l-evalwazzjoni ta' l-effetti soċjali tal-proposti differenti tagħha u biex tappoġġja l-industriji biex jiżviluppaw mekkaniżmi għal taħriġ u tqassim mill-ġdid ta' l-impjiegi;

20.  Jemmen li huwa indispensabbli li l-konsumaturi jingħataw l-enerġija għall-ħtiġijiet bażiċi tagħhom u li l-faqar ta' l-enerġija jrid jingħeleb bil-mezzi disponibbli kollha, b'mod partikulari billi jitħeġġew l-iffrankar ta' l-enerġija u l-effiċjenza ta' l-enerġija; barra minn hekk, jitlob miżuri soċjali mmirati kif xieraq u trasparenti li, filwaqt li ma jostakolawx il-kompetizzjoni ġusta, huma meħtieġa biex iħarsu lill-konsumaturi vulnerabbli u żvantaġġjati;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta tagħha għal Karta tal-Konsumaturi ta" l-Enerġija sa mhux iktar tard mill-aħħar ta" l-2007;

Interkonnessjonijiet

22.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-objettiv indikattiv li jinkisbu livelli ta' interkonnessjonijiet ta' 10% fl-Istati Membri;

23.  Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom, anke permezz tat-tisħiħ ta" koperazzjoni bilaterali, biex ineħħu ostakoli tekniċi, amministrattivi u politiċi għat-tlestija ta" proġetti eżistenti u tal-ġejjieni, b'mod partikulari ta" l-erba" proġetti identifikati mill-Kummissjoni bħala proġetti ta" interess Komunitarju; jitlob l-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċeduri ta" awtorizzazzjoni għall-bini ta" linji ta" interkonnessjoni u biex jillimitaw it-tul ta" żmien tal-proċeduri; iqis, madankollu, li għandhom dejjem jitqiesu konsiderazzjonijiet ta' interess ġenerali;

24.  Jerġa" jafferma l-bżonn li jiżdied il-baġit allokat għal netwerks ta' l-enerġija trans-Ewropej biex, b'mod partikolari, jitneħħew l-ostakoli ambjentali;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef il-ħatra ta" koordinaturi ta' l-UE għal proġetti ta" interess Komunitarju li qed ikollhom problemi bl-implimentazzjoni;

26.  Jenfasizza li infrastruttura u ġenerazzjoni ta" l-enerġija deċentralizzati jistgħu jgħinu biex ikun hemm livell ogħla ta" sigurtà tal-provvista ta" l-enerġija u għandhom ikunu inkoraġġuti meta jiġu mfassla strateġiji ta" politika dwar l-enerġija;

Kuntratti fit-tul

27.  Jirrikonoxxi li kuntratti fit-tul "upstream', b'mod partikulari fil-qasam tal-gass, huma meħtieġa għal ambjent ta' investiment pożittiv u li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista u biex ma jagħmlux ħsara lill-integrazzjoni tas-suq intern ta" l-enerġija, sakemm ma jkunux esklużi kompetituri ġodda;

28.  Jemmen li applikazzjoni bbilanċjata u effettiva tal-prinċipju 'użah jew itilfu' trid tkun żgurata biex kompetituri ġodda jkun jista' jkollhom aċċess għan-netwerks fejn il-kapaċità ma tkunx utilizzata;

29.  Jemmen li kuntratti fit-tul bilaterali "downstream", sakemm ma jeħdux persentaġġ sinifikanti tas-suq u ma jostakolawx lill-konsumaturi milli jibdlu l-fornituri, jippermettu lil industriji li jużaw ħafna enerġija li jinnegozjaw prezzijiet ta' enerġija iktar kompetittivi u stabbli mal-fornitur li jagħżlu huma u li għalhekk għandhom ikunu permessi, sakemm ikunu sorveljati sew mill-awtoritajiet rilevanti u sakemm ma joħolqux spejjeż addizzjonali għan-netwerks, li jagħlqu s-suq għal kompetituri ġodda jew li jxekklu l-iżvilupp tas-suq;

30.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi definizzjoni ta" x'jikkostitwixxi utent li juża ħafna enerġija u sabiex tagħti attenzjoni speċjali lill-utenti li jużaw ħafna enerġija fl-UE li qed jikkompetu fl-ekonomija globali;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti linji gwida ċari dwar kuntratti fit-tul u bilaterali "downstream" sabiex titnaqqas l-inċertezza fis-suq u sabiex jibda jkun hemm standardizzazzjoni tal-kuntratti;

32.  Ifakkar li l-faċilitajiet għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija huma infrastrutturi kruċjali li s-sikurezza u s-sigurtà tagħhom iridu jkunu mħarsa u żgurati bis-sħiħ f'kull ċirkostanza;

Netwerks ta' l-elettriku u tal-gass

33.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ħtiġijiet ta" investiment meħtieġ biex jittejjeb in-netwerks ta' l-elettriku u tal-gass biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista fl-UE; jinsisti fuq l-istabiltà, il-koerenza u t-trasparenza tal-qafas regolatorju sabiex jinħoloq ambjent tajjeb għall-investiment u għalhekk jitlob li jkun żviluppat tali qafas regolatorju għall-benefiċċju komuni tal-konsumaturi u tan-negozji fl-UE;

34.  Jiddispjaċih li għad hemm ħafna ostakoli fi Stati Membri li jikkawżaw dewmien sproporzjonat fil-ħolqien ta" infrastrutturi għall-importazzjoni ta" l-enerġija u fil-konnessjoni ta" ġenerazzjoni ġdida man-netwerk ewlieni ta" l-elettriku; għalhekk jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li dan id-dewmien jitnaqqas għall-minimu assolut u li kull zona abitata, remota u inaċċessibbli (inklużi gżejjer u zoni muntanjużi) tkun konnessa man-netwerk ewlieni ta l-elettriku;

35.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw żieda fil-kapaċità tan-netwerk biex tkun tista" tiġi inkorporata ġenerazzjoni ġdida u massiva ta" enerġija li tiġġedded fuq l-art u fil-baħar; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-fattibilità li jinħoloq netwerk intelliġenti ta' l-UE li jisfrutta bis-sħiħ l-aħħar teknoloġiji ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni disponibbli, wieħed li jkun jista' jakkomoda varjetà wiesgħa ta" għażliet ta" ġenerazzjoni, isaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumatur u li jkun kapaċi jsib u janalizza malajr fejn hemm il-ħsarat u jieħu azzjoni u jirrimedja l-effetti tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffavurixxu l-investimenti relatat u biex jagħtu lir-regolaturi tagħhom mandat espliċitu biex jagħtu prijorità lill-kisba ta' dawn il-miri;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa ta" armonizzazzjoni teknika tan-netwerks ta' l-UE;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal pjan direzzjonali għall-ħolqien ta" netwerk wieħed ta" UE tal-elettriku u tal-gass;

38.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-progress teknoloġiku reċenti fl-inklużjoni tal-bijogass fin-netwerk tal-gass; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri konkreti biex tieħu vantaġġ minn dan il-potenzjal b'mod iktar estensiv, sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, b'mod partikolari sabiex tiggarantixxi aċċess għan-netwerk tal-bijogass;

Ħażniet strateġiċi

39.  Jaqbel ma" l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li, fir-rigward tal-gass, meta titqies it-teknoloġija preżenti, huwa aħjar li jkun hemm diversi rotot u teknoloġiji ta" provvista, bħal impjanti ta' degassifikazzjoni u terminals ta" gass naturali likwifikat, milli jinħolqu ħażniet ta' gass enormi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti speċifiċi biex isir użu aħjar tal-ħażniet eżistenti tal-gass mingħajr ma ttellef il-bilanċ bejn is-sigurtà tal-provvista u l-preferenza ta' kompetituri ġodda fis-suq;

40.  Jenfasizza l-komplementarjetà tan-netwerk ta" l-elettriku u tan-netwerk tal-gass; f'dan il-kuntest, jirrimarka li l-ħażna hija parti integrali min-netwerk tal-gass u għandha tkun immaniġġjata fi spirtu ta' solidarjetà nazzjonali u ta' l-Unjoni; jemmen ukoll li l-ħażna tista" ssostni ġeneraturi "stand-by" ta" l-elettriku u b'hekk tgħin għas-sigurtà tal-provvista;

41.  Jinnota li ħażniet tal-gass strateġiċi jistgħu jkunu proposti u żviluppati minn Stati Membri individwali skond il-fattibilità ekonomika u teknika tagħhom;

It-trasparenza

42.  Jemmen li t-trasparenza hija prerekwiżit għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni u li l-informazzjoni dejjem għandha tkun żvelata f'waqtha u b'mod li jkun ċar u aċċessibbli faċilment u fuq bażi mhux diskriminatorja;

43.  Jinnota d-diffikultajiet li l-konsumaturi domestiċi jiffaċċjaw meta jgawdu s-swieq liberalizzati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti dwar kif tiżdied it-trasparenza għall-konsumaturi; biex l-informazzjoni għall-konsumatur titlesta u tkun ċara (inklużi t-tariffi diversi disponibbli, it-taħlita ta' l-enerġija tal-kumpanija u informazzjoni utli oħra bħat-tikettar, kif jingħad fid-Direttiva 2003/54/KE), u sabiex jissaħħaħ l-irwol ta' organizzazzjonijiet tal-konsumatur fis-suq intern ta' l-enerġija;

44.  Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-bżonn li jiġu introdotti regoli li jorbtu dwar it-trasparenza għas-swieq ta' l-elettriku u tal-gass; jemmen li livell ta" trasparenza għoli u armonizzat jippromwovi kompetizzjoni effiċjenti u jġib kompetituri ġodda fis-suq;

45.  F'dan ir-rigward, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura trasparenza aħjar fis-swieq;

Implimentazzjoni ta" leġiżlazzjoni tal-Komunità

46.  Huwa mħasseb dwar in-numru ta" Stati Membri li għad iridu jittrasponu d-Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE u dwar dawk li naqsu milli jimplimentawhom sew; jistieden lill-Istati Membri biex jittrasponu dawn id-Direttivi u biex jimplimentawhom bis-sħiħ mingħajr dewmien;

47.  Jemmen li d-Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE għandhom biżżejjed dispożizzjonijiet li, jekk ikunu applikati sew, jiżguraw xenarju kompetittiv u t-tlestija tas-suq intern ta' l-enerġija;

48.  Jaqbel mal-Kummissjoni li m'hemmx proċess ta" liberalizzazzjoni alternattiv u jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw traspożizzjoni effettiva u sħiħa ta' direttivi ta" liberalizzazzjoni eżistenti; aktar minn hekk japprova l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta" funzjonament tas-suq billi jiġu implimentati rimedji kemm dawk li jkunu bbażati fuq kompetizzjoni kif ukoll dawk regolatorji;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika r-riżultati kollha ta" l-istudju tagħha ta" evalwazzjoni ta" l-impatt u t-tweġibiet li rċeviet u biex tinfurmah b'dan qabel ma tippreżenta proposti leġiżlattivi ġodda;

50.  F'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma ttrasponewx jew ma implimentawx b'mod korrett id-Direttivi 2003/54/KE jew 2003/55/KE;

51.  Iwissi dwar konċentrazzjoni tas-suq eċċessiva u jqis li din għandha tkun indirizzata l-aħjar permezz ta" iktar progress ta' l-integrazzjoni tas-swieq u ta' miżuri regolatorji billi għandu jkun hemm għażla tal-konsumatur fir-rigward tal-fornitur f'ambjent kompetittiv miftuħ; jtenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu iktar passi biex tindirizza konċentrazzjonijiet fis-suq ta' l-enerġija fil-każ ta abbużi minn dominanza fis-suq;

52.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għalkemm l-iżviluppi fil-koordinazzjoni tad-distribuzzjoni tal-kapaċità transkonfinali huma inkoraġġanti, il-livell baxx ta' trasparenza fil-kalkolu tal-kapaċità netta ta' trasferiment meħtieġa għall-irkantijiet u fid-determinazzjoni tal-kapaċità disponibbli ta' trasferiment jikkostitwixxi ostakolu serju għall-kompetizzjoni, liema ostakolu jrid jiġi ttrattat billi jkunu introdotti regolamenti iktar stretti dwar il-prattiki miftiehma li nstabu li jseħħu f'irkantijiet u billi jkun imsaħħaħ il-monitoraġġ ta' l-'anti-trust';

53.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-impatt ta' konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni, fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll ta' l-UE, filwaqt li tqis ukoll il-proċess preżenti ta' konsolidazzjoni li qed jagħti lok għal impriżi ta' l-enerġija ġodda, kbar u multinazzjonali attivi f'numru sinifikanti ta' Stati Membri u bi grad għoli ta' integrazzjoni vertikali u tal-gass-elettriku;

54.  Jemmen li s-sjieda pubblika fis-swieq ta" l-elettriku u tal-gass hija waħda mill-elementi ewlenin li jwasslu għal distorsjonijiet fuq livell Ewropew u li l-istimulu għal kompetizzjoni f'dawk is-swieq jitnaqqas iktar jekk ikun hemm intrapriżi pubbliċi, għaliex f'ħafna mill-każijiet, minħabba l-istatut tal-kumpanija tagħhom, hemm livell aktar baxx ta' trasparenza u ta' informazzjoni għal investituri potenzjali u minħabba li dawn il-kumpaniji huma dipendenti fuq deċiżjonijiet politiċi meħuda mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri involuti;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-azzjonijiet u l-proposti kollha tagħha, tqis l-importanza ta" l-irwol ta' kumpaniji ta' l-enerġija żgħar u ta' daqs medju għat-tħaddim ta' swieq ta' l-enerġija kompetittivi;

56.  Jistieden lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri biex iwaqqfu l-promozzjoni ta" l-hekk imsejħa 'champions' nazzjonali u biex ma jibqgħux jgħaddu leġiżlazzjoni protezzjonista li ma tippermettix l-iżvilupp ta' suq ta' l-UE ta' l-enerġija integrat tassew; jitlob li jiġu stabbiliti programmi attivi ta" rilaxx tal-gass u ta" l-elettriku u swieq ibbilanċjati iktar likwidi sabiex jiffavorixxu kompetituri ġodda fis-suq;

57.  Iqis li huwa essenzjali li Skema modifikata ta" Skambju ta" Emissjonijiet fil-ġejjieni tkun integrata, bis-sħiħ, b'mod trasparenti u taħt is-superviżjoni tar-regolaturi nazzjonali, fis-suq liberalizzat ta" l-enerġija sabiex ikun evitat li toħloq tagħwiġ fil-mekkaniżmi tas-suq;

58.  Itenni l-importanza li jinkiseb suq ta' l-UE ta' l-enerġija liberalizzat bis-sħiħ kemm jista' jkun malajr u jinsisti li l-Kummissjoni tippreżenta l-pakkett tagħha ta' miżuri addizzjonali għas-suq intern lejn l-aħħar ta' Settembru 2007, kif imħabbar;

o
o   o

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2006)0603.
(2) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 112.
(3) ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2007)0198.
(5) ĠU L 33, 4.2.2006, p. 22.
(6) ĠU L 289, 3.11.2005, p.1.
(7) ĠU L 127, 29.4.2004, p. 92.
(8) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.
(9) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(10) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.
(11) 7 ĠU L 296, 14.11.2003, p. 34.
(12) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.


Sajd industrijali u l-produzzjoni ta" ħut imqadded mitħun u ta" żejt tal-ħut
PDF 222kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar sajd industrijali u l-produzzjoni ta" ħut imqadded mitħun u ta" żejt tal-ħut (2004/2262(INI))
P6_TA(2007)0327A6-0155/2005

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-projbizzjoni ta" ħut imqadded mitħun li jingħata bħala ikel lil annimali li jixtarru li ġiet imposta mill-Kummissjoni Ewropea fl-2001, miżura prekawzjonali introdotta bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE ta" l-4 ta" Diċembru 2000 li tikkonċerna ċertu miżuri ta" protezzjoni b'kunsiderazzjoni għal enkefalopatiji sponġiformi trażmissibli (TSEs) u l-għalf ta' proteini ta' l-annimali(1) u aktar tard ikkonsolidati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2003 ta" l-10 ta" Lulju 2003(2) li jemenda l-Annessi I, IV u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta" kif l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ħut imqadded mitħun jingħata bħala ikel lil annimali li ma jixtarrux (Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif emendat),

–   wara li kkunsidra l-karta ta" ħidma ta" l-2004 tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu "L-Industrija tal-Ħut Imqadded Mitħun u taż-Żejt tal-Ħut – L-Irwol Tiegħu fil-Politika Komuni tas-Sajd",

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dwar il-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibli(3), kif emendat b'mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006(4), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2005 tal-5 ta' Awissu 2005 li temenda l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ikel ta' l-annimali(5) adottat mill-Kummissjoni wara l-iżvilupp ta" metodu vvalidat (ara d-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/126/KE tat-23 ta" Diċembru 2003 dwar il-metodu analitiku għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta' l-oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali ta' l-għalf tal-bhejjem(6)) li jippermetti s-sejba ta" laħam mammiferu u għadam mitħun fl-għalf ta" l-annimali anke meta jkun hemm ħut imqadded mitħun fl-istess għalf, u jirrikonoxxi li l-bażi biex ikun projbit li ħut imqadded mitħun jingħata bħala ikel lil annimali li jixtarru, għalhekk m'għadiex aktar valida u li din l-projbizzjoni trid titneħħa,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta" Ottubru 2004 dwar l-abbozz ta" Regolament fuq imsemmi(7), liema riżoluzzjoni titlob għall-irtirar ta' l-abbozz, u li tieħu l-pożizzjoni li l-għoti ta' ħut imqadded mitħun bħala ikel lil annimali li jixtarru m'huwiex konsistenti mad-dazju impost fuq il-Komunità biex tħares is-saħħa taċ-ċittadini tagħha,

–   wara li kkunsidra l-ogħla livelli permessibbli ta" sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta" l-annimali, stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta" Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali(8), emendata fl-2003 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/57/KE tas-17 ta" Ġunju 2003(9) biex tinkludi dijossini u emendata għal darb'oħra mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/100/KE tal-31 ta" Ottubru 2003(10),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-titjib tal-monitoraġġ ta" sajd industrijali fl-UE (COM(2004)0167) li timmira li jiġi stabbilit monitoraġġ trasparenti u effettiv ta" ħatt industrijali fil-Komunità kollha,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fis-17 ta" Mejju 2006 dwar ir-regoli ta" prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibli(11),

–   wara li kkunsidra t-tweġibiet provduti mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għal mistoqsijiet preżentati mill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Ottubru 2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0155/2005),

A.   billi hu neċessarju għall-istabilità ta" l-industrija tal-ħut imqadded mitħun u taż-żejt tal-ħut, li kwistjonijiet ta" etika, sostennibilità, tossini, metalli tqal u sustanzi li jniġgzu, li kultant jitqajmu, jiġu ttrattati b'mod koerenti,

B.   billi m'hemm l-ebda evidenza xjentifika li l-użu ta" prodotti tal-ħut fl-għalf ta" l-annimali jista" jittrażmetti BSE jew TSEs; billi kontrolli stretti regolatorji, flimkien ma" investiment estensiv mill-industrija, żguraw is-sikurezza tal-katina ta" l-ikel minn kontaminazzjoni ta" dijossini u ta" PCBs simili għal dijossini,

C.   billi minħabba metodi uffiċjali mtejba m'hemm l-ebda riskju ta" konfużjoni tal-preżenza ta" laħam mammiferu u ta" għadam mitħun ma' ħut imqadded mitħun,

D.   billi l-ħut imqadded mitħun fih ħafna aċidi amino essenzjali, u ż-żejt tal-ħut u l-ħut imqadded mitħun fihom ħafna aċidi tax-xaħam li jipprovdu benefiċċji ta" saħħa u ta" ġid kemm għall-bnedmin kif ukoll għall-annimali,

E.   billi, għalkemm hemm diversi opinjonijiet dwar l-effetti ta" sajd industrijali u mhux ta" min joqgħod ħafna fuq sorsi waħdiena ta" informazzjoni, ir-riżultati ta" l-istudju ta" l-2004 ta" l-ICES indikaw li l-impatt tas-sajd industrijali fuq l-ekosistemi marini hu relattivament żgħir meta mqabbel ma" l-effetti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem,

F.   billi, minkejja dan, għandha titkompla r-riċerka dwar l-impatt tas-sajd industrijali fuq l-ekosistemi marini u fuq l-ambjent aktar wiesa',

G.   billi l-pajjiżi u r-reġjuni kollha li jfornu lill-UE bil-ħut imqadded mitħun jappoġġjaw u jimplimentaw il-Linji Gwida Tekniċi għal Sajd Responsabbli tal-FAO,

H.   billi l-karta ta" ħidma ta" l-2004 tad-DĠ għar-Riċerka tgħid li fl-ilmijiet ta" l-UE, il-biċċa l-kbira ta" l-ispeċi fil-mira, li għalihom hemm dejta disponibbli, huma meqjusa fil-limiti bijoloġiċi ta" sikurezza,

I.   billi l-industrija tal-ħut imqadded mitħun u taż-żejt tal-ħut għandha importanza globali, timpjega madwar 2 222 persuna b'mod dirett u madwar 30 000 oħra b'mod indirett fl-Ewropa u aktar minn 100 000 persuna fil-Peru, l-akbar produttur u esportatur tal-ħut imqadded mitħun,

J.   billi l-ħut imqadded mitħun u ż-żejt tal-ħut huma ta" importanza kruċjali bħala għalf għall-ħut imrobbi fl-irziezet fis-settur ta" l-akwakoltura li dejjem qed jikber ta" l-UE,

1.  Jirrikonoxxi li bħalissa l-Kummissjoni qed tapplika l-prinċipju li twaqqaf TACs u kwoti skond ċertu kriterji xjentifiċi u tikkonsidra l-użu ta" ħut la darba jkun tniżżel l-art bħala kwistjoni ekonomika u mhux kwistjoni ta" konservazzjoni;

2.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni fuq imsemmija tal-Kummissjoni dwar it-titjib fil-monitoraġġ tas-sajd industrijali fl-UE;

3.  Jenfasizza l-importanza li titkompla r-riċerka dwar l-impatt tas-sajd industrijali u l-effetti tiegħu fuq sajd ieħor kif ukoll fuq l-ambjent tal-baħar, bl-għan li l-attivitajiet kollha tas-sajd jinżammu fuq livell sostenibbli u li jkunu ta' profit għas-sajjieda li jagħmlu użu minn tekniki li jħallu l-anqas impatt fuq l-ambjent;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid ir-riċerka xjentifika dwar l-imsell kaħlani sabiex ikollha parir u mmaniġġjar aħjar fil-futur qarib ;

5.  Jenfasizza l-problema ta" rimi mis-sajd tal-baħar, billi huwa stmat li hemm miljun tunellata ta' rimi fis-sena fis-sajd Ewropew;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studji u/jew proġetti pilota biex jinvestigaw is-sitwazzjoni ta" bħalissa rigward ir-rimi u l-possibiltà ta' l-użu tiegħu mis-settur industrijali tas-sajd sabiex, taħt l-ebda ċirkustanza, ma jwassal għal sfruttament esaġerat tar-riżorsi;

7.  Jissuġġerixxi li l-użu ta' rimi mill-industrija tal-ħut imqadded mitħun u taż-żejt tal-ħut għandhu jiġi eżaminat mill-Kummissjoni f'relazzjoni mill-qrib mal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament minħabba l-espansjoni mgħaġġla tas-settur ta" akwakoltura ta" l-UE;

8.  Jenfasizza fuq l-kontrolli li jeżistu fl-UE biex jillimitaw il-preżenza ta' sustanzi mhux mixtieqa u kontaminanti fl-għalf ta' l-annimali, li jiżġuraw li l-livelli ta' ħut imqadded mitħun u ta' żejt tal-ħut jibqgħu fil-limiti, u jilqa" b'sodisfazzjon l–investiment ta" EUR 25 miljun mill-industrija tal-ħut imqadded mitħun u taż-żejt tal-ħut fid-Danimarka u fir-Renju Unit, bl-għan li jiġu eliminati dijossini u PCBs simili għad-dijossini u jiġi żġurati prodotti sikuri u tajbin għas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmoniterjaw mill-qrib l-applikazzjoni tal-kontrolli eżistenti;

9.  Jinnota b'approvazzjoni li dan l-investiment mill-industrija sar bil-qalb minkejja n-nuqqas ta' adozzjoni mill-UE tal-prinċipju "min iniġġes iħallas";

10.  Jenfasizza l-bżonn għall-industrija li tapplika l-prinċipju ALARA (As Low As Reasonably Achievable - baxxi daqs kemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevili) il-ħin kollu fejn ikollhom x'jaqsmu d-dijossini u l-PCBs simili għad-dijossini.

11.  Jitlob li jkun hemm analiżi xjentifika biex jiġu determinati valuri ta" limitu aċċettabbli għad-dijossini fil-ħut imqadded mitħun użat għall-għalf tal-ħnieżer u tat-tiġieġ;

12.  Jenfasizza li m'hemm l-ebda evidenza xjentifika li tappoġġja l-projbizzjoni totali ta' l-użu tal-ħut imqadded mitħun bħala għalf fuq il-bażi li jista" jittrażmetti BSE jew TSEs oħra;

13.  Jinnota li r-Regolament (KE) Nru 1923/2006 jipprojbixxi l-għalf tal-proteina ta' l-annimali lill-annimali li jixtarru, iżda jippermetti lill-Kummissjoni biex tagħti derogi għal għalf ta' ħut imqadded mitħun lill-annimali li jixtarru ta' età żgħira, dejjem jekk derogi bħal dawn ikunu bbażati fuq analiżi xjentifika tal-ħtiġijiet dijetetiċi ta' annimali li jixtarru ta' età żgħira u jsegwu analiżi ta' l-aspetti ta' kontroll;

14.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija adottata fis-17 ta' Mejju 2006, li stipulat, fir-rigward ta' l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal deroga li tippermetti, f'ċerti ċirkostanzi, l-għalf ta' annimali żgħar ta' speċi li jixtarru bi proteini derivati mill-ħut;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ineħħu l-projbizzjoni tal-ħut imqadded mitħun u taż-żejt tal-ħut li jingħata bħala ikel lil annimali li jixtarru;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 32.
(2) ĠU L 173, 11.7.2003, p. 6.
(3) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7).
(4) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 205, 6.8.2005, p. 3.
(6) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 78.
(7) ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 178.
(8) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE (ĠU L 271, 30.9.2006, p.53).
(9) ĠU L 151, 19.6.2003, p. 38.
(10) ĠU L 285, 1.11.2003, p. 33.
(11) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 219.

Avviż legali - Politika tal-privatezza