Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar l-isforzi ta" l-Istati Membri matul l-2005 biex jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd (2007/2108(INI))
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-isforzi ta" l-Istati Membri matul l-2005 biex jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd (COM(2006)0872),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(1)
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003, tat-12 ta" Awwissu 2003, li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002(2)
– wara li kkunsidra l-proposta ta" Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd (COM(2007)0196),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitulata "Politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew" (COM(2007)0136),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (COM(2007)0073),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-titjib tal-kapaċità tas-sajd u l-indikaturi ta" l-isforz skond il-politika komuni tas-sajd (COM(2007)0039,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tal-Laqgħa Għolja Dinjija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li saret f'Johannesburg fis-26 ta' Awissu sa l-4 ta' Settembru 2002,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0297/2007),
A. billi l-ħarsien u l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar u l-isfruttar tagħhom skond il-prinċipji ta" l-iżvilupp sostenibbli għandu jkun wieħed mill-elementi ċentrali tal-Politika Komuni dwar is-Sajd,
B. billi s-sostenibilità tar-riżorsi taz-zoni tas-sajd hija essenzjali biex tiggarantixxi l-attività tas-sajd u l-vijabilità ta' l-industrija tas-sajd għal żmien fit-tul,
C. billi sa mill-bidu tas-snin 80, il-kapaċità żejda tal-flotta Komunitarja fid-dawl tar-riżorsi disponibbli kienet wieħed mill-fatturi li joħloq tħassib kostanti mil-lat tal-vijabilità taz-zoni tas-sajd,
D. billi d-Dikjarazzjoni Finali tal-Laqgħa Għolja Dinjija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, taħseb għal analiżi bbażata fuq l-ekosistemi għall-isfruttar taz-zoni tas-sajd, u tipproponi t-tneħħija ta" prattiki qerrieda tas-sajd waqt li tesiġi l-użu tal-prinċipju ta" prekawzjoni fl-isfruttar tar-riżorsi,
E. billi s-Samit imsemmi stabbilixxa l-objettiv li fis-sena 2015 għandu jintlaħaq l-irkupru ta" riżorsi tas-sajd għal speċijiet li jinsabu fil-periklu, filwaqt li huwa mistenni li sad-data msemmija, ir-riżorsi kollha tas-sajd ikollhom livell ta" sfruttament li jkun konformi mal-qabdiet massimi sostenibbli,
F. billi f'dawn l-aħħar snin l-Unjoni Ewropea approvat diversi pjanijiet għall-irkupru u l-immaniġġjar ta" ħut li huma sfruttati żżejjed (il-marlozz, il-bakkaljaw, il-lingwata, is-sallura u l-gambli kbar) u huwa prevedibbli li fil-ġejjieni jkun meħtieġ li dawn jiġu estiżi għal speċijiet oħra li għandhom valur kummerċjali,
G. billi minkejja l-progress li sar sa mill-implimentazzjoni, fl-1983, ta" l-ewwel programm ta" gwida għall-flotot, bil-għan li titnaqqas il-kapaċità u l-qawwa tagħhom sabiex dawn ikunu adegwati għar-riżorsi eżistenti, il-karatteristiċi speċifiċi tal-flotot nazzjonali u ta' l-industriji tas-sajd ma ġewx ikkunsidrati u xi Stati Membri mhux biss ma laħqux dan il-għan, iżda talli wħud minnhom żiedu l-isforzi tagħhom għas-sajd,
H. billi huwa meħtieġ li jinġiebu 'l quddiem metodi ta' sajd li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, skond ir-riċerka xjentifika dwar is-sajd, permezz ta' tagħmir aħjar tas-sajd, għażla akbar u l-projbizzjoni ta' tagħmir tas-sajd li jeqred l-ekosistemi tal-baħar,
I. billi minkejja s-snin li għaddew, l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri għadha mhix omoġenja, u dan ixekkel jew kważi jagħmilha impossibbli li ssir l-evalwazzjoni komparattiva tal-flotta,
J. billi ħafna Stati Membri bagħtu l-informazzjoni dwar ir-reġistru tal-flotta tard ħafna, filwaqt li oħrajn ma bagħtuhiex fil-limiti ta' żmien stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja,
K. billi l-immaniġġjar tajjeb tar-riżorsi skond il-prinċipji ta" prekawzjoni u ta" żvilupp sostenibbli jesiġi li għandhom jissaħħu l-mekkaniżmi eżistenti ta" kontroll, biex fil-ħin reali kemm l-Istat fejn ikunu reġistrati kif ukoll l-Istat fejn ikunu qegħdin joperaw il-bastimenti jistgħu jkunu jafu, f'kull waqt, il-post fejn ikun jinsab il-bastiment u l-operazzjonijiet tas-sajd li jkunu għaddejjin,
L. billi d-djalogu u s-sehem ta' l-industrija fil-miżuri kollha stipulati biex jinkiseb bilanċ bejn il-flotta u l-istat tar-riżorsi huma kundizzjonijiet essenzjali sabiex dawn il-miżuri jkunu effettivi,
M. billi s-sajjieda u l-għaqdiet li jirrappreżentawhom għandhom ikunu mdaħħlin biex jiddeċiedu dwar il-miżuri għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar u dwar it-tisħiħ tar-riżorsi tal-ħut,
N. billi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali huma entitajiet effettivi għall-koperazzjoni u d-djalogu bejn id-diversi interessi involuti fis-settur tas-sajd (l-ambjent, il-konservazzjoni tan-natura, in-nies li jaħdmu fid-diversi oqsma ta" l-industrija, fosthom il-produzzjoni, l- ipproċessar u l-akwakultura) u sakemm ikun hemm rabta mill-qrib bejn il-firxa ġeografika u l-problemi li jkunu qegħdin janalizzaw,
O. billi l-industrija tas-sajd fl-ibgħad reġjuni u fil-gżejjer ta" l-Unjoni Ewropea tħabbat wiċċha ma' problemi speċifiċi karatterizzati mill-ambjent naturali tal-baħar li jixraqlu arranġamenti speċjali għall-ħarsien, u l-eżistenza ta" flotot tal-kosta fuq skala żgħira li jaħdmu f'kundizzjonijiet diffiċli minħabba l-morfoloġija ta" l-ixkaffa kontinentali u l-fatt li r-riżorsi jinsabu f'zoni ta" baħar miftuħ li jeħtieġu kundizzjonijiet speċjali biex jiżguraw is-sikurezza tal-bastimenti u ta" l-operazzjonijiet tas-sajd,
1. Jifraħ lill-Kummissjoni għall-kontenut tar-rapport annwali dwar l-isforzi magħmula mill-Istati Membri fl-2005 sabiex joħolqu bilanċ sostenibbli bejn il-kapaċità tas-sajd u r-riżorsi tas-sajd, għax minkejja d-diffikultajiet li nħolqu minħabba l-informazzjoni diverġenti li taw l-Istati Membri, ir-rapport jiġbor sintesi ta" l-iżvilupp tal-flotot nazzjonali li tippermetti analiżi ta" l-evoluzzjoni tagħhom;
2. Itenni l-ħtieġa għal approċċ aktar wiesa' lejn miżuri biex jitħares l-ambjent tal-baħar u jissaħħu r-riżorsi tal-ħut, b'mod partikulari billi jitqiesu u jiġu studjati ċerti fatturi li jkollhom effett importanti fuq l-ambjent tal-baħar u fuq il-qagħda tar-riżorsi tal-ħut, bħat-tniġġis tal-kosta u tal-baħar miftuħ, id-drenaġġ industrijali u agrikulturali, it-tindif tal-ħama u t-trasport bil-baħar, biex jikkomplementaw il-metodi attwali ta' l-immaniġġjar; iqis li inizjattiva Komunitarja f'dan il-qasam hija prijorità;
3. Jinnota li kien hemm tnaqqis gradwali fil-kapaċità u l-potenza ġenerali tal-flotta (madwar 2% fis-sena) iżda li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fil-livell ta" l-isfruttar ta" l-ammonti ta" ħut, minħabba li t-titjib tekniku li sar fil-bastimenti jinnewtralizza jew jisboq il-possibilitajiet, f'dawk li huma qabdiet u sforzi ta' sajd, rappreżentati minn dan it-tnaqqis żgħir;
4. Iqis li mhux aċċettabbli li l-Istati Membri ma joqogħdux għall-obbligi li jiġbru u jgħaddu tagħrif dwar kemm qegħdin iqabblu l-kapaċità tagħhom tas-sajd mal-qagħda tar-riżorsi tal-ħut u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra dan in-nuqqas bħala mġiba ħażina serja u biex toħroġ il-kastig xieraq, bħal fil-każ ta' l-obbligi tas-sajjieda dwar it-tagħrif fuq il-qabdiet;
5. Jenfasizza li meta jsir it-tqabbil tal-flotot nazzjonali mar-riżorsi eżistenti għandu jitqies it-tnaqqis li sar diġà fl-isforzi tas-sajd, b'mod partikulari il-livell ta' konformità mal-Programmi ta' Gwida Plurijennali;
6. Ifakkar fil-ħtieġa li l-miżuri kollha għall-aġġustament tal-flotot nazzjonali u għall-irkupru tar-riżorsi għandhom jittieħdu bis-sehem tas-sajjieda u għandhom ikunu bbażati fuq ir-riċerka xjentifika dwar is-sajd;
7. Iħeġġeġ malajr lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposti ta" linji gwida li jiżguraw li l-Istati Membri jippreżentaw informazzjoni armonizzata li tagħmilha possibbli li ssir analiżi komparattiva ta" l-iżviluppi fid-diversi flotot nazzjonali u tipprovdi lil kull wieħed mill-Istati Membri b'informazzjoni diżaggregata dwar il-livell ta" qabdiet minn bastimenti li joperaw fiz-zoni kostali tagħhom;
8. Isemmi l-fatt li fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali u l-eżistenza kontinwa ta" kapaċità żejda, hu mixtieq li jitqiesu mill-ġdid l-iskemi attwali biex il-flotta komunitarja tiġi konformi ma" l-opportunitajiet tas-sajd, waqt li fil-politika Komunitarja għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taz-zoni tas-sajd jitħalla wisa' għal sistemi aktar effiċjenti li fihom innifishom jistgħu jnaqqsu l-kapaċità aktar minn dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;
9. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-inizjattivi rilevanti biex tkun tista' ssir bidla ħalli minn sistema ta' l-immaniġġjar tal-flotot ibbażata fuq ir-restrizzjoni tat-tunnellaġġ u l-qawwa tal-bastimenti, tidħol skema li biha l-isforzi tas-sajd ikunu jistgħu jiġu kontrollati permezz ta" l-immaniġġjar tas-sajd skond zoni ġeografiċi u l-użu ta" miżuri tekniċi xierqa għall-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi;
10. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti għat-titjib fis-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd kostali u artiġjanali fuq skala żgħira fl-Unjoni Ewropea, immirati sabiex jikber id-daqs u tiżdied il-qawwa tal-magni u biex jiġu rinnovati l-bastimenti sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' l-iġjene u tas-sikurezza abbord, mingħajr ma dan jimplika żieda fl-isforzi tas-sajd;
11. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għall-ħolqien ta" Kunsill Konsultattiv Reġjonali speċifiku għar-reġjuni l-iktar imbiegħda ta" l-Unjoni Ewropea;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni (11707/2007 – C6-0232/2007 – 2007/2162(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, kif ġie adottat b'mod definittiv fl-14 ta' Diċembru 2006(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-21 Ġunju 2007 (COM(2007)0340),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007, imħejji mill-Kunsill fit-13 ta' Lulju 2007 (11707/2007 – C6-0232/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0300/2007),
A. billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007 jipprevedi modifikazzjonijiet għall-istruttura tal-baġit bħala riżultat tar-reviżjoni tat-tbassir tar-riżorsi tradizzjonali proprji (TOR, jiġifieri dazji tad-dwana, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor), bażijiet tal-VAT u tal-GNI u l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit kif ukoll l-iffinanzjar tagħhom, li jwasslu għal bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji tagħhom lill-baġit ta' l-UE, il-pagament lura taż-żejjed mill-Fond ta' Garanzija għal miżuri esterni kif ukoll l-impatt ta' bidliet fir-Regolament Finanzjarju fuq in-naħa tad-dħul,
B. billi l-iskop ta' l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007 huwa li dawn ir-riżorsi baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2007,
1. Jinnota l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007;
2. Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2007;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (COM(2006)0852 – C6-0012/2007 – 2006/0278(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0852),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0012/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0253/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa" tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Settembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/.../KE.)
Ħalib preservat għall-konsum tal-bniedem *
196k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward rigward ċertu ħalib preservat deidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (COM(2007)0058 – C6-0083/2007 – 2007/0025(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0058),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0083/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0282/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinformah jekk ikollu il-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
L-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999) *
321k
54k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (COM(2007)0058 – C6-0084/2007 – 2007/0026(CNS))
(4) In accordance with Article 6(3) of Regulation (EC) No 1255/1999 aid for private storage of cream shall be granted as a market support measure. Equally, pursuant to Article 7(3) of that Regulation aid for private storage of skimmed milk powder may be granted. Given that the two support measures in practice have been inactive for a long time, even in situations with serious unbalance of the markets for milk fat and proteins, the two measures may be considered obsolete and should be abolished.
(4) B'konformità ma' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 l-għajnuna għall-ħżin privat ta' krema għandu jingħata bħala miżura ta' appoġġ għas-suq. Bl-istess mod, skond l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament tista' tingħata għajnuna għall-ħżin privat ta' trab tal-ħalib xkumat.
Emenda 2 PREMESSA 8 A (ġdida)
(8a)Fondi mfaddla mill-baġit ġejjin mill-istandardizzazzjoni għandhom jinżammu fis-settur tal-ħalib. Għandu jiġi stabbilit programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib sabiex jakkumpanja u jappoġġja r-riformi fis-settur tal-ħalib. L-għanijiet tal-programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, appoġġ għall-proċess ta' ristrutturazzjoni għall-produtturi u għal dawk li jipproċessaw il-ħalib li jintlaqtu mil-liberalizzazzjoni dejjem tikber tas-suq, it-tisħiħ ta' miżuri li jappoggawi t-tqegħid fis-suq u miżuri ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni (attivitajiet promozzjonali) għas-settur tal-ħalib, appoġġ sabiex tinżamm u tkun immodernizzata l-produzzjoni tal-ħalib f'kundizzjonijiet diffiċli fir-reġjuni fil-muntanji, u t-tisħiħ tas-sistema ta' tqassim tal-ħalib fl-iskejjel.
Emenda 3 ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (C), PUNT (I) Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1, inċiż -1 (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
- krema,
Emenda 4 ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (B) Artikolu 7, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
– EUR 16,11/100 kg of all milk from 1 August 2007 onwards.
-EUR 18,15 għal kull 100 kg tal-ħalib kollu, mill-1 ta' Awwissu 2007.
Emenda 6 ARTIKOLU 1, PUNT 6 A (ġdid) Artikolu 14, paragrafu 4 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
(6a)Ma' l-Artikolu 14 għandu jiżdied il-paragrafu 4a li ġej: "4a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' l-impatt dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel u, f'dan il-kuntest, għandha tikkunsidra alternattivi oħra biex twessa' l-għażla ta' prodotti li jaqgħu taħt l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel. Hawnhekk hija għandha partikolarment tqis prodotti ġodda, innovattivi u tajbin għas-saħħa."
Emenda 7 ARTIKOLU 1, PUNT 6 B (ġdid) Titolu I, Kapitolu III A (ġdid), Artikolu 15 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1255/1999)
(6b)Mat-TITOLU I għandu jiżdied dan il-Kapitolu li ġej: "KAPITOLU IIIA Programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib Artikolu 15a Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008 għandu jiġi stabbilit programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib biex jappoġġja l-miżuri ta' riforma fis-settur tal-ħalib. L-għanijiet tal-programm ta' ristrutturazzjoni tal-fond tal-ħalib għandhom jinkludu,inter alia: - appoġġ għall-proċess ta' ristrutturazzjoni fost il-produtturi u dawk li jipproċċessaw il-ħalib li jintlaqtu mil-liberallizzazzjoni dejjem tikber tas-suq; - it-tisħiħ ta' miżuri li jappoggawi t-tqegħid fis-suq u miżuri ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni (attivitajiet ta' promozzjoni ) għas-settur tal-ħalib; - iż-żamma u l-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib f'kundizzjonijiet diffiċli fir-reġjuni fil-muntanji; - it-tisħiħ tas-sistema ta' tqassim tal-ħalib fl-iskejjel."
* Il-Proposta Uffiċjali tal-Kummissjoni għadha mhijiex disponibbli bil-Malti. It-Test bl-Ingliż qed jiġi riprodott għal finijiet ta' informazzjoni.
Regoli addizzjonali ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib *
312k
46k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib għall-ħalib għax-xorb (COM(2007)0058 – C6-0085/2007 – 2007/0027(CNS))
(4) In order to provide clarity for the consumers, such milk should however not be called whole milk, semi-skimmed milk or skimmed milk but have their fat content percentage clearly indicated on the packaging.
(4) Għal raġunijiet ta' ċarezza għall-konsumaturi, dan il-ħalib madankollu m'għandux jiġi msejjaħ ħalib intier, ħalib parzjalment xkumat jew ħalib xkumat, iżda minflok, il-perċenwali tal-kontenut ta' xaħam tal-ħalib għandha tiġi indikata b'mod ċar fuq l-imballaġġ, direttament ħdejn id-deskrizzjoni tal-prodott.
Heat-treated milk not complying with the fat content requirements laid down in points (b), (c) and (d) of the first subparagraph may be considered drinking milk provided that the fat content is clearly indicated and easily readable on the packaging in form of "fat content of ...%". Such milk shall not be described as whole milk, semi-skimmed milk or skimmed milk. Member States may allow producers to indicate the fat content in the form of "fat content of …% + 0.2%".
"Il-ħalib li jiġi sottopost għal trattament ta' tisħin u li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti dwar il-kontenut ta' xaħam imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tas-subparagrafu 1, għandu jitqies bħala ħalib għax-xorb skond id-definizzjonijiet fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw it-twaħħil ta' tikketti, mal-preżentazzjoni u mar-reklamar ta' prodotti ta' l-ikel1, sakemm il-kontenut ta' xaħam ikun indikat b'mod ċar u jkun jista' jinqara faċilment, u jkun jinsab direttament ħdejn id-deskrizzjoni tal-prodott fuq l-imballaġġ fil-forma "ħalib ... % xaħam". Tali ħalib m'għandux jiġi deskritt bħala ħalib intier, ħalib parzjalment xkumat jew ħalib xkumat. ______________ 1 ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110)."
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabilixxi miżuri sabiex jiġu implimentati standards bażiċi komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni (il-ġarr ta" likwidi fl-ajruplani)
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam ta" l-avjazzjoni ċivili(1),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni biex tirrevoka u tissostitwixxi r-Regolament (KE) 2320/2002 (COM(2005)0429),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 ta' l-4 ta' April 2003 li jistabbilixxi miżuri sabiex jiġu implimentati standards bażiċi komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2006 ta' l-4 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri sabiex jiġu implimentati standards bażiċi komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni(3) (il-ġarr ta" likwidi fl-ajruplani)
– wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet għal Tweġiba Orali B6-0004/2007, B6-0005/2007, B6-0006/2007, B6-0007/2007 u B6-0008/2007,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jappoġġja l-miżuri kollha ta' sigurtà kontra riskji ta' terroriżmu fil-qasam ta' l-avjazzjoni, li huma maħsuba b'mod realistiku biex inaqqsu riskju u li m'humiex sproporzjonati;
2. Jiġbed l-attenzjoni li l-kontrolli ta" likwidi fil-bagalji ta" l-idejn permezz ta" apparat ta" l-X-ray ma jistgħux jittraċċaw splużivi f'likwidi, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom b'appoġġ għall-istudji tar-riċerka sabiex jinstabu mezzi effettivi għall-ittraċċar ta" sustanzi splużivi f'likwidi;
3. Iqis li r-Regolament (KE) Nru 1546/2006 ma ġiex implimentat b'mod uniformi u b'mod konsistenti fl-ajruporti kollha fl-Unjoni Ewropea u jitlob sabiex titwettaq din l-implimentazzjoni;
4. Jinnota li l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1546/2006 iġġib magħha spejjeż ikbar għall-ajruporti u għall-operaturi;
5. Jinnota wkoll, filwaqt li japprezza l-ħtieġa ta" sigurtà ta" kwalità għolja, l-ispejjeż ikbar għall-passiġġieri ta" l-ajru li jirriżultaw mit-teħid ta" proprjetà privata bħala riżultat ta" l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1546/2006;
6. Jirrikonoxxi l-inkonvenjent serju u t-tħarbit li jġarrbu l-passiġġieri, l-aktar il-passiġġieri fi tranżitu, kif ukoll l-operaturi minħabba r-Regolament (KE) Nru 1546/2006;
7. Huwa mħasseb li l-ispejjeż ikkawżati mir-Regolament (KE) Nru 1546/2006 jistgħu ma jkunux proporzjonati mal-valur miżjud tiegħu f'termini ta" aktar sigurtà milħuqa;
8. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex skond l-Artikolu 232 tat-Trattat KE, tippubblika u tpoġġi għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini t-test verbatim dwar il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuqhom, kif ukoll il-lista ta' l-eċċezzjonijiet għalhom u r-raġunijiet għall-miżura;
9. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex b'mod urġenti u - jekk ma jitressqux aktar fatti konklużivi- tirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1546/2006 (il-ġarr ta" likwidi fl-ajruplani);
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa u l-mobilità sostenibbli
322k
70k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa - is-soluzzjoni għal mobilità sostenibbli (2006/2228(INI))
– wara li kkunsidra l-Istrateġija ta" Liżbona l-ġdida li l-implimentazzjoni b'suċċess tagħha tiddependi fuq sistema loġistika effiċjenti, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjoni tas-settur tat-trasport lill-Istrateġija ta" Liżbona,
– wara li kkunsidra r-reviżjoni ta" nofs iż-żmien tal-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea ta" l-2001 dwar it-Trasport (COM(2006)0314), li tinkludi kapitolu dwar il-loġistika tat-trasport bħala mezz ta" mobilità intelliġenti,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa - is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli (COM(2006)0336),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar il-kontribut għall-Kunsill tar-Rebbiegħa ta" l-2007 fir-rigward ta" l-Istrateġija ta" Liżbona(1),
– wara li kkunsidra l-proposti u l-linji gwida tal-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet tal-Parlament dwar il-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni kif ukoll dwar is-Seba' Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka, l-Iżvilupp Tekniku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Marzu 2007 dwar il-bidliet klimatiċi,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Lejn politika marittima ta" l-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra' (COM(2006)0275) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007(2), dwar l-istess suġġett,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-komunikazzjoni tal-Kumissjoni dwar il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew dwar il-politika Ewropea tal-loġistika(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0286/2007),
A. billi l-miżuri implimentati sa mill-2001 skond il-Politika Ewropea Komuni għat-Trasport m'humiex biżżejjed aktar biex jiffaċċjaw l-isfidi ġodda ekonomiċi, soċjali u ambjentali,
B. billi s-settur tat-trasport u tal-loġistika jkompli jiżviluppa bħala fergħa ekonomika importanti fis-settur tas-servizzi u joffri prospetti ġodda ta' impjieg,
C. billi loġistika tat-trasport ta' merkanzija effiċjenti u effettiva bħala parti integrali mis-sistema tat-trasport ta" l-UE hija neċessarja għall-effiċjenza u għall-kompetittività ekonomika, għall-użu mill-aħjar tar-riżorsi, għall-ħolqien ta" opportunitajiet ta' impjieg, għall-protezzjoni ta' l-ambjent, għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u għat-titjib fis-sikurezza u fis-siġurtà,
D. billi s-settur tal-loġistika huwa vitali għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u għall-inklużjoni aħjar ta' l-inħawi u tar-reġjuni li jinsabu fit-truf ta" Ewropa mkabbra,
1. Jilqa" l-komunikazzjoni msemmija hawn fuq dwar il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa u jappoġġja konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-punti ta' konġestjoni eżistenti;
2. Japoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta Pjan ta" Azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fil-Ħarifa ta" l-2007, li għandu jservi biex il-loġistika titqiegħed fuq l-aġenda politika u biex il-profil tiegħu jogħla billi l-enfasi jkun fuq il-potenzjal, il-popolarita? u l-utilità tiegħu;
3. Jirrikonoxxi l-valur tar-rabta li għamlet il-Kummissjoni bejn il-loġistika u l-komodalità billi ikkunsidrat kull mod ta' trasport fuq bażi individwali u l-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-loġistika, u jemmen li l-modi kollha ta" trasport għandhom ikunu mħeġġa li jrendu fuq livell kompetittiv u sostenibbli;
4. Jinsisti li għandha tingħata prijorità lit-trasport, lil-loġistika u lill-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fl-Istrateġija ta' Liżbona l-ġdida, u jistieden lill-Istati Membri biex jirriflettu din il-prijorità fil-pjanijiet nazzjonali li se jkunu ppreżentati fil-Kunsill Ewropew li jmiss tar-Rebbiegħa 2008;
Simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv
5. Jinnota li l-loġistika hi primarjament attività ta" negozju; jikkunsidra madankollu li l-awtoritajiet pubbliċi jista' jkollhom rwol u jaġixxu bħala faċilitaturi speċjalment fejn għandu x'jaqsam it-titjib tal-qafas għal trasport tal-merkanzija multimodali;
6. Jirrikonoxxi l-importanza ta" l-iżvilupp ta" ċentru amministrattiv li "jservi għal kollox" fis-settur sabiex tiżdied l-effiċjenza, titnaqqas il-burokrazija u jitnaqqsu l-ispejjeż;
7. Jilqa" l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex teżamina d-dettalji u l-valur miżjud ta" l-istabbiliment ta" dokument wieħed tat-trasport, bħala mudell ta" l-UE, għaġ-ġarr kollu tal-merkanzjia, irrispettivament mill-mod ta' trasport użat; jikkunsidra madankollu, li dokument bħal dan għandu jipprovdi lill-impriżi ta' trasport b'ċertezza legali ċara u għandu jissostitwixxi n-numru kbir ta' dokumenti eżistenti tat-trasport;
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika x-xogħol dwar l-issimplifikar tal-proċeduri tat-tbaħħir fuq distanzi qosra u li tagħmel il-kunċett tar-Rotot tal-Baħar aktar operabbli; jippromwovi wkoll proposti oħra għal passaġġi ta'l-ilma interni taħt l-inizjattiva NAIADES; jitlob biex jinħatar kordinatur Ewropew fil-futur qarib biex jittratta r-Rotot tal-Baħar, li huma inklużi fost il-proġetti ta' prijorità tan-Network Ewropew tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T);
9. Jappoġġja d-diskussjoni mibdija mill-Kummissjoni, imħeġġa mill-Green Paper bit-titolu "Lejn politika marittima tal-ġejjieni għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra" (COM(2006)0275), rigward 'Spazju Marittimu Komuni Ewropew' futur, u jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti fejn il-kabotaġġ intra-Komunitarju jieqaf jiġi trattat bħala trasport internazzjonali fuq perjodu medju;
Sistemi ta" trasport intelliġenti
10. Innota l-importanza għal-loġistika ta" sistemi avvanzati ta" informazzjoni u ta" komunikazzjoni u l-iżvilupp ta" "trasport intelliġenti" speċjalment permezz ta" Galileo u inizjattivi oħra ta' l-UE, eż. SESAR (Sistema Ewropea ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku ta' l-Ajru), ERTMS (sistema Ewropea ta' senjalazzjoni tal-ferroviji), RIS (Servizzi ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar), u SafeSeaNet, kif ukoll sistemi innovattivi ta" tiftix u ttraċċar;
11. Jenfasizza l-importanza ta' sistemi tat-trasport intelliġenti (ITS) għat-titjib ta' l-effiċjenza tal-modi kollha tat-trasport u jemmen li l-użu ta' dawn is-sistemi għandu jiġu inkoraġġit bħala kwistjoni ta' prijorità fl-UE, waqt li tingħata attenzjoni partikulari lill-interoperabilità sħiħa tagħhom u jiġi żgurat aċċess indaqs għal dawn is-sistemi, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu l-SMEs;
12. Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata l-merkanzija-e (e-freight) bħala mezz biex titnaqqas il-burokrazija, biex jitħaffu l-proċeduri u biex tingħata l-opportunità li jiġi razjonalizzat u mnaqqas in-numru ta" formoli li jridu jimtlew, speċjalment fit-trasport ta" merkanzija transkonfinali;
13. Jinsisti li sabiex l-ITS tkun taħdem bi sħiħ fuq livell ta" l-UE, huwa essenzjali li jkun hemm aktar kompatibilità u interoperabilità bejn sistemi qodma u ġodda;
14. Jirrikonoxxi li l-iżvilupp ta" l-ITS jeħtieġ li jkun iffinanzjat kif suppost u appoġġjat mill-programmi xierqa tat-taħriġ, li fihom tingħata attenzjoni speċjali għall-iżgurar ta" aċċess sħiħ mill-SMEs;
Infrastrutturi u politika ta" Investiment
15. Jiddeplora l-impatt tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iffinanzjar tat-TEN-T dwar l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jieħdu l-opportunità offruta mid-dibattitu għall-2008 u l-2009 dwar l-iffinanzjar tal-politiki ta" l-UE biex b'mod definittiv tiġi solvuta l-problema permanenti ta" nuqqas ta" ffinanzjar tal-Politika Komuni għat-Trasport, speċjalment fir-rigward tal-proġetti tat-TENs u ta" l-ITS; jipproponi li fid-deċiżjonijiet futuri ta' finanzjament tat-TEN-T jigi kkunsidrat il-valur mizjud tal-komponent ta' loġistika;
16. Jitlob li jkun solvut urġentement it-tfixkil serju li għadu jeżisti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tas-servizzi minħabba n-nuqqas storiku ta' passaġġi adegwati f'zoni muntanjużi transkonfinali ewlenin, kif jiġri fl-Alpi u fil-Pirinej ċentrali, permezz ta' infrastrutturi komunitarji neċessarji (mina ferrovjarja f'livell baxx), li joffru alternattivi reali u aktar sostenibbli mil-lat modali għall-ftit passaġġi eżistenti, li huma konġestjonati għal kollox;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lir-rivitalizzazzjoni tal-linji ferrovjarji Ewropej, sabiex tiżdied il-kapaċità ta' tagħbija tal-merkanzija, biex tfassal u tiżviluppa sistema ferrovjarja ddedikata u biex tressaq inizjattivi mmirati li jiksbu dan, billi jiffukaw b'mod speċjali fuq kurituri transkonfinali u l-iżvilupp ta' ċentri inter-modali; bl-istess mod iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jappoġġjaw din l-inizjattiva fuq livell nazzjonali;
18. Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn urġenti li jkunu żviluppati infrastrutturi ko-modali u jkunu stabbiliti pjattaformi u installazzjonijiet ta' trasbord, speċjalment bejn rotot navigabbli u ferroviji, kif ukoll kumplessi industrijali b'infrastutturi għat-trasport ta' merkanzija lejn il-portijiet (dry ports) fl-intern ta' pajjiż, bl-għan tal-promozzjoni ta' loġistika interna Ewropea; bl-istess mod, huwa urġenti li tissaħħaħ, fost affarijiet oħra, ir-rabta bejn il-ferroviji u l-ajruporti bl-għan li tinżamm il-kapaċità u l-kompettività tal-qasam ta' l-ajru kemm fit-titjiriet intra-Kommunitarji kif ukoll dawk fuq distanzi twal barra l-UE, b'attenzjoni speċjali għall-merkanzija;
19. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżġura d-disseminazzjoni ta" l-aħjar prattika fl-iffinanzjar tal-loġistika bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni, pereżempju inizjattivi varji li jużaw kofinanzjament privat-pubbliku, possibilitajiet u strumenti strutturali tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprova testendi soluzzjonijiet li attwalment għaddejjin minn żvilupp għall-proġetti ta' żmien medju u twil ta" l-UE, bħal Galileo, għal proġetti ta" infrastruttura oħrajn;
Taħriġ u attrazzjoni ta" professjonijiet tal-loġistika
20. Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi t-taħriġ inkluż it-taħriġ tul il-ħajja bħala prijorità u jappoġġja proposta għall-iżvilupp ta' standards komuni għat-taħriġ u kriterji ta' referenza fuq bażi volontarja, kif ukoll rikonoxximent reċiproku ta" kapaċitajiet, għarfien u kompetenzi ta' l-istaff kollu involut fit-trasport u fil-loġistika;
21. Jinsisti li n-nuqqas ta" persunal kwalifikat li hemm fil-loġistika f'kull livell u f'kull settur, jista" jingħeleb billi jiġi offrut taħriġ adegwat, u biex b'hekk tigi miżjuda l-attrazzjoni tal-professjoni;
Trasport urban
22. Jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta Green Paper dwar it-Trasport Urban u jitlob għall-inklużjoni ta" kapitolu dwar il-loġistika urbana b'enfasi partikulari fuq it-tixrid ta' l-aħjar prattika;
Standardizzazzjoni
23. Jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet ta' l-istandards Ewropej biex jikkontribwixxu għall-elaborazzjoni ta' normi tekniċi standard għall-modi differenti ta' trasport u biex, fejn ikun pertinenti u possibbli, jinkorporaw bis-sħiħ fil-ħidma tagħhom id-dimensjoni loġistika intermodali, b'kont meħud ta' l-opinjoni tal-partijiet interessati kollha;
24. Jitlob li jiġi ppreparat studju bir-reqqa mill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza ta' standards ta' piżijiet u miżuri varji fis-settur tat-trasport tal-merkanzija fid-dawl tal-bidla teknoloġika u minħabba ċ-ċirkostanzi attwali, wara konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet kollha involuti;
25. Jinsisti li l-Pjan ta" Azzjoni għal-Loġistika għandu jappoġġja l-loġistika innovattiva, il-ko-modalità, u mobilità aktar sikura u sostenibbli; jipproponi l-Kummissjoni tippermetti biss l-użu ta' vetturi ta" merkanzija ta" 60 tunnellata għal ċertu rotot, fuq talba ta' Stat Membru, u biex isir fih; jikkunsidra li fl-evalwazzjoni ta' talbiet bħal dawn, trid tingħata attenzjoni, b'mod partikolari, lil fatturi bħal ma huma l-infrastrutturi eżistenti u l-kunsiderazzonijiet tas-sikurezza;
Sigurtà
26. Jinnota li s-sigurtà tat-trasport hija tema li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tindirizza fil-Pjan ta" Azzjoni tagħha; jinsisti li l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għandhom jiżguraw l-ogħla livell ta" sigurtà filwaqt li tiġi infurzata l-pożizzjoni ta" l-UE fuq livell internazzjonali; madankollu fl-istess ħin jenfasizza l-bżonn għal relazzjoni bilanċata bejn il-proċeduri ta' sigurta? u l-moviment ħieles ta' prodotti, punt li kien tqajjem ukoll mill-Kummissjoni;
27. Jinnota li jista' jkun hemm il-każ li fir-rigward tas-sigurta? ta' tagħbija f'trasport ta' merkanzija, il-protezzjoni kontra serq u piraterija ma tiġix indirizzata b mod adegwat mill-Pjan ta' Azzjoni; jinsisti li għandhom jittieħdu azzjonijiet sabiex jiġġieldu kontra l-krimini organizzat, speċjalment f'żoni transkonfinali u fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija li jinvolvi pajjiżi terzi;
Ippjanar
28. Jistieden lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fi ħdan il-qafas ġenerali tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE;
29. Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqfu 'focal groups' sabiex jindirizzaw punti ta' konġestjoni, iżda jħeġġeġ li din l-attività ma tkunx limitata għall-modi ta' eżaminazzjoni separata u m' għandiex issir mingħajr opinjoni ġenerali żviluppata; jenfasizza f'dan il-kuntest li, l-istrateġiji ta' ġestjoni biex ikun promoss aktar l-użu ta' kapaċita? ta' flotta u l-użu mingħajr problemi ta' infrastruttura, joffru vantaġġi possibli konsiderevoli għal-loġistika tat-trasport sostenibbli tal-merkanzija;
30. Jitlob li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib u permanenti fost il-parteċipanti relevanti kollha fis-settur tat-trasport u tal-loġistika kemm fuq livelli nazzjonali u Ewropej biex, fost affarijiet oħra, jittrattaw l-eliminazzjoni prattika ta' punti ta' konġestjoni eżistenti;
31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddiskuti l-isfidi u s-soluzzjonijiet possibbli futuri għall-problemi rigward il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa u f'forum annwali Ewropew ta' loġistika;
Statistika
32. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel progress mill-aktar fis possibbli fl-iżvilupp ta' database ta' statistika aġġornata u effiċjenti għal-loġistika ta' l-UE li tikkonċentra fuq data essenzjali u li tista' tintuża u ma tinvolvix sforzi mhux neċessarji min-naħa tal-parteċipanti kkonċernati u, biex meta tagħmel dan, tieħu ħsieb li ma timponix fuq l-industrija Ewropea rekwiżiti addizzjonali ta' rappurtar;
33. Jitlob, b'mod partikolari, li jsir progress fit-twaqqif ta' sett komuni ta' miżuri ta' kejl u terminoloġija miftiehma għal skopijiet ta' statistika fl-Istati Membri kollha u biex tinġabar iktar informazzjoni dwar il-movimenti ta' kontejners;
34. Jinsisti dwar l-importanza tal-moviment ħieles tal-merkanzija fil-Komunità, u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-isforzi tagħha biex tħeġġeġ implimentazzjoni xierqa u biex tinforza r-regolamenti u d-direttivi eżistenti;
35. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Ir-Rapport ta' attività tal-EURES għall-2004 u l-2005
205k
35k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar ir-Rapport ta" Attività tal-EURES għall-2004 u l-2005: Lejn suq tax-xogħol wieħed Ewropew
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta" Diċembru 2002 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 rigward it-tneħħija ta" postijiet tax-xogħol vojta u applikazzjonijiet għall-impjieg,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-Rapport ta" Attività tal-EURES għall-2004 u l-2005: "Lejn suq tax-xogħol wieħed Ewropew: il-kontribuzzjoni tal-EURES" preżentat skond l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68 (COM(2007)0116,
– wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali B6-0136/2007 mressqa lill-Kummissjoni dwar il-kontribut tal-EURES għal suq tax-xogħol wieħed Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-mobilità ġeografika u professjonali hija strument kruċjali għas-suċċess ta" l-Istrateġija ta" Liżbona Riveduta u peress li d-Deċiżjoni 2005/600/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-Linji Gwida għall-politiki għall-impjieg ta" l-Istati Membri jenfasizzaw li l-mobilità hija ċentrali sabiex tippermetti aktar nies isibu impjieg aħjar u jitolbu "biex jiżguraw mobilità sħiħa tal-ħaddiema madwar l-Ewropa fi ħdan il-kuntest tat-Trattati"; billi l-Istati Membri għadhom jillimitaw il-mobilità ġeografika ta" xi ċittadini Ewropej, minkejja l-fatt li l-moviment ħieles tal-ħaddiema huwa prinċipju fundamentali taKommunita';
B. billi żieda ta" EUR 2 000 000 fl-intestatura tal-baġit ddedikata lin-network ta' Servizzi ta" Impjieg Ewropej (EURES) maħsuba biex tkun tista" titkompla l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tan-network tal-EURES u peress li s-Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema 2006 wasslet għal żieda sinifikanti fil-konsultazzjoni tal-portal dwar il-mobilità ta'l-impjiegi tan-network EURES;
1. Jikkunsidra li l-EURES għandha ssir pjattaforma ta" komunikazzjoni importanti għas-suq tax-xogħol Ewropew – post wieħed għall-mobilità ġeografika u tax-xogħol tal-ħaddiema; b'mira li jitneħħew l-ostakli eżistenti (speċjalment fi kwistjonijiet ta" sigurtà soċjali marbuta max-xogħol), jiġi estiż l-għarfien tal-ħaddiema kollha dwar id-drittijiet individwali tagħhom, speċjalment id-drittijiet rigward trattament indaqs; jittejjeb in-network konsultattiv tal-EURES kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll f'termini ta' kwantità; jiġi estiż l-aċċess għall-informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol vojta għall-ħaddiema staġjunali jew impjegati għal żmien qasir fi Istati Membri barra l-pajjiż ta' origini tagħhom; jiġi estiż il-kontenut tal-website tal-EURES għal informazzjoni dwar offerti tax-xogħol sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta" ċittadini f'pajjiżi terzi, b'mod partikulari minn pajjiżi li jaqgħu taħt il-Politika tal-Viċinat ta" l-UE;
2. Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tippromwovi aktar il-mobilità ġeografika u tax-xogħol ta" ħaddiema permezz ta" żieda fl-intestatura tal-baġit iddedikata lin-network EURES għall-2007 sabiex jiġu appoġġjati proġetti fil-qasam ta" reklutaġġ transnazzjonali u sħubija transkonfinali bejn Stati Membri "antiki" u "ġodda" u bejn l-Istati Membri "l-ġodda";
3. Jinnota li s-Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema wasslet għal żieda sinifikanti tad-domanda għas-servizzi tal-EURES, b'mod partikulari fil-qasam tat-talbiet għall-informazzjoni minn ħaddiema mobbli u kandidati tal-mobilità; jilqa" b'sodisfazzjon ix-xogħol magħmul minn dawk li kkontribwew għall-EURES network, bħall-konsulenti tal-EURES, l-Imsieħba Soċjali u l-partijiet interessati reġjunali u lokali; jistenna li, bħala riżultat ta" aktar viżibilità miksub min-network EURES fil-kuntest tas-Sena Ewropea u l-organizzazzjoni b'suċċess tal-fieri tax-xogħol madwar l-Ewropa, inizjattivi simili ser jiġu repetuti fil-futur;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Tnaqqis tad-danni li ġejjin mill-konsum ta' l-alkoħol
258k
99k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar Strateġija ta' l-Unjoni Ewropea mmirata biex tassisti l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu d-danni li ġejjin mill-konsum ta' l-alkoħol (2007/2005(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 152 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta" ħsara relatata ma" l-alkoħol (COM(2006)0625),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2001/458/KE tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar ix-xorb ta" l-alkoħol miż-żgħażagħ, b'mod partikolari mit-tfal u l-adoloxxenti (1),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar Strateġija Komunitarja biex tonqos il-ħsara relatata ma' l-alkoħol(2),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/345/KE tas-6 ta' April 2004 dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq(3),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar iż-Żgħażagħ u l-Alkoħol ta' Stokkolma adottata mill-Konferenza Ministerjali Ewropea ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar iż-Żgħażagħ u l-Alkoħol fid-19 sal-21 ta' Frar 2001,
– wara li kkunsidra diversi sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ( Franzen (C-189/95), Heinonen (C-394/97), Gourmet (C-405/98), Loi Evin (C-262/02 u C-429/02),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-WHO tal-25 ta' Mejju 2005 dwar problemi ta' saħħa pubblika kkawżati mill-użu ta' l-alkoħol b' mod li jagħmel ħsara (WHA 58.26),
– wara li kkunsidra l-mira 12 ta' Saħħa 21 tal-qafas tal-politika tad-WHO ta' l-1999 u l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar l-Alkoħol 2000-2005 adottat mir-Reġjun Ewropew tad-WHO fl-1999,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0303/2007),
A. billi t-terminoloġija li għandha tintuża fid-dibattiti dwar il-ħsara li tirriżulta mill-konsum ta' l-alkoħol għandha tkun ibbażata fuq terminoloġija uffiċjali stabbilita mid-WHO biex jiġu evitati kliem u tifsiriet ambigwi,
B. billi l-problema ta' l-abbuż mill-konsum ta' l-alkoħol hija evidenti fuq il-livell Ewropew, speċjalment fost iż-żgħażagħ, billi tali abbuż jagħmel ħsara lill-ġisem tal-bniedem, partikularment fit-tfal u fiż-żgħażagħ, u jwassal għal imwiet permezz ta' mard u inċidenti relatati kif ukoll problemi soċjali u kriminalità, filwaqt li ssir ukoll ħsara kbira lill-ekonomija Ewropea, u billi bħalissa l-ħtieġa li jkunu implimentati politiki dwar l-alkoħol ibbażati fuq l-evidenza hija prijorità għall-Istati Membri kollha,
C. billi l-użu perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol jiddetermina s-saħħa u huwa theddida għas-saħħa pubblika, li jwassal għal firxa wiesgħa ta' ħsara għas-saħħa u ta' ħsara soċjali,
D. billi l-Artikolu 152 tat-Trattat jistipula l-kompetenza u r-responsabilità tal-Komunità Ewropea biex tindirizza problemi ta' saħħa pubblika billi tikkumplementa azzjonijiet nazzjonali f'dan il-qasam, billi xogħol fuq il-livell ta' l-UE biex ikunu identifikati u mifruxa l-aħjar prattiki, li ta riżultati pożittivi f'dan il-qasam, huwa kompliment importanti għall-miżuri ta' politika nazzjonali; billi konsiderazzjoni ta' pjanijiet effettivi ta' azzjoni nazzjonali għandhom ikunu użati bħala bażi għal miżuri simili fi Stati Membri oħra u joħolqu sinerġiji fuq il-livell nazzjonali,
E. E billi fatturi ekonomiċi u soċjali (stress fuq il-post tax-xogħol, tagħbija eċċessiva ta' xogħol, qgħad, insigurtà fl-impjieg, eċċ) jista' jkollhom rwol prinċipali fil-konsum ta' alkoħol b'riskju għoli u jistgħu jipprovokaw id-dipenedenza fuq l-alkoħol,
F. billi l-Istati Membri qed jużaw varjetà ta' strateġiji biex jevitaw l-abbuż mill-alkoħol u/jew inaqqsu l-problemi tas-saħħa relatati ma' l-alkoħol,
G. billi huwa mixtieq li l-Komunità Ewropea tifformula objettivi ġenerali għat-trażżin ta' l-effetti ħżiena ta' l-abbuż mill-alkoħol fl-Istati Membri u għandha tkun kapaċi tieħu miżuri b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri sabiex tevita l-perikli għas-saħħa relatati ma' l-alkoħol li jeffettwaw kemm lil min jixrob kif ukoll partijiet terzi, bl-inklużjoni ta' l-effetti ħżiena fuq is-saħħa, bħas-sindromu tal-fetu (FAS), kundizzjonijiet ta' l-ispektrum ta' l-alkoħol fil-fetu (FASD), il-mard epatiku, il-kanċer, iż-żieda fil-pressjoni tad-demm, l-attakki tal-qalb, l-inċidenti tat-traffiku u fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll il-ħsara soċjali, bħall-vjolenza fil-familja, l-abbandun tat-tfal, il-qgħad, il-faqar, l-istigma soċjali u l-esklużjoni soċjali,
H. billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonfermat kemm-il darba li l-ġlieda kontra l-ħsara marbuta ma' l-alkoħol hija mira importanti u valida għas-saħħa pubblika,
I. I billi, għalkemm l-istess drawwiet inkwetanti ta' xorb qed jidhru fost iż-żgħażagħ f'diversi Stati Membri, id-drawwiet tax-xorb u t-tradizzjonijiet ivarjaw konsiderevolment bejn l-Istati Membri differenti ta' l-Unjoni Ewropea, fatt li għandu jitqies meta jiġi formulat metodu Ewropew għall-problemi relatati ma' l-alkoħol, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jfasslu r-risposta tagħhom għall-problemi u għan-natura tal-ħsara relatata ma' l-alkoħol li hemm involuta; billi politika waħda u uniformi għall-Istati Membri kollha ma tkunx possibbli, billi għad hemm numru ta' kwistjonijiet dwar politiki dwar l-alkoħol li jaqsmu l-konfini u li jagħmlu l-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-alkoħol aktar diffiċli għall-Istati Membri; billi għalhekk hemm bżonn ta' aktar azzjoni konċertata fuq il-livell ta' UE; billi l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex isegwu politika effettiva u ambizzjuża għall-ġlieda kontra l-abbuż mill-alkoħol, u f'dan għandha tagħti kemm jista' jkun appoġġ lill-Istati Membri,
J. billi miżuri politiċi fuq il-livell nazzjonali jew fuq il-livell ta' l-UE qatt ma jistgħu jissostitwixxu r-responsabilità għal konsum moderat u limitat ta' l-alkoħol, li fl-aħħar mill-aħħar huwa f'idejn l-individwu u l-familja,
K. billi jistgħu jiġu indikati linji gwida għal konsum b'riskju baxx permezz ta' kampanji Ewropej indirizzati lill-pubbliku u adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' l-Istati Membri; billi għandhom jittieħdu miżuri iebsa bil-għan li jevitaw il-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' alkoħol speċjalment mis-sewwieqa u l-ħaddiema, u sabiex ikun evitat il-konsum mill-minuri u min-nisa tqal,
L. billi s-soċjetà tħallas il-parti l-kbira ta' l-ispejjeż ta' konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol; billi, bħala konsegwenza, kulħadd għandu jibbenefika minn tnaqqis effiċjenti ta' ħsara relatata ma' l-alkoħol, billi huwa għaldaqstant raġjonevoli li jiġu adottati ċertu limitazzjonijiet għall-aċċess għal xorb alkoħoliku,
M. billi ma jistgħux isiru talbiet dwar saħħa fir-rigward ta' xorb alkoħoliku u talbiet dwar in-nutrizzjoni jistgħu jsiru biss f'każijiet eċċezzjonali, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-talbiet dwar nutrizzjoni u saħħa fir-rigward ta' l-ikel(4),
N. billi l-konsum ta' l-alkoħol jinflwuenza b'mod konsiderevoli l-metaboliżmu ta' nutrijenti varji; billi l-konsum ta' l-alkoħol għandu inflwuenza fuq l-azzjoni ta' mediċini varji minħabba l-interazzjoni eżistenti bejniethom,
O. billi l-effetti ta' ħsara tal-konsum ta' l-alkoħol fuq il-fwied diġà ġew stabbiliti sew, kif ukoll l-effetti determinati fuq is-sistemi nervużi ċentrali u periferali, u aktar u aktar fis-soċjetà ta' llum li qed tgħix aktar fit-tul,
1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ li l-Kummissjoni ħadet fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-konsum perikoluż u ta' ħażin ta' l-alkoħol u l-konsegwenzi ta' ħsara għas-saħħa li dan jikkawża; madankollu jistieden lill-Kummissjoni, u fl-istess ħin mingħajr ma jiddgħajjef il-prinċipju ta' sussidjarjetà, sabiex jiġu fformulati objettivi ġenerali u ambizzjużi għall-Istati Membri bil-għan li jitrażżan l-abbuż mill-alkoħol; jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni partikulari lill-gruppi vulnerabbli, bħat-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa tqal, u sabiex jindirizzaw il-problemi ta' konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol miż-żgħażagħ, il-ħaddiema u s-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u tagħrif u, fejn xieraq, evalwazzjoni ta' konformità mal-liġijiet nazzjonali eżistenti;
2. Jirrikonoxxi li l-konsum ta' l-alkoħol jista' jkun ikkunsidrat bħala parti minn wirt kulturali u stil ta' ħajja Ewropew; jirrikonoxxi li konsum baxx ta' alkoħol, jiġifieri 10 grammi kuljum skond il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew tad-WHO dwar l-Alkoħol 2000-2005 ta' l-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tad-WHO (PAEA), taħt ċertu kondizzjonijiet jista' jgħin fil-prevenzjoni ta' mard kardjovaskulari u iskemija f'xi wħud mill-individwi ta' mezzetà; jirrikonoxxi li filwaqt li dawk li jikkunsmaw kwantità moderata ta' alkoħol jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-konsumaturi ta' l-alkoħol u li l-abbuż u l-użu ħażin huwa mod ta' mġieba sekondarju u sinifikanti;
3. Jenfasizza li l-abbuż mill-alkoħol isir fil-gruppi soċjali kollha u huwa kkawżat minn varjetà wiesgħa ta' fatturi, li jagħmlu essenzjali li jkun hemm approċċ komprensiv fil-ġlieda kontra din il-problema;
4. Jenfasizza li huma meħtieġa interventi bbażati fuq evalwazzjoni xjentifika xierqa biex jitnaqqas l-abbuż mill-alkoħol b'mod effettiv; jikkunsidra li billi l-alkoħol huwa wieħed mid-determinanti tas-saħħa l-aktar sinifikanti, huwa importanti ħafna li tinġabar data madwar l-Unjoni Ewropea u speċjalment data dwar il-korrelazzjoni bejn il-livelli ta' l-alkoħol u l-inċidenti tat-traffiku, l-alkoħol u l-mard tal-fwied, u l-alkoħol u d-disturbi, is-sindromi u l-mard newropsikoloġiku, sindromi u mard; għalhekk jistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha biex iżidu r-riżorsi ddedikati għall-ġbir ta' data għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-informazzjoni, u għall-kampanji u programmi ta' informazzjoni u prevenzjoni;
5. Jirrimarka li l-aktar problemi urġenti rrelatati mal-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' alkoħol huma marbuta ma' l-effetti ta' l-alkoħol fuq iż-żgħażagħ, li huma aktar vulnerabbli għat-tbatija fiżika u emozzjonali kif ukoll għall-ħsara soċjali li tirriżulta mix-xorb tagħhom jew ta' ħaddieħor;
6. Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-konsum ta' l-alkoħol fost iż-żgħażagħ u jinnota tendenza preokkupanti min-naħa tagħhom li jibdew jixorbu minn età iżgħar u, billi huma aktar ħerqana li jieħdu riskji, li jkollhom imġieba perikoluża bħal xorb bla rażan, u forom oħra ta' konsum perikoluż ta' alkoħol li jwassal għal stat ta' sakra, konsum ta' drogi u alkoħol flimkien, u sewqan taħt l-influenza ta' l-alkoħol u d-drogi;
7. Jenfasizza li adolexxenti żgħar għandhom it-tendenza li jżidu l-konsum tagħhom ta' l-alkoħol meta jidħlu l-università; jikkunsidra li aktar sforzi fl-universitajiet jistgħu jikkontribwixxu biex fil-futur ikun hemm ammont anqas ta' persuni li jikkunsmaw livell għoli ta' alkoħol; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jintensifikaw il-programmi tagħhom ta' prevenzjoni f'dan il-qasam;
8. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex telenka u tikkwantifika l-effetti konkreti ta' dannu ta' l-abbuż mill-alkoħol fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri bil-għan li jiġu mfassla objettivi Ewropej għall-Istati Membri ħalli jrażżnu l-abbuż mill-alkoħol fost iż-żgħażagħ, b'impenn min-naħa ta' l-Istati Membri li jnaqqsu l-effetti ħżiena ta' l-abbuż mill-alkoħol fuq livell Ewropew, filwaqt li jikkunsidraw l-isforzi li diġà saru,
9. Mingħajr ħsara lill-kwalunkwe obbligu impost mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, jenfasizza li l-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw il-forom tal-miżuri li għandhom jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, imma għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni, dwar il-progress magħmul fil-ġlieda kontra l-abbuż mill-alkoħol fost iż-żgħażagħ,
10. Jinnota li l-Kummissjoni għandha rwol importanti fil-kisba ta' objettivi Ewropej billi tgħin lill-Istati Membri jagħmlu skambju ta' għarfien u ta' l-aħjar prattiki u sabiex jagħmlu riċerka Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-effetti ta' ħsara tal-konsum ta' l-alkoħol miż-żgħażagħ;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' assoċjazzjonijiet ekonomiċi rilevanti fil-kuntest tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa u l-Alkoħol li kien reċentement imwaqqaf fuq inizjattiva mill-Kummissjoni, biex jinkoraġġixxu l-iskambju ta' prattiki pruvati, partikularment bil-għan li jkun evitat l-abbuż mill-alkoħol fost it-tfal u ż-żgħażagħ, u biex jadottaw il-miżuri li ġejjin:
i)
iniedu kampanji edukattivi mmexxija mill-Istati Membri u minn gruppi interessati dwar ir-riskji ta' l-abbuż mill-alkoħol, b'mod speċjali permezz ta' programmi edukattivi bbażati fl-iskejjel immirati lejn it-tfal u l-adoloxxenti, partikularment billi jinkoraġġuhom biex jieħdu sehem regolari f'attivitajiet sportivi, u b'mod speċifiku wkoll lejn il-ġenituri tagħhom sabiex jippreparawhom biex jitkellmu dwar problemi marbuta ma' l-alkoħol fl-ambjent tal-familja, u ma' l-għalliema; il-kunċett ta' konsum responsabbli u moderat mill-adulti għandu jiġi introdott minn età żgħira,
ii)
jillimitaw l-aċċess u d-disponibilità ta' l-alkoħol għaż-żgħażagħ, pereżempju billi jimplimentaw b'mod strett il-leġiżlazzjoni eżistenti li tipprojbixxi l-bejgħ ta' l-alkoħol liż-żgħażagħ, billi jintensifikaw il-kontrolli fuq il-bejjiegħa u d-distributuri, bħar-ristoranti u l-bars, is-supermarkets u bejjiegħa bl-imnut,
iii)
jinvolvu l-bejjiegħa bl-imnut u l-industrija tal-catering fl-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri konkreti biex jevitaw li jisservew u jinbigħu alkoħol u taħlitiet ippreparati ta' alkoħol ma' xorb ieħor (alcohol pops) lill-minuri,
iv)
jiffukaw partikularment fuq xorb bħat-taħlitiet ippreparati ta' alkoħol ma' xorb ieħor ("alcopops"), li huma speċifikament immirati għaż-żgħażagħ, sabiex jiżguraw li n-natura ta' l-alkoħol tista' tkun identifikata b'mod ċar mill-konsumaturi permezz ta' miżuri bħal rekwiżiti ta' ittikkettar aktar stretti għax-xorb, u rekwiżiti għal separazzjoni aktar ċara bejn l-"alcopops" u x-xorb mhux alkoħoliku (soft drinks) fil-ħwienet, u l-bejgħ liż-żgħażagħ għandu jkun projbit; jippromwovu ukoll taxxi aktar għoljin fuq xorb bħal dan,
v)
iħejju linji gwida biex jirregolaw il-bejgħ ta' xorb alkoħoliku liż-żgħażagħ, biex ikunu implimentati fuq il-livell nazzjonali,
vi)
jippromwovu fuq livell Ewropew kontenut ta' alkoħol fid-demm (BAC) viċin kemm jista' jkun ta' 0% għal sewwieqa ġodda, kif diġà propost mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2007 dwar il-Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq - ir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien(5) filwaqt li jikkunsidraw li xi ikel lest jista' jkun fih traċċi ta' alcoħol,
vii)
jipprovdu aktar possibilitajiet biex ikunu jafu u jivverifikaw il-kontenut ta' alkoħol fid-demm (BAC) ukoll permezz ta' l-użu ta' programmi ta' kalkolu fuq l-Internet u d-disponibilità mifruxa ta' strumenti li bihom jitkejjel l-ammont ta' xorb ikkunsmat, speċjalment fid-diskoteki, il-bars u l-grounds, u fuq l-awtostradi u t-toroq b'mod ġenerali, partikolarment bil-lejl, u jiżguraw li l-messaġġ imwassal lill-konsumaturi huwa li x-xorb u s-sewqan mhumiex kompatibbli,
viii)
jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex iżidu l-kontrolli sal-massimu fuq sewqan taħt l-influwenza tax-xorb,
ix)
isaħħu l-pieni imposti mill-Istati Membri fuq is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, bħal sospensjoni twila fuq il-liċenzja tas-sewqan,
x)
jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jiżguraw id-disponibilità ta' mezzi pubbliċi alternattivi għat-trasport tas-sewwieqa li jkunu xorbu l-alkoħol;
xi)
jinkoraġġixxu l-estensjoni ta' "programmi tas-sewwieq innominat" ("min se jsuq ma jixrobx") permezz ta' mezzi edukattivi bil-għan li jkollhom impatt ta' benefiċċju fuq is-sikurezza fit-toroq, filwaqt li jfakkru lill-passiġġieri dwar l-effetti ħżiena ta' konsum ta' alkoħol b'riskju għoli,
xii)
joħolqu premju Ewropew għall-aħjar kampanja kontra l-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol immirata għall-iskejjel u ż-żgħażagħ,
xii)
jintensifikaw l-iskambju ta' l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar kif għandha tkun il-ħidma kontra l-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol, u bejn il-korpi nazzjonali tal-pulizija dwar il-kontrolli fuq is-sewqan taħt l-influenza ta' l-alkoħol miż-zgħażagħ,
xiv)
jippromwovu inizjattivi mfassla biex jiggarantixxu li jkun hemm għajnuna psikoloġika għal individwi li jittieħdu l-isptar b'intossikazzjoni akuta ikkawżata mill-alkoħol;
12. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkwantifika l-inċidenza ta' l-FAS (Sindromu tal-Fetu ta' l-Alkoħol) u tal-FASD (Mard tal-Fetu ta' l-Ispettru ta' l-Alkoħol) fl-Istati Membri bil-għan li sussegwentement jitfasslu objettivi Ewropej għall-Istati Membri ħalli jrażżnu l-FAS u FASD, b'impenn min-naħa ta' l-Istati Membri li jnaqqsu l-inċidenza ta' l-FAS u ta' l-FASD sal-livell Ewropew, filwaqt li jikkunsidraw l-isforzi li diġà saru,
13. Mingħajr ħsara lill-kwalunkwe obbligu impost mill-leġiżlazzjoni Komunitarja, jenfasizza li l-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw il-forom tal-miżuri li għandhom jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, imma għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni, dwar il-progress magħmul fil-ġlieda kontra l-FAS u l-FASD,
14. Jinnota li l-Kummissjoni għandha rwol importanti fil-kisba ta' objettivi Ewropej billi tgħin lill-Istati Membri jagħmlu skambju ta' għarfien u ta' l-aħjar prattiki u sabiex jagħmlu riċerka Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-FAS u l-FASD;
15. Huwa tal-fehma li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-riskji ta' l-alkoħol waqt it-tqala u, b'mod partikulari, dwar l-FASD, sabiex jevitaw li t-trabi tat-twelid u l-adolexxenti jkunu affettwati minn mard u ttardjar fl-iżvilupp ikkawżati mill- użu ta' l-alkoħol waqt it-tqala; jenfasizza li komunikazzjoni xierqa fuq il-pakkett tax-xorb alkoħoliku tista' tevita li n-nisa jixorbu l-alkoħol qabel u waqt it-tqala; jinnota li għal persuni li għandhom problema ta' xorb, jista' jkun hemm bżonn ta' aktar appoġġ u tkomplija wara t-twelid; jissuġġerixxi wkoll li l-ġinekoloġi u l-istaff tal-kliniċi ta' qabel it-twelid għandhom ikunu mħarrġa biex jidentifikaw każi potenzjali ta' użu perikoluż u li jagħmel il-ħsara ta' l-alkoħol mill-aktar fis possibbli u biex jappoġġjaw lil dawn in-nisa biex jieqfu jixorbu l-alkoħol għal kollox waqt it-tqala;
16. Huwa tal-fehma li l-irġiel għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-rabta bejn il-konsum ta' l-alkoħol u l-impotenza;
17. Jenfasizza li r-riklami dwar l-alkoħol u l-prattiki ta' kummerċjalizzar m'għandhomx ikunu diretti lejn il-minuri;
18. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ifasslu linji gwida għar-riklami ta' xorb alkoħoliku fuq it-televiżjoni u sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' Direttiva ġdida dwar it-Televiżjoni Mingħajr Fruntieri wara li din tiġi adottata; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi fornituri ta' servizzi tal-medja awdjoviżivi sabiex jinkludu fil-kodiċi ta' prassi regoli dwar l-iskeda ta' riklami ta' xorb alkoħoliku;
19. Jilqa' u jappoġġja l-impenji magħmula rigward l-awtoregolazzjoni, eżempju permezz ta' l-industrija tar-riklamar u l-produtturi tax-xorb alkoħoliku; f'dak ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiċċekkjaw li dawn l-impenji jiġu onorati u, jekk ma jkunux, jimponu pieni;
20. Jirrimarka li bħalissa l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu twissijiet dwar is-saħħa obbligatorji għal xorb alkoħoliku; ifakkar li tikketti fuq quddiem tal-pakkett jistgħu jinkludu t-twissijiet li l-alkoħol jista' jikkawża problemi serji tas-saħħa u mentali, li l-alkoħol jista' jsir vizzju u li l-konsum ta' l-alkoħol waqt it-tqala jista' jkun ta' ħsara għall-fetu; jinnota li l-eżistenza ta" rekwiżiti tat-tikkettar nazzjonali differenti għandu implikazzjonijiet ċari għas-suq intern ta" l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tniedi studju komparattiv dwar l-impatt u l-effettività ta' diversi mezzi ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inklużi t-tikkettar u r-reklamar, applikati fl-Istati Membri bil-għan li jitnaqqas il-konsum perikoluż u ta' ħsara ta' l- alkoħol, u biex tippubblika r-riżultati qabel il-31 ta' Diċembru 2009;
21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi inizjattivi mmirati lejn l-iskambju ta' l-aħjar prattiki mediċi f'ambjenti varji ta' kura tas-saħħa kif ukoll għall-promozzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni imparzjali mfassla biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji ta' ħsara u periklu tal-konsum ta' l-alkoħol; il-kampanji għandhom ukoll ikunu diretti lejn persuni vulnerabbli għal disturbi newropsikoloġiċi, sindromi u mard u lejn persuni anzjani, waħedhom, separati jew iżolati, għaliex għandhom aktar possibbilitajiet li jfittxu serħan fil-konsum ta' l-alkoħol, għalhekk ikomplu jagħmlu ħsara lill-kundizzjoni tagħhom u jżidu r-riskju li jbatu minn disturbi newropsikoloġiċi, sindromi u mard;
22. Fl-istess waqt, jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi użu aktar mifrux ta' strumenti bħal AUDIT (Alcohol Use Disorders Identification Test) żviluppat mid-WHO, li jippermettu l-identifikazzjoni malajr ta' nies li huma fir-riskju qabel dawn jirrikonoxxu li għandhom problema bl-alkoħol; jirrikonoxxi li diskussjoni informali f'waqtha bejn tobba responsabbli mill-kura ġenerali u pazjenti hija waħda mill-aktar mezzi effiċjenti biex il-pazjenti jkunu infurmati dwar ir-riskji marbuta ma' l-użu perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol u biex jiġu promossi l-bidliet neċessarji fl-imġiba ta' persuni li għandhom problema tax-xorb; jistieden lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw il-kwalifiki tat-tobba (GPs) dwar il-problemi u d-disturbi ta' l-alkoħol u l-intervent xieraq;
23. Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaffrontaw l-impatti soċjali ta' ħsara marbuta ma' l-alkoħol, bħall-bullying u l-vjolenza domestika; jitlob li jkun hemm aktar appoġġ soċjali u psikoloġiku għal familji li jbatu minn konsum perikoluż u li jagħmel il-ħsara ta' l-alkoħol; jitlob li jkun hemm assistenza soċjali speċjali għat-tfal li jgħixu f'familji bi problemi marbuta ma' l-alkoħol; jipproponi li jinħoloq numru ta' emerġenza biex ikunu rrapurtati abbużi marbuta ma' l-alkoħol fil-familja;
24. Jinsab imħasseb dwar il-konsum kbir ta' alkoħol minn ħafna anzjani, li spiss ikun riżultat ta' uġigħ fiżiku jew solitudni u telf ta' tama; jirrimarka li l-problemi marbuta ma' l-alkoħol f'età kbira jirrappreżentaw kwistjoni importanti li qed issir dejjem aktar importanti bħala riżultat ta' anzjanità demografika;
25. Huwa ta' l-opinjoni li huwa meħtieġ aktar għarfien dwar il-konsum ta' l-alkoħol u r-relazzjoni tiegħu man-nuqqas ta' preżenza fuq il-post tax-xogħol minħabba mard u l-irtirar kmieni; iqis li hu importanti, fir-rispett tal-liġi tax-xogħol tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, li jkunu indirizzati problemi ta' xorb fuq il-post tax-xogħol billi l-persuni kkonċernati jkunu inkoraġġiti biex ifittxu l-għajnuna, iżda jfakkar li dan għandu jsir bir-rispett dovut għall-privatezza u d-drittijiet ta' l-individwu; iħeġġeġ lil min iħaddem biex jagħti attenzjoni partikulari lill-abbuż ta' l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol billi jorganizza programmi edukattivi mmirati lejn il-prevenzjoni u jipprovdi għajnuna lill-ħaddiema bi problemi ta' alkoħol;
26. Huwa konvint li t-tnaqqis tan-numru ta' inċidenti fit-toroq u l-ħsara marbuta ma' dawn, ikkawżati mill-alkoħol (17,000 mewta fis-sena) hija prijorità għall-Unjoni Ewropea; għaldaqstant:
(i)
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex telenka u tikkwantifika l-effetti konkreti ta' ħsara tas-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol fl-Istati Membri bil-għan li jiġu mfassla objettivi Ewropej għall-Istati Membri li jrażżnu s-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol, b'impenn min-naħa ta' l-Istati Membri li jnaqqsu l-effetti ħżiena tas-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-isforzi li diġà saru,
(ii)
Mingħajr ħsara lill-kwalunkwe obbligu impost mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, jenfasizza li l-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw il-forom tal-miżuri li għandhom jittieħdu fuq il-livell nazzjonali, imma għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni, dwar il-progress magħmul fil-ġlieda kontra s-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol,
(iii)
Jinnota li l-Kummissjoni għandha rwol importanti fil-kisba ta' objettivi Ewropej billi tgħin lill-Istati Membri jagħmlu skambju ta' għarfien u ta' l-aħjar prattiki u sabiex jagħmlu riċerka Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-konsegwenzi ta' ħsara tas-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol;
27. Biex jiġu indirizzati aħjar ir-riskji fit-toroq marbuta mal-konsum ta' ħsara u perikoluż ta' l-alkoħol, għandhom jiġu adottati l-miżuri li ġejjin:
i)
il-promozzjoni ta' żieda konsiderevoli tal-kontrolli fuq l-ammont ta' alkoħol fid-demm u tiġi indirizzata r-rata ta' infurzar li tvarja ħafna bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita konverġenza dwar il-frekwenza tal-kontrolli u jitħeġġeġ l-iskambju ta' l-aħjar prattiki fir-rigward tal-postijiet fejn għandhom isiru l-kontrolli,
ii)
il-promozzjoni ta' sanzjonijiet aktar ħarxa fuq is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, bħal sospensjoni twila tal-liċenzja tas-sewqan,
iii)
il-promozzjoni fuq livell Ewropew ta' limitu ta' kontenut ta' alkoħol fid-demm viċin kemm jista' jkun għal 0% għas-sewwieqa ta' mezzi ta' trasport li jeħtieġu liċenzja tas-sewqan ta' kategorija A jew B, għas-sewwieqa ta' mezzi ta' trasport li jeħtieġu liċenzja tas-sewqan ta' kategorija ogħla u għas-sewwieqa professjonisti kollha, filwaqt li jiġi kkunsidrat li xi ikel lest jista' jkun fik traċċi ta' alkoħol;
28. Jenfasizza li għandhom ikunu promossi l-miżuri effettivi kollha biex ikun evitat is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' sistemi ta' mblukkar kontra l-alkoħol (alcohol lock systems) u strumenti oħra li b'mod mekkaniku jevitaw is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, b'mod partikolari għas-sewwieqa professjonisti;
29. Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi jew tappoġġja kampanji ta' informazzjoni indipendenti u imparzjali mmexxija mill-Istati Membri bil-kollaborazzjoni ta' gruppi interessati, dwar ix-xorb responsabbli u moderat u dwar l-enfasi fuq l-impatti negattivi ta' l-użu perikoluż u ta' ħsara ta' l-alkoħol fuq is-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll fuq il-benesseri soċjali;
30. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu u jikkoordinaw l-attivitajiet rispettivi tagħhom bil-għan li jiġġieldu l-forom varji ta' dipendenza u sabiex, sa l-2010, iressqu stħarriġ ġenerali u komprensiv dwar it-tendenzi ta' konsum b'riskju għoli u mġiba li twassal għal dipendenza u l-kaġun ta' dan;
31. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffaċċjaw il-problema tal-bejgħ illegali u fuq is-suq illegali ta' l-alkoħol, sabiex jikkontrollaw il-kwalità ta' l-alkoħol mibjugħ u biex jintensifikaw il-kontrolli fuq prodotti ta' l-alkoħol magħmula d-dar (bħal prodotti ddistillati) li jistgħu jkunu fatali għall-ħajja tal-bniedem;
32. Jistieden lill-partijiet interessati kollha biex jippromwovu, fil-kuntest tal-Forum dwar l-Alkoħol u s-Saħħa propost mill-Kummissjoni, l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u programmi konkreti biex jiffaċċjaw il-ħsara marbuta ma' l-alkoħol, peress li l-objettiv ewlieni tal-Forum għandu jkun l-iskambju ta' l-aħjar prattiki, il-kisba ta' l-impenn li jkun hemm involviment fl-azzjonijiet, l-iżgurar ta' evalwazzjoni xierqa ta' l-azzjonijiet u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni effettiva tagħhom; idur ukoll fuq il-Kummissjoni sabiex tinvolvi r-rappreżentanti tal-Parlament fil-Forum dwar l-Alkoħol u s-Saħħa u sabiex tippreżenta rapporti annwali dwar il-progress magħmul mill-Forum;
33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.