Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Abbozz tal-baġit ġenerali 2008 (Taqsima III)
 Abbozz tal-baġit ġenerali 2008 (Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX)
 Rikonoxximent u superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali *
 Kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali *
 Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar fil-qasam tas-sajd *
 Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik fil-qasam tas-sajd*
 Reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta" statistika ***II
 Prezzijiet ta' l-ikel li qed jogħlew
 Miżura Speċjali 2007 għall-Iraq
 Relazzjonijiet UE-Serbja
 Relazzjonijiet UE - Afrika
 Projbizzjoni tal-munizzjon kollu tat-tip cluster
 Produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan
 Green Paper dwar titjib fl-effiċjenza ta' l-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru tal-kontijiet bankarji
 L-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006
 Iran
 Pakistan
 Sudan
 Kumitat għall-Affarijiet Legali

Abbozz tal-baġit ġenerali 2008 (Taqsima III)
PDF 382kWORD 158k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (C6-0287/2007 – 2007/2019(BUD)) u Ittra ta' emenda Nru 1/2008 (13659/2007 - C6-0341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
P6_TA(2007)0473A6-0397/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja ta' l-2008(4),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Mejju 2007 (SEC(2007)0500),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta' Lulju 2007 (C6-0287/2007),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kumitat tiegħu għall-Baġit tad-9 ta' Lulju 2007 dwar il-mandat għall-proċedura ta' konċiljazzjoni tal-baġit 2008, liema deċiżjoni ngħatat qabel l-ewwel qari mill-Kunsill(5),

–   wara li kkunsidra l-Ittra ta' emenda Nru 1/2008 (13659/2007 - C6-0341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati (A6-0397/2007),

Kwistjonijiet ewlenin - Ċifri ġenerali, proposta għar-reviżjoni ta' l-MFF, Ittra ta' emenda Nru 1

1.  Ifakkar li l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-baġit 2008 kienu stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija politika annwali ta' l-24 ta' April 2007, imsemmija aktar 'il fuq, li tibni fuq l-approċċi meħuda waqt il-preparazzjoni tal-baġit 2007 u n-negozjati li wasslu għall-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jenfasizza li l-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati" li ġie approvat f'dik ir-riżoluzzjoni huwa bbażat fuq il-pilastri ta' preżentazzjoni trasparenti, objettivi ċari u implimentazzjoni preċiża, b'tali mod li l-Kummissjoni tiġi ġġudikata mhux fuq il-bażi ta' proċess burokratiku, iżda fuq ir-riżultati li tikseb fl-ilħuq ta' objettivi li ġew miftiehma politikament; se jkompli jenfasizza dawn l-elementi fil-bqija tal-ħidma tiegħu fuq il-baġit 2008;

2.  Fir-rigward taċ-ċifri ġenerali, jiddeplora l-fatt li l-Kunsill naqqas b' EUR 717 miljun l-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Abbozz tal-Baġit 2008 meta mqabbel ma' l-abbozz preliminari tal-baġit, b'tali mod li l-approprjazzjonijiet ta' impenn tnaqqsu għal EUR 128 401 miljun; jieħu pożizzjoni soda kontra t-tnaqqis mill-Kunsill ta' EUR 2 123 miljun mill-ħlasijiet ġenerali fl-abbozz tal-baġit, liema tnaqqis ġab il-ħlasijiet totali għal EUR 119 410 miljun, ekwivalenti għal 0.95% tad-dħul gross nazzjonali ta' l-UE, biex b'hekk ħalla marġni ta' aktar minn EUR 10 biljun inqas mill-massimu permess fi ħlasijiet skond il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) għall-2008;

3.  Fir-rigward ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn, huwa partikolarment kritiku tat-tnaqqis mill-Kunsill ta' approprjazzjonijiet għal programmi b'pakketti multiannwali li kienu biss reċentament innegozjati u maqbula b'deċiżjoni konġunta mal-Parlament Ewropew; jipproponi, fl-ewwel qari tiegħu tal-baġit 2008, li dan it-tnaqqis jitreġġa' lura u jqis li hu neċessarju li jsiru numru ta' żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal ċerti prijoritajiet politiċi; dan wassal għal livell aggregat ta' EUR 129 688 116 518;

4.  Fir-rigward ta' l-approprjazzjonijiet ta' ħlas, jikkunsidra li 0.95 % tad-dħul gross nazzjonali ta' l-UE hija ċifra insuffiċjenti fid-dawl ta' l-isfidi politiċi affaċċjati mill-UE; jesprimi l-istagħġib tiegħu għall-fatt li l-Kunsill ippropona 'l fuq minn EUR biljun fi tnaqqis mill-ħlasijiet fl-intestaturi 1a u 1b għal programmi identifikati bħala prijoritajiet fl-Istrateġija ta' Liżbona biex jittejbu l-kompetittività u l-koeżjoni Ewropea - prijorità tal-Kunsill u tal-Parlament li ilha teżisti; għaldaqstant jipproponi żidiet fil-livell ġenerali tal-ħlasijiet sa 0.99% tal-GNI ta' l-UE; f'konformità ma' l-enfażi fuq implimentazzjoni preċiża fl-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati", iffoka dawn iż-żidiet fuq il-prijoritajiet ta' Liżbona u fuq il-programmi fejn il-livelli ta' impenji mhux imħallsa ("reste à liquider" (RALs)) huma persistentament għolja;

5.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2007 li talbet reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali biex jiġi pprovdut finanzjament adegwat għall-Galileo u għall-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tul il-perjodu 2007 - 2013; dwar il-Galileo, ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 2007(6) favur soluzzjoni Komunitarja għall-Galileo; dwar l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija, jikkunsidra li l-approprjazzjonijiet għandhom jiġu bbaġitjati skond il-qasam ta' politika "riċerka 08", fejn l-istruttura amministrattiva jkollha l-linja tagħha stess ("Istitut Ewropew għat-Teknoloġija - struttura amministrattiva") taħt l-Intestatura 5 (Amministrazzjoni) u linja separata għall-KICs ("Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija - Komunitajiet għat-Tagħrif u l-Innovazzjoni (KICs)"); ifakkar li l-approprjazzjonijiet għall-Galileo u għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija tpoġġew f'riżerva iżda ma tnaqqsux mill-Kunsill fl-Abbozz tal-Baġit; ippropona emendi għall-Galileo u għall-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija fl-ewwel qari tiegħu b'tali mod li l-approprjazzjonijiet finali fil-baġit 2008 jiddependu fuq ftehim sodisfaċenti dwar ir-reviżjoni proposta tal-qafas finanzjarju multiannwali;

6.  Jappoġġja l-ittra ta' emenda għall-abbozz preliminari tal-baġit 2008 adottata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Settembru 2007, u b'mod partikolari taż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn proposti għall-Kosovo (EUR 120 miljun) u għall-Palestina (EUR 142 miljun) li jammontaw b'kollox għal EUR 262 miljun iktar miċ-ċifri ta' l-abbozz preliminari tal-baġit; jinnota li l-Kunsill ippropona wkoll aktar approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Kosovo u l-Palestina li jammontaw b'kollox għal EUR 260 miljun fl-abbozz tal-baġit; jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jipprovdu spjegazzjoni ċara, qabel it-tieni qari mill-Parlament tal-baġit 2008, ta' l-istrateġija li fuqha huma bbażati ż-żidiet proposti, u tad-diviżjoni ta' l-approprjazzjonijiet għall-Kosovo bejn il-kategoriji tal-KE u tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni;

7.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2007 dwar "ir-riforma tal-baġit, it-tibdil ta' l-Ewropa" (SEC(2007)1188); jenfasizza l-fatt li r-rapporteur permanenti għall-qafas finanzjarju multiannwali 2007 - 2013 diġà pprepara dokument dwar din il-kwistjoni u se jkompli jmexxi l-bqija tar-riflessjonijiet u tal-ħidma tal-Parlament dwar il-futur ta' l-arranġamenti baġitarji ta' l-UE;

Il-ħolqien ta' baġit biex jinkisbu r-riżultati - fuq il-bażi tal-konċiljazzjoni ta' l-ewwel qari

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim ta' ħames dikjarazzjonijiet konġunti, li huma annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqt il-konċiljazzjoni ta' l-ewwel qari dwar il-baġit 2008, tat-13 ta' Lulju 2007; saħħaħ l-importanza politika ta' dawn id-dikjarazzjonijiet billi kkunsidrahom fil-preparazzjoni ta' l-emendi għall-abbozz tal-baġit, f'konformità ma' l-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati";

9.  F'konformità mad-dikjarazzjoni konġunta maqbula mal-Kunsill fit-13 ta' Lulju 2007, jixtieq jara approvazzjoni aktar mgħaġġla mill-Kummissjoni tal-programmi operattivi fil-fondi strutturali, il-fond ta' koeżjoni u l-iżvilupp rurali sabiex il-flejjes operattivi jkunu jistgħu jintnefqu; jitlob progress mgħaġġel f'dan il-qasam mill-Kummissjoni; sabiex jiġi aċċelerat il-proċess, ipoġġi f'riserva ċerti spejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-ebda fondi operattivi m'huma qed jitpoġġew f'riserva; se jirrilaxxa r-riservi fuq l-ispejjeż operattivi f'konformità ma' rata mtejba ta' approvazzjoni ta' programmi operattivi;

10.  Dwar ir-reklutaġġ u r-riorganizzazzjoni, poġġa EUR 49 miljun f'riserva sakemm ikun hemm impenn mill-Kummissjoni li twettaq studju dwar l-implimentazzjoni ABM qabel it-30 ta' April 2008 bl-informazzjoni li ġejja għall-awtorità baġitarja:

   · Kif jistgħu jiġu integrati aħjar ma' xulxin id-diversi komponenti taċ-ċiklu SPP-ABM (APS, CLWP, AMP ...)?
   · Kif tista' tiġi mtejba, possibilment permezz ta' sistema ta' IT integrata, l-integrazzjoni taċ-ċiklu SPP-ABM ma' ċikli oħrajn (ċiklu HR, l-immaniġġjar tar-riskju, evalwazzjoni ...)?
   · Il-komunikazzjoni ta' lista ta' indikaturi ta' prestazzjoni ċari u predeterminati li għandhom jintużaw matul iċ-ċiklu kollu sabiex jiġi mtejjeb l-immaniġġjar tal-prestazzjoni;
  

u:

   · l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta segwitu tar-rapport tagħha "dwar l-ippjanar u l-aħjar użu tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni biex iservu l-prijoritajiet ta' l-UE" sat-30 ta' April 2008 li jenfasizza b'mod partikolari analiżi ddettaljata ta' l-istaff skond il-kategorija, u skond id-Direttorati Ġenerali, u l-evoluzzjoni li hi prevista fis-snin li ġejjin;
   · Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istadju li waslet fih l-implimentazzjoni tal-Punt 44 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

11.  Dwar id-dħul assenjat, jinsisti dwar trasparenza mtejba f'dan il-qasam; jipproponi tibdil fl-istrument tad-dħul assenjat għall-aġenziji ddeċentralizzati, sabiex ikun hemm tqabbil aħjar bejn id-dħul assenjat u aġenziji speċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-użu tad-dħul assenjat fil-fond għar-ristrutturar taz-zokkor ħoloq "baġit f'baġit" de facto, li huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mal-prinċipju baġitarju ta' l-universalità li hu mnaqqax fir-Regolament Finanzjarju; jesprimi d-disponibilità tiegħu li jiġi rivedut ir-Regolament Finanzjarju fir-rigward tad-dħul assenjat;

12.  Dwar l-aġenziji ddeċentralizzati, jerġa' jġib kif kienu l-livelli ta' l-abbozz preliminari tal-baġit bl-eċċezzjoni tal-FRONTEX li għaliha hemm żieda ta' EUR 30 miljun adottata taħt it-Titolu 3 u bl-eċċezzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent b'żieda żgħira taħt it-Titolu 3; jilqa' b'sodisfazzjon il-progress imwettaq mill-aġenziji l-aktar ġodda fl-espansjoni ta' l-attivitajiet tagħhom b'mod effettiv u effiċjenti; jitlob aktar ċarezza fil-futur rigward pjanijiet ta' ħidma u bżonnijiet ta' persunal fuq perjodu ta' żmien medju;

13.  Jenfasizza li sabiex jiġu stabbiliti l-Intrapriżi Konġunti, kif ukoll l-Aġenzija deċentraliżżata l-ġdida li tħabbret għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, għandha tinbeda l-proċedura stipulata fil-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

14.  Dwar l-aġenziji eżekuttivi, ifakkar l-obbligi tal-Kummissjoni stabbiliti permezz tal-"Kodiċi ta" Imġiba dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Eżekuttiva"(7); jikkunsidra li l-aġenziji eżekuttivi m'għandhomx, la issa u lanqas fil-ġejjieni, iwasslu għal żieda fis-sehem ta" l-ispiża amministrattiva; jenfasizza li kwalunkwe proposta għall-ħolqien ta' aġenzija eżekuttiva ġdida, u għall-espansjoni ta' aġenziji eżekuttivi eżistenti, għandha tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva ta' l-ispiża involuta meta mqabbla mal-benefiċċji miksuba, u li għandhom jiġu stipulati b'mod ċar linji ta' kontabilità u responsabilità fil-proposta;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kontijiet ta' l-attivitajiet ipprovduti ma' l-abbozz preliminari tal-baġit 2008 taw aktar attenzjoni lill-objettivi u lill-indikaturi tar-riżultati minflok lil deskrizzjonijiet twal tal-proċess amministrattiv; jinnota, madankollu, li għad baqa' differenzi sinifikanti bejn id-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwalità tal-Kontijiet ta' l-Attivitajiet; jistenna aktar titjib fis-snin li ġejjin;

16.  Jikkunsidra li l-indikaturi tal-prestazzjoni issa qegħdin jintużaw mill-Kummissjoni bħala parti integrali ta' l-ippjanar ex ante tal-baġit, iżda jitlob li l-indikaturi tal-prestazzjoni jingħataw rwol akbar fl-evalwazzjoni ex post tal-prestazzjoni; huwa tal-fehma li d-dejta pprovduta fil-kontijiet ta' l-attivitajiet għandha tkun integrata aħjar mar-rapporti ta' l-attivitajiet annwali ta' kull Direttorat-Ġenerali; jikkunsidra li dan għandu jgħin lill-Awtorità Baġitarja biex tara sa fejn ir-riżorsi addizzjonali mitluba jwasslu għall-ksib ta' riżultati u mhux sempliċement għall-ħolqien ta' aktar burokrazija;

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżerċizzju tal-grupp ta' l-immonitorjar li twettaq mill-Kumitat għall-Baġit tiegħu matul l-2007; jittama li dan l-eżerċizzju jkun jista' jkompli jikkontribwixxi għal livell imtejjeb ta' mmoniterjar baġitarju; ikompli jappoġġja s-sistema ta' l-Avviż ta' Tbassir tal-Baġit bħala kontribuzzjoni għat-titjib ta' l-implimentazzjoni tal-baġit; jitlob li t-tieni dokument ta' l-Avviż ta' Previżjoni tal-Baġit jiġi ppreżentat f'Settembru, u mhux f'Ottubru, 2008 sabiex il-Parlament ikun jista' jikkunsidra dan id-dokument fil-preparazzzjoni ta' l-ewwel qari tiegħu ta' l-abbozz tal-baġit 2009;

18.  Ifakkar li, skond l-Artiklu 53b tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, li għandhom bħala l-għan aħħari tagħhom li jiżguraw il-kontroll intern effettiv u integrat tal-fondi Komunitarji u d-dikjarazzjonijiet ta' mmaniġġjar nazzjonali, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li "jipproduċu sommarju annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki tal-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet disponibbli"; jinnota li, skond informazzjoni li waslet mill-Kummissjoni, s'issa kien biss numru limitat ta' Stati Membri li kkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali; jiddispjaċih li l-ebda waħda mill-proposti konkreti dwar dikjarazzjonijiet (maniġerjali) nazzjonali ppreżentati mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu għall-2003, l-2004 u l-2005 ma hija inkorporata fl-Istrateġija ta' Verifika tal-Kummissjoni u jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat; ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju rivedut, li għadhom kif qablu dwaru reċentement; itenni li l-Istati Membri huma obbligati wkoll li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-Punt 44 tat-IIA u kif ukoll huma obbligati skond l-Artikolu 274 TKE biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni skond il-prinċipji ta' mmaniġjar finanzjarju sod;

19.  Itenni l-importanza li titjieb l-implimentazzjoni baġitarja b'konformità mad-dikjarazzjoni adottata fil-konċiljazzjoni tal-baġit Novembru 2006; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda jew previsti sabiex din id-dikjarazzjoni tiġi applikata; ifakkar li din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod regolari fil-laqgħat tat-trijalogu;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika bis-sħiħ ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u jqis il-bażijiet finanzjarji għal derogi bħala invalidi, minħabba li ma ġewx ippreżentati waqt il-proċedura baġitarja;

Kwistjonijiet speċifiċi - elementi ewlenin skond l-intestatura baġitarja, il-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji

21.  Dwar l-intestatura 1a, "Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjieg", jirrifjuta t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas li sar mill-Kunsill fl-ewwel qari tiegħu, speċjalment fejn dan ikopri programmi multiannwali li reċentament ġew deċiżi b'mod konġunt mal-Parlament u li għandhom l-għan li jwettqu l-Istrateġija ta' Liżbona; ireġġa' lura dan it-tnaqqis u jipproponi żidiet f'numru ta' linji li huma prijoritajiet politiċi għall-Parlament; jipproponi numru ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'konformità mal-prerogattivi baġitarji tiegħu; jenfasizza l-importanza li titnaqqas l-istigma tal-falliment tan-negozji fil-kuntest tal-Programm Kompetittività u Innovazzjoni (CIP);

22.  Dwar l-intestatura l b, "Koeżjoni għat-tkabbir u għall-impjieg", jiddeplora t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas li sar fl-ewwel qari tal-Kunsill; ireġġa' lura dan it-tnaqqis u jipproponi żidiet li jammontaw għal EUR 2 000 000 000 fi ħlasijiet, f'linji fejn l-RALs kienu konsistentament għolja fi snin reċenti; jitlob proċeduri amministrattivi aktar issimplifikati sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni, anke f'termini ta' aspetti kwalitattivi li fir-rigward tagħhom l-Unjoni għandha l-aktar impatt fuq ħajjet iċ-ċittadini tagħha;

23.  Ifakkar fid-deċiżjoni li jiġi stabbilit iċ-Ċentru ta' l-UE għall-Identifikazzjoni fuq Distanza Twila u għad-Data tal-Pożizzjonament (LRIT), operat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (EMSA), sal-31 ta' Diċembru 2008 (Pożizzjoni tal-PE tal-25 ta' April 2007(8) u riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2007); jirrikonoxxi l-bżonn ta' ffinanzjar addizzjonali għall-EMSA fl-2008 sabiex tiġi koperta din il-funzjoni ġdida;

24.  Jilqa' d-dokumentazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni u mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) rigward il-Faċilitajiet Finanzjarji ta' Taqsim tar-Riskju (RSFF); huwa tal-fehma li r-riżerva fuq dawn il-linji tista' titneħħa mill-baġit; madankollu jitlob biex ikun infurmat u biex id-dokumenti relevanti jiġu mgħoddija lilu meta l-linji gwida jiġu adottati għat-tieni parti tas-CIP, l-istrumenti tal-kapital ta" riskju, u jitlob li jkun infurmat dwar ir-riżultat tan-negozjati bejn l-EIB u l-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni konġunta għall-istrument ta' garanzija tas-self għat-TEN-Transport (LGTI);

25.  Dwar l-intestatura 2, "Preżervazzjoni tar-riżorsi naturali", huwa fermament oppost għat-tnaqqis indiskriminat propost mill-Kunsill f'ħafna linji taħt din l-intestatura tal-baġit; jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit għal ħafna minn dawn il-linji, iżda jinnota li l-Kunsill se jkollu l-aħħar kelma dwar dawk il-linji li jikkonċernaw in-nefqa; jitlob preżentazzjoni aktar ċara, fil-proċeduri baġitarji tal-ġejjieni, taċ-ċifri għall-miżuri tas-suq u l-għajnuniet diretti ; jinsab imħasseb bir-rata mhix mgħaġġla ta' adozzjoni tal-programmi operattivi fir-rigward tal-pilastru ta' l-iżvilupp rurali tal-politika agrikola komuni, prijorità tal-Parlament li ilha teżisti; jistenna li jara titjib rapidu f'dan ir-rigward;

26.  Janfasizza l-bżonn li titħaffef il-proċedura rigward it-tfassil ta' programmi nazzjonali speċjali għall-irkupru ta' prodotti tar-raba' u tal-produzzjoni ta' l-annimali fiż-żoni affetwati bin-nirien u forom oħra ta' diżastri naturali; jenfasizza li dawk il-programmi għandhom jiġu ffinanzjati mill-EAFRD (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) permezz ta' trasferimenti jew sussidji interni fi Stat Membru;

27.  Dwar l-intestatura 3a, "Libertà, sigurtà u ġustizzja", ipoġġi f'riżerva l-approprjazzjonijiet għall-Fond tar-Ritorn sakemm tiġi adottata l-bażi legali; ipoġġi wkoll f'riżerva l-approprjazzjonijiet sakemm tingħata informazzjoni aħjar lill-Parlament dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità; jenfasizza l-importanza tal-ħidma ta' l-aġenzija Frontex; iqis li l-aġenzija Frontex għandu jkollha rwol aktar effettiv fit-tisħiħ tal-fruntieri esterni ta' l-UE, b'mod partikulari biex tnaqqas il-piż li attwalment qed jaffaċċjaw Stati Membri fir-rigward ta' l-immigrazzjoni illegali; jistieden lill-Aġenzija biex tippreżenta b'mod regolari lill-kumitat kompetenti tagħha l-qagħda kurrenti u l-ħidmiet ippjanati li se jsiru; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwettqu dak li wiegħdu u jappoġġjaw il-missjonijiet ta' l-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-ħidmiet tagħha b'mod aktar effettiv;

28.  Dwar l-intestatura 3b, "Ċittadinanza", jiddeplora t-tnaqqis li sar mill-Kunsill f'din l-intestatura, li jista' jaffettwa programmi bħal Kultura 2007, Midja 2007 u Żgħażagħ f'azzjoni; jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit u jipproponi f'dan ir-rigward approprjazzjonijiet għal numru ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda jew li għadhom għaddejjin; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iffinanzjar għall-kampanja ta' informazzjoni u prevenzjoni HELP jispiċċa fil-baġit għall-2008, u jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta inizjattiva ta" segwitu; barra minn hekk jappoġġja, fl-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili, il-forniment ta' kapaċità komplementari fil-forma ta' forza ta' riżerva biex jiġu mmaniġġjati diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u kif ukoll f'każijiet ta' atti terroristiċi jew aċċidenti ambjentali;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ kontinwu għall-investiment f'infrastruttura biex titjieb l-akkomodazzjoni tar-refuġjati;

30.  Ifittex li jinkoraġġixi vuċi aktar b'saħħitha għal gruppi li huma rrapreżentati inqas aħjar fis-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġu miġġielda l-forom kollha tad-diskriminazzjoni u jissaħħu d-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, ta' min għandu diżabilità u ta' l-anzjani;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-approprazzjonijiet allokati għall-informazzjoni biex tipprovdi informazzjoni diversa, li, inter alia, taħseb għall-bżonnijiet ta' l-informazzjoni pubblika tal-minoritajiet parlamentari;

32.  Dwar l-intestatura 4, "L-UE bħala msieħba globali", jappoġġja ż-żidiet, inklużi dawk għall-Kosovo u l-Palestina, fl-ittra ta' emenda tal-Kummissjoni għall-abbozz preliminari tal-baġit tas-17 ta' Settembru 2007; jipproponi EUR 10 miljun addizzjonali għall-Kosovo (linja 22 02 02) u EUR 10 miljun oħra għall-Palestina (linja 19 08 01 02) u żidiet oħra għall-prijoritajiet tiegħu sal-limitu ta' l-MFF, inkluż li l-abbozz preliminari tal-baġit għar-Riżerva ta' Għajnuna fl-Emerġenzi jerġa' jiġi kif kien; inaqqas l-infiq fuq is-CFSP b'EUR 40 miljun għal-livell tal-baġit 2007; jitlob l-użu ta' l-istrument ta' flessibilità sa totali ta' EUR 87 miljun għall-infiq fuq is-CFSP u prijoritajiet oħra, inklużi l-Kosovo u l-Palestina; iqis li dan jirrifletti is-sottofinazjament kroniku ta' l-intestatura 4 fl-MFF ta' l-2007-2013;

33.  Huwa tal-fehma li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi għandu jkun wieħed mill-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni ta' fondi ta' l-UE lil pajjiżi ġirien u lil pajjiżi li qed jiżviluppaw;

34.  Ifakkar lill-Kunsilll li l-laqgħat konġunti regolari tal-kumitat dwar is-CFSP għandhom jippromwovu djalogu politiku reali ex ante, minflok jintużaw sempliċement biex jinfurmaw lill-Parlament b'mod ex post;

35.  Jemmen li l-UE għandha tikkoordina aħjar l-inizjattivi varji u ta' min ifaħħarhom tagħha biex tiġġieled u teqred il-mard relatat mal-faqar f'pajjiżi ġirien u li qed jiżviluppaw; jipproponi li jiġu allokati riżorsi baġitarji adegwati biex dawn il-pajjiżi jiġu pprovduti bl-istrumenti ta' assistenza teknika meħtieġa; iddeċieda li joħloq linja baġitarja separata għall-Fond Dinji biex jiġu Miġġielda l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja sabiex titjieb it-trasparenza u jiġi garantit l-iffinanzjar neċessarju kemm għall-Fond Dinji u kif ukoll għal prijoritajiet tas-saħħa oħra;

36.  Dwar l-intestatura 5, "Amministrazzjoni", jikkunsidra li linji ċari ta' responsabilità u kontabilità huma komponent essenzjali biex jitkompla l-proċess ta' l-immodernizzar ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE; ifakkar li d-direzzjoni li jieħdu r-riformi tas-sistema fil-ġejjieni għandha tkun li jjun hemm objettivi politiċi ċari u responsabilità individwali biex jintlaħqu dawn l-objettivi skond indikaturi li għandhom jiġu stabbiliti meta tiġi ppreżentata d-dejta mill-istudji varji mitluba mill-Kumitat għall-Baġit tiegħu dwar is-suġġett;

37.  F'dan il-kuntest, jiddeplora l-ineffiċjenzi inerenti f'sistema ta' kompetizzjonijiet li tista' tħalli "kandidati approvati" jinfnew f'lista ta' riżerva għal bosta snin, bl-ebda garanzija li se jiġu offerti pożizzjoni; jikkunsidra li ż-żamma ta' dan l-approċċ tista' tikkontribwixxi biex jonqos l-istandard medju ta' l-uffiċjali l-ġodda ta' l-UE minħabba li l-aħjar kandidati se jfittxu impjieg f'setturi aktar dinamiċi ta' l-ekonomija ta' l-UE; jitlob impenn serju mill-Kummissjoni biex terġa' tħares lejn din il-kwistjoni fil-kuntest ta' ħidma ta' segwitu għall-eżerċizzju ta' kontroll u tipprovdi informazzjoni ulterjuri b'aktar dettalji ta' persunal għal kull kategorija u kull Direttorat Ġenerali u l-evoluzzjoni mistennija għas-snin li ġejjin;

38.  Jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit fir-rigward tat-tnaqqis li sar mill-Kunsill għall-approprjazzjonijiet u l-listi ta' l-istaff fl-intestatura 5; ipoġġi EUR 49 miljun f'riżerva sakemm jiġu pprovduti d-dejta u l-istudji hawn fuq imsemmija; jixtieq iżomm u jiżviluppa djalogu interistituzzjonali kostruttiv fir-rigward ta' l-isforzi kontinwi biex jittejbu l-prattiki amministrattivi fl-istituzzjonijiet Ewropej; jenfasizza l-importanza ta' reklutaġġ adegwat mit-12-il Stat Membru ġdid; huwa tal-fehma li, fir-rigward tat-tkabbir, dokumenti ta' relevanza għal diskussjonijiet u deċiżjonijiet, bħal, pereżempju, evalwazzjonijiet ta' l-impatt, għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi kollha neċessarji, minħabba li dawk id-dokumenti huma għodda għat-tfassil aħjar tal-liġijiet; f'dan ir-rigward ifakkar li l-Kumitat għall-Baġit tiegħu nieda, permezz ta' żewġ studji, proċess biex janalizza l-objettivi tar-riforma amministrattiva tal-Kummissjoni, li jiffoka fuq l-introduzzjoni ta' bbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) u mmaniġjar ibbażat fuq l-attività (ABM), l-introduzzjoni taċ-ċiklu ta' ppjanar strateġiku u l-allokazzjoni tan-nefqa amministrattiva relatata;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar benchmarks ma' persunal f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħala segwitu għar-rapport tagħha dwar l-ippjanar u l-ottimizzar tar-riżorsi umani; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta linji gwida biex tiffaċilita l-iffinianzjar ta' infrastruttura pubblika taħt sħubiji pubbliċi-privati (PPP);

40.  Dwar il-progetti pilota, jipproponi firxa ta' proġetti innovattivi li jindirizzaw l-isfidi ta' politika attwali fl-UE;

41.  Dwar l-azzjonijiet preparatorji, jipproponi firxa ta' inizjattivi li għandhom iwittu t-triq għal azzjonijiet futuri li jtejbu l-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea biex tindirizza l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini tagħha;

o
o   o

42.  Jieħu nota ta' l-opinjonijiet li ttieħed vot dwarhom fil-kumitati speċjalizzati kif inhuma inklużi fir-rapport A6-0397/2007;

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-annessi tagħha, flimkien ma' l-emendi u l-modifikazzjonijiet proposti għat-Taqsima III ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kkonċernati;

ANNESS

Stqarrijiet konġunti miftiehma fil-laqgħa ta" konċiljazzjoni tat-13 ta" Lulju 2007

1.  Il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u l-programmi għall-Iżvilupp Rurali bejn l-2007 u l-2013

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu l-akbar importanza lill-approvazzjoni rapida mill-Kummissjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi ppreżentati mill-Istati Membri f'rabta mal-programmi ġodda tal-Fondi Strutturali u ta" Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll għall-programmi ffinanzjati skond l-iżvilupp rurali.

Biex tkun evitata l-esperjenza tal-passat matul il-bidu tal-perjodu ta" l-ipprogrammar 2000-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jwettqu monitorjar b'mod aktar rigoruż u fuq bażi regolari tal-proċess ta" approvazzjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi bil-għan li tinkiseb aktar effiċjenza u amministrazzjoni aħjar. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni hija mitluba tkompli tipprovdi b'mod regolari għodod ta" monitorjar speċifiċi, inkluża "flow chart", matul il-proċedura baġitarja."

2.  Reklutaġġ marbut mat-tkabbir ta" l-2004 u ta" l-2007

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw bi tħassib l-okkupazzjoni baxxa tal-postijiet fil-livell tal-Maniġment tan-Nofs, il-proporzjon xi ftit għoli tal-postijiet permanenti okkupati minn aġenti temporanji u n-nuqqas ta" għadd suffiċjenti ta" kompetizzjonijiet adattati.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinsistu li għandhom isiru l-isforzi kollha mill-istituzzjonijiet u b'mod speċifiku mill-EPSO biex ikun assigurat li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex tkun irranġata s-sitwazzjoni u biex jitħaffef il-proċess kollu biex jimtlew il-postijiet mogħtija mill-awtorità għall-baġit ma" l-uffiċjali. Il-kriterji għandhom ikunu kif stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament għall-Persunal u biex tinkiseb l-bażi ta" proporzjon ġeografiku l-usa" possibbli malajr kemm jista" jkun.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jkomplu josservaw mill-qrib il-proċess kontinwu tar-reklutaġġ. Għal dan il-għan, huma jitolbu lil kull istituzzjoni u lill-EPSO biex darbtejn fis-sena jipprovdu informazzjoni lill-awtorità għall-baġit dwar il-qagħda ta" l-affarijiet rigward ir-reklutaġġ b'rabta mat-tkabbir ta" l-2004 u ta" l-2007.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lis-Segretarji Ġenerali ta" l-istituzzjonijiet biex jippreżentaw rapport dwar il-progress miksub fil-qasam, kif ġej:

   - rigward li jimtlew il-postijiet mogħtija fil-baġits 2004-07 sa l-aħħar ta" Jannar 2008;
   - rigward li jimtlew il-postijiet mogħtija fl-2008 sal-15 ta" Ġunju 2008 u sal-31 ta" Ottubru 2008."

3.  Dħul assenjat

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jemmnu li ż-żieda tat-trasparenza fil-qasam tal-baġit hija parti mill-immaniġġjar finanzjarju fis-sod tal-fondi ta" l-UE.

F'dan il-kuntest, huma jitolbu lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jipprovdu dokumentazzjoni xierqa, fil-ħin u dettaljata dwar id-dħul assenjat, li tkopri l-implimentazzjoni attwali u t-tbassir sa fejn hu possibbli, biex takkumpanja l-Abbozz Preliminari tal-Baġit. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni xierqa dwar id-dħul assenjat b'rabta mal-fondi trasferiti għall-baġit li jmiss u meta jkunu disponibbli t-trasferimenti ta" l-approprjazzjonijiet; dan se jinvolvi tibdil fil-format u l-kontenut tad-dokumentazzjoni kurrenti u ma" jippreġudikax id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtorità għall-baġit.

Huma jagħtu importanza kbira lit-twettiq ta" l-immonitorjar tad-dħul assenjat, speċjalment ta' dawk relatati ma" l-aġenziji tal-Komunità, u jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrapporta b'mod regolari dwar it-twettiq tagħhom, b'mod partikolari fuq il-bażi ta" dokument speċifiku qabel l-ewwel qari tal-baġit. Huma jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti xierqa li jippermettu monitorjar u kontroll effettiv tad-dħul assenjat fil-kuntest tar-reviżjoni li ġejja tar-Regolament Finanzjarju (KE,Euratom) Nru 2343/2002 għall-aġenziji tal-Komunità.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tirraporta dwar it-titjib magħmul mhux aktar tard mill-bidu tal-proċedura baġitarja li ġejja. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser ikomplu jagħtu attenzjoni mill-viċin lill-immaniġġjar tad-dħul assenjat u jistennew li jsir titjib rapidu f'dan il-qasam."

4.  Aġenziji deċentralizzati

Rigward il-ħolqien jew il-modifika ta" l-iskop ta" korp li jaqa" taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, iż-żewġ friegħi ta" l-awtorità għall-baġit jitolbu lill-Kummissjoni biex tinformahom fil-ħin dwar il-proċedura leġiżlattiva kontinwa biex tagħtihom is-setgħa li jwettqu l-prerogattivi tagħhom skond il-Punt 47 ta" l-IIA.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu aktar trasparenza f'rabta ma" l-aġenziji deċentralizzati, bil-għan li jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tagħhom. Il-Kummissjoni se tidentifika għal kull intestatura n-nefqa għall-aġenziji, inkluz l-evoluzzjoni tagħha matul il-perjodu 2007-2013.

Huma jiftakru fl-istqarrija konġunta tagħhom dwar l-aġenziji tal-Komunità adottata fit-18 ta" April 2007, speċjalment il-punt 4 tagħha, u jistiednu lill-Kummissjoni biex tipprovdi lista ta" l-aġenziji li se tevalwa inkluż skeda dettaljata għal din il-proċedura u spjegazzjoni dettaljata tal-kriterji wżati għall-għażla ta" l-aġenziji u sabiex tippreżenta r-riżultati kull sena mhux aktar tard mit-trilogu ta" Ottubru.

Biex tippermetti lill-awtorità baġitarja tikseb stampa ċara u komprensiva ta" l-evalwazzjonijiet li diġà saru, il-Kummissjoni għandha tagħti l-lista ta" l-aġenziji li diġà kienum ġew evalwati u sommarju qasir tas-sejbiet ewlenin ta" dawn l-evalwazzjonijiet.

Huma jfakkru wkoll li l-istqarrija konġunta tat-18 ta" April 2007 msemmija hawn fuq, li l-Kummissjoni kienet mistiedna tipprovdi fl-istess ħin ma" kull Abbozz Preliminari tal-Baġit, dokument ta" ħidma li jkopri lill-aġenziji Komunitarji kollha.

Biex jinkiseb dan, l-aġenziji deċentralizzati huma mitluba jipprovdu informazzjoni dettaljata, kull sena, li tiġi inkluża ma" l-abbozzi ta" l-estimi tagħhom għas-sena baġitarja li jkun imiss. Dan għandu jinkludi aġġornament tal-pjan tal-politika dwar l-persunal tagħhom, b'informazzjoni dwar l-għadd ta" aġenti permanenti u temporanji koperti mill-pjanijiet ta" l-istabbiliment u dwar il-persunal estern (aġenti b'kuntratt) għas-snin n-1, n u n+1; il-programm ta" ħidma ta" l-aġenzija u l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-baġit tagħhom, fejn jintwerew d-dettalji ta" l-intestaturi 1 u 2.

Għandhom jagħmlu disponibbli wkoll l-estimi u l-indikaturi bħall-kera jew il-valur stmat tal-bini, l-istatut tal-persunal u xi privileġġi mogħtija lill-aġenziji mill-Istati Membri li jospitaw.

Barra minn hekk, l-aġenziji għandhom jipprovdu, sa mhux aktar tard mill-aħħar ta" Marzu ta" kull sena n, stima ta" dak li jibqa" żejjed fl-operat mis-sena n-1, li jrid jintradd lura lill-baġit tal-Komunità fis-sena n, biex l-informazzjoni li diġà hija disponibbli dwar dak li jibqa" żejjed fis-sena n-2, tkun sħiħa.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tipproċedi għall-ġabra ta' l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq, fil-ħin dovut għal kull APB u biex tiġbor l-informazzjoni nieqsa għal din is-sena."

5.  Aġenziji eżekuttivi

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu l-isforzi kollha biex tittejjeb l-effiċjenza fil-metodi użati mill-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta l-politiki u l-programmu ta" l-UE.

Il-ħolqien ta" aġenziji esekuttivi jista" jikkostitwixxi kontribut għal din l-effiċjenza, imma biss jekk dan il-metodu jirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipju ta" l-immaniġġjar finanzjarju sod u trasparenza totali. Dan ifisser li aġenziji bħal dawn m'għandhomx, la issa u lanqas fil-ġejjieni, iwasslu għal żieda fis-sehem ta" l-ispiża amministrattiva. Għaldaqstant, il-prinċipju li l-postijiet ikunu ffriżati kif spjegat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta" Diċembru 2002, bħala riżultat ta" riorganizzazzjoni bħal din tal-ħidmiet, irid jinżamm b'mod rigoruż. Kwalunkwe proposta għall-ħolqien ta" aġenzija esekuttiva ġdida għandha tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tal-qligħ meta mqabbel man-nefqa. Il-linji tar-responsabbiltà u tal-kontabilità għandhom ikunu stabbiliti b'mod ċar fil-proposta.

L-awtorità għall-baġit irid ikollha l-informazzjoni meħtieġa kollha biex tgħinha tosserva mill-qrib l-implimentazzjoni ta" dan il-prinċipju kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni. L-informazzjoni fir-rapport finanzjarju speċifiku għall-aġenzija esekuttiva għandha għaldaqstant tkopri:

   a. ir-riżorsi rigward l-approprjazzjonijiet u l-persunal li jkunu meħtieġa biex titmexxa l-aġenzija esekuttiva, bin-nefqa għall-persunal (uffiċjali permanenti u temporanji u l-aġenti b'kuntratt) u l-infiq amministrattiv ieħor murija b'mod imqassam;
   b. il-pjanijiet dwar l-issekondar ta' l-uffiċjali mill-Kummissjoni lill-aġenzija esekuttiva;
   c. riżorsi amministrattivi meħlusin billi jkunu trasferiti kompiti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni lill-aġenzija eżekuttiva u r-riallokazzjoni tar-riżorsi umani; b'mod partikolari n-numru ta' persunal (inkluż persunal estern) assenjat għal kull ħidma rilevanti fil-Kummissjoni, in-numru ta' dan il-persunal li ser ikun trasferit lil aġenzija proposta ġdida jew imkabbra, in-numru ta' postijiet tal-Kummissjoni li ser ikunu ffriżati bħala konsegwenza u n-numru ta' persunal tal-Kummissjoni li ser ikun propost li jkun trasferit għal kompiti oħrajn;
   d. it-tqassim mill-ġdid konsekuttiv tal-persunal fi ħdan il-pjan ta" l-istabbiliment tal-Kummissjoni;
   e. il-vantaġġi li jkunu delegati l-ħidmiet ta" implimentazzjoni lil aġenzija esekuttiva kontra l-immaniġġjar b'mod dirett mis-servizzi tal-Kummissjoni: kull tqabbil bejn ix-xenarju ta" "L-immaniġġjar b'mod dirett mis-servizzi tal-Kummissjoni" ma" xenarju ta" "aġenzija esekuttiva" jkun ibbażat fuq ir-riżorsi wżati biex ikun(u) implimentat(i) l-programm(i) eżistenti u x-xejra kurrenti tiegħu (tagħhom) sabiex ikun hemm bażi soda u fattwali għat-tqabbil: għal programmi ġodda jew li qed jespandu l-evoluzzjoni tal-pakkett finanzjarju relatat li għandu jkun immaniġġjat mill-aġenzija se jitqies ukoll;
   f. abbozz ta" pjan ta" l-istabbiliment għal kull grad u għal kull kategorija kif ukoll stima fuq bażi soda ta" l-għadd ta" l-aġenti b'kuntratt maħsub u bbaġitjati b'mod proviżorju;
   g. spjegazzjoni mqassma ċara u dettaljata dwar l-atturi kollha involuti fil-programm ta" implimentazzjoni inkluż is-sehem li jibqa" tal-pakkett tal-programm operattiv li huma se jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu (il-Kummissjoni, l-aġenziji esekuttivi, l-Uffiċċji ta" Għajnuna Teknika li baqa", l-Istati Membri, l-aġenziji nazzjonali, eċċ.)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex, qabel tiddeċiedi li toħloq aġenzija ġdida jew li testendi l-mandat ta" aġenzija eżistenti, tforni informazzjoni sħiħa u dettaljata dwar il-livelli tal-persunal u kif qed ikunu utilizzati biex tagħti l-kapaċità lill-awtorità baġitarja li tevalwa li n-nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni ta" programm tabilħaqq ma żdieditx.

Wieħed għandu jiftakar li d-deċiżjoni finali dwar il-persunal tibqa" kwistjoni f'idejn l-awtorità baġitarja."

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dħul assenjat

"Il-Kummissjoni tfakkar li l-irkuprar ta" l-ammonti li tħallsu bi żball huwa għodda vitali għall-immaniġġjar finanzjarju sod; dawn l-ammonti għandhom jitqiesu fil-perspettiva ta" implimentazzjoni sħiħa tal-programmi deċiżi skond il-qafas finanzjarju multiannwali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li m'huwiex possibbli li tipprovdi lill-Awtorità Baġitarja tbassir dwar id-dħul assenjat barra minn dak li diġà huwa inkluż fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit."

(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p.42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2007)0131.
(5) PE 391.970.
(6) Testi adottati, P6_TA(2007)0272.
(7) "Kodiċi ta" Imġiba dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Eżekuttiva" kif miftiehem mill- Kummissjoni fl-ittra tagħha ta' l-20 ta' April 2004 (Anness għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 dwar l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 951)).
(8) Testi adottati, P6_TA(2007)0146


Abbozz tal-baġit ġenerali 2008 (Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX)
PDF 444kWORD 117k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 , Taqsima I - Parlament Ewropew, Taqsima II - Kunsill, Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri, Taqsima VI - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII - Ombudsman Ewropew, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0288/2007 – 2007/2019B(BUD))
P6_TA(2007)0474A6-0394/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-titjib fil-proċedura tal-baġit(4), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit 2008 - Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII u IX - u dwar l-abbozz preliminari ta' l-estimi (Taqsima I) għall-proċedura tal-baġit 2008(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-estimi tad-dħul u ta' l-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2008(6),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Mejju 2007 (SEC(2007)0500),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kunsill stabilixxa fit-13 ta' Lulju 2007 (C6-0288/2007 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0394/2007),

A.   billi l-2008 hija t-tieni sena tal-qafas finanzjarju l-ġdid (2007-2013), li għalih il-limitu ta' l-intestatura 5 (Nefqa Amministrattiva) ġie stabbilit għal EUR 7 457 miljun bil-prezzijiet attwali,

B.   billi l-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) ta' l-istituzzjonijiet kollha ħalla marġni ta' EUR 121 285 164 taħt l-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju għas-sena finanzjarja 2008,

C.   billi wara d-deċiżjoni tal-Kunsill l-abbozz tal-baġit (DB) ħalla marġni ta' EUR 266 755 254 taħt il-limitu ta' l-intestatura 5 għall-2008,

Qafas ġenerali

1.  Jagħraf li l-istituzzjonijiet, wara l-ewwel qari tal-Kunsill, għamlu l-isforz li jnaqqsu xi wħud mill-ispejjeż tagħhom tas-soltu biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet assoluti tagħhom; iqis li dan l-eżerċizzju kkontribwixxa biex jiġi mfassal baġit għal dawk li jħallsu t-taxxi fl-UE kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-linji ta' gwida; iħeġġeġ bil-ħerqa lill-istituzzjonijiet biex ikomplu f'din it-triq sabiex terġa' tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej u fl-Ewropa;

2.  Jinnota li l-biċċa l-kbira taż-żieda 'l fuq mil-limiti tar-rata ta' l-inflazzjoni hija minħabba l- ispiża tal-bini; jesprimi t-tħassib tiegħu għas-snin li ġejjin dwar il-konsistenza tan-nefqa relatata mal-bini jekk ma tkunx sorveljata mill-qrib mill-istituzzjonijiet; jistieden lill-istituzzjonijiet biex jinfurmaw lill-Awtorità Baġitarja regolarment bl-evoluzzjoni tal-proġetti differenti tagħhom u biex jissorveljaw kif jixraq l-espansjoni tagħhom; jitlob li, minħabba d-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut tal-Membri fl-2009, għandu jitressaq pjan aġġornat ta' investiment fil-proprjetà għat-tliet snin li ġejjin, inklużi l-ispejjeż għar-ristrutturar, lill-Awtorità Baġitarja sa mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu 2008;

3.  Għalhekk iddeċieda li jillimita ż-żieda fil-baġit ta' l-2008 għal 6.92%; iddeċieda li jħalli marġni taħt il-limitu ta' l-intestatura 5; jirrakkomanda li jerġgħu jingħataw lura EUR 8 180 945 mill-EUR 22 127 359 mnaqqsa mill-Kunsill mill-baġit ta' l-istituzzjonijiet l-oħra (eskluża l-Kummissjoni), jiġifieri, li jerġgħu jingħataw lura 37% wara l-analiżi tat-talbiet speċifiċi u l-bżonnijiet ta' kull istituzzjoni; iqis li din l-istrateġija hija t-tweġiba għall-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet fl-effiċjenza u tissalvagwardja s-sostenibilità tal-baġits tagħhom;

4.  Jistieden, fil-kuntest tat-tħassib ġenerali dwar l-ambjent, lill-istituzzjonijiet kollha, inkluża l-Kummissjoni, biex jisfruttaw modi differenti, flimkien ma' l-Istati Membri li jospitaw, biex isir pjan għal trasport pubbliku aktar effiċjenti, inklużi postijiet ta" informazzjoni dwar il-mobilità interna, informazzjoni fuq l-intranet dwar l-iskedi tal-ħin sabiex iħajjar lill-istaff ta' l-istituzzjonijiet Ewropej biex juża t-trasport pubbliku jew ir-roti mingħajr periklu;

5.  Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Parlament fis-sentejn li għaddew biex jimplimenta eżerċizzju ta" rilokazzjoni; jiddispjaċih li ħafna istituzzjonijiet oħra m'humiex qegħdin jimplimentaw politika effettiva ta' rilokazzjoni; jistenna li għal dawn l-istituzzjonijiet, ir-rilokazzjoni ssir parti integrali mill-eżerċizzju baġitarju tagħhom fis-snin li ġejjin;

6.  Jinnota li fl-2006 il-Parlament kien talab informazzjoni aktar preċiża mill-istituzzjonijiet l-oħra dwar ir-rendiment u l-ispejjeż tal-ħidmiet ewlenin tagħhom sabiex jiġġustifikaw b'mod iktar trasparenti jekk il-fondi addizzjonali ħallewx riżultati jew le; jinnota li ftit wisq mill-istituzzjonijiet qegħdin jagħtu dawn ir-rapporti informattivi dwar l-attivitajiet; jitlob lill-istituzzjonijiet konċernati kollha biex jagħtu din l-informazzjoni sa l-ewwel ġimgħa ta" Settembru ta" kull sena;

Taqsima I - Il-Parlament Ewropew
Kummenti ġenerali

7.  Ifakkar li l-2008 hija l-aħħar sena sħiħa ta' din il-leġiżlatura u l-aħħar sena qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut tal-Membri l-ġodda; iqis li dan għandu jiġi kkunsidrat minħabba l-ħtiġijiet finanzjarji tal-ġejjieni;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Bureau, għall-ewwel darba, għamel talbiet ġodda fl-ittra ta' emenda tiegħu li huma anqas mil-limitu impost minnu stess ta' 20% ta' l-intestatura 5 (jiġifieri 19.87%) iżda li jinkludu żieda fl-estimi ta' EUR 45.6 miljun; jinnota l-fatt li l-Bureau fi ħsiebu jniedi għadd ta' proġetti ġodda li m'humiex marbuta direttament ma' l-attivitajiet ċentrali tal-Parlament; iqis li minħabba n-nuqqas ta' flessibilità li teżisti fil-baġit amministrattiv, l-iżvilupp ta' proġetti ġodda għandu jsir b'mod prudenti filwaqt li titqies id-disponibilità limitata tar-riżorsi finanzjarji u l-perspettivi mill-2009 'l quddiem; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni u l-Bureau biex jirriflettu fuq il-bżonnijiet reali u fuq l-istituzzjoni f'termini amministrattivi u politiċi u biex ifittxu mezzi biex inaqqsu l-ispejjeż attwali tal-ħidmiet li jwettqu; itenni li dak li nkiteb hawn fuq m'huwiex xi limitazzjoni tad-dritt tal-Parlament li juża l-limitu kollu ta" 20% fl-2008 u fis-snin ta" wara, jekk ikun meħtieġ u ġustifikabbli li jsir hekk;

9.  Jissuġġerixxi li ssir diskussjoni wiesgħa fuq livell ta' esperti dwar l-istorja ta" l-Ewropa u l-interpretazzjoni tagħha qabel ma tinħoloq Dar l-Istorja Ewropea;

10.  Jilqa' l-pjan il-ġdid ta' rilokazzjoni propost mis-Segretarju Ġenerali li jolqot 58 impjieg; iqis li dan huwa pass fit-triq it-tajba biex jitwettqu l-ħtiġijiet il-ġodda u fl-istess ħin biex il-pjan ta' organizzazzjoni jibqa' stabbli għall-ġejjieni; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex ikompli bl-azzjonijiet tiegħu u bl-analiżi ulterjuri sabiex il-ħidmiet ikunu razzjonalizzati aħjar u fl-istess ħin biex ikun hemm kontroll fuq l-ispejjeż ta' l-esternalizzazzjoni;

11.  Jiddeċiedi, skond ir-riżoluzzjoni tas-7 ta" Ġunju 2007 msemmija hawn fuq dwar l-estimi tal-Parlament għall-2008, li jnaqqas għadd ta" linji baġitarji, l-aktar dawk li kienu għoljin iżżejjed fl-2006; jinnota li l-kapitoli 10 u 12 u t-titolu 4 m'humiex affettwati minn dan it-tnaqqis;

12.  Jirrikonoxxi li l-proposti l-ġodda damu ma ġew ippreżentati u fixklu d-deċiżjoni tas-sessjoni plenarja li għandhom iżommu mar-rata ta' l-inflazzjoni ħlief meta l-inizjattivi l-ġodda jkunu ġew issostanzjati kif jixraq; iddeċieda li jistabbilixxi l-livell finali tal-baġit tal-Parlament għal EUR 1 452 517 167 li jikkorrispondi għal żieda ta' 3,9% fuq il-baġit ta' l-2007 u 19,48% ta' l-intestatura 5;

13.  Jinnota li xi drabi, u għal raġunijiet differenti, l-Istituzzjonijiet kellhom jixtru jew jikru propjetà bi prezz li, ma' l-ewwel daqqa t'għajn, kien jidher li hu ogħla mill-prezz tas-suq; jixtieq ikompli jinvestiga f'kuntest interistituzzjonali dwar kif jistgħu jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' l-appalt pubbliku għax-xiri jew kiri tal-bini, kif ukoll għax-xogħlijiet fuq il-bini, mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, l-aktar biex jitnaqqas il-prezz tax-xiri jew kiri ta' propjetà kif ukoll ta' l-ispejjeż għar-ristrutturazzjoni, u biex tinkiseb il-flessibilità meħtieġa ħalli jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kartell jew ta' monopolju;

14.  Jikkonferma l-impenn tiegħu biex il-liġijiet jitfasslu aħjar bħala prijorità għall-attivitajiet ewlenin tal-Parlament u jappoġġja d-deċiżjonijiet li ttieħdu għal dan il-għan; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex ikompli bl-isforzi tiegħu għat-tisħiħ tal-kompetenza tal-Parlament biex il-liġijiet jitfasslu aħjar;

Titjib fl-għajnuna lill-Membri

15.  Iqis li ż-żamma tad-diversità lingwistika tal-Membri tal-Parlament Ewropew hija waħda mill-isfidi l-aktar importanti għall-amministrazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, il-proġett pilota li huwa pprogrammat li jitnieda fl-2008 bħala tweġiba għat-talbiet rikorrenti tal-Membri għal assistenza lingwistika kemm bħala individwi kif ukoll waqt il-laqgħat mhux uffiċjali marbuta mal-ħidma leġiżlattiva;

16.  Għalhekk jiddeċiedi li jillimita l-allokazzjoni globali għall-proġett pilota għal EUR 4 miljun u, fl-istess ħin, li jqiegħed EUR 2 miljun fir-riżerva sabiex iġiegħel lill-amministrazzjoni tagħti prijorità għal appoġġ lingwistiku iktar effiċjenti għall-Membri waqt il-laqgħat uffiċjali; din ir-riżerva ta' EUR 2 miljun ma taffettwax il-proġett pilota;

17.  Itenni li s-servizz ta' l-interpretazzjoni u l-ispejjeż marbuta mal-laqgħat għandhom ikunu sfruttati bl-aktar mod effiċjenti; iqis li t-tagħmir għas-sistema ta' votazzjoni elettronika fis-swali kollha tal-laqgħat huwa mod kif jista' jiġi sfruttat aħjar l-użu tal-faċilitajiet ta' l-interpretazzjoni;

18.  Jistieden lill-Bureau biex jikkonsulta mal-gruppi politiċi dwar kif għandhom isiru t-tagħmir u r-rijorganizzazzjoni tas-swali għal-laqgħat WIC 100 u WIC 200 fi Strasburgu qabel ma jieħu xi deċiżjoni oħra dwar dawn l-affarijiet;

19.  Ifakkar li l-iskop tal-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu huwa biex jingħata l-aħjar servizz ta' kwalità lill-Membri fi ħdan il-limitu ta' l-approprijazzjonijiet attwali; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni biex tinforza tassew il-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu sabiex jiġu evitati n-nuqqasijiet, l-użu irresponsabbli jew l-użu ħażin tas-servizzi lingwistiċi; Jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta" flessibilità biex jiġu tradotti dokumenti importanti f'xi perjodu tassew diffiċli; jistieden lill-amministrazzjoni biex tagħmel kull sforz sabiex tiggarantixxi servizz ta' traduzzjoni ta' kwalità għolja skond ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Parlament f'termini ta' kwalità, skadenzi u kunfidenzjalità, biex tipprovdi l-mezzi xierqa u biex tiżgura li s-servizz tat-traduzzjoni jkun organizzat biżżejjed biex jiġu evitati n-nuqqasijiet u għalhekk iż-żieda fl-ispejjeż, b'mod partikulari meta l-iskadenzi għad-deċiżjonijiet ikunu ffissati mit-Trattat;

20.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa u l-utilità li, fi ħdan il-Librerija tal-Parlament attwali, jiġi żviluppat servizz analitiku għall-Membri individwali li jipprovdi dokumenti analitiċi marbuta ma' l-attività parlamentari tagħhom;

21.  Jieħu nota tal-proposta biex jinħoloq Artikolu 323 ġdid għar-"relazzjonijiet mal-Parlamenti ta' pajjiżi terzi u l-appoġġ għad-demokrazija parlamentari" b'ammont ta' EUR 360 000 biex l-attivitajiet tal-Parlament jiġu differenzjati skond iz-zona ġeografika; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd ta' delegazzjonijiet u assembleji fil-baġit tal-Parlament, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-impatt finanzjarju tagħhom m'huwiex identifikat b'mod ċar fil-baġit billi ma jinkludix biss l-approprijazzjonijiet skond il-punti eżistenti iżda wkoll l-ispejjeż marbuta ma' l-interpretazzjoni u ma' l-appoġġ tekniku u loġistiku; jistieden lill-amministrazzjoni biex tressaq proposta biex ittejjeb it-trasparenza ta' din it-tip ta' attività;

22.  Iqis li l-Presidenzi tal-Parlament u tal-Kunsill għandhom iqisu l-opinjoni taċ-ċittadini ta' l-UE dwar it-tifrix ġeografiku tal-Parlament bejn it-tliet postijiet tax-xogħol u l-ispejjeż u l-konsegwenzi ambjentali marbuta miegħu;

23.  Fir-rigward ta' l-għajnuna parlamentari, jistieden lill-amministrazzjoni biex issaħħaħ is-sistema ta' kontroll intern sabiex tiżgura li r-reklutaġġ ta' l-assistenti tal-Membri jkun ċar u trasparenti, filwaqt li jkun garantit li jitħarsu r-regolamenti fiskali u soċjali (salarji u drittijiet tas-sigurtà soċjali, eċċ);

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta ġdida għal statut ta" l-assistenti li jiggarantixxi l-libertà ta" l-għażla u l-flessibilità meħtieġa għall-Membri fir-rigward tat-tul tal-kuntratti kif ukoll tas-salarji minn naħa waħda u ta' l-uniformità u s-sigurtà fir-rigward tas-sistema fiskali, tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ta" l-assikurazzjoni medika għall-assistenti min-naħa l-oħra;

Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

25.  Iddeċieda, f'din il-fażi tal-proċedura baġitarja, sakemm tkun adottata l-bażi legali għall-iffinanzjar tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, li tinħoloq intestatura ġdida (403, "Kontribuzzjonijiet għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej") b'allokazzjoni ta" EUR 5 miljun fir-riżerva u b'nota pro memoria ("p.m.");

Programm ta" Apprendistat tal-Parlament Ewropew

26.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-ħidma tas-Segretarjat bil-għan li tkun evalwata l-introduzzjoni ta" Programm ta" Apprendistat tal-PE u jistieden lill-Bureau biex jipproċedi bil-ħidma ta' tħejjija meħtieġa għall-ħames postijiet disponibbli; jistieden lill-amministrazzjoni biex il-proċeduri tagħha ta' l-appalt ikunu jinkludu, bħala wieħed mill-kriterji ta' l-għotja, l-impjieg ta" apprendisti f'kumpaniji li jitfgħu l-offerti;

Għal Parlament Favur l-Ambjent

27.  Jiddispjaċih li, aktar minn ħames snin wara li beda l-proċess ta' l-EMAS fil-proċedura baġitarja, ir-reġistrazzjoni ta" l-EMAS għadha pendenti u l-impatt fuq l-ambjent kif ukoll l-iffrankar tal-flus u l-investimenti marbuta ma" l-implimentazzjoni tiegħu għadhom m'humiex magħrufa; jistieden lill-amministrazzjoni biex tipprovdi t-tagħrif imsemmi hawn fuq, kif mitlub qabel fil-paragrafu 37 tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 msemmija hawn fuq u l-paragrafu 31 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 msemmija hawn fuq u biex tressqu quddiem il-kumitati rilevanti u korpi oħra; barra minn hekk, jitlob lill-amministrazzjoni biex tagħmel rapport dwar it-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija li kellu jseħħ minħabba t-tnaqqis fl-użu tal-kondizzjonaturi ta' l-arja matul is-sajf, u biex tippreżenta pjan ta' azzjoni għat-tnaqqis u l-kumpens ta" l-emissjonijiet ta' CO2 kkawżati mill-attivitajiet tal-Parlament, l-aktar fir-rigward ta" l-ivvjaġġar u l-bini, u biex jitnaqqas l-użu ta" l-ilma, tal-karta u ta" riżorsi oħra; f'dan ir-rigward jistieden lill-amministrazzjoni biex tippreżenta rapport ta' l-esperti dwar l-użu possibbli ta" panels fotovoltajċi jew li jużaw l-enerġija tax-xemx għall-produzzjoni ta' l-enerġija fuq il-bjut u mal-ħitan tal-bini tal-Parlament;

28.  Jitlob lill-amministrazzjoni biex iġġedded il-flotta ta' karozzi tagħha billi tixtri jew tikri vetturi li jniġġsu anqas minn dawk attwali, bħall-karozzi ibridi, fuq il-bażi tal-preżentazzjoni ta' u biex tressaq il-pjan ta' azzjoni rilevanti li jinkludi l-impatt finanzjarju ta' deċiżjoni bħal din;

29.  Jitlob lill-amministrazzjoni biex tnaqqas l-għadd ta' missjonijiet ta' l-istaff u biex tħeġġeġ lill-istaff biex, waqt li jkun qiegħed jivvjaġġa bejn it-tliet postijiet tax-xogħol, juża l-aktar mezzi ta' trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; ;

Politika ta' l-Informazzjoni

30.  Itenni r-rieda tiegħu li jkollu politika ta' informazzjoni qawwija li tinvolvi l-gruppi politiċi u li tkun qrib iċ-ċittadini Ewropej; iqis li dan jista' jinkiseb bit-tisħiħ tal-midja lokali u reġjonali, bil-ftuħ mill-aktar fis taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi Brussell u biż-żieda fil-flessibilità ta' l-użu tal-gruppi tal-viżitaturi; dwar ta' l-aħħar, ifakkar li r-rimborż ibbażat fuq l-ispejjeż reali, fi ħdan limitu li jrid jiġi definit, jiżgura t-trasparenza sħiħa tal-programm; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kwesturi biex jeżaminaw mill-ġdid ir-regoli attwali;

31.  Jistieden lill-Bureau biex jiddeċiedi dwar programm għall-kampanja ta' l-elezzjoni li ġejja li jqis il-ħtieġa ta' kuntatt mill-qrib bejn il-Membri u ċ-ċittadini ta' l-UE; itenni s-sehem ta' l-Uffiċċji ta' l-Informazzjoni f'dan ir-rigward, kif ukoll tal-midja lokali u reġjonali, sabiex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-attivitajiet tal-Parlament; jitlob lill-amministrazzjoni biex issaħħaħ l-azzjonijiet favur il-midja lokali u reġjonali fl-uffiċċji esterni, inkluż l-involviment tal-Membri; jistenna bil-ħerqa, f'dan ir-rigward, li jirċievi l-programm annwali tal-ħidma tagħhom għall-2008 sa Diċembru ta" l-2007 sabiex ir-riżerva tkun tista" tintuża minn Jannar;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-approprijazzjonijiet allokati għall-informazzjoni għal kull xorta ta' tagħrif, fosthom ukoll għall-ħtiġijiet tal-minoranzi parlamentari biex jgħaddu tagħrif lill-pubbliku;

33.  Jiddispjaċih li mhux qiegħda tingħata informazzjoni biżżejjed lill-Awtorità Baġitarja dwar il-progress li sar s'issa fuq il-prototip tal-WebTV, l-aktar billi l-politika ta" l-informazzjoni, inkluż il-WebTV, qiegħda titqies bħala prijorità għall-2008; jiddeċiedi li jżomm EUR 9 miljun fir-riżerva għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni sakemm il-prototip jitressaq għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità Baġitarja;

34.  Jistenna l-prototip tal-WebTV; ifakkar li l-kundizzjoni li diġa sar qbil dwarha fil-proċedura baġitarja ta' qabel u fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar il-Baġit ta' l-2007 (Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII(A) u VIII(B))(7) għall-iffinanzjar ta' dan il-proġett hija l-approvazzjoni tal-prototip;

Sigurtà

35.  Jaqsam, ma' l-amministrazzjoni, it-tħassib li s-sigurtà hija kwistjoni importanti; jinnota, madankollu, li l-amministrazzjoni mhijiex fil-qagħda li tindika l-għadd eżatt ta' persuni li jkunu fil-bini tal-Parlament minħabba li xi wħud minnhom ma jużawx il-kard tagħhom biex jiftħu l-grada; konsegwentement jistieden lill-amministrazzjoni biex tiżgura li l-istaff jirrispetta r-regoli u jistieden lill-Kwesturi biex iqisu mill-ġdid l-użu ta' kards elettroniċi għall-Membri, li jippermettu l-implimentazzjoni ta' faċilitajiet ġodda differenti, bħall-firem elettroniċi;

36.  Jenfasizza l-fatt li s-sigurtà għall-Membri u l-istaff madwar il-bini tal-Parlament fi Brussell mhijiex assigurata tajjeb wara l-ħinijiet normali tax-xogħol; jistieden lill-amministrazzjoni biex tinsisti ma' l-awtoritajiet Belġjani biex il-qagħda titjieb;

Pjan ta' Organizzazzjoni

37.  Jappoġġa l-ħolqien ta' żewġ Direttorati Ġenerali ġodda għall-Interpretazzjoni u għall-Appoġġ ta' l-Innovazzjoni Teknoloġika; iqis li dan se jtejjeb is-servizz għall-Membri u għall-unitajiet differenti ta' l-amministrazzjoni;

38.  Iqis li l-proposta dwar l-istaff, imressqa mis-Segretarju Ġenerali, inkluż il-ħolqien ta' impjiegi ġodda, impjiegi li jridu jiġu rilokati u xi tibdiliet u trasformazzjonijiet, tirrifletti t-tħassib tal-Parlament biex iż-żieda tal-pjan ta' organizzazzjoni tiegħu tiġi limitata biss għal proġetti ġodda jew għal kompetenzi speċifiċi; jinnota li l-għadd ta' impjiegi rilokati jilħqu l-mira annwali ta' 1% stabbilita fir-riżoluzzjoni ta' l-estimi; jitlob li jkun mgħarraf regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tal-politika tar- rilokazzjoni; barra minn hekk, jirrikonoxxi li l-proposta mressqa għandha impatt finanzjarju marġinali fuq il-baġit ta' l-2008;

39.  Għalhekk iddeċieda li japprova l-modifiki tal-miżuri tal-pjan ta' organizzazzjoni propost mis-Segretarju Ġenerali bħala pakkett kif ġej:

   - rilaxx mir-riżervi għall-ħolqien ta' 16-il impjieg ġdid mitluba fl-estimi u l-approprijazzjonijiet rispettivi tagħhom; dan jikkonċerna disa' AD5 u seba' AST3, fosthom impjieg temporanju wieħed għas-sitt Kwestur,
   - jagħmel l-approprijazzjonijiet meħtieġa disponibbli għall-ħolqien ta' ħames AD5 għas-servizz analitiku fi ħdan il-Librerija u żewġ AD16 għall-ħolqien tad-Direttorati Ġenerali l-ġodda,
   - il-bidla ta' 35 AST (10 AST1, 10 AST2, 5 AST3, 5 AST4 u 5 AST5) għal AD5 li tqiegħdu fir-riżerva,
   - promozzjoni waħda ad personam (AD14 għal AD15),
   - il-bidla ta' 25 AST6 għal AD5 u ta' AST1 wieħed għal AD5,
   - il-miżuri ta' l-għoti ta' grad ġdid ta' 23 impjieg permanenti (2 AD12 għal AD15, 11-il AD12 għal AD7, 4 AST11 għal AST3, 3 AST11 għal AST1 u 3 AST6 għal AST1);

40.  Iddeċieda li jirrilaxxa mir-riżerva l-448 promozzjoni għas-segretarjat tal-Parlament mitluba mill-amministrazzjoni fil-kuntest ta' l-Artikolu 6 tar-Regolamenti ta' l-Istaff għal staff permanenti u temporanju u l-approprijazzjonijiet korrispondenti tagħhom; rigward staff permanenti, dan jikkonċerna 2 AD13 għal AD14, 45 AD12 għal AD13, 25 AD11 għal AD12; 10 AD7 għal AD8, 3 AD6 għal AD7, 165 AD5 għal AD6, 50 AST7 għal AST8, 65 AST4 għal AST5, 65 AST1 għal AST2 u, rigward l-istaff temporanju, AD12 wieħed għal AD13, 2 AD10 għal AD11, AST2 wieħed għal AST3, 2 AST1 għal AST2, 12-il AST1 għal AST3;

41.  Bl-istess mod iddeċieda li jikkonferma 74 promozzjoni mitluba mill-gruppi politiċi: AD12 wieħed għal AD13, 6 AD11 għal AD12, 4 AD10 għal AD11, 2 AD9 għal AD10, 4 AD8 għal AD9, 3 AD7 għal AD8, 7 AD6 għal AD7, 8 AD5 għal AD6, 3 AST10 għal AST11, 9 AST8 għal AST9, 9 AST7 għal AST8, 3 AST6 għal AST7, 2 AST5 għal AST6, 2 AST4 għal AST5, AST3 wieħed għal AST4, 2 AST2 għal AST3, 8 AST1 għal AST2;

42.  Jiġbed l-attenzjoni li l-eżerċitar ta" l-iskrutinju demokratiku fuq il-Kummissjoni huwa wieħed mid-doveri ewlenin tal-Parlament u jitlob lill-Bureau u lill-amministrazzjoni biex jallokaw il-postijiet tal-komitoloġija meħtieġa għal din il-ħidma, filwaqt li jitqiesu r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fil-qasam ta" l-affarijiet barranin u tal-programmi dwar il-politika għall-iżvilupp; barra minn hekk, jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-ħiliet amministrattivi tal-Parlament fir-rigward tas-setgħat ġodda tiegħu ta" skrutinju demokratiku fuq l-istrumenti ta" assistenza esterna; għalhekk jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jirriloka żewġ impjiegi AD, wieħed lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-ieħor lill-Kumitat għall-Iżvilupp, matul l-2008, hekk kif jitbattal post tax-xogħol f'xi wieħed mid-dipartimenti li ġew identifikati bħala "prijoritajiet negattivi";

43.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Bureau li jistabbilixxi linji ta' gwida għar-reklutaġġ li jqisu l-persuni b'diżabilità, fosthom stagiaires u staff interim u/jew b'kuntratt temporanju, kif iddikjarat fil-Kodiċi tal-Prattika Tajba għall-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità; jilqa" b'sodisfazzjon ukoll l-inizjattiva li ħadet l-amministrazzjoni dwar il-programm ta" taħriġ għall-persuni b'diżabilità; huwa tal-fehma li, sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fl-amministrazzjoni tal-Parlament, l-amministrazzjoni għandha tqis li taħtar "koordinatur għall-persuni b'diżabilità";

44.  Iddeċieda li jdaħħal 2 postijiet għal-Librerija fir-riżerva, sabiex l-amministrazjoni tkun immotivata biex toħloq Sistema ta" l-Immaniġġjar ta" l-Għerf li tkun interna u komprensiva;

Kwistjonijiet varji

45.  Jinnota l-proposta li saret mill-Bureau biex ikun allokat ammont ta" EUR 100 000 għall-Fondazzjoni Sakharov bħala sussidju għall-attivitajiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; se jivverifika jekk l-għotja lill-Fondazzjoni Sakharov f'Moska, wara d-deċiżjoni meħuda mill-Bureau fl-10 ta' Ottubru 2007 li jaqbel fil-prinċipju ma' l-abbozz tal-konvenzjoni, hijiex jagħmel għotja lill-Fondazzjoni Sakharov f'Moska hija konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari mal-possibilità li għandu l-Parlament li jagħmel għotjiet biex ikopru attivitajiet ta' informazzjoni (Artikolu 108(4) tar-Regolament Finanzjarju);

Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja

46.  Jenfasizza l-fatt li ż-żieda fil-baġit hija l-aktar minħabba t-trasferiment tal-Palais il-ġdid; iqis li l-impatt finanzjarju tiegħu huwa sostanzjali ġmielu fil-baġit ta' l-2008 u għandu jibqa' bħala eċċezzjoni; jenfasizza li skond il-Qafas Finanzjarju Plurijennali, il-marġni fl-intestatura 5 se jkun limitat fl-2009; għalhekk jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex twettaq eżerċizzju dettaljat u bir-reqqa sabiex tillimita t-tkabbir tagħha fl-2009;

47.  Jaqbel mal-Qorti tal-Ġustizzja biex titnaqqas il-kontribuzzjoni tagħha għall-kiri/xiri tal-Palais il-ġdid b'EUR 4 miljun, permezz ta' l-antiċipazzjoni ta' dan l-ammont mill-baġit ta' l-2007;

48.  Iddeċieda bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja li jerġa' jistabbilixxi t-tnaqqis standard għal livell ta' 3.7%; għalhekk reġa' stabbilixxa l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

49.  Iddeċieda dwar il-miżuri li ġejjin għall-pjan ta' organizzazzjoni:

   - il-ħolqien ta' 9 impjiegi temporanji AD10 biex jissaħħu l-Kabinetti ta' l-Avukati Ġenerali u tal-President tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili,
   - il-ħolqien ta' AD5 wieħed biex jiġi reklutat avukat sabiex ilaħħaq maż-żieda fix-xogħol marbut mal-"protezzjoni tad-data" u ta' AST3 wieħed għall-implimentazzjoni tal-proġett tas-softwer interistituzzjonali SAP;

50.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 3 102 000 EUR li jirrappreżentaw żieda ta' 8.03% fuq il-baġit ta' l-2007;

Taqsima V – Il-Qorti ta" l-Awdituri

51.  Iddeċieda bi qbil mal-Qorti ta' l-Awdituri li jerġa' jistabbilixxi t-tnaqqis standard għal livell ta' 4.82%; għalhekk reġa' stabbilixxa l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

52.  Iddeċieda dwar il-miżuri li ġejjin tal-pjan ta' organizzazzjoni:

   - il-ħolqien ta' żewġ AST1 għad-Diviżjoni tar-Riżorsi Umani wara d-deċiżjoni li din tissaħħaħ fi żmien sentejn,
   - il-ħolqien ta' AD5 wieħed għall-implimentazzjoni tal-proġett tas-softwer il-ġdid SAP u ta' AD5 wieħed għall-pjan għad-dokumentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-miżuri,
   - AD12T wieħed jinżel għal AD11T sabiex jiġi limitat l-impatt finanzjarju tal-miżuri tal-pjan ta' organizzazzjoni,
   - AD12T wieħed isir AD14T u tliet AST3 permanenti fid-Diviżjoni ta' l-IT isiru AD5;

53.  Reġa' stabbilixxa kif kienet l-approprijazzjoni marbuta max-xogħol ta' tiswija meħtieġ mil-liġi tas-saħħa u s-sigurtà ta' l-Istat tal-Lussemburgu u r-rinnovament tas-sala għal-laqgħat tal-Qorti; iqis li dawn l-ispejjeż huma ta' natura eċċezzjonali u ma jistgħux jiġġeddu fil-baġit ta' l-2009;

54.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b' EUR 3 261 204 li jirrappreżentaw żieda ta' 9.65 % fuq il-baġit ta' l-2007;

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni

55.  Jiddispjaċih li f'dan l-istadju tal-proċedura baġitarja ż-żewġ kumitati ma kinux fil-qagħda li jressqu l-ftehima l-ġdida ta' koperazzjoni tagħhom; ifakkar fid-deċiżjoni meħuda fir-riżoluzzjoni ta' l-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 kif modifikata mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha)(8) li din il-ftehima kienet mistennija li titressaq sa Lulju 2007; għaldaqstant iddeċieda li fil-Kapitolu 10 0 ("Approprijazzjonijiet Proviżorji") jiddaħħal 10% tal-baġit ta' l-2007 ta' l-ispiża tas-Servizz Konġunt; huwa lest li jirrilaxxa l-approprijazzjonijiet mir-riżerva hekk kif il-ftehima ġdida ta' koperazzjoni tiġi ffinalizzata;

56.  Jinsisti fuq ir-rieda tiegħu li jżomm din il-ftehima ta' koperazzjoni, li hija eżempju ta' koperazzjoni interistituzzjonali tajba u żżid l-effiċjenza taż-żewġ entitajiet permezz ta' kompetenza aħjar fil-ħidmiet loġistiċi u tekniċi u l-possibilità li s-servizzi ta' l-attività ċentrali tan-negozju jiffrankaw il-ħidmiet ta' kuljum relatati mal-ġestjoni;

Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

57.  Iddeċieda bi qbil mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex it-tnaqqis standard jibqa' fuq il-livell ta' 4%;

58.  Jaqbel mal-Kunsill dwar it-talba għal titjib fl-iżvilupp tal-karriera skond l-Artikolu 6 tar-Regolamenti ta' l-Istaff u l-Artikoli 6, 9 u 10 ta' l-Anness XIII tiegħu; ifakkar li l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Finanzjarju joffri flessibilità ta' 10% tal-pjan ta' organizzazzjoni fil-każ ta' sitwazzjonijiet mhux previsti u għalhekk m'għandux jintuża bħala għodda prinċipali għall-promozzjoni ta' l-istaff;

59.  Iddeċieda fuq il-ħolqien ta' ħames impjiegi permanenti ġodda (4 AD5 u AST3 wieħed);

60.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 546 178 li jirrappreżentaw żieda ta' 1.82 % fuq il-baġit ta' l-2007;

Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni

61.  Iddeċieda bi qbil mal-Kumitat tar-Reġjuni li jerġa' jistabbilixxi t-tnaqqis standard fuq il-livell ta' 4%; għalhekk reġa' stabbilixxa l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

62.  Iddeċieda dwar il-miżuri li ġejjin tal-pjan ta' organizzazzjoni:

   - il-konferma ta' 15-il AD relatati mat-tkabbir tal-Bulgarija u r-Rumanija kif miftiehem mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit tiegħu (AD9 wieħed u 14-il AD5),
   - il-ħoliqen ta' 10 impjiegi permanenti ġodda bħala AST relatati mat-tkabbir tar-Rumanija u l-Bulgarija (5 AST3 u 5 AST1); lest jeżamina l-possibilità li jinħolqu 7 impjiegi oħra bħala AST fil-ġejjieni minħabba dan it-tkabbir,
   - il-ħolqien ta" post ġdid ta" Direttur permezz tal-promozzjoni ta" post ta' AD14 għal AD15 li hu disponibbli fl-Unità għall-Komunikazzjoni, l-Istampa u l-Protokoll;

63.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 1 054 962 li jirrappreżentaw żieda ta' 6.12 %, inklużi l-ispejjeż relatati mat-tkabbir, fuq il-baġit ta' l-2007;

Taqsima VIII - L-Ombudsman

64.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 142 230 li jirrappreżentaw żieda ta' 4.36% fuq il-baġit ta' l-2007, skond il-prijoritajiet definiti mill-Ombudsman;

Taqsima IX ‐ Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

65.  Jaqbel mal-Kunsill biex ma japplikax tnaqqis standard;

66.  Iddeċieda dwar il-ħolqien ta' l-erba' impjiegi mitluba u ffinanzjati għal sitt xhur kif ġej:

   - il-konferma ta' tliet impjiegi bħala AD li kien hemm qbil dwarhom mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit tiegħu (2 AD7 u AD9 wieħed),
   - il-ħolqien ta' impjieg ieħor bħala AST3 minflok AST9;

67.  Żied l-approprijazzjonijiet li saru disponibbli mill-Kunsill fl-abbozz tal-baġit b'EUR 83 058 biex iżomm il-livell tiegħu ta' żvilupp, li jirrappreżentaw żieda ta' 7.10% fuq il-baġit ta' l-2007;

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni flimkien ma' l-emendi għal Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonjiet l-oħra u l-korpi kkonċernati.

(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L  390, 30.12.2006, p. 1).
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. 1. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/708/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, ta' l-14.10.2005, p. 24).
(5) Testi Adottati ta' din id-data, P6_TA(2007)0099.
(6) Testi Adottati ta' din id-data, P6_TA(2007)0237.
(7) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 415.
(8) Testi Adottati ta' dik id-data, P6_TA(2006)0570.


Rikonoxximent u superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali *
PDF 406kWORD 194k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali (6480/2007 – C6-0129/2007 – 2007/0807(CNS))
P6_TA(2007)0475A6-0356/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża (6480/2007)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0129/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0356/2007),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża.

Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika Franċiża   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Titolu
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent, is-superviżjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali
Emenda 2
Premessa 5
(5)  Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u taderixxi mal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li huma wkoll espressi fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-Kapitolu VI tagħha. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandha tiġi interpretata bħala li tirrifjuta li tirrikonoxxi sentenza u/jew tissorvelja miżura sospensiva jew sanzjoni alternattiva jekk ikun hemm indikazzjonijiet objettivi li l-miżura sospensiva jew is-sanzjoni alternattiva kienet imposta biex tikkastiga persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, il-konvinzjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha jew li din il-persuna tsta' tkun żvantaġġata għal waħda minn dawn ir-raġunijiet.
(5)  Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u taderixxi mal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li huma wkoll espressi fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-Kapitolu VI tagħha. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandha tiġi interpretata bħala li tirrifjuta li tirrikonoxxi sentenza u/jew tissorvelja miżura sospensiva jew sanzjoni alternattiva jekk ikun hemm indikazzjonijiet objettivi li l-miżura sospensiva jew is-sanzjoni alternattiva kienet imposta bi ksur ċar tad-drittijiet fundamentali stipulati fit-trattati ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 3
Premessa 6
(6)  Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess xieraq, il-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni f'medja oħra.
(6)  Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess xieraq, il-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni f'medja oħra, u b'mod ġenerali kull regola li tikkonċerna d-drittijiet fundamentali li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha mhuwiex inkompatibbli mal-mod kif il-miżuri huma implimentati.
Emenda 4
Premessa 8
(8)  L-għan tar-rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali fl-Istat ta' esekuzzjoni hu li jitjiebu l-prospetti biex persuna sentenzjata tiġi integrata mill-ġdid fis-soċjetà, billi din tkun tista' tippreserva r-rabtiet familjari, lingwistiċi, kulturali u oħrajn, iżda wkoll biex jitjieb il-monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, bil-ħsieb li ma tħallix li jkun hemm reċidività, u b'hekk ikun qed jittieħed kont debitu tal-protezzjoni tal-vittmi.
(8)  L-għan tar-rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali fl-Istat ta' esekuzzjoni hu li jitjiebu l-prospetti biex persuna sentenzjata tiġi integrata mill-ġdid fis-soċjetà, billi din tkun tista' tippreserva r-rabtiet familjari, lingwistiċi, kulturali u oħrajn, iżda wkoll biex jitjieb il-monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, bil-ħsieb li ma tħallix li jkun hemm reċidività, u b'hekk ikun qed jittieħed kont debitu tal-protezzjoni tal-vittmi u l-ħarsien tas-soċjetà b'mod ġenerali.
Emenda 5
Premessa 9
(9)  Biex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta' informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti għas-sospensjoni ta' sentenzi, l-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jippermettulhom jieħdu r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu dokumentati fir-reġistri nazzjonali tagħhom.
(9)  Biex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta' informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti għas-sospensjoni ta' sentenzi, l-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jippermettulhom jieħdu r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali li għandhom jiġu dokumentati fir-reġistri nazzjonali tagħhom.
Emenda 6
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  L-objettiv ta' din id-Deċiżjoni Kwadru hu, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni soċjali ta' persuni sentenzjati u li titjieb il-protezzjoni tal-vittmi, li tistabbilixxi r-regoli skond liema Stat Membru jissorvelja miżuri sospensivi imposti abbażi ta' sentenza, li nħarġet fi Stat Membru ieħor, jew sanzjonijiet alternattivi li jinsabu f'tali sentenza u jieħu d-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha relatati ma' l-esekuzzjoni ta' dik is-sentenza, safejn dan jaqa' fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu.
1.  Din id-Deċiżjoni Kwadru tfittex li tiffaċilita r-riintegrazzjoni soċjali ta' persuni sentenzjati, li ttejjeb il-protezzjoni tal-vittmi u tas-soċjetà u sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali adegwati fil-każ ta' trasgressuri li mhumiex residenti fl-Istat li qed jagħti s-sentenza. Bil-għan li tilħaq dawn l-objettivi, din id-Deċiżjoni Kwadru tistabbilixxi regoli li fuqhom l-Istat Membru li fih il-persuna ssentenzjata għandha r-residenza legali jew ordinarja tagħha għandu jirrikonoxxi s-sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor u jissorvelja u jesegwixxi s-sentenzi sospiżi, is-sanzjonijiet alternattivi u s-sentenzi kondizzjonali.
Emenda 7
Artikolu 1, paragrafu 2
2.  Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika biss għar-rikonoxximent ta' sentenzi u t-trasferiment tar-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji l-oħrajn kollha previsti f'din id-Deċiżjoni Kwadru. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex tapplika għall-esekuzzjoni ta' sentenzi f'każijiet kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/…/ĠAI. Ir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta' penali finanzjarji u ordnijiet ta' konfiska huma rregolati mill-istrumenti ġuridiċi applikabbli bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska.
2.  Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika biss għar-rikonoxximent ta' sentenzi u t-trasferiment tar-responsabbiltà għas-superviżjoni u l-esekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali, u għad-deċiżjonijiet sussegwenti l-oħrajn kollha previsti f'din id-Deċiżjoni Kwadru. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex tapplika għall-esekuzzjoni ta' sentenzi f'każijiet kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/…/ĠAI. Ir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta' penali finanzjarji u ordnijiet ta' konfiska huma rregolati mill-istrumenti ġuridiċi applikabbli bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska.
Emenda 8
Artikolu 2, punt (b)(ii)
(ii) meta tiġi skontata parti mis-sentenza ta' kustodja jew il-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà (rilaxx kondizzjonali /libertà kondizzjonata);
(ii) meta tiġi skontata parti mis-sentenza ta' kustodja jew il-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà (deċiżjoni ta' rilaxx kondizzjonali/libertà kondizzjonata), bl-impożizzjoni ta' miżura sospensiva waħda jew aktar;
Emenda 9
Artikolu 2, punt (c)
(c) "sanzjoni alternattiva" għandha tfisser obbligu jew struzzjoni, imposta bħala sanzjoni indipendenti, li mhix sentenza ta' kustodja, miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà jew penali finanzjarja;
(c) "sanzjoni alternattiva" għandha tfisser obbligu jew struzzjoni, imposta bħala sanzjoni awtonoma, li ma tikkostitwixxix ċaħda ta' libertà jew tinvolvi l-ħlas ta' somma ta' flus;
Emenda 10
Artikolu 2, punt (d)
(d) "sentenza kondizzjonali" għandha tfisser deċiżjoni minn qorti fejn l-impożizzjoni ta' sentenza tkun ġiet sospiża kondizzjonalment bl-impożizzjoni ta' miżura sospensiva waħda jew aktar;
(d) "sentenza kondizzjonali" għandha tfisser deċiżjoni minn qorti fejn l-impożizzjoni ta' sentenza tkun ġiet sospiża kondizzjonalment flimkien ma' l-impożizzjoni ta' miżura sospensiva waħda jew aktar;
Emenda 11
Artikolu 2, punt (g)
(g)  "Stat ta' esekuzzjoni" għandha tfisser l-Istat Membru li fih il-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi jingħataw superviżjoni u li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-esekuzzjoni tas-sentenza, safejn ikun assuma l-kompetenza biex jagħmel dan.
(g)  "Stat ta' esekuzzjoni" għandha tfisser l-Istat Membru li fih il-miżuri ta' sospensjoni u s-sanzjonijiet alternattivi jingħataw superviżjoni u li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-esekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali, wara li tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 7.
Emenda 12
Artikolu 2, punt (g a) (ġdid)
(ga) 'residenza legali u ordinarja' tfisser il-post li l-individwu kkonċernat ikun stabbilixxa bħala ċ-ċentru permanenti ta' l-interessi tiegħu, li jrid jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-fatti kollha rilevanti.
Emenda 13
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif affermati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika d-dmir ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif affermati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri.
Emenda 14
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet ġudizzjarji, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, huma kompetenti biex jaġixxu skond din id-Deċiżjoni Kwadru, fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' esekuzzjoni.
1.  Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, huma kompetenti biex jaġixxu skond din id-Deċiżjoni Kwadru, fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' esekuzzjoni. Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 15
Artikolu 5, paragrafu 1, parti introduttorja
1.  Sentenza li fiha waħda jew aktar mill-miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi li ġejjin tista' tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor, li fih il-persuna sentenzjata hi legalment u ordinarjament residenti, għall-fini tar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' dawk il-miżuri u sanzjonijiet:
1.  Sentenza jew deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata li fiha waħda jew aktar mill-miżuri ta' sospensjoni, obbligi jew istruzzjonijiet li ġejjin tista' tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor, li fih il-persuna sentenzjata hi legalment u ordinarjament residenti, għall-fini tar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' dawk il-miżuri jew obbligi jew istruzzjonijiet. Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 jista', għal raġunijiet ta' superviżjoni, jinkludi waħda jew aktar mill-miżuri ta' sospensjoni jew obbligi jew l-istruzzjonijiet li jkun hemm fis-sentenza:
Emenda 16
Artikolu 5, paragrafu 1, punt (a)
(a) obbligu tal-persuna sentenzjata biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni dwar kwalunkwe bidla ta' residenza;
(a) obbligu tal-persuna sentenzjata biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni dwar kwalunkwe bidla ta' residenza jew ta' post tax-xogħol jew ta' studju;
Emenda 17
Artikolu 5, paragrafu 1, punt (b)
(b) obbligu biex ma tħallix jew ma tidħolx f'ċertu lokalitajiet fl-Istat emittenti jew ta' esekuzzjoni mingħajr permess, u ordnijiet oħra marbuta mat-tip ta' ħajja, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attività professjonali jew attivitajiet ta' passatemp;
(b) obbligu biex ma tidħolx f'ċertu lokalitajiet fl-Istat emittenti jew ta' esekuzzjoni mingħajr permess, u ordnijiet oħra marbuta mat-tip ta' ħajja, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attività professjonali jew attivitajiet ta' passatemp;
Emenda 18
Artikolu 5, paragrafu 1, punt (e)
(e) obbligu biex tikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat mir-reat;
(e) obbligu biex tikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat mir-reat u biex tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni li dan l-obbligu ġie sodisfatt;
Emenda 19
Artikolu 5, paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, il-persuna fil-kawża trid tinstema' qabel tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata.
Emenda 20
Artikolu 5, paragrafu 3
3.  Barra l-miżuri u s-sanzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jinkludi biss dawk il-miżuri jew sanzjonijiet kif notifikati mill-Istat ta' esekuzzjoni kkonċernat skond il-paragrafu 2.
3.  Barra l-miżuri u s-sanzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jinkludi biss dawk il-miżuri ta' sospensjoni jew obbligi jew istruzzjonijiet kif notifikati mill-Istat ta' esekuzzjoni kkonċernat skond il-paragrafu 2.
Emenda 21
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Is-sentenza jew kopja ċċertifikata tiegħu, flimkien ma' ċertifikat, li l-forma standard tiegħu qed tiġi stabbilita fl-Anness I, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta' esekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti msemmija.
1.  Iċ-ċertifikat, li l-format standard tiegħu qed tiġi stabbilita fl-Anness I, flimkien mas-sentenza (jew kopja ċċertifikata tagħha) u jekk relevanti, id-deċiżjoni ta' libertà kondizzjonata, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta' esekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti msemmija.
Emenda 22
Artikolu 6, paragrafu 3
3.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandu jibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lil Stat ta' esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe mument determinat.
3.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat (u kwalunkwe deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) lil Stat ta' esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe mument determinat.
Emenda 23
Artikolu 6, paragrafu 5
5.  Meta awtorità ġudizzjarja fl-Istat ta' esekuzzjoni li tirċievi sentenza flimkien ma' ċertifikat ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxiha, hija għandha, ex officio, tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti. Dik l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, li s-sentenza u ċ-ċertifikat intbagħtu lilha.
5.  Meta awtorità ġudizzjarja fl-Istat ta' esekuzzjoni li tirċievi sentenza flimkien ma' ċertifikat (u kwalunkwe deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxiha, hija għandha, ex officio, tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti. Dik l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, li s-sentenza u ċ-ċertifikat intbagħtu lilha.
Emenda 24
Artikolu 7, paragrafu 1
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza mibgħuta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u immedjatament tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, sakemm din ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent u tieħu f'idejha s-superviżjoni tas-sentenza msemmija fl-Artikolu 9.
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza mibgħuta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u immedjatament tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu s-sanzjoni alternattiva, sakemm din ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent u tas- superviżjoni tas-sentenza msemmija fl-Artikolu 9.
Emenda 25
Artikolu 7, paragrafu 2
2.  Jekk in-natura jew it-tul ta' żmien tal-miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi huma inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet statutorji ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti f'dak l-Istat tista' tadattahom b'mod konformi mal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi li huma previsti, taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, għal reati ta' l-istess tip. Il-miżura sospensiva adattata jew is-sanzjoni alternattiva, għandha tikkorrispondi kemm jista' jkun ma' dik imposta fl-Istat emittenti.
2.  Jekk it-tul ta' żmien tal-miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet statutorji ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti f'dak l-Istat tista' tadattah b'mod konformi mal-miżuri sospensivi u l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu s-sanzjonijiet alternattivi eżistenti li huma previsti, taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, għal reati simili. Il-miżura sospensiva adattata jew is-sanzjoni alternattiva, għandha tikkorrispondi kemm jista' jkun ma' dik imposta fl-Istat emittenti.
Emenda 26
Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Jekk miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi jiġu adattati skond il-paragrafu 2, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tinnotifika bla dewmien lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti. Wara li tirċievi tali notifika l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti tista' tiddeċiedi li tirrevoka ċ-ċertifikat u s-sentenza (kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata). F'dawn il-każijiet, għandu jkun garantit id-dritt tas-smigħ lill-persuna sentenzjata.
Emenda 27
Artikolu 9, paragrafu 1, parti introduttorja
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tista' tiċħad li tirrikonoxxi s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi jekk:
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tista' tiċħad li tirrikonoxxi s-sentenza (jew, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi jekk:
Emenda 28
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a)
(a) iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 mhux komplet jew b'mod ċar ma jaqbilx mas-sentenza u ma hux ikkompletat jew ikkorreġut f'terminu raġonevoli stabbilit mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni;
(a) iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 mhux komplet jew b'mod ċar ma jaqbilx mas-sentenza jew id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata u ma hux ikkompletat jew ikkorreġut f'terminu raġonevoli stabbilit mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni;
Emenda 29
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (b)
(b) il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ma jintlaħqux;
(b) il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ma jintlaħqux (inkluż, iżda mhux limitat, għar-rekwiżit ta' residenza legali u ordinarja fl-Istat ta' esekuzzjoni);
Emenda 30
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (e)
(e) il-prosekuzzjoni, jew l-esekuzzjoni ta' sentenza, hija diġà preskritta taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni u tirrigwarda att li jaqa' fil-kompetenza ta' l-Istat ta' esekuzzjoni skond id-dritt nazzjonali tiegħu;
(e) is-sentenza, hija diġà preskritta taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni;
Emenda 31
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (i)
(i) is-sentenza tipprovdi għal trattament mediku/terapewtiku li, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2), l-Istat ta' esekuzzjoni ma jkunx jista' jagħmel superviżjoni tiegħu minħabba s-sistema legali jew tal-kura tas-saħħa tiegħu; jew
(i) is-sentenza jew possibilment id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata tipprovdi għal trattament mediku/terapewtiku li, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2), l-Istat ta' esekuzzjoni ma jkunx jista' jagħmel superviżjoni tiegħu minħabba s-sistema tal-kura tas-saħħa tiegħu; jew
Emenda 32
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (j)
(j) fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(1), ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim dwar l-adattament ta' miżuri sospensivi jew sanzjonijet alternattivi.
imħassar
Emenda 33
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (j a) (ġdid)
(ja) iċ-ċertifikat jew sentenza jinkludu miżuri li mhumiex imniżżla jew aċċettati skond l-Artikolu 5(1) u (2) ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Emenda 34
Artikolu 9, paragrafu 2
2.  Qabel ma l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tiddeċiedi, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li tirrifjuta li tirrikonoxxi s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, hi għandha tikkomunika, b'mezzi xierqa, ma' l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti u, skond kif meħtieġ, titlob lil ta' l-aħħar iforni immedjatament l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.
2.  Qabel ma l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tiddeċiedi, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (h) u (i), li ma tirrikonoxxix is-sentenza (jew, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, hi għandha tikkomunika, b'mezzi xierqa, ma' l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti u, skond kif meħtieġ, titlob lil ta' l-aħħar iforni immedjatament l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.
Emenda 35
Artikolu 10, paragrafu 1
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fi żmien għaxart ijiem wara li tirċievi s-sentenza u ċ-ċertifikat, jekk tirrikonoxxix je le s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi. Hi għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub. Għandhom jingħataw raġunijiet għaliex hi tkun ċaħdet li tirrikonoxxi s-sentenza u għaliex tkun irrifjutat li tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni.
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fi żmien tletin jum wara li tirċievi s-sentenza u ċ-ċertifikat, jekk tirrikonoxxix je le s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi. Hi għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub. Għandhom jingħataw raġunijiet għaliex hi tkun ċaħdet li tirrikonoxxi s-sentenza u għaliex tkun irrifjutat li tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni.
Emenda 36
Artikolu 10, paragrafu 2
2.  Jekk, f'każ speċifiku, ma jkunx possibbli għall-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni li tikkonforma mal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, hi għandha minnufih tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li tagħżel, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm biħsiebha tieħu biex toħroġ deċiżjoni finali.
2.  Jekk, f'każ eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni li tikkonforma mal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, hi għandha minnufih tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li tagħżel, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm biħsiebha tieħu biex toħroġ deċiżjoni finali.
Emenda 37
Artikolu 11
Is-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni.
Is-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u ta' l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni.
Emenda 38
Artikolu 12, paragrafu 1
1.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet kollha sussegwenti rigward is-sentenza sospiża, is-sanzjoni alternattiva jew is-sentenza kondizzjonali, bħall-modifika ta' miżuri sospensivi, ir-revoka tas-sospensjoni, l-issentenzjar fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew remissjoni. Il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tapplika għad-deċiżjonijiet imsemmija preċedentement u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza.
1.  L-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet kollha sussegwenti rigward is-sentenza sospiża, is-sanzjoni alternattiva, is-sentenza kondizzjonali jew il-libertà kundizzjonata, bħall-modifika ta' miżuri sospensivi, ir-revoka tas-sospensjoni, l-issentenzjar fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew ir-revoka jew l-iskadenza tagħha . Il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tapplika għad-deċiżjonijiet imsemmija preċedentement u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza.
Emenda 39
Artikolu 12, paragrafu 2
2.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti tista' tirriżerva l-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha dwar is-sentenzi kondizzjonali. F'dan il-każ il-liġi ta' l-Istat emittenti għandha tapplika għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza.
2.  L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista' tirriżerva l-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha dwar is-sentenzi kondizzjonali. F'dan il-każ il-liġi ta' l-Istat emittenti għandha tapplika għad-deċiżjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza.
Emenda 40
Artikolu 12, paragrafu 3
3.  Meta jkun qed jittrasponi din id-Deċiżjoni Kwadru, kull Stat Membru jista' jindika li bħala Stat ta' esekuzzjoni jista', f'każi individwali, jirrifjuta li jassumi r-responsabbiltà prevista fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjoni għandha tittieħed u n-notifika tiġi effettwata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Dan m'għandux jaffettwa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7(1).
3.  Meta jkun qed jadotta din id-Deċiżjoni Kwadru jew sussegwentement fil-mument tat-traspożizzjoni u permezz ta' dikjarazzjoni mogħtija lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, kull Stat Membru jista' jindika li, bħala Stat ta' esekuzzjoni u fil-kategoriji ta' każijiet li jridu jiġi speċifikati minn dak l-Istat Membru, jirrifjuta li jassumi r-responsabbiltà prevista fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjoni għandha tittieħed (flimkien ma' raġunijiet mogħtija) u n-notifika tiġi effettwata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Dan m'għandux jaffettwa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7(1). Dik id-dikjarazzjoni minn Stat Membru tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin. Id-dikjarazzjonijiet jew l-irtirar tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 41
Artikolu 13
Artikolu 13
Konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti
imħassar
1.  Jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni bi ħsiebha tagħmel adattamenti kif previst fl-Artikolu 7(2) u (3), hi għandha l-ewwel tikkonsulta lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti dwar il-miżuri sospensivi adatti jew s-sanzjoni alternattiva.
2.  Meta tgħaddi s-sentenza u ċ-ċertifikat kif previst fl-Artikolu 6, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti tista' tirrinunzja għall-konsultazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, kull adattament li jkun sar mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni skond l-Artikolu 7(2) u (3) għandu sussegwentement jiġi nnotifikat lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti.
Emenda 42
Artikolu 14, titolu
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta' esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta' esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti kollha
Emenda 43
Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a)
(a) il-modifika tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva;
(a) sanzjonijiet alternattivi u modifika tal-miżuri sospensivi;
Emenda 44
Artikolu 14, paragrafu 1, punt (b)
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza;
(b) ir-revoka tas-sentenza sospiża u tas-sentenza kondizzjonali;
Emenda 45
Artikolu 14, paragrafu 1, punt (c)
(c) l-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali;
(c) l-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali;
Emenda 46
Artikolu 14, paragrafu 1, punt (d)
(d) l-iskadenza tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva.
(d) l-iskadenza tas-sentenzi sospiżi, sentenzi kondizzjonali jew is-sanzjoni alternattiva.
Emenda 47
Artikolu 14, paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)  Fil-każijiet meta jiġu rrevokati sentenzi sospiżi, sentenzi kondizzjonali u sanzjonijiet alternattivi, l-Istat ta' esekuzzjoni għandu jkun responsabbli li jesegwixxi s-sentenza ta' kustodja imposta, ħlief fil-każijiet skond l-Artikolu 12(2) u (3).
Emenda 48
Artikolu 14, paragrafu 2
2.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja fl-Istat li jissentenzja, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, b'kull ċirkostanza jew sejba li, fl-opinjoni tagħha, tista' twassal għar-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza jew modifika tal-miżuri sospensivi jew tas-sanzjoni alternattiva.
2.  L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja fl-Istat li jissentenzja, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, b'kull ċirkostanza jew sejba li, fl-opinjoni tagħha, tista' twassal għar-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza jew tas-sentenza kondizzjonali jew modifika tal-miżuri sospensivi jew l-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjoni alternattiva.
Emenda 49
Artikolu 14, paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Fil-każ ta' sentenza kondizzjonali jew f'każ ta' revoka tas-sospensjoni tas-sentenza, il-persuna trid tiġi mismugħa mill-awtoritajiet ġudizzjarji qabel ma tiġi ssentenzjata, sabiex ikun żgurat li jiġi rrispettat il-prinċipju fundamentali tas-smigħ tal-konvenut.
Emenda 50
Artikolu 15, titolu
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta' esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat emittenti għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti kollha
Emenda 51
Artikolu 15, paragrafu 1, parti introduttorja
1.  Jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha skond l-Artikolu 12(2) u (3), l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha minnufih tinnotifikaha dwar:
1.  Jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti kollha skond l-Artikolu 12(2) u (3), l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha minnufih tinnotifikaha dwar:
Emenda 52
Artikolu 15, paragrafu 1, punt (a)
(a) kwalunkwe ksur ta' miżura sospensiva jew sanzjoni alternattiva; u
(a) ksur ta' miżura sospensiva jew ta' l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjoni alternattiva; u
Emenda 53
Artikolu 15, paragrafu 1, punt (b)(i)
(i) tista' twassal għall-modifika tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjonijiet alternattivi,
(i) tista' twassal għall-modifika tal-miżuri sospensivi jew ta' l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi,
Emenda 54
Artikolu 15, paragrafu 1, punt (b)(ii)
(ii) hi rilevanti għall-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew
(ii) hi rilevanti għall-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew
Emenda 55
Artikolu 15, paragrafu 1, punt (b)(iii)
(iii) jistgħu jirriżultaw f'revoka tas-sospensjoni tas-sentenza.
(iii) tista' tirriżulta f'revoka tas-sospensjoni tas-sentenza u tas-sentenza kondizzjonali.
Emenda 56
Artikolu 15, paragrafu 3
3.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali jew dwar ir-revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, il-persuna sentenzjata għandha tingħata smigħ ġudizzjarju. Jekk ikun il-każ, din il-ħtieġa tista' tiġi sodisfatta skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-Assistenza Reċiproka f'Affarijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.
3.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali jew dwar ir-revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, il-persuna sentenzjata għandha tiġi mismugħa mill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex ikun żgurat li jiġi rrispettat il-prinċipju fundamentali tas-smigħ tal-konvenut.
Emenda 57
Artikolu 15, paragrafu 4, punt (a)
(a) il-modifika tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva;
(a) il-modifika tal-miżuri sospensivi jew ta' l-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjoni alternattiva;
Emenda 58
Artikolu 15, paragrafu 4, punt (b)
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza;
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza u tas-sentenza kondizzjonali;
Emenda 59
Artikolu 15, paragrafu 4, punt (c)
(c) l-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali;
(c) l-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali;
Emenda 60
Artikolu 15, paragrafu 4, punt (d)
(d) l-iskadenza tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva.
d) l-iskadenza ta' sentenza sospiża, sentenza kondizzjonali jew sanzjoni alternattiva.
Emenda 61
Artikolu 15, paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Kwalunkwe modifika ta' miżura sospensiva jew ta' l-obbligi jew istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti trid titwettaq filwaqt li jitqies kif jixraq l-Artikolu 5. Fil-każ ta' modifika l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni tista' tagħżel li tieħu deċiżjoni ġdida skond l-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 9(1)(i).
Emenda 62
Artikolu 15, paragrafu 5
5.  Fil-każ ta' impożizzjoni ta' sentenza jew revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti għandha fl-istess ħin tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni jekk għandhiex il-ħsieb tibgħat lill-Istat ta' esekuzzjoni:
5.  Fil-każ ta' impożizzjoni ta' sentenza jew revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti għandha fl-istess ħin tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni li m'hemmx aktar il-ħtieġa ta' sorveljanza tal-miżuri sospensivi.
Emenda 63
Artikolu 15, paragrafu 5, punt (a)
(a) sentenza u ċertifikat kif previst fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/.../ĠAI għall-fini li jieħu fuqu r-responsabbiltà għall-infurzar tal-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà; jew
imħassar
Emenda 64
Artikolu 15, paragrafu 5, punt (b)
(b) mandat ta' arrest Ewropew għall-fini taċ-ċediment tal-persuna sentenzjata skond id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri.
imħassar
Emenda 65
Artikolu 15, paragrafu 6
6.  Jekk l-obbligu biex jiġu esegwiti l-miżuri ta' sospensjoni jew is-sanzjonijiet alternattivi jkun skada, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri ordnati hekk kif hi tkun ġiet debitament infurmata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti.
6.   Meta tiġi nnotifikata dwar il-fatt mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti skond il-paragrafu 5, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha ttemm is-superviżjoni u l-esekuzzjoni tal-miżuri sospensivi.
Emenda 66
Artikolu 16, titolu
Amnestija u maħfra
Amnestija, maħfra u reviżjoni tas-sentenza
Emenda 67
Artikolu 16, paragrafu 1 a (ġdid)
L-Istat emittenti biss jista' jieħu deċiżjoni dwar talbiet għar-reviżjoni ta' sentenzi li jinvolvu sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali li s-superviżjoni u l-esekuzzjoni tagħhom huma koperti minn din id-Deċiżjoni Kwadru.
Emenda 68
Artikolu 17
Jekk il-persuna sentenzjata tħalli l-Istat ta' esekuzzjoni u tistabbilixxi r-residenza legali u ordinarja tagħha fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-superviżjoni tal-miżuri ta' sospensjoni u s-sanzjonijiet alternattivi u fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha rigward l-esekuzzjoni tas-sentenza lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti.
Jekk il-persuna sentenzjata tħalli l-Istat ta' esekuzzjoni jew ma tibqax ikollha residenza legali u ordinarja fl-Istat ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-superviżjoni tal-miżuri ta' sospensjoni u ta' l-obbligi jew istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi u fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha rigward l-esekuzzjoni tas-sentenza (jew jekk ikun il-każ id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti.
Emenda 69
Artikolu 17, paragrafu 1 a (ġdid)
It-trasferiment ta' ġurisdizzjoni msemmi f'paragrafu 1 irid isir ukoll jekk l-Istat emittenti jagħmel talba għal dan lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, għar-raġuni li proċeduri kriminali ulterjuri kontra l-persuna jkunu qed iseħħu fl-Istat emittenti.

(1) ĠU C 147, 30.6.2007, p.1.


Kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali *
PDF 292kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi fi kwistjonijiet kriminali li jimponu pieni ta' ħabs jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li dawn is-sentenzi jkunu infurzati fl-Unjoni Ewropea (9688/2007 – C6-0209/2007 – 2005/0805(CNS))
P6_TA(2007)0476A6-0362/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (9688/2007),

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta' l-Iżvezja (7307/2005)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Ġunju 2006(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1)(a) u 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu reġa' ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0209/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0362/2007),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test tiegħu;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kunsill   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Id-drittijiet proċedurali fil-proċessi kriminali huma element kruċjali li jiżguraw fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri fil-koperazzjoni ġudizzjarja, u minkejja l-isforzi tal-Presidenza Ġermaniża, s'issa għadu ma ntlaħaqx ftehim wara t-tressiq ta' abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas dwar drittijiet proċedurali mill-Kummissjoni u approvat mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari;
--  ----------------------------------------------
1 ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 159.

(1) ĠU C 150, 21.6.2005, p. 1.
(2) ĠU C 300 E, 9.12.2006, p.201..


Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar fil-qasam tas-sajd *
PDF 289kWORD 46k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (COM(2007)0428 – C6-0064/2007 – 2007/0006(CNS))
P6_TA(2007)0477A6-0405/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0428),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3) l-ewwwl subparagrafu tat-Trattat KE, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0064/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83 (7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0405/2007),

1.  Japprova l-proposta emendata tar-Regolament tal-Kunsill hekk kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-Ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Huwa importanti li titjieb l-informazzjoni pprovduta lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għal dan il-għan għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-ftehim.
Emenda 3
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3 a
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.
Emenda 4
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3 b
Matul l-aħħar sena tal-validità tal-Protokoll u qabel ma jiġi konkluż ieħor li jġeddu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehim u dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-ftehim ġie implimentat.
Emenda 5
Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3 c
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3b u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jagħti lill-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, mandat ta" negozjar għall-adozzjoni ta" protokoll ġdid.
Emenda 6
Artikolu 3 d (ġdid)
Artikolu 3 d
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-ftehim.

Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik fil-qasam tas-sajd*
PDF 305kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (COM(2007)0472 – C6-0284/2007 – 2007/0170(CNS))
P6_TA(2007)0478A6-0404/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0472),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0284/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

−   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0404/2007),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Możambik.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità Ewropea għandha tintuża għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet kostali li jgħixu mis-sajd u fuq il-ħolqien ta' impriżi industrijali żgħar ta' l-iffriżar u l-ipproċessar tal-ħut fuq livell lokali;
Emenda 2
Premessa 2 b (ġdida)
(2 b)  Huwa importanti li titjieb l-informazzjoni pprovduta lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għal dan il-għan għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-ftehim.
Emenda 4
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.
Emenda 5
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3 b
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-ftehim.
Emenda 6
Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3 c
Matul l-aħħar sena tal-validità tal-Protokoll u qabel ma jiġi konkluż ieħor li jġeddu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehim u dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-ftehim ġie implimentat.
Emenda 7
Artikolu 3 d (ġdid)
Artikolu 3 d
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3c u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jagħti lill-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, mandat ta" negozjar għall-adozzjoni ta" protokoll ġdid.

Reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta" statistika ***II
PDF 283kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta" statistika u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (7656/5/2007 – C6-0218/2007 – 2005/0032(COD))
P6_TA(2007)0479A6-0353/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (7656/5/2007 – C6-0218/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0112),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0353/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-25 ta' Ottubru 2007 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93

P6_TC2-COD(2005)0032


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 177/2008.)

(1) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 127.


Prezzijiet ta' l-ikel li qed jogħlew
PDF 227kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar prezzijiet ta' l-għalf u ta' l-ikel li qed jogħlew
P6_TA(2007)0480RC-B6-0400/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007(1) dwar it-twarrib ta'l-art għas-sena 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-prezzijiet globali taċ-ċereali żdiedu b'mod drammatiku fl-aħħar xhur u l-ħażniet pubbliċi u privati taċ-ċereali waqgħu għall-inqas livell tagħhom f"40 sena,

B.   billi l-aħħar stimi jissuġġerixxu li fl-2007 l-ħsad taċ-ċereali ta' l-UE-27 se jkun madwar 8 miljun tunnellata inqasmill-2006,

C.   billi l-ħsad ta' l-2006 kien biss 265,5 miljun tunnellata, li jħalli biss miljun tunnellata f'intervent għall-2007,

D.   billi l-provvista globali tal-ċereali ġiet affettwata minn kundizzjonijiet ħarxa tat-temp, notevolment in-nixfa u l-għargħar, li probabilment huma marbuta mal-bidla fil-klima,

E.   billi fil-biċċa l-kbira ta" l-Istati Membri hu impossibbli li wieħed jiddixxerni rabta diretta u fit-tul bejn iż-żieda fil-prezzijiet ta" ċerti prodotti u d-domanda għal bijofjuwil, iżda, xorta waħda għandu jkun enfasizzat li f'pajjiżi bħall-Istati Uniti politika attiva biex ikun promoss it-tkabbir tal-qamħirrun biex ikun prodott il-bijoetanol qed ikollha effett dirett fuq il-prezzijiet ta" l-għalf u ta" l-ikel, liema effett ġie rikonoxxut mill-Organiżazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika u ta'l-Iżvilupp (OECD),

F.   billi l-istudju ta' l-OECD ppubblikat f'Settembru 2007 dwar l-impatt tal-produzzjoni ta' bijofjuwil fuq is-sigurtà u l-bijodiversità ta' l-ikel fid-dinja javża li l-kompetizzjoni għall-art u r-riżorsi bejn il-produzzjoni ta' l-ikel u ta' l-għalf, min-naħa l-waħda, u l-fjuwil, min-naħa l-oħra, tista' żżid l-prezzijiet ta' l-ikel sa tali punt li l-aċċess għall-ikel għall-ifqar popli u reġjuni jkun mhedded,

G.   billi d-domanda globali għall-ikel qed tikber iktar mill-provvista, mhux l-inqas minħabba li d-dħul qed jiżdied f'ekonomiji emerġenti bħall-Indja u ċ-Ċina u, flimkien ma' popolazzjonijiet li qed jikbru, dan qed jgħolli d-domanda, speċjalment għal-laħam u għall-prodotti tal-ħalib, u għaldaqstant anke għall-għalf,

H.   billi n-nuqqas ta' sigurtà ta' l-ikel għadu realtà għal aktar minn 854 miljun persuna, li madwar 820 miljun minnhom qegħdin fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

I.   billi l-prezzijiet ta' l-ikel bl-imnut ma laħħqux ma' l-għoli tal-ħajja, u l-prezzijiet tal-prodotti meta jitilqu mir-razzett ma laħħqux mal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut,

J.   billi kumpaniji ewlenin tal-bejgħ bl-ingrossa u numru żgħir ta" bejjiegħa kbar bl-imnut li qed joperaw fl-UE għandhom qawwa konsiderevoli biex jiffissaw prezzijiet għal prodotti ta' l-ikel, u billi l-konċentrazzjoni tagħhom hi tali li tammonta għal pożizzjoni dominanti vis-à-vis il-produtturi,

K.   billi l-ispiża dejjem tikber ta' l-għalf kompost qed tgħolli l-ispejjeż tal-produzzjoni għas-settur tal-bhejjem,

L.   billi matul dawn l-aħħar 15-il sena l-Politika Agrikola Komuni (CAP) diġà kellha bidla drammatika bħala reazzjoni għal pressjoni mis-soċjetà Ewropea u l-ekonomija tagħha li qed tevolvi, u billi s-separazzjoni qed tipprovdi l-opportunità lill-bdiewa biex jirrispondu għas-sinjali tas-suq,

M.   billi l-Artikolu 33 tat-Trattat KE jistipula li l-objettivi tal-CAP jinkludu li tiġi żgurata d-disponibilità tal-provvisti u li jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġjonevoli,

Twarrib ta' l-art

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni reċenti tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-Agrikoltura ta' l-UE li jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu sospiżi l-obbligi dwar it-twarrib ta' l-art għall-2008(2);

2.  Jinnota l-istimi tal-Kummissjoni li din il-miżura se tillibera madwar 2,9 miljun ettaru għall-produzzjoni taċ-ċereali u żżid il-ħsad tas-sena d-dieħla b'madwar 10 miljun tunnellata;

3.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kunsill m'adottax l-emendi tal-Parlament li ppruvaw jissospendu t-twarrib għas-sena 2009 wkoll, u jistenna li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fil-verifika imminenti ta' l-Istat tal-CAP;

Il-produzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' l-ikel

4.  Jinnota l-kumment riċenti tal-Kummissarju Fischer Boel li l-prezzijiet tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam jistgħu jogħlew b'massimu ta' 30% fl-2008 minħabba spejjeż ogħla ta' l-għalf;

5.  Jinnota li l-prezzijiet ogħla tal-ħalib fl-2007 jirrappreżentaw żieda żgħira iżda li kienet meħtieġa b'mod urġenti għall-bdiewa li jrabbu bhejjem għall-ħalib, iżda li dawn il-prezzijiet huma problematiċi għall-konsumaturi u jagħmluha aktar diffiċli li tinkiseb il-provvista ta' prodotti tal-ħalib li hi meħtieġa, pereżempju mill-iskejjel u l-isptarijiet;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex tipproponi żieda temporanja fil-kwoti tal-ħalib sabiex il-prezzijiet fis-suq intern ikunu stabbli;

7.  Jinnota bi tħassib li l-produtturi Ewropej tat-tjur qed ikollhom iħallsu minn 40% sa 60% iktar għall-għalf minn dak li kienu jħallsu sena ilu, speċjalment minħabba li l-għalf huwa responsabbli għal madwar 60% ta' l-ispejjeż totali tagħhom;

8.  Jenfasizza bl-aktar mod qawwi possibbli li l-ispiża tal-materja prima hija komponent relattivament żgħir fl-ispiża totali ta' ħafna prodotti ta' l-ikel, speċjalment l-ikel proċessat, u li, anke wara ż-żidiet riċenti fil-prezzijiet taċ-ċereali, l-ispiża taċ-ċereali hija responsabbli għal inqas minn 10% tal-prezz ta' ħobża mibjugħa bl-imnut fir-Renju Unit u inqas minn 5% ta' dak ta' 'baguette' fi Franza;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex janalizzaw id-diskrepanzi bejn il-prezzijiet tal-prodotti meta jitilqu mir-razzett u l-prezzijiet mitluba mill-bejjiegħa ewlenin tal-prodotti bl-imnut; jirrimarka, b'mod partikulari, li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-effetti ta" konċentrazzjoni fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, li huwa ta' żvantaġġ għal produtturi żgħar, intrapriżi żgħar u l-konsumaturi, u tuża l-miżuri legali kollha li għandha disponibbli jekk jiġu identifikati abbużi ta" pożizzjoni dominanti fis-suq;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tawtorizza pagamenti diretti bil-quddiem lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, speċjalment lil dawk affettwati minn epidemiji (e.g. bluetongue), minħabba li huma jistgħu iħabbtu wiċċhom ma" problemi serji ta" likwidità bħala riżultat ta" prezzijiet ogħla ta" l-għalf;

Bijofjuwils

11.  Jenfasizza li huwa biss proporzjon żgħir ħafna tal-produzzjoni taċ-ċereali ta' l-UE li qiegħed attwalment jintuża għall-produzzjoni tal-bijofjuwil, u li biex jintlaħqu l-miri tal-bijofjuwil ta' l-UE fl-2020 , xorta jkun hemm bżonn li tintuża biss 15% tar-raba' ta' l-UE;

12.  Jinnota li l-erja ta" l-art ta" l-UE għall-uċuħ tar-raba" għall-enerġija żdiedet għaxar darbiet, għal 2.84 miljun ettaru, mill-2004;

13.  Jenfasizza li l-bijofjuwils huma fil-preżent l-uniku sostitut għall-fjuwils fossili li hu disponibbli fis-suq fuq skala kbira u, għall-kuntrarju tal-fjuwils fossili, jista" jiġġedded u jista" jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

14.  Jinnota li meta tintuża tunnellata ta' ċereali fl-UE għall-produzzjoni tal-bijoetanol, sa 40% tagħha terġa' lura fis-settur ta' l-għalf tal-bhejjem fil-forma ta' prodotti sekondarji;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, madankollu, biex jagħmlu iktar biex jippromwovu l-użu u l-produzzjoni ta' bijoenerġija tat-tieni ġenerazzjoni, li tinvolvi l-ipproċessar tad-demel u tal-materjali ta' l-iskart agrikolu, minflok prodotti agrikoli primarji;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali u tas-sigurtà ta' l-ikel li tqis il-kompetizzjoni eżistenti għall-art u r-riżorsi bejn il-produzzjoni ta' l-ikel u dik tal-fjuwil ibbażat fuq il-pjanti, u li jeżamina l-impatt tal-bidla fil-klima u miżuri possibbli biex jiġi evitat it-tnaqqir ulterjuri tar-riżorsi għall-produzzjoni ta' l-ikel;

Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

17.  Jinnota bi tħassib serju li l-ispiża ta' l-għalf kompost żdiedet b' EUR 75 għal kull tunnellata u qed tkompli tiżdied minħabba nuqqas akut ta' ċereali għall-għalf, u li dan jirrappreżenta spiża addizzjonali ta' EUR 10 biljun għall-industrija tal-bhejjem ta' l-UE;

18.  Jinnota t-tħabbira magħmula mill-Kummissjoni fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta' l-Agrikoltura f'Settembru 2007 ta' l-intenzjoni li tiġi fformulata proposta biex jitneħħew id-dazji fuq l-importazzjoni ta' ċereali għall-2008, bħala mezz biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni diffiċli fis-settur tal-bhejjem, speċjalment f'dak tal-laħam tal-majjal;

19.  Jirrimarka li tali deċiżjonijiet jistgħu fil-fatt idgħajfu l-pożizzjoni tan-negozjar ta' l-UE fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq fin-negozjati tad-WTO;

20.  Jenfasizza li din id-deċiżjoni m'għandix isservi ta' preċedent għal setturi oħra, bħal dak tar-ross;

21.  Jiċħad kwalunkwe ċaqliq biex jiġu imposti kwoti u tariffi fuq l-esportazzjoni tal-produzzjoni agrikola ta' l-UE;

22.  Jitlob li l-operaturi ta' pajjiżi terzi jiġu soġġetti għall-istess kontrolli stretti bħall-produtturi ta' l-UE;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq eżeċizzju ta' evalwazzjoni tal-possibilità ta' miżuri dwar l-immaniġġjar tal-provvista u s-sigurtà ta' l-ikel li jistgħu jevitaw instabilità estrema ulterjuri tal-prezzijiet ta' l-għalf u l-ikel u l-kompetizzjoni mhux sostenibbli bejn il-produzzjoni ta' l-ikel u tal-fjuwil;

Nuqqas ta' sigurtà globali ta' l-ikel

24.  Hu konxju mill-fatt li t-tnaqqis fil-ħażniet globali ta' l-ikel ikollu impatt serju u partikolari fuq pajjiżi bi dħul baxx u b'defiċit ta' ikel f'dawk il-partijiet tad-dinja li qed jiżviluppaw, b'kont totali ta' l-importazzjonijiet taċ-ċereali għal dawn il-pajjiżi li hu previst li jiżdied b'mod kunsiderevoli – għall-ogħla ammont li qatt ġie rreġistrat, ta' USD28 biljun fl-2007/2008, jew żieda ta' bejn wieħed u ieħor 14 fil-mija fuq il-livell diġà għoli tas-sena l-oħra;

25.  Jinnota li, b'mod ġenerali, fl-2007/2008, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jonfqu rekord ta' $52 biljun fuq l-importazzjonijiet taċ-ċereali;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza sew l-effetti tan-nuqqas ta' provvista ta' ċereali u żrieragħ taż-żejt fuq l-aktar produtturi u konsumaturi ta' l-ikel vulnerabbli fl-UE u fil-pajjiżi terzi inklużi l-proposti għal strumenti u miżuri li jevitaw tfixkil tal-provvista ta' l-ikel u l-effetti inflazzjonarji fuq żidiet ulterjuri tal-prezz;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi dettaljata tax-xejriet globali tas-suq, inkluża d-domanda akbar għall-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex jiġi kkunsidrat, bħala parti mill-Verifika ta' l-Istat tal-CAP, il-ħolqien ta' mekkaniżmi permanenti biex tiġi garantita provvista adegwata tas-suq fil-ġejjieni;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiggarantixxi agrikoltura sostenibbli li tkun kapaċi tikkontribwixxi għall-iffrankar sinifikanti ta' l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra u tiggarantixxi s-sovranità ta" l-ikel għall-Istati Membri;

o
o   o

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P6_TA(2007)0411.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2007 tas- 26 ta" Settembru 2007 b'deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa fir-rigward ta" l-art imwarrba, għall-2008 (ĠU L253, 28.9.2007,p. 1).


Miżura Speċjali 2007 għall-Iraq
PDF 224kWORD 42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar abbozz ta" deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjali 2007 għall-Iraq
P6_TA(2007)0481B6-0422/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjali 2007 għall-Iraq (CMT-2007-2245),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-8 ta" Ottubru 2007 mill-kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 (minn issa "l quddiem imsejjaħ "il-kumitat ta' ġestjoni tad-DCI",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura,

A.   billi, fit-8 t'Ottubru 2007, il-kumitat ta' ġestjoni tad-DCI ivvota favur l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjali għall-2007 għall-Iraq (CMT-2007-2245),

B.   billi, skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/EC u skond il-Punt 1 tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/EC(3), il-Parlament Ewropew irċieva l-abbozz tal-miżura ta" implimentazzjoni li tressqet lill-kumitat ta' ġestjoni tad-DCI u r-riżultati tal-votazzjoni,

C.   billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li "l-objettiv primarju u ewlieni tal-koperazzjoni taħt dan ir-Regolament għandu jkun l-eliminazzjoni tal-faqar fil-pajjiżi u r-reġjuni msieħba fil-kuntest ta' l-iżvilupp sostenibbli",

D.   billi l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li l-"miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1)(4) għandhom jitfasslu sabiex jissodisfaw il-kriterji ta' l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbiliti mill-Kumitat ta'l-assistenza għall-Iżvilupp ta'l-Organiżżazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku [OECD/DAC]",

E.   billi, fir-rapport tagħha 'Direttivi dwar-Irappurtar fir-rigward tas-Sistema ta' rappurtaġġ tal-Kreditur ta'l-2002', l-OECD/DAC tiddefinixxi l-ODA bħala flussi finanzjarji lejn pajjiżi elenkati fil-lista ta" min jirċievi l-ODA għal-liema, fost affarijiet oħra, 'kull transazzjoni tiġi amministrata permezz tal-promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u tal-benesseri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala l-objettivi ewlieni tagħha',

F.   billi fl-Artikolu 23(1) u (3), ta" tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 rispettivament jistipulaw li (Artikolu 23(1)) "fil-każ ta' ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti u debitament ġustifikati relatati ma' diżastri naturali, konflitti jew kriżijiet ċivili, u li ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1257/96, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri speċjali mhux previsti fid-dokumenti ta' strateġija jew fil-programmi indikattivi pluriennali (minn hawn 'il quddiem imsejħa "miżuri speċjali"), li "il-miżuri speċjali jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw miżuri li jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-għajnuna ta' emerġenza għal operazzjonijiet ta' żvilupp fit-tul, inklużi dawk li għandhom l-għan li jħejju lill-popolazzjoni għal kriżijiet rikorrenti", u li (Artikolu 23(2))"fejn l-ispiża ta' dawn il-miżuri taqbeż EUR 10000000, il-Kummissjoni għandha tadottahom skond il-proċedura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 35(2)",

1.  Huwa tal-fehma li fl-abbozz tal-Miżura Speċjali għall-Iraq għall-2007, l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs) m'humiex ippreżentati b'mod ċar bħala prijorità ewlenija; jikkunsidra li dan ma jikkonformax ma' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) 1905/2006 li fih hemm stipulata l-kisba ta' l-MDGs bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-koperazzjoni skond l-Istrument ta' Koperazzjoni ta" l-Iżvilupp (DCI);

2.  Huwa tal-fehma li fl-abbozz tal-Miżura Speċjali għall-Iraq għall-2007, il-Kummissjoni qiegħda tmur lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 billi għażlet bħala wieħed mill-oqsma ta" intervenzjoni "l-Istudju ta'Fattibilità għaż-Żona tal-Gass Akkas", li l-objettiv ġenerali tiegħu hu li "jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet għall-esplorazzjoni taż-Żona tal-Gass Akkas fil-punent ta" l-Iraq bl-iskop li l-produzzjoni minnha tmur fin-network Sirjan tal-pajpijiet tal-gass", u aktar minn hekk "biex jekk ikun possibbli, dan il-proġett ikun integrat mal-ħidma tal-Proġett Ewropew-Għarbi tas-Suq tal-Gass fil-Maxriq"; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li "l-istudju ser jikkunsidra l-interess tal-futur tal-ġirien tal-Maxriq u l-interess ta" l-UE sabiex il-produzzjoni mill-bjar tiġi integrata fis-suq tal-gass Euro-Maxriq", u li "din l-integrazzjoni ser tiftaħ suq potenzjali kbir għall-produzzjoni taż-żona tal-gass ta" Akkas u li ser tippermetti l-ewwel integrazzjoni tal-gass naturali ta" l-Iraq mas-suq reġjunali u Ewropew", u għalhekk jikkunsidra li dan l-objettiv m'huwiex konformi ma" l-Artikolu 2(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006, fis-sens li l-objettiv primarju tal-Miżuri Speċjali m'huwiex il-qerda tal-faqar u li l-objettivi ddikjarati ma jissodisfawx l-kriterji ta" l-ODA stabbiliti mill-OECD/DAC;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira jew temenda l-abbozz tad-deċiżjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjali għall-Iraq, u biex tressaq abbozz ta" deċiżjoni ġdid lill-kumitat ta' ġestjoni tad-DCI li jikkonforma b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lir-rappreżentanti ta" l-Istati Membri fil-kumitat ta' ġestjoni tad-DCI, u lill-parlamenti u lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri.

(1) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(2) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
(3) Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l- implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (ĠU L 256, 10.10.2000, p. 19).
(4) L-Artikolu 1(1): " Il-Komunità għandha tiffinanzja miżuri mmirati bħala appoġġ għall-koperazzjoni ma' pajjiżi, territorji u reġjuni (...)."


Relazzjonijiet UE-Serbja
PDF 174kWORD 99k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja (2007/2126(INI))
P6_TA(2007)0482A6-0325/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill imressqa minn Jelko Kacin f'isem il-Grupp ALDE dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja (B6-0202/2007),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar id-difiża tal-multietniċità fil-Vojvodina(1),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tat-2 ta' Marzu 2005 dwar il-missjoni ta' ġbir ta' fatti mid-delegazzjoni tiegħu ad hoc fil-Vojvodina u f'Belgrad ,

–   wara li kkunsidra t-twaqqif tar-Repubblika tas-Serbja bħala s-suċċessur ta' l-Unjoni Statali bejn is-Serbja u l-Montenegro wara referendum fil-Montenegro fil-21 ta' Mejju 2006 li ffavurixxa l-indipendenza,

–   wara li kkunsidra l-kostituzzjoni l-ġdida Serba adottata b'referendum popolari fit-28-29 ta' Ottubru 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni għall-2006 dwar is-Serbja, tat-8 ta' Novembru 2006 (SEC(2006)1389),

–   wara li kkunsidra l-adeżjoni tas-Serbja mas-Sħubija għall-Paċi (Partnership for Peace) tan-NATO fl-14 ta' Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżultat ta' l-elezzjonijiet parlamentari Serbi tal-21 ta' Jannar 2007,

–   wara li kkunsidra s-sentenza tas-26 ta' Frar 2007 tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ) fil-każ tal-Bożnja u Ħerżegovina kontra s-Serbja u l-Montenegro,

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 405/2006 tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Kostituzzjoni tas-Serbja, mogħtija fid-19 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra t-twaqqif ta' gvern ġdid f'Belgrad fil-15 ta' Mejju 2007,

–   wara li kkunsidra l-ħames objettivi prinċipali tal-gvern il-ġdid Serb, ippreżentati fil-15 ta' Mejju 2007,

–   wara li kkunsidra n-negozjati bejn l-UE u s-Serbja dwar l-Assoċjazzjoni u l-Istabbilizzazzjoni (SAA) li nbdew mill-ġdid fit-13 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar il-Balkani tal-Punent mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-12 ta' Frar u tat-18 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta' Ġunju 2007 ppreżentat mill-Kap Prosekutur tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugożlavja (ICTY) lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-koperazzjoni tas-Serbja ma' l-ICTY,

–   wara li kkunsidra l-iskambju ta' opinjonijiet mal-Kap Prosekutur ta' l-ICTY fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament tas-26 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-UE u s-Serbja għall-infurzar xieraq tad-drittijiet ta' proprjetà sabiex tintlaħaq kemm l-istabilità politika kif ukoll dik ekonomika,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0325/2007),

A.   billi l-futur tas-Serbja jinsab fl-Unjoni Ewropea,

B.   billi s-Serbja hija fattur importanti għall-istabilità u l-prosperità fir-reġjun, bil-prospett ta' adeżjoni ma' l-UE jipprovdi inċentiv ewlieni għar-riforma,

C.   billi s-Serbja hija firmatarja ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) u dan l-aħħar lestiet in-negozjati tekniċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-SAA; billi l-adeżjoni tas-Serbja mad-WTO tista' tiġi ffinalizzata qabel l-2008,

D.   billi sebgħin fil-mija ta' dawk is-Serbi li vvutaw huma favur adeżjoni ma' l-UE u żewġ terzi taċ-ċittadini vvutaw għal partiti li jagħmlu parti mill-kamp demokratiku,

E.   billi s-Sebja għandha gvern ġdid li huwa favur l-Ewropa u favur ir-riformi,

F.   billi s-suċċess tal-ftuħ mill-ġdid tan-negozjati dwar l-SAA min-naħa tas-Serbja jista' jservi bħala eżempju ulterjuri tal-bidliet pożittivi fil-Balkani tal-Punent, influwenzati, inter alia, mill-UE,

G.   billi saru u għandhom jibqgħu jsiru sforzi ġodda u ġenwini biex tiġi megħluba d-diviżjonijiet u l-attitudnijiet tal-passat u biex jitħeġġeġ ġejjieni Ewropew għaċ-ċittadini tas-Serbja,,

H.   billi fl-2006 l-ekonomija Serba wriet tkabbir qawwi (madwar 5.8%) u volum dejjem jikber ta' investiment dirett barrani; billi, madankollu, jibqa' t-tħassib dwar id-defiċit tal-kont kurrenti, li qed ikompli jikber, u dwar ir-rata għolja ta' qgħad (madwar 20.9% fl-2006),

I.   billi l-korruzzjoni għadha problema serja fis-Serbja, u billi fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta' l-2006 ta' Trasparenza Internazzjonali, is-Serbja kellha l-punteġġ medju ta' 3.0 (fuq skala li tvarja minn 0, li tfisser "korrott ħafna" sa 10, li tfisser "nadif ħafna"),

J.   billi tnejn mis-sitt maħrubin akkużati b'delitti tal-gwerra u mfittxija mill-ICTY ġew arrestati riċentement u ttrasferiti lejn l-Aja u erbgħa minnhom għadhom ma nqabdux, inklużi Ratko Mladić u Radovan Karadžić,

K.   billi l-pubbliku Serb mhux infurmat biżżejjed dwar il-livell tad-delitti mwettqa fil-gwerer riċenti, speċjalment f' Srebrenica,

L.   billi l-gwerer fil-Jugożlavja biddlu b'mod profond in-nisġa soċjali tas-Serbja u wasslu, inter alia, għall-emigrazzjoni ta' ħafna mill-aħjar politiċi u intellettwali u għall-influss ta' refuġjati u persuni li ġew spustati internament (IDPs), flimkien mar-ritorn ta' veterani trawmatizzati mill-vjolenza tad-disgħinijiet,

M.   billi d-diżintegrazzjoni tal-Jugożlavja kellha konsegwenzi devastanti f'termini ta" mwiet u ta" tbatija umana, u għaldaqstant ir-rikonċiljazzjoni interetnika saret ta' l-akbar importanza biex tkun garantita l-istabilità fir-reġjun,

1.  Jemmen li s-Serbja jixirqilha tifħir speċjali għar-riżoluzzjoni paċifika ta' serje ta' sfidi diffiċli matul l-aħħar sena, inklużi x-xoljiment ta' l-Unjoni Statali bejn is-Serbja u l-Montenegro, elezzjonijiet parlamentari ġusti u ħielsa u t-twaqqif ta' gvern ġdid b'politika favur l-Ewropa,

2.  Jilqa' it-tlestija tan-negozjati tekniċi dwar SAA bejn il-Gvern Serb u l-UE wara waqfa ta' tlettax-il xahar; jinkoraġġixxi liż-żewġ naħat biex jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat dewmien tekniku qabel fil-perjodu ta' l-interim bejn il-bidu u l-iffirmar ta'l-SAA, sabiex l-iffirmar ikun jista' jseħħ qabel it-tmiem ta' l-2007; jikkunsidra l-iffirmar ta' l-SAA bħala pass importanti fit-triq lejn l-adeżjoni ma' l-UE;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xewqa tal-Gvern Serb li jikkopera ma' l-ICTY, liema koperazzjoni twitti t-triq għal koperazzjoni ulterjuri ma' l-UE, iżda jinsisti li din il-koperazzjoni malajr għandha twassal għal aktar riżultati;

4.  Jinnota l-preżentazzjoni li saret mill-Kap Prosekutur ta' l-ICTY, Carla del Ponte, lill-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni ta' l-UE, li ltaqa' fil-Lussemburgu fil-15 ta'Ottubru 2007; jitlob lis-Serbja biex issolvi l-kwistjonijiet li għadhom miftuħa rigward il-koperazzjoni sħiħa ma' l-ICTY b'rabta maż-żjara li ser tagħmel dalwaqt f'Belgrad is-Sra Del Ponte; jitlob lill-Kummissjoni, meta dawn il-kwistjonijiet jiġu solvuti, biex tinizjala l-SAA mingħajr aktar dewmien;

5.  Jifraħ lis-Serbja għall-progress reċenti tagħha fil-koperazzjoni ma' l-ICTY, li għamilha possibbli li n-negozjati SAA jkomplu u li l-Prosekutur Ewlieni ta' l-ICTY, Carla Del Ponte tagħti evalwazzjoni pożittiva rigward il-koperazzjoni tas-Serbja mat-Tribunal; jilqa' b'sodisfazzjon l-arrest u t-trasferiment lejn l-Aja ta' Zdravko Tolimir u Vlastimir Đorđević, l-assigurazzjoni tal-Prim Ministru Koštunica lil Carla Del Ponte li "aktar arresti huma probabbli" (inkluż l-arrest ta' l-ex-Ġeneral Serb Bożnijaku Ratko Mladić), u l-ħolqien ta' strutturi ġodda mmirati li jiċċentralizzaw l-attivitajiet kollha biex jinqabdu l-maħruba, inkluż it-titjib fit-trasparenza tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-Serbja, tal-Bożnja Ħerżegovina u tal-Montenegro fl-iffaċilitar tat-trasferimenti riċenti lejn l-Aja;

6.  Ifakkar lis-Serbja li l-firma ta' l-SAA hija bil-kundizzjoni li jkun hemm koperazzjoni sħiħa ma' l-ICTY, u li dan għandu jwassal għall-arrest u t-trasferiment ta' l-akkużati kollha li fadal, filwaqt li jinnota li l-arresti reċenti huma prova li l-awtoritajiet Serbi huma kapaċi jsibu u jaqbdu lill-kriminali akkużati b'delitti tal-gwerra; jenfasizza li koperazzjoni sħiħa ma' l-ICTY mhix biss obbligu internazzjonali iżda wkoll pass fundamentali lejn il-kisba ta' rikonċiljazzjoni dejjiema fir-reġjun; għal dan il-għan, jistieden lill-parlament Serb sabiex iwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-sentenza msemmija hawn fuq ta' l-ICJ u jadotta dikjarazzjoni li tiddenunzja l-ġenoċidju ta' Srebrenica;

7.  Jemmen, meta jitqies l-għeluq ippjanat ta' l-ICTY, li attwalment jipprevedi l-għeluq tal-proċessi sa l-2008, li jkun meħtieġ li tiġi kkunsidrata l-estensjoni tal-mandat ta' l-ICTY jekk il-kriminali tal-gwerra li huma akkużati jkollhom jiġu arrestati wara din id-data;

8.  Jinnota li l-ftehim ta' kompromess milħuqa fil-Kunsill Ewropew li seħħ fi Brussell fil-21 u 22 ta' Ġunju 2007 wittiet it-triq għal bażi legali mġedda għall-Unjoni Ewropea qabel l-2009, u li dan joħloq il-kuntest istituzzjonali meħtieġ għal tkabbir fil-ġejjieni u jippermetti lill-UE u lis-Serbja biex b'mod dinamiku jmexxu l-proċess ta' adeżjoni fuq il-bażi ta' l-iżvilupp u l-merti tas-Serbja;

9.  Huwa tal-fehma li riżoluzzjoni tal-kwistjoni dwar l-istatus tal-Kosovo se tikkonsolida l-istabilità fil-Balkani tal-Punent kif ukoll tiffaċilita l-integrazzjoni tar-reġjun fl-Unjoni Ewropea;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-Serbja għamlet progress ekonomiku sinifikattiv sa mill-2000, b'rata medja annwali ta' tkabbir ta' 5%; jinnota, madankollu, li skond l-evalwazzjoni ta' l-IMF, dan ma wassalx għal tnaqqis fil-faqar jew fir-rata għolja ta' qgħad (li hi aktar minn 20%); jemmen li hija sfida ewlenija għall-gvern il-ġdid li jindirizza dawn il-problemi; għaldaqstant jistieden lill-gvern Serb biex jimpenja ruħu b'aktar qawwa għall-ħolqien ta' l-impjiegi u għat-taffija tal-faqar u biex jadotta miżuri konkreti mmirati lejn żvilupp ekonomiku aktar ibbilanċjat fid-distretti kollha tal-pajjiż, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lill-partijiet inqas żviluppati tax-Xlokk u tal-Lvant tal-pajjiż; more balanced economic development in all districts of the country, with particular attention being paid to underdeveloped south-eastern and eastern parts of the country;

11.  Jemmen li l-iżvilupp ulterjuri ta' l-istrutturi u l-proċeduri amministrattivi jista' jżid il-fiduċja fl-istat tad-dritt, isaħħaħ l-ekonomija tas-suq u jinkoraġġixxi t-tkabbir ekonomiku fis-Serbja; jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex itejbu l-ambjent ekonomiku għall-investiment barrani u t-trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-Serbja għandha kostituzzjoni ġdida li tinkludi dispożizzjonijiet pożittivi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota, madankollu, li jeħtieġ li l-qafas legali għall-protezzjoni tal-minoranzi jittejjeb aktar; jinsab imħasseb dwar dispożizzjonijiet problematiċi li jirrigwardjaw, inter alia, il-proċedura għall-ħatra, l-għoti ta' promozzjoni u t-tneħħija ta' mħallfin u prosekuturi u n-nuqqas ta' konsultazzjoni pubblika xierqa jew dibattitu parlamentari xieraq matul il-proċess ta' abbozzar; jistieden lill-awtoritajiet Serbi sabiex jikkunsidraw it-tisħiħ ta' l-ambitu tad-deċentralizzazzjoni territorjali b'mod partikolari vis-à-vis l-Vojvodina;

13.  Jenfasizza l-importanza li jkun żgurat li l-għajnuna ta" l-UE tingħata b'mod li jqis l-istruttura attwali territorjali u amministrattiva tas-Serbja u l-kompożizzjoni etnika u r-relazzjonijiet tradizzjonali ekonomiċi u kulturali fi ħdan it-territorji konċernati, bl-involviment sħiħ ta" l-awtoritajiet lokali u reġjonali; Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Kumitati kompetenti jimmoniterjaw mill-qrib l-organizzazzjoni tar-reġjuni tal-livell NUTS 2 fis-Serbja;

14.  Ifaħħar lis-Serbja għall-kisba ta' aktar trasparenza fl-operat tal-gvern u tal-parlament u għall-kapaċità amministrattiva tajba tagħha; jifraħ lis-Serbja għall-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Baġit għall-2007 u għall-ħatra ta' Ombudsman u ta' Kummissarju għall-Informazzjoni Pubblika;ta" Gvernatur tal-Bank Nazzjonali tas-Serbja u tal-membri tal-Kunsill ta" l-Istituzzjoni tal-Verifika ta" l-Istat; jiddispjaċih li n-nomina ta' mħallfin għall-Qorti Kostituzzjonali għadha pendenti;

15.  Jemmen fermament li kwistjoni ewlenija marbuta mad-drittijiet tal-bniedem hija li jinstabu soluzzjonijiet dejjiema għar-refuġjati u għall- IDPs, speċjalment minħabba li s-Serbja għadha tospita numru kbir ta' refuġjati, l-aktar mill-Kroazja u parzjalement mill-Bożnja Ħerżegovina, u IDPs mill-Kosovo; jiddispjaċih ħafna li ma ntlaħqitx l-iskadenza ta' l-aħħar ta' l-2006 biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet kollha li għadhom pendenti, liema skadenza kienet prevista mid-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo dwar ir-ritorn tar-refuġjati u l-kumpens għall-proprjetà, iffirmata fil-31 ta' Jannar 2005 mill-Kroazja, il-Bożnja Ħerżegovina u s-Serbja u l-Montenegro, u jiddispjaċih ukoll li sar ftit progress minn dak iż-żmien;

16.  Għaldaqstant jistieden lill-Gvern Serb biex ikompli fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta d-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo, anke billi jadotta qafas legali ċar li jkun ikopri, inter alia, id-dritt tar-ritorn lejn il-post ta' l-oriġini u d-dritt tal-kumpens għall-proprjetà; iħeġġeġ lill-UE, l-Istati Membri tagħha u l-komunità internazzjonali biex jibqgħu impenjati għad-difiża tad-drittijiet tar-refuġjati, u biex jipprovdu appoġġ kontinwu lill-pajjiżi kkonċernati, anke billi jallokaw riżorsi finanzjarji suffiċjenti għal dan il-għan; jenfasizza li l-integrazzjoni jew ir-ristabbiliment ta' l-IDPs u r-refuġjati m'għandux ibiddel sinifikatament il-bilanċ etniku oriġinali ta' zona jew reġjun; f'dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għall-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta'l-1 ta' Frar 1995 dwar il-Ħarsien tal-Minoranzi;

17.  Jirrikonoxxi l-progress li sar fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, li reċentement wassal għal ħafna arresti prominenti, filwaqt li jinnota li l-korruzzjoni, partikolarment fil-pulizija u fil-ġudikatura, għadha problema serja, u li l-investigazzjonijiet uffiċjali dwar il-korruzzjoni spiss jidhru li huma motivati politikament; jirrimarka li l-korruzzjoni hija ostakolu ewlieni biex jiġi mħajjar aktar investiment barrani, u jistieden lill-gvern Serb sabiex jimplimenta strateġija komprensiva għal kontra l-korruzzjoni; jikkunsidra li huwa meħtieġ li titkompla l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tlestija tat-trasferiment tal-kompetenzi għall-ħarsien tal-fruntieri statali mingħand l-armata għal għand il-pulizija bħala pass ewlieni lejn l-ilħuq ta' l-istandards ta' l-UE; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jinkoraġġixxu aktar lill-gvern Serb sabiex iwettaq riforma sostanzjali tal-pulizija, is-servizzi tas-sigurtà u l-armata, inklużi miżuri li jipprovdu kontroll ċivili akbar fuq l-armata; jikkunsidra li r-riforma tal-pulizija għandha tikkunsidra l-bżonn ta' forzi tal-pulizija li jitkellmu bil-lingwa tal-minoranza f'reġjuni abitati minn popolazzjonijiet kbar minoritarji;

19.  Jemmen li l-promozzjoni ta' l-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet legali għandhom ikunu waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-gvern; jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri ta' riforma ġudizzjarja meħuda s'issa iżda jenfasizza l-bżonn li dan il-proċess jitkompla, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħeffa tal-proċessi, il-ħarsien tax-xhieda, il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, u l-indipendenza ta' l-imħallfin; jiddispjaċih li l-Qorti Kostituzzjonali mhijiex topera, u jinnota li dan ma jgħinx l-iżvilupp tad-demokrazija u tal-leġiżlazzjoni demokratika fis-Serbja;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tmiem tal-proċess krimimali dwar il-qtil tal-Prim Ministru Zoran Đinđić u jappoġġja l-inizjattiva reċenti mill-prosekuzzjoni speċjali sabiex jinkixfu l-motivazzjonijiet politiċi wara l-qtil;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xogħol tal-Prosekutur Serb għad-Delitti tal-Gwerra iżda jesprimi dispjaċir li l-proċessi domestiċi dwar id-delitti tal-gwerra huma mdgħajfa minn nuqqas ta' trasparenza u rieda politika biex jinstabu wkoll dawk li taw l-ordnijiet u mhux biss min wettaqhom; jemmen li s-sentenza imposta mill-qorti Serba għad-delitti tal-gwerra fuq erba' membri tal-grupp paramilitari, l-Iskorpjuni, għall-eżekuzzjoni ta' sitt Musulmani minn Srebrenica ma kenitx tirrifletti n-natura faħxija tad-delitt; jinnota li l-President Serbjan wera d-dispjaċir tiegħu fil-pubbliku li s-sentenzi imposti kienu qosra;

22.  Jemmen li ċ-ċittadini tas-Serbja huma intitolati li jkunu jafu l-verità dwar il-politiki riċenti ta' gwerra u ġenoċidju li twettqu f'isimhom, u li jkollhom għarfien dwar dawk li wettqu d-delitti tal-gwerra; jemmen li s-Serbja għandha tikkonfronta b'mod onest il-passat reċenti tagħha biex timxi 'l quddiem u li r-rikonoxximent tal-passat huwa parti integrali mit-triq tar-rikonċiljazzjoni mal-ġirien tas-Serbja; jistieden lill-gvern biex jiftaħ mill-ġdid il-Kummissjoni għall-Verità u r-Rikonċiljazzjoni stabbilita fl-2001, b'mod partikolari biex jitħeġġeġ ambjent pożittiv f'dawk il-partijiet tal-pajjiż li kienu affettwati l-aktar mill-kunflitt interetniku; ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi inizzjattivi li jiffaċilitaw il-kuntatt bejn il-popli fir-reġjun u sabiex talloka propozjon akbar ta' fondi għal dan il-għan;

23.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-apoloġija tal-President Serb liċ-ċittadini Kroati għad-delitti tal-gwerra mwettqa f'isem is-Serbja matul il-gwerra riċenti ; jikkunsidra dik l-apoloġija bħala espressjoni ta' maturità politika u tmexxija demokratika kbira u bħala prova konkreta tad-determinazzjoni tal-gvern attwali li jattwa politika ta' ħbiberija u koperazzjoni mal-pajjiżi ġirien tiegħu;

24.  Jemmen li r-rikonċiljazzjoni u l-ġustizzja huma indispensabbli għall-istabilità u l-iżvilupp tal-pajjiżi kollha fir-reġjun kif ukoll għall-integrazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-pajjiżi ġirien tas-Serbja biex isegwu dan il-mudell u jikkundannaw kwalunkwe manifestazzjoni ta' intolleranza etnika u razziżmu li jseħħu fit-territorji tagħhom;

25.  Jemmen li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jibdew u jappoġġjaw programmi mmirati lejn il-provvista ta' servizzi ta' pariri għal problemi psikosoċjali, iffukati primarjament iżda mhux esklussivament fuq nisa u tfal trawmatizzati mill-esperjenzi tagħhom qabel u matul il-gwerra;

26.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni reċenti bejn Belgrad u Priština fit-tiftix ta' persuni li għebu wara l-kunflitt tal-Kosovo, b'mod partikolari l-isforzi konġunti li seħħew dan l-aħħar fid-distrett ta' Raška; jistieden lill-Gvern Serb biex joħroġ rapport pubbliku dwar Mačkatica;

27.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jallokaw riżorsi finanzjarji suffiċjenti lill-Kummissjoni Internazzjonali Għall-Persuni li Għebu (ICMP) biex din l-organizzazzjoni tkun tista' tlesti xogħolha, li hu li sa l-2010 tidentifika l-persuni kollha li għebu mit-territorju ta' l-ex-Jugożlavja; jemmen li x-xogħol ta' l-ICMP jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-proċess ta' verità, ġustizzja u rikonċiljazzjoni fir-reġjun;

28.  Jinnota li skond servej imwettaq fl-2004 mill-Aġenzija għall-Kummerċjalizzazzjoni Strateġika għall-Għaqda ta' l-Istudenti tas-Serbja, 70% ta' l-istudenti universitarji Serbi qatt ma siefru; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi biex l-istudenti Serbi jingħatawlhom opportunitajiet ta' studju fil-pajjiżi ta' l-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu mezzi ġodda ta' interazzjoni mal-poplu Serb;

29.  Jinnota li s-Serbja tikkontribwixxi b'mod attiv għall-koperazzjoni reġjonali u għar-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien permezz tas-sħubija f'għadd ta' inizjattivi reġjonali bħall-Patt ta' l-Istabilità/Kunsill għall-Koperazzjoni Reġjonali u s-CEFTA; jistieden lis-Serbja biex iżżomm rwol responsabbli fir-reġjun; jenfasizza li hu fl-aħjar interessi tas-Serbja li tiżviluppa u żżomm relazzjonijiet tajba mas-sħab reġjonali tagħha, li ttejjeb il-koperazzjoni transkonfinali effettiva, filwaqt li tutilizza b'mod sħiħ il-potenzjal tal-minoranzi nazzjonali fiz-zoni tal-fruntieri, u li tipparteċipa b'mod attiv fi proġetti infrastrutturali bilaterali, reġjonali u Ewropej; itenni li l-futur tal-pajjiżi kollha fir-reġjun jinsab fl-UE;

30.  Iħeġġeġ lill-Gvern Serb biex jippromwovi relazzjonijiet tajba tal-viċinat maż-żewġ entitajiet kostitwenti tal-Bożnja Ħerżegovina ;

31.  Iħeġġeġ lill-Gvern Serb biex ikompli d-djalogu mal-ġirien Ewropej tiegħu fix-Xlokk dwar kwistjonjiet marbuta mal-fruntieri, minħabba li d-demarkazzjonijiet territorjali bejn is-Serbja u l-Kroazja u bejn is-Serbja u l-Bożnija-Ħerżegovina għad iridu jiġu stabbiliti;

32.  Ifaħħar lis-Serbja għar-relazzjonijiet interetniċi mtejba, b'mod partikolari f'Vojvodina, fejn kien hemm tnaqqis, għalkemm mhux waqfa totali, fl-inċidenti interetniċi; jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex jieħdu aktar miżuri biex jippromwovu l-iżvilupp tal-minoranzi nazzjonali fil-Vojvodina multietnika, jippromwovu l-koeżistenza paċifika bejniethom u jiżguraw li l-pulizija, il-ġudikatura u korpi statali oħra jaġixxu fuq bażi etnikament newtrali u, sabiex tinbena l-fiduċja meħtieġa f'dawn l-istituzzjonijiet fost il-popolazzjoni, jiżguraw li l-istaff ta' dawk l-awtoritajiet jirrifletti b'mod xieraq il-kompożizzjoni etnika barra minn hekk, jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex jimmaniġġjaw b'attenzjoni kwalunkwe influss potenzjali ta' refuġjati sabiex ma jħarbtux il-bilanċ etniku, kulturali, reliġjuż, ekonomiku u politiku tar-reġjun, biex b'hekk jiżguraw suċċess fl-integrazzjoni tagħhom f'ambjent multikulturali; jenfasizza l-importanza fundamentali ta' programmi mmirati għat-tkattir tat-tolleranza bejn il-komunitajiet, b'mod partikulari f'Vojvodina; huwa tal-fehma li finanzjament mill-UE huwa meħtieġ ukoll għal dawn il-programmi;

33.  Jinnota b'sodisfazzjon li partiti etniċi Albaniżi mill-wied ta' Preševo pparteċipaw fl-elezzjonijiet riċenti għall-ewwel darba f'għaxar snin u li l-minoranzi huma rrappreżentati kemm fil-fergħa leġiżlattiva u kif ukoll f'dik eżekuttiva tal-poter; jemmen li s-Sandžak għadu reġjun li jqanqal tħassib partikolari u jistieden lill-gvern sabiex jaħdem mal-partijiet involuti fil-politika lokali bil-għan li jitfasslu politiki sabiex ikomplu jitnaqqsu r-radikalizzazzjoni u l-firdiet fil-komunità;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-allokazzjoni ta' fondi fil-baġit 2007 għal proġetti marbuta direttament ma' l-Għaxar Snin ta' l-Inklużjoni tar-Roma; huwa mħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ġenerali ta' approċċ sistematiku ta' politika lejn it-titjib tal-ħajjiet u tal-kundizzjonijiet ta' l-għajxien tar-Roma, inklużi l-IDPs u dawk li rritornaw, u dwar diskriminazzjoni persistenti kontra l-komunità tar-Roma;

35.  Jistieden lill-gvern Serb biex jimplimenta b'mod sħiħ il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' l-Għaxar Snin ta' l-Inklużjoni tar-Roma, kemm finanzjarjament u kif ukoll istituzzjonalment, sabiex jitfasslu soluzzjonijiet prattiċi u sostenibbli għall-komunità tar-Roma; ifakkar lis-Serbja li l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni u r-ripatrijazzjoni sostenibbli tan-nies Roma li għadhom qed jgħixu f'kampijiet huma fost il-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea mas-Serbja;

36.  Jieħu nota tat-twaqqif ta' Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Minoranzi, li huwa responsabbli għaliha l-Prim Ministru, li ssostitwixxiet dak li qabel kien il-Ministeru ta' l-Unjoni Statali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Minoranzi; jistieden lill-Prim Ministru biex jattwa politika koerenti u attiva għall-minoranzi u biex jiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi jkunu prijorità fuq l-aġenda tal-Gvern; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kostituzzjoni l-ġdida Serba tagħti bażi kostituzzjonali lill-Kunsilli Nazzjonali tal-minoranzi etniċi u jitlob l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida biex tkun ipprovduta regolamentazzjoni aħjar għall-istatus, il-ħidma u l-ħatra ta' dawn il-Kunsilli; jistenna b'ħerqa li tali leġiżlazzjoni tipprovdi qafas legali mtejjeb għall-ħarsien tad-drittijiet tal-minoranzi u l-integrazzjoni tal-minoranzi nazzjonali kollha fl-istrutturi statali;

37.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' strateġija nazzjonali komprensiva għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, iżda jħeġġeġ lill-Gvern Serb biex ikun aktar strett fil-prosekuzzjoni tal-każijiet u biex jiżgura li t-traffikanti jieħdu u jservu sentenzi ta' ħabs konsistenti man-natura tar-reat;

38.  Jemmen li t-trasformazzjoni tar-Radju Televiżjoni tas-Serbja (RTS) f'servizz pubbliku tirrappreżenta pass 'il quddiem, iżda jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' dibattitu pubbliku dwar it-tibdil fil-Liġi tax-Xandir u n-nuqqasijiet fil-proċedura biex jinħatru l-membri tal-bord ta' l-RTS; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li jiġu mfassla regoli li huma demokratiċi b'mod sħiħ li jirregolaw l-allokazzjoni ta' konċessjonijiet tax-xandir tar-radju u tat-televixin, u li jaħsbu b'mod partikolari għall-possibilità li wieħed jappella mid-deċiżjonijiet ta' l-awtorità konċessjonarja; jesprimi dispjaċir profond li ma kien hemm l-ebda progress fir-riżoluzzjoni ta' każi li jinvolvu qtil ta' ġurnalisti u jiddeplora l-attentat riċenti ta' qtil ta' ġurnalist prominenti li jinvestiga d-delitti tal-gwerra u l-kriminalità organizzata; jitlob li l-awtoritajiet rilevanti jaqbdu lil min wettaq ir-reat u jinvestigaw id-delitt bir-reqqa;

39.  Jinnota l-eżistenza ta' settur żviluppat sew ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi mill-awtoritajiet sabiex jikkonsultaw mas-settur ċivili, b'mod partikolari l-memorandum speċjali għall-koperazzjoni ffirmat bejn l-Uffiċċju Serb għall-Integrazzjoni Ewropea u l-NGOs u l-Kunsill għar-Relazzjonijiet mas-Soċjetà Ċivili mwaqqaf mill-President tas-Serbja, , u l-Kunsill għall-Politika Barranija, imwaqqaf mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Serb, kif ukoll l-inklużjoni ta' rappreżentanti ta' NGOs fil-Kunsill għall-Integrazzjoni Ewropea ta' l-istat ippresedut mill-Prim Ministru; jistieden lill-parlament Serb sabiex jadotta leġiżlazzjoni biex titjieb is-sitwazzjoni legali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

40.  Jikkundanna l-malafama pubblika ta' partijiet involuti fis-soċjetà ċivika li jikkritikaw lill-gvern jew li jiġbdu l-attenzjoni għal kwistjonijiet sensittivi bħad-delitti tal-gwerra; jiddeplora s-sensiela riċenti ta' attakki motivati politikament u jwissi dwar il-prevalenza li qed tiżdied ta' diskors ta' mibegħda fil-midja u fil-politika kontra attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, u politiċi;

41.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-ftehimiet dwar il-ħruġ malajr tal-viżi u r-rijammissjoni fit-18 ta" Settembru 2007 u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jiżgura li dawn jidħlu fis-seħħ sa tmiem l-2007; jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Liġi dwar id-Dokumenti ta" l-Ivvjaġġar u jinnota li bħalissa qed ikunu adottati liġijiet dwar il-kenn, il-fruntieri statali u l-barranin; jistieden lill-Kunsill, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, biex jistabbilixxi pjan direzzjonali konkret għall-moviment mingħajr viżi u biex jadotta miżuri ta' appoġġ mfassla biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' vvjaġġar għal proporzjon akbar ta' ċittadini, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza tal-mobilità għall-iżvilupp politiku u ekonomiku tas-Serbja, minħabba li l-mobilità tagħti lin-nies l-opportunità li jiksbu esperjenza diretta ta' l-UE u tiffaċilita l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tas-Serbja; jitlob parteċipazzjoni akbar fit-tagħlim tul il-ħajja u l-proġetti ta' skambju kulturali; jistieden lill-Kunsill sabiex jikkunsidra t-twaqqif ta' sistema komuni għall-immaniġġjar ta' l-applikazzjonijiet għall-viżi b'mod li l-konsulati li l-aktar ikollhom xogħol jitħaffilhom il-piż u sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien skadenzi raġjonevoli;

42.  Huwa tal-fehma li r-riforma tas-sistema edukattiva mhijiex biss neċessità iżda anki l-unika mod għas-Serbja biex tiżviluppa sistema ġdida ta' valuri għall-ġenerazzjonijiet li huma iżgħar fil-proċess ta' demokratizzazzjoni attwali;

43.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha sabiex jagħmlu sforz konġunt sabiex iżidu l-viżibilità ta' l-UE fis-Serbja, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tevita aktar dewmien fl-impjegar ta' staff għall-uffiċċju tad-delegazzjoni tagħha, inklużi esperti biex jiġu mmaniġġjati l-fondi IPA (Strument ta' assistenza pre-adeżjoni);

44.  Jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem biex ikomplu jsegwu mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Vojvodina, b'segwitu għall-konklużjonijiet milħuqa fir-rapport tal-missjoni tal-ġbir ta' fatti mid-delegazzjoni ad hoc tiegħu li twettqet f'Vojvodina

45.  Jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex jadottaw, bħala kwistjoni ta' urġenza, liġijiet dwar ir-restituzzjoni konformi ma' dawk ta' pajjiżi oħra, li meta jkun xieraq jipprovdu għal kumpens reali ta' l-ispiża minflok bonds tal-gvern;

46.  Jistieden lill-Istati Membri l-ġodda sabiex ikollhom rwol attiv fit-triq tas-Serbja lejn l-UE, b'mod li jippermetti lis-Serbja tibbenefika mill-esperjenza tagħhom ta' riformi;

47.  Jistieden lill-awtoritajiet Serbi biex ikomplu bl-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards ambjentali ta' l-UE u biex jimplimentaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni adottata;

48.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-sħubija tas-Serbja fis-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku; jistieden lill-Kunsill biex iżid il-programmi ta' ġemellaġġ u ta' għajnuna teknika, b'mod partikolari dawk immirati lejn iż-żgħażagħ;

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tas-Serbja.

(1) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 620.


Relazzjonijiet UE - Afrika
PDF 469kWORD 179k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika (2007/2002(INI))
P6_TA(2007)0483A6-0375/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni mfassal fis-Laqgħa Għolja bejn l-Afrika u l-Ewropa fil-Kajr fit-3 u l-4 ta' April 2000, taħt il-patroċinju ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Unità Afrikana u l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Pjan Strateġiku 2004-2007 tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Afrikana (AUC), adottat fis-7 ta' Lulju 2004, fit-tielet Laqgħa Għolja tal-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet Afrikani f'Addis Ababa, l-Etijopja,

–   wara li kkunsidra l-"Punti Prinċipali ta' l-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika" kif approvati mit-8 Laqgħa Ministerjali tat-Trojka bejn l-UE u l-Afrika tal-15 ta' Mejju 2007 fi Brussell,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007, intitolata "Mill-Kajr għal Liżbona – L-Isħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika" (COM(2007)0357),

–   wara li kkunsidra d-Dokument Konġunt tas-Segretarjat tal-Kummissjoni/Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007, intitolat "Lil hinn minn Liżbona: it-tħaddim ta' l-isħubija strateġika ta' bejn l-UE u l-Afrika" (SEC(2007)0856),

–   wara li kkunsidra l-Pjan Strateġiku 2006-2010 "Afrika Waħda, Vuċi Waħda" tal-Parlament Panafrikan (PAP), adottat f'Novembru 2005,

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma dwar Viżjoni Komuni għall-Unjoni Afrikana (UA) - L-istrateġija ta' l-UE għall-AUC,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(1), kif emendat bil-Ftehima li temenda l-Ftehima ta' Sħubija, iffirmata fil-Belt tal-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005(2) ('il-Ftehima ta' Cotonou'),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-koperazzjoni fl-iżvilupp(3) (Strument għall-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2005, bit-titlu "Strateġija ta' l-UE għall-Afrika: Lejn patt Ewro-Afrikan biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta' l-Afrika" (COM(2005)0489),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2005, dwar strateġija ta' żvilupp għall-Afrika(4),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) tal-21 u t-22 ta' Novembru 2005, dwar l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-ħames Laqgħa Ministerjali tat-Trojkas ta' l-Afrika u ta' l-UE f'Bamako, fil-Mali, fit-2 ta' Diċembru 2005,

–   wara li kkunsidra t-test "L-UE u l-Afrika: lejn sħubija strateġika", adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, fi Brussell,

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-Progress Konġunt mill-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-GAERC dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika tat-12 ta' Ottubru 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżultati u l-konklużjonijiet tal-konsultazzjoni ta' l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili Afrikani dwar Strateġija Konġunta UA/UE għall-Iżvilupp ta' l-Afrika organizzata mill-AUC f' Accra, il-Ghana, bejn is-26 u t-28 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri f'laqgħa fi ħdan il-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: 'Il-Kunsens Ewropew', iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005(5),

–   wara li kkunsidra r-Rapporti suċċessivi dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem imfassla mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (NU),

–   war li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2005 dwar l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-kisba ta' l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs)(6) u ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp - il-bilanċ intermedju(7),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew" tat-12 ta' April 2005, bit-titlu "Aċċellerazzjoni tal-progress lejn l-Obbjettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp - Il-kontribut ta' l-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0132),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta' Settembru 2000, li tistipula l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Intervenzjoni u s-Sovrenità ta' l-Istati, bit-titlu "Ir-Responsabilità għall-Protezzjoni" ta' Diċembru 2001,

–   wara li kkunsidra il-Pjan ta' Azzjoni ta' Maputo għat-Tħaddim tal-Qafas tal-Politika Kontinentali għas-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi 2007-2010 adottat mis-Sessjoni Speċjali tal-Konferenza tal-Ministru tas-Saħħa ta' l-UA li saret bejn it-18 u t-22 ta' Settembru 2006 f'Maputo, fil-Możambik,

–   wara li kkunsidra l-appell għal Azzjoni Aċċellerata lejn l-Aċċess Universali għas-Servizzi li jirrigwardaw l-HIV, l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja fl-Afrika, adottata waqt is-Laqgħa Għolja Speċjali ta' l-UA dwar l-HIV u l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja li saret bejn it-2 u l-4 ta' Mejju 2006, f'Abuja, fin-Niġerja,

–   wara li kkunsidra r-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma II tal-Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) bit-titlu "Impatti, Adattament u Vulnerabilità",

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' l-2005 dwar l-Evalwazzjoni ta' l-Ekosistema tal-Millennju, li stħarreġ l-użu u l-isfruttament ta' sensiela ta' riżorsi naturali tal-pjaneta,

–   wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika li ġiet organizzata fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u ta' l-AUC miċ-Ċentru Ewropew għall-Immaniġġjar tal-Politika għall-Iżvilupp,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0375/2007),

A.  Billi mis-sena 2000 il-kuntest internazzjonali evolva ħafna, minħabba ż-żjieda fl-isfidi globali bħalma huma s-sigurtà u l-migrazzjoni tal-bniedem, il-bidla fil-klima u d-deżertifikazzjoni, l-immaniġġjar sostenibbli tal-beni pubbliċi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-pandemiji, il-ħolqien ta' l-UA u t-tkabbir ta' l-UE,

B.  Billi fil-Ħames Laqgħa Ministerjali tat-Trojkas ta' l-Afrika u ta' l-UE fit-2 ta' Diċembru 2005, f'Bamako, in-naħa Afrikana laqgħet l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika 2005 u ż-żewġ naħat qablu li jittrasformawha fi Strateġija konġunta bejn l-Afrika u l-UE li tirrifletti l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-popli tagħhom, u li jiżviluppaw pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha,

C.  Billi, fid-Dokument ta' Ħidma msemmi hawn fuq dwar Viżjoni Komuni għall-istrateġija UA-UE, il-Kunsill Eżekuttiv ta' l-UA jinnota li "għandu jkun ċar li l-objettiv ta' strateġija konġunta ma jistax ikun il-validazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika eżistenti iżda li toħroġ strateġija konġunta ġdida li tista' tirrifletti l-aspirazzjonijiet amalgamati taż-żewġ naħat",

D.  Billi, għaldaqstant, l-iskop ta' l-istrateġija konġunta għandu jkun li tiġi żviluppata viżjoni politika komuni u approċċi prattiċi għall-isħubija futura bejn l-UE u l-Afrika, ibbażata fuq ir-rispett reċiproku, l-interessi u l-valuri komuni u l-prinċipju tas-sjieda,

E.  Billi l-volontà miż-żewġ naħat li jirridefinixxu l-isħubija konġunta tidher li ġejja minn għarfien li qed jikber li l-Afrika u l-UE mhux bilfors għadhom l-imsieħba ppreferuti ta' xulxin,

F.  Billi r-Rapport Konġunt ta' Progress imsemmi hawn fuq dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika ma kienx tfassal fuq il-bażi ta' evalwazzjoni esterna indipendenti,

G.  Billi l-Afrika huwa l-kontinent l-aktar fqir tad-dinja u l-unika wieħed fejn il-faqar żdied f'dawn l-aħħar 25 sena,

H.  Billi l-firmatarji tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kajr hawn fuq msemmi "jiddeploraw il-fatt intollerabbli li aktar min nofs l-Afrikani qed jgħixu f'faqar assolut u jaqblu li jintensifikaw il-ġlieda kontra l-faqar, li r-responsabilità ewlenija sabiex jittaffa l-faqar taqa' fuq kull pajjiż u fuq it-territorju tiegħu, iżda dan ma jnaqqasx l-importanza tad-dimensjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-faqar",

I.  Billi fl-2006 il-Parlament Ewropew stabilixxa delegazzjoni ad-hoc għar-relazzjonijiet mal-PAP u fl-2007 il-PAP stabbilixxa kumitat ad-hoc għar-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew,

J.  Billi l-parlamenti fiż-żewġ Unjonijiet, bħala partijiet interessati primarji fil-proċess ta' żvilupp, għandhom inkunu involuti b'mod attiv fl-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni li jaffetwaw il-popolazzjonijiet li jirrappreżentaw,

K.  Billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Afrikani huma membri fil-grupp ACP u huma firmatarji tal-Ftehima ta' Cotonou,

L.  Billi l-Afrika tinsisti li tiġi trattata bħala waħda u li tiġi appoġġjata fil-proċess ta' integrazzjoni pan-Afrikana, inklużi l-Afrika ta' Fuq, l-Afrika tas-Sub-Saħara u l-Afrika t'Isfel, u billi l-UA waqqfet il-programm strateġiku tagħha stess għall-iżvilupp ta' l-Afrika,

M.  Billi fis-Laqgħa Għolja Dinjija dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f'Johannesburg fl-2002, il-gvernijiet qablu li l-governanza tajba għandha tkun ibbażata fuq politiki ambjentali, soċjali u ekonomiċi sodi; istituzzjonijiet demokratiċi li jirrispondu għall-ħtiġijiet tan-nies kollha; id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; miżuri kontra l-korruzzjoni; ugwaljanza bejn il-ġeneri; u klima favorevoli għall-investiment,

N.  Billi huwa kruċjali li jkun hemm approċċ olistiku lejn id-drittijiet tal-bniedem fl-istrateġija konġunta, inklużi d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali,

O.  Billi l-istituzzjonijiet ta' l-UA ġew imwaqqfa biss pjuttost riċentement u għad m'għandhomx l-istess livell ta' integrazzjoni, organizzazzjoni u effiċjenza bħall-istituzzjonijiet ta' l-UE,

P.  Billi l-effettività u r-responsabbilizzazzjoni reċiproka jeħtieġu riżorsi finanzjarji fit-tul u li jistgħu jitbassru, kalendarji ċari u r-rispett ta' l-impenji miż-żewġ naħat,

Q.  Billi l-katina ta' responsabilità spiss tgħaddi direttament mill-eżekuttivi nazzjonali għall-imsieħba fl-iżvilupp, u b'hekk iddur madwar kull xorta ta' approvazzjoni parlamentari fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali (u konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali),

R.  Billi ftit li xejn huwa l-kontribut storiku ta' l-Afrika għall-kawżiet tal-bidla fil-klima, filwaqt li, bħala kontinent, se jsofri l-aktar konsegwenzi qawwija (stimi tal-proġett ta' l-IPCC jbassru li bejn 70 u 250 miljun ruħ fl-Afrika se jsofru minn nuqqas ta' ilma sa l-2020, u li f'xi pajjiżi l-produzzjoni agrikola li tiddependi mill-ilma tax-xita se tonqos b'50% sa l-istess sena,

S.  Billi t-tnaqqis tar-riżorsi naturali fl-Afrika huwa theddida serja għat-tnaqqis tal-faqar u għall-ilħuq ta' l-MDGs,

T.  Billi l-Afrika tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi ta' ekosistemi lid-dinja, inkluż il-ħżin tal-karbonju mill-foresti tropikali tagħha, mingħajr ma tirċievi ebda kumpens għal dan,

Il-proċess, l-istruttura u l-prinċipji ta' l-istrateġija konġunta
Proċess u struttura

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-punti ewlenin tat-Trojka tal-15 ta' Mejju 2007 bħala l-ewwel sforz konġunt lejn strateġija konġunta;

2.  Jiddeplora l-fatt li l-Istrateġija ta' l-UE ta' l-2005 għall-Afrika fuq imsemmija ġiet adottata mingħajr konsultazzjoni dettaljata ma' l-istituzzjonijiet ta' l-UA u l-gvernijiet u l-parlamenti Afrikani, u mingħajr l-ebda involviment tas-soċjetà ċivili u ta' l-awtoritajiet lokali Ewropej u Afrikani; f'dan ir-rigward jinnota li din l-istrateġija tiddetermina s-suġġetti ewlenin indirizzati mill-istrateġija konġunta l-ġdida proposta, u b'hekk tirriskja li tħalli barra kwistjonijiet oħra importanti għall-iżvilupp sostenibbli fl-Afrika; jittama li l-istrateġija l-ġdida proposta se toħroġ mill-konsultazzjoni fil-fond ma' l-istituzzjonijiet ta' l-UA;

3.  Jiddispjaċih li l-iskadenzi stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill ta' l-UE, mill-AUC u mill-Kunsill Eżekuttiv ta' l-UA għall-istabbiliment u l-adozzjoni ta' l-istrateġija konġunta wasslu għal limitazzjonijiet serji fil-proċess; jinnota l-isfida li tkun żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa mill-parlamenti u jenfasizza li l-atturi mhux statali u l-awtoritajiet lokali jridu b'urġenza jinvolvu ruħhom u jitqiesu fl-istadji kollha ta' l-adozzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' l-istrateġija konġunta, peress li l-Laqgħa Għolja ta' Liżbona għandha titqies bħala punt deċiżiv fi proċess itwal u miftuħ;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-asserzjoni tal-Kummissjoni li "Huwa ovvju li l-Parlament għandu rwol importanti f'dan il-proċess", il-wiegħda tal-Kummissjoni "li żżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari dwar il-progress li jkun sar fil-preparazzjoni ta' l-Istrateġija Konġunta" u l-inkuraġġiment tal-Kummissjoni mogħti lill-Parlament "biex jieħu sehem fid-dibattiti, u biex tabilħaqq jieħu l-inizjattiva"; madankollu jinnota li l-iskeda għan-negozjati huja ffissata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-AUC u għaldaqstant jistenna li l-Kummissjoni Ewropea u l-AUC jieħdu passi attivi sabiex jinvolvu lill-Parlament Ewropew u lill-PAP fil-proċess tat-tħejjija ta' l-istrateġija konġunta u fl-istadji ta' adozzjoni u ta' implimentazzjoni tagħha;

Prinċipji u viżjoni komuni

5.  Jaqbel ma' l-istqarrija ta' viżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv ta' l-UA: "L-Afrika u l-Ewropa għandhom viżjoni komuni ta' żvilupp, paċi, sigurtà u prosperità li tpoġġi n-nies fiċ-ċentru ta' l-isforzi tagħhom. Il-viżjoni hija mmexxija permezz ta' sħubija bbażata fuq rispett reċiproku, interess komuni u għan komuni li jimpenja liż-żewġ reġjuni biex japprofondixxu l-integrazzjoni reġjonali bħala mezz biex jinkiseb żvilupp ekonomiku u soċjali. Huma għandhom viżjoni komuni wkoll ta' demokrazija mtejba, governanza tajba u drittijiet tal-bniedem bħala valuri universali għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-koperazzjoni f'kuntest li jirrispetta s-solidarjetà u l-indiviżibilità taż-żewġ kontinenti";

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għajnuna umanitarja hija waħda mill-mezzi disponibbli għall-komunità internazzjonali sabiex tgħin fil-ħarsien ta' popolazzjonijiet mhedda u jisħaq li l-UE ma tixtieqx tibqa' ma turix reazzjoni għall-ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali (IHL); jappella għal dibattitu politiku profond mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet ta' l-UE dwar id-dritt - jekk mhux id-dmir - ta' intervenzjoni f'każ ta' ksur serju ta' l-IHL u/jew tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu wkoll il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali hawn fuq imsemmi dwar l-Intervenzjoni u s-Sovrenità ta' l-Istati, bit-titlu "Ir-Responsabilità għall-Protezzjoni";

7.  Jenfasizza li l-prinċipji u l-viżjoni komuni għandhom jinkludu wkoll ir-rispett għall-istat tad-dritt, kif ukoll id-demokrazija parteċipatorja, il-pluraliżmu u l-libertajiet fundamentali, li kollha kemm huma huma rikonoxxuti fid-Dikjarazzjoni tal-Kajr hawn fuq imsemmija;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-objettivi elenkati fil-punti ewlenin tat-Trojka hawn fuq msemmija tal-15 ta' Mejju 2007: (i) sħubija politika bejn l-UE u l-Afrika, (ii) il-promozzjoni kontinwa tal-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u integrazzjoni reġjonali u kontinentali fl-Afrika sabiex jinkisbu l-MDGs, (iii) l-indizzar komuni ta' l-isfidi globali u (iv) "sħubija ffukata fuq il-persuni"; jinsisti li dawn l-objettivi għandhom jirriflettu b'mod fidil il-prijoritajiet espressi mill-Afrikani u jirrimarka li minkejja kollox l-iżvilupp huwa l-objettiv prijoritarju ewlieni ta' l-istrateġija;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif l-istrateġija l-ġdida se tirrifletti fuq id-Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiżi (CSPs) u fuq il-Programmi Indikattivi Nazzjonali u Reġjonali skond il-Ftehima ta' Cotonou u kif l-elementi ġodda li jistgħu joħorġu mill-istabbiliment ta' l-istrateġija konġunta l-ġdida f'Diċembru 2007 se jinfluwenzaw dawn id-dokumenti strateġiċi u programmi indikattivi;

10.  Jisgħobbih li l-kontribut tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-istrateġija ma japprovax waħda mit-talbiet ewlenin ta' l-Afrika li l-Afrika titqies bħala waħda; f'dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni li fil-livell tad-djalogu u n-negozjati politiċi għandu jkun applikat approċċ "kontinent-għal-kontinent", mingħajr, madankollu, ma jfixkel l-approċċ iddifferenzjat fil-livell ta' l-implimentazzjoni tal-politika; jitlob lill-istituzzjonijiet ta' l-UE sabiex jadattaw l-istrumenti tagħhom ta' koperazzjoni għall-iżvilupp għal dan il-bżonn politiku ġdid ta' l-UA, u sabiex jappoġġjaw bis-sħiħ il-proċess ta' integrazzjoni politika u ekonomika ta' l-Afrika fuq livell kontinentali;

11.  Isejjaħ lill-istituzzjonijiet ta' l-UE sabiex joħolqu pakkett finanzjarju Pan-Afrikan ġdid li jkun programmabbli u li jista' jitbassar mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), l-istrumenti tematiċi tad-DCI u l-fondi ta' l-Istrument Ewropew tal-Politika tal-Viċinanzi (ENPI), sabiex tiġi ffinanzjata u appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija konġunta ġdida;

12.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-istrateġija konġunta ma tagħmel l-ebda referenza għall-Pjan Strateġiku 2004-2007 ta' l-AUC hawn fuq imsemmi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tidderiġi l-azzjonijiet li tipproponi, biex tappoġġja b'mod politiku, finanzjarju, loġistiku, tekniku u f'termini ta' riżorsi umani, lill-istituzzjonijiet ta' l-UA u l-inizjattivi u l-prijoritajiet li huma jfasslu, minflok tipproponi inizjattivi ġodda bbażati fuq id-donatur u strutturi paralleli;

13.  Isostni li r-responsabilità hija meħtieġa miż-żewġ naħat, f'termini ta' kontribuzzjoni, djalogu u responsabilità reċiproka; f'dan ir-rigward, jinsisti li l-istrateġija konġunta għandha tqis ukoll il-fatt li l-imsieħba huma ugwali f'termini ta' drittijiet u responsbilitajiet iżda mhux rigward il-livell ta' integrazzjoni tagħhom u d-disponibilità u l-livell ta' żvilupp tar-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani, u li l-istrateġija għandha tiġi implimentata b'mod realistiku, u li b'riżultat ta' dan huwa meħtieġ li l-"isħubija" u s-"sjieda" jiġu definiti fil-kuntest ta' din ir-realtà;

Struttura: l-erba' oqsma ta' prijorità biex issir azzjoni

14.  Jinsisti li l-iżvilupp ġust u sostenibbli u l-eradikazzjoni tal-faqar għandhom ikunu impenn komuni u l-ogħla objettiv tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika u l-bażi għal kwalunkwe taħlita ta' politika, u jenfasizza l-irwol ċentrali ta' l-MDGs, li jipprovdu qafas miftiehem b'mod globali għal dan l-objettiv;

15.  Huwa ta' l-opinjoni li l-istrateġija konġunta trid ukoll tenfasizza l-irwol tan-nisa, taż-żgħażagħ, u ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta' żvilupp ta' l-Afrika;

16.  Isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura l-koerenza bejn din l-istrateġija l-ġdida u l-politiki Ewropej l-oħra li jista' jkollhom impatt negattiv fil-promozzjoni ta' sħubija strateġika ġdida bejn l-UE u l-Afrika, b'mod partikulari il-politiki kummerċjali, ambjentali, ta' migrazzjoni u tal-biedja; jinsisti li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Afrika għandu jkopri dawn il-kwistjonijiet;

Paċi u sigurtà

17.  Jiffavorixxi approċċ komprensiv għall-kunflitti u għas-sitwazzjonijiet ta' kunflitti, ibbażat fuq il-kunċett tar-responsabilità għall-protezzjoni u inklużi l-prevenzjoni ta' kunflittti, ir-riżoluzzjoni, l-immaniġġjar u r-rikostruzzjoni;

18.  Huwa konvint li l-paċi hija ferm importanti bħala l-ewwel pass lejn l-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali, u li l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u ekwitabbli huwa prekondizzjoni meħtieġa għall-paċi dejjiema;

19.  Huwa ta' l-opinjoni li l-prevenzjoni tal-kunflitt hija wkoll prekondizzjoni meħtieġa għall-paċi dejjiema u jappella għal strateġija komuni bejn l-UA u l-UE sabiex tindirizza l-kawżi strutturali tal-kunflitti billi tibda titħaddem politika ta' żvilupp sostenibbli, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni Afrikana u sabiex tiġġieled il-qgħad u l-inġustizzji soċjali u ekonomiċi;

20.  Ifakkar li s-sitwazzjoni ta' Stati fraġli trid tiġi indirizzata b'approċċ li jkun sensittiv għall-kunflitti u li jqis il-promozzjoni tas-sigurtà tal-bniedem, li jindirizza l-ekonomija politika tal-kunflitti u l-għejjun ta' l-inugwaljanza u tad-diskriminazzjoni, sabiex jintlaħqu paċi u sigurtà sostenibbli; jappella għal koerenza akbar tal-politiki ta' l-UE, eżempju billi timplimenta l-impenji attwali tagħha li tikkontrolla l-kummerċ ta' l-armi iżda wkoll billi tgħolli l-istejtus tal-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-UE dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armi għal Pożizzjoni Komuni tas-CFSP li torbot legalment u billi tħaffef l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE biex tiġġieled l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illegali ta' l-Armi Żgħar u Ħfief (SALW); f'dan il-kuntest, jenfasizza dwar kemm huwa importanti li l-kunflitti jiġu evitati aktar milli solvuti; jappella biex tingħata għajnuna internazzjonali għall-finijiet li jiġu stabbiliti ċentri reġjonali ta' monitoraġġ fuq bażi ġeografika li jkunu kapaċi jintebħu b'kull taħżin fit-tensjonijiet bejn il-gruppi etniċi, reliġjużi jew ta' lingwa, u jiġbdu l-attenzjoni tal-komunità internazzjonali lejn sitwazzjonijiet fl-Afrika li jkunu jistgħu jsiru vjolenti;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lid-delegazzjonijiet tagħha sabiex ikunu partikolarment pronti u sabiex iwissu lill-komunità internazzjonali minn kmieni dwar sitwazzjonijiet li jinvolvu tensjoni etnika u reliġjuża fil-kontinent;

22.  Iqis li l-Kodiċi ta' Kondotta attwali ta' l-UE dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armi jeħtieġ li jsir aktar strett sabiex jiġġieled il-proliferazzjoni ta' l-SALW, li jżommu għaddejjin il-kunflitti mimlijin qtil f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw; iqis li l-istrateġija konġunta se tkabbar il-ġlieda kontra t-traffikar ta' l-armi;

23.  Jirrikonoxxi li l-Istati li diġà huma fraġli se jkunu taħt aktar stress b'riżultat tal-bidla fi-klima; jisħaq, fir-rigward tas-sħubijiet dwar il-bidla fil-klima u dwar l-enerġija bejn l-UE u l-Afrika, il-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ komprensiv għall-adattament għall-bidla fil-klima fejn jidħlu l-implikazzjonijiet ta' sigurtà tagħha, inkluża ż-żjieda fil-prevenzjoni tad-diżastri, governanza mtejba u prevenzjoni tal-kunflitti;

24.  Jaqbel li hemm bżonn li l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika tissaħħaħ u jħeġġeġ lil mekkaniżmi ċivili oħra biex jikkontribwixxu għaliha b'finanzjar flessibbli u sostenibbli akbar; jenfasizza li l-politika ta' żvilupp hija waħda mill-istrumenti ewlenin għall-indirizzar ta' l-għeruq tan-nuqqas ta' sigurtà iżda li m'għandiex tiġi subordinata għall-politika ta' sigurtà; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li l-kriterji stabbiliti mill-Kumitat ta' l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp (OECD/DAC) għall-eliġibilità bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) fil-preżent huma wesgħin wisq sabiex jipprevjenu li ċerti tipi ta' nfiq jiġu assenjati lil ħtiġijiet li ma jkunux dawk strettament relatati mal-ġlieda kontra l-faqar, u l-għoti ta' għajnuna ġenwina, u jenfasizza li l-EDF mhuwiex sors adegwat għall-irkupru fil-ġejjieni tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika;

25.  Jenfasizza l-importanza ta' demokrazija sostenibbli, inkluża l-governanza tajba u elezzjonijiet demokratiċi, li jridu jinkludu appoġġ għall-bini ta' kapaċità parlamentari, u b'mod partikulari titħeġġeġ il-koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew, il-PAP u l-parlamenti reġjonali Afrikani, u l-appoġġ għall-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, u l-involviment ta' l-awtoritajiet lokali fid-djalogu politiku, speċjalment fit-trawwim ta' koperazzjoni u skambji bejn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Afrikana u Ewropea;

26.  F'dan il-kuntest, jappella għat-tisħiħ ta' l-attivitajiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet mwettqa kemm mill-UE u mill-UA, kif ukoll minn entitajiet reġjonali Afrikani oħra, u jenfasizza l-ħtieġa għal aktar koperazzjoni fost dawn il-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet;

27.  Jenfasizza l-importanza ta' kontroll demokratiku tal-forzi armati; f'dan il-kuntest, jistieden lill-UE sabiex tħaffef l-isforzi tagħha fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (SSR), l-aktar billi timplimenta bis-sħiħ id-dokumenti kunċettwali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar l-SSR;

28.  Jappella għall-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet fl-istrateġija konġunta biex tiġi indirizzata l-impunità; f'dan ir-rigward, jappella sabiex is-sistemi legali u ġuridiċi ta' l-Afrika u l-mekkaniżmi tagħhom ta' monitoraġġ jissaħħu b'konformità mad-drittijiet tal-bniedem, sabiex ikunu jistgħu jitressqu l-qorti fl-Afrika stess dawk responsabbli minn reati serji kontra l-umanità; jiġbed l-attenzjoni għall-progress sinifikanti mwettaq wara t-twaqqif ta' ġurisdizzjoni internazzjonali;

29.  Jistieden lill-atturi kollha involuti fit-tħeġġiġ tal-paċi u s-sigurtà fl-Afrika sabiex jadottaw perspettiva tal-ġeneru u sabiex iżidu r-rappreżentanza tan-nisa fil-livelli kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' sitwazzjonijiet ta' riżoluzzjoni ta' kunflitt, inkluż fil-missjonijiet kollha ċivili u militari għaż-żamma tal-paċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (S/RES/1325) tal-31 ta' Ottubru 2000;

30.  Jinkuraġġixxi l-ħidma favur definizzjoni tan-NU dwar ir-riżorsi tal-kunflitti, sabiex jiġu miġġielda aħjar l-ekonomiji tal-gwerra;

31.  Jappella sabiex is-sensitività għall-kunflitti tiddaħħal fl-objettivi kollha ta' l-istrateġija konġunta: mhux biss fi kwistjonijiet ta' paċi u sigurtà, iżda wkoll fil-kummerċ, fl-immaniġġjar tar-riżorsi naturali, fil-bidla fil-klima u fi kwistjonijiet oħra ewlenin ta' żvilupp;

32.  Jappella għall-inklużjoni fl-istrateġija komuni ta' impenn sabiex ikun hemm qbil dwar azzjoni internazzjonali sabiex tindirizza l-kummerċ illegali fir-riżorsi naturali bħala determinant tal-kunflitt, inkluża definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi 'riżors ta' kunflitt'; jappella għall-ħatra ta' grupp ta' esperti sabiex jiżviluppaw approċċi multilaterali għal din il-kwistjoni;

Il-Governanza, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u responsabilità reċiproka

33.  Ifakkar li l-kunċett ta' governanza, u l-indikaturi li jintużaw sabiex jevalwawha, ma jistax jiġi impost minn atturi esterni, iżda għandu jiġi żviluppat fi sħubija ma' atturi lokali u bbażat fuq valuri komuni u standards rikonoxxuti internazzjonalment;

34.  Jenfasizza l-importanza tal-governanza tajba u ta' l-elezzjonijiet demokratiċi; jappella għal appoġġ akbar għall-azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità mmirati għall-membri parlamentari u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-aktar bil-għan li jkun żgurat il-kontroll tal-baġit u biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni;

35.  Itenni l-appoġġ tiegħu għat-talba ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE (JPA), li ġiet espressa fid-9 sessjoni tagħha f'April 2005, sabiex proporzjon xieraq ta' l-approprazzjonijiet ta' l-EDF jintużaw għall-edukazzjoni parlamentari u għat-taħriġ ta' parlamentari u mexxejja politiċi, ekonomiċi u soċjali, fl-interessi ta' tisħiħ sostenibbli ta' governanza tajba, ta' l-istat tad-dritt, ta' l-istrutturi demokratiċi, u ta' l-interazzjoni bejn il-gvern u l-oppożizzjoni f'demokraziji pluralistiċi bbażati fuq elezzjonijiet ħielsa; huwa tal-fehma li dawn il-fondi għandhom jintużaw għat-twaqqif ta' kulleġġi ta' amministrazzjoni pubblika u għall-edukazzjoni politika tal-membri tal-parlament, ta' l-awtoritajiet lokali u ta' dawk li jinsabu f'pożizzjonijiet ta' responsabilità f'partiti u assoċjazzjonijiet politiċi;

36.  Jaqbel li t-tisħiħ tal-governanza fil-pajjiżi Afrikani huwa prijorità; madankollu jinnota li l-governanza trid tittejjeb fuq iż-żewġ naħat - fuq in-naħa Ewropea l-aktar fir-rigward tal-governanza u r-responsabilità fir-rigward ta' l-impenji ta' għajnuna u koordinazzjoni aħjar bejn id-donaturi bil-ħsieb li jitqiesu aktar l-hekk imsejħa 'orfni ta' l-għajnuna'; jenfasizza li l-parlamenti nazzjonali u kontinentali, l-atturi mhux statali u l-awtoritajiet lokali għandhom irwol importanti f'dan il-qasam;

37.  Jilqa' t-tnedija ta' djalogu f'Settembru 2007 bejn l-UE u l-UA dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jittama li maż-żmien dan jiżviluppa fi pjattaforma effettiva li tindirizza l-kwistjonijiet urġenti tal-pajjiżi individwali u li, fl-istess ħin, tipprovdi l-opportunità għall-UE u għall-imsieħba Afrikani biex jidentifikaw l-oqsma ta' tħassib komuni u biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom fil-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u f'entitajiet oħra tan-NU;

38.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li huwa għandu jirċievi b'mod regulari informazzjoni dwar il-kontenut u r-riżultati tad-djalogi u konsultazzjonijiet ta' l-UE ma' pajjiżi terzi dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'fokus speċjali fuq id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-UA;

39.  Jenfasizza l-irwol ta' l-entitajiet interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti Afrikani - bħall-JPA ta' l-ACP-UE u l-JPA ta' l-Euromed - fit-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà, il-governanza tajba u d-demokrazija, kif ukoll billi jkunu pjattaformi effettivi għall-koperazzjoni u sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' interess komuni;

40.  Jappella għal djalogu permanenti bejn l-UE u l-Afrika dwar governanza u t-twaqqif ta' pjattaformi ta' djalogu fuq diversi livelli, sabiex id-djalogu ma jiġix imwaqqaf f'każ ta' nuqqas ta' qbil jew kriżi politika;

41.  Jenfasizza li l-NGOs huma atturi ta' żvilupp fihom infushom, u jagħtu kontributi sinifikattivi f'oqsma bħall-governanza, il-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-għoti ta' servizzi soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tnaqqis tal-faqar, u t-trasferiment ta' l-għarfien; jenfasizza li l-prinċipju tal-konsultazzjoni ma' l-NGOs fit-tfassil tal-politiki u fil-proċessi ta' implimentazzjoni kif ukoll fl-iffissar ta' l-aġenda għall-iżvilupp, għandu jiġi rrispettat mill-isħubija ta' bejn l-UE u l-Afrika;

42.  Jappella għal aktar appoġġ għall-inizjattivi Afrikani eżistenti, bħalma huwa l-Mekkaniżmu Afrikan ta' Evalwazzjoni Inter Pares (APRM), li huwa l-aktar sforz serju s-issa mill-mexxejja Afrikani sabiex itejbu l-governanza fil-kontinent, u d-diversi strumenti mwaqqfa mill-UA, li għandhom iżidu s-sjieda Afrikana tal-proċess;

43.  Jesprimi tħassib serju minħabba li l-'profili ta' governanza' żviluppati mill-Kummissjoni għall-kull pajjiż ta' l-ACP, li se jiggwidaw l-ipprogrammar għall-għajnuna għall-iżvilupp fir-rigward tat-EUR 2 700 000 000 ta' fondi addizzjonali skond l-għaxar EDF, ġew ippreparati mingħajr l-ebda element parteċipatorju; jirrimarka li l-eliġibilità ta' pajjiżi benefiċjarji għal fondi ulterjuri ġiet ivvalutata fuq il-bażi ta' sett ta' kriterji li jikkonċernaw kwistjonijiet bħall-migrazzjoni, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u kriterju wieħed biss kien marbut direttament ma' l-MDGs; jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-'profili' tal-Kummissjoni jirriskjaw li jneħħu kull sinifikat tal-proċess APRM u li jkun biss wara li jkun mitmum l-ipprogrammar tal-finanzjamenti ulterjuri li l-Kummissjoni tipproponi li tniedi "Forum Governattiv", li jkun barra l-proċess ta' l-APRM, u li "sabiex ikun iffaċilitat appoġġ aktar effettiv għall-arkitettura ta' governanza Pan-Afrikana (...) l-UE tesplora mogħdijiet ġodda sabiex tikseb finanzjamenti mill-Komunità u mill-Istati Membri"; isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tikkonsulta u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu u l-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi sabiex ikun żgurat li dawn jiġu allokati għall-inizjattivi ta' governanza, b'mod li jkunu ta' appoġġ għall-aġenda ta' governanza ta' l-UA u għall-proċess ta' l-APRM;

44.  Jinsisti li r-responsabilità reċiproka tfisser ukoll li l-UE trid tindirizza l-inkoerenzi tagħha fid-diversi ftehimiet ta' koperazzjoni u strument finanzjarji ta' l-UE kif ukoll il-problema tan-nuqqas ta' armonizzazzjoni bejn id-diversi atturi ta' l-UE (l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-servizzi differenti tagħha) u li l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandhom jirrappurtaw espliċitament fl-evalwazzjonijiet tagħhom tal-progress magħmul fir-rigward tal-koerenza tal-politiki interni u esterni;

45.  Jinsisti li, bħala parti mir-relazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-imsieħba Afrikani u ta' l-UE għandhom it-tnejn li huma jirrikonoxxu l-obbligi tagħhom li jirrispettaw, jipproteġu u jħaddnu l-obbligi ta' drittijiet tal-bniedem fl-iżvilupp internazzjonali u l-politiki u prattiki ta' investiment tagħhom;

46.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex ikomplu jaħdmu fuq il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp relatati ma' politiki oħra ta' l-UE bħalma huma l-kummerċ, l-agrikultura, is-sajd, il-migrazzjoni ('brain drain'), il-kummerċ fl-armi, eċċ;

47.  Jisħaq dwar l-importanza ta' l-iskrutinju parlamentari tad-dokumenti strateġiċi ġeografiċi; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jgħaddi l-abbozz tad-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiżi (CSPs) ta' l-ACP lill-JPA ta' l-ACP-UE 'għall-informazzjoni', iżda jinnota li dan huwa biss l-ewwel pass u li l-parlamenti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw skrutinju sħiħ fuq dawn id-dokumenti ta' programmar;

48.  Jinnota li sħubija msaħħa bejn l-UE u l-Afrika għandha tinvolvi s-sostenn ta' l-iżvilupp ta' l-irwol ta' l-Afrika fix-xena globali u l-ħolqien ta' alleanzi Euro-Afrikani dwar kwistjonijiet bħall-bidla fil-klima u d-deżertifikazzjoni, il-kummerċ u l-governanza ta' l-arkitettura ta' żvilupp internazzjonali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

49.  Jinnota li għandu jkun hemm koerenza bejn l-aspetti kollha ta' l-isħubija UE-Afrika u li l-objettivi ta' l-Isħubija Enerġetika għandhom ikunu żviluppati b'konformità ma' l-objettivi ta' l-Isħubija dwar il-Governanza Demokratika u l-Isħubijiet dwar il-Paċi u s-Sigurtà;

50.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-AUC sabiex jużaw il-programm ta' appoġġ għall-UA sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-parlamenti Afrikani, l-awtoritajiet lokali u ta' l-atturi mhux statali għad-djalogu politiku li jseħħ fl-UA u sabiex jallokaw parti mill-EUR 55 000 000 speċifikament għat-tisħiħ tal-PAP;

51.  Jaqbel mal-PAP dwar il-fatt li hemm ħtieġa urġenti li jissaħħu l-irwol u l-kapaċitajiet, inkluża l-awtonomija finanzjarja, tal-Qorti tal-Ġustizzja Afrikana u tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, u sabiex jiżdied in-numru ta' l-istati membri ta' l-UA li jirratifikaw il-Protokoll dwar it-twaqqif tal-Qorti, u dwar l-għan tiegħu li jagħti aċċess dirett għalih lill-individwi u lill-NGOs, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-AUC sabiex tressaq proposti li jistgħu jgħinu sabiex jiżguraw li din il-ħtieġa essenzjali tintlaħaq;

52.  Jenfasizza li hemm ħtieġa qawwija li d-drittijiet tal-bniedem jiġu inklużi fl-organi kollha ta' l-UA sabiex jiġi żgurat li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet kollha biex jiġi indirizzat l-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem;

53.  Jitlob li fl-istrateġija konġunta jiddaħħlu punti t'azzjoni fl-oqsma tal-promozzjoni tal-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali u fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali b'konformità mal-liġi internazjonali, li jiddikjaraw li l-UE u l-Istati Membri tagħha se jagħmlu sforzi sabiex jaqsmu ma' l-Istati Afrikani l-esperjenza tagħhom fl-adozzjoni ta' arranġamenti meħtieġa sabiex jaderixxu ma' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u għalhekk jipprovdu għajnuna teknika u jistabilixxu koperazzjoni mill-qrib bil-ħsieb li tipprovdi l-emendi leġiżlattivi u kostituzzjonali meħtieġa għall-adeżjoni għall-Istatut ta' Ruma, u għall-impliemntazzjoni tiegħu;

54.  Jenfasizza li l-isħubijiet maħsuba sabiex isaħħu l-governanza fuq il-livell lokali u nazzjonali għandhom jinkludu l-bini ta' kapaċitajiet li jqisu l-aspetti tal-bidla fil-klima fil-proċessi nazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet, li jsaħħu l-parteċipazzjoni fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima u fl-istituzzjonijiet multilaterali, u li jtejbu l-immaniġġjar tar-riskju u l-istrateġiji ta' prevenzjoni tad-diżastri;

Tkabbir ekonomiku, kummerċ u integrazzjoni reġjonali

55.  Jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp hija kundizzjoni meħtieġa iżda insuffiċjenti għall-ġlieda kontra l-faqar, u li biss bi żvilupp ekwu u sostenibbli jista' pajjiż jibda tiela it-taraġ ta' l-iżvilupp u l-poplu tiegħu bil-mod jegħleb il-faqar, bil-kundizzjoni li t-tkabbir ikun marbut mal-politiki soċjali u ambjentali domestiċi u internazzjonali tajbin;

56.  Jemmen li strateġija konġunta bejn l-UE u l-Afrika għandha tkun ibbażata fuq politika ta' żvilupp sostenibbli li tqis il-ħtieġa reali tal-popolazzjoni Afrikana u li għandha l-għan li tiggarantixxi dħul diċenti għall-bdiewa ż-żgħar, li titkabbar il-produzzjoni lokali, li tiggarantixxi s-sigurtà ta' l-ikel u ta' l-għajxien rurali u li tibni swieq domestiċi u reġjonali sabiex jiġi miġġieled il-faqar fl-Afrika;

57.  Iqis li l-istrateġija konġunta għandha tqis l-impatt ferm qerriedi tal-bidla fil-klima fuq pajjiżi Afrikani u għaldaqstant jistieden lill-UA u lill-UE sabiex fil-qofol tagħha jpoġġu l-bidla fil-klima;

58.  Jirrikonoxxi l-potenzjal ta' investimenti pubbliċi u privati barranin fit-trawwim ta' l-iżvilupp; jitlob li jkun hemm strateġija konġunta li tinkludi miżuri ta' għajnuna u bini ta' kapaċitajiet li tippermetti lill-pajjiżi Afrikani jiżviluppaw klima attraenti għall-investiment;

59.  Jiddeplora l-fatt li - filwaqt li t-tnaqqis tal-faqar u l-kisba ta' l-MDGs sa' l-2015 jibqgħu, kif xieraq, l-ewwel prijorità - il-punti ewlenin tat-Trojka hawn fuq imsemmija tal-15 ta' Mejju 2007 ma fihomx proposti konkreti sabiex jippromwovu t-tkabbir permezz tal-promozzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u ta' investiment barrani dirett, drittijiet imsaħħa ta' proprjetà, u t-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi;

60.  Iħeġġeġ lill-UE sabiex tiżgura li organizzazzjonijiet ta' self bħall-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u ċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi (CDE), jassistu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-Afrika, u li jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Evalwazzjoni tal-Bank Dinji dwar l-Industriji Estrattivi ta' l-2004 li tikkonċerna l-governanza tajba fl-isfruttar tar-riżorsi naturali; iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni għas-settur informali, u li l-prattika tal-mikrofinanzjament għandha tkun estiża u promossa bil-ħsieb li ssir ukoll strument għat-tisħiħ ta' l-irwol tan-nisa u għall-integrazzjoni soċjali tagħhom;

61.  Jenfasizza li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ hija waħda mill-aktar inċentivi effettivi għat-tkabbir ekonomiku u għall-progress politiku u soċjali; iqisha bħala indispensabbli għat-tnaqqis tal-faqar u bħala katalist importanti għal żvilupp sostenibbli madwar id-dinja;

62.  Jirrimarka li l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) iridu jkunu mfassla u negozjati bħala ftehimiet ta' żvilupp daqskemm huma l-ftehimiet kummerċjali, li jfisser li jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta' asimetrija favur ir-reġjuni ta' l-ACP, appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali ta' l-ACP, it-twaqqif ta' qafas sod u affidabbli għall-promozzjoni tal-kummerċ u ta' l-investiment fir-reġjuni ta' l-ACP, u t-twaqqif u l-konsolidazzjoni ta' swieq reġjonali qabel kwalunkwe ftuħ tas-swieq għall-UE; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex fejn ikun hemm bżonn ma tiftaħx swieq sakemm ma jintlaħqux livelli konkreti ta' żvilupp u biex issib soluzzjonijiet filwaqt li tkompli n-negozjati;

63.  Jirrikonoxxi li l-EPAs jistgħu jsiru strument iktar importanti għall-kummerċ Afrikan u għall-integrazzjoni reġjonali, sakemm il-kontenut tagħhom jaqbel bis-sħiħ ma' l-objettivi tal-politika ta' żvilupp, u biss bil-kundizzjoni li jkunu "favur l-iżvilupp", li jippermettu eżenzjonijiet u perjodi ta' tranżizzjoni twal fejn ikun hemm bżonn sabiex il-produtturi domestiċi u l-industriji jadattaw għas-sitwazzjonijiet ġodda tas-suq;

64.  Jemmen li l-istrateġija konġunta għandha tinkuraġġixxi d-djalogu filwaqt li jiġi eżaminat il-livell ta' koerenza bejn l-EPAs u l-Ftehima ta' Kummerċ mat-Tramuntana ta' l-Afrika, sabiex it-tnejn jistgħu jsiru sisien ta' l-integrazzjoni kontinentali Afrikana;

65.  Jappella għal approċċ divrenzjat ibbażat fuq id-diversifikazzjoni li tkun ta' sostenn għall-aħjar prattiki eżistenti li jiggarantixxu kundizzjonijiet diċenti ta' xogħol fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħalma huma dawk tal-moviment internazzjonali tal-kummerċ ġust, li tappoġġja l-komunitajiet ekonomiċi reġjonali (RECs) eżistenti fl-Afrika u li tippermetti li l-integrazzjoni Pan-Afrikana ssegwi r-ritmu u l-aġenda tagħha nnifisha; jenfasizza li huwa ferm meħtieġ li jissaħħaħ il-kummerċ bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ('South-South'), flimkien mal-promozzjoni ta' l-integrazzjoni reġjonali u ż-żamma ta' livelli għoljin ta' investiment kemm minn ġo l-Afrika, kif ukoll minn barra l-Afrika; fid-dawl ta' dan, jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar appoġġ tekniku li jista' jwassal sabiex titkabbar il-kapaċità ta' l-Afrika li tipproduċi prodotti u servizzi aktar varjati;

66.  Jinsisti li l-RECs għandhom ikunu l-pilastri tal-proċess ta' integrazzjoni Afrikana u l-istabbiliment ta' suq pan-Afrikan, u m#għandhomx ikunu jittrattaw direttament ma' l-Ewropa biss; jinsisti wkoll li l-EPAs m'għandhomx idgħajfu l-aġenda ta' integrazzjoni reġjonali ta' l-Afrika, iżda li għandhom ikunu strumenti għall-integrazzjoni u l-kummerċ min-Nofsinhar għan-Nofsinhar; għalhekk jistieden lill-UE sabiex tirrispetta l-proċess ta' integrazzjoni ta' l-Afrika, kif iddeterminat mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Afrikana ta' Ġunju 1991 (it-Trattat ta' Abuja), li pprovda għat-twaqqif tal-Komunità Ekonomika Afrikana permezz ta' proċess gradwali, miksub b'koordinazzjoni, armonizzazzjoni u integrazzjoni progressiva ta' l-attivitajiet ta' RECs eżistenti u futuri fl-Afrika;

67.  Jinnota li l-faqar fl-Afrika huwa fenomenu l-biċċa l-kbira rurali - 'il fuq minn 70% ta' l-ifqar nies fl-Afrika jiddependu mill-agrikoltura għall-ikel u l-għajxien tagħhom - iżda, minkejja dan l-għajnuna għall-agrikoltura qed tonqos; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon kull inizjattiva ulterjura sabiex jitkabbar il-bini ta' kapaċità fis-settur agrikolu Afrikan, per eżempju billi jkun ta' sostenn għall-banek ta' żrieragħ u għar-riċerka fid-diversifikazzjoni ta' l-uċuħ tar-raba'; u jappella għal esportazzjonijiet lokali ta' valur miżjud li jkunu konformi ma' l-inizjattiva 'Kollox Ħlief Armi';

68.  Ifakkar fl-importanza tal-governanza tajba u tat-trasparenza fl-isfruttar ta' riżorsi naturali għall-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni li l-qasam tar-riżorsi jista' biss isir forza għall-iżvilupp sostenibbli jekk l-effetti soċjali u ambjentali negattivi tiegħu jitnaqqsu kemm jista' jkun u jekk il-benefiċċji u n-nefqa tiegħu jiġu maqsuma b'mod ġust fost il-popolazzjoni; jistieden lill-imsieħba kollha ta' l-UE, dawk Afrikani u imsieħba oħra bħaċ-Ċina, sabiex jirduppjaw l-isforzi tagħhom sabiex jintlaħdu dawn l-għanijiet; jistieden lill-pajjiżi Afrikani sabiex jiżguraw li d-dħul jintuża wkoll sabiex issir diversifikazzjoni fl-ekonomija u sabiex jiżviluppaw attivitajiet ekonomiċi fuq livell aktar għoli fil-katina ta' produzzjoni, u 'l bogħod minn sempliċement l-isfruttar ta' riżorsi naturali;

69.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tniedi sħubija UE-Afrikana dwar l-enerġija, filwaqt li jirrikonoxxi li dħul użat sew minn sorsi ta' enerġija sostenibbli jista' jintuża bħala mutur għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp; jenfasizza li l-fokus primarju tas-sħubija għandu jkun il-provvista ta' enerġija bi prezz li jintlaħaq, sabiex jitnaqqas il-faqar, ibbażat fuq l-effiċjenza u fuq sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, u mhux li tkun żgurata l-provvista ta' l-enerġija għall-Ewropa;

70.  Jenfasizza li l-kisba ta' tkabbir ekonomiku għal żmien fit-tul u għall-iżvilupp, teħtieġ strateġija komprensiva għat-treġġiegħ lura tat-tnaqqis li qed iseħħ tar-riżorsi naturali ta' l-Afrika; jisħaq l-aktar fuq il-ħtieġa urġenti li tintemm id-deforestazzjoni li qed isseħħ u li jitneħħew l-inċentivi li jinkuraġġixxu l-qerda tal-foresti; f'dan il-kuntest, jistiden lill-UE sabiex, fl-iskema għall-Iskambju ta" Kwoti ta" Emissjonijiet (ETS) ta' l-UE, tintroduċi krediti tal-karbonju għall-foresti tropikali u għall-użu ta' l-art u sabiex tinċentivizza l-irkupru ta' ekosistemi degradati;

Investiment fin-nies

71.  Jinnota li l-prijorità ta' l-Afrika fi kwalunkwe sħubija hija ffukata fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku ta' niesha;

72.  Ifakkar li l-objettivi għall-iżvilupp mhux se jinkisbu jekk ma jitwettqux l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-mara; jinnota li f'dokumenti ta' politika ewlenin l-UE tenniet l-impenn tagħha lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li l-AU innifisha ħadet impenji ambizzjużi f'dan il-qasam, li għandhom jiffurmaw il-bażi għall-isħubija; għalhekk jisħaq li l-istrateġija konġunta għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneri u għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi u konkreti mmirati biex isaħħu l-irwol tan-nisa;

73.  Ifakkar li s-saħħa hija waħda mill-aktar muturi importanti għall-iżvilupp ekonomiku u li r-rata tal-mortalità tat-tfal b'mod partikolari hija indikatur importanti ħafna tal-povertà; għalhekk, jenfasizza l-importanza li t-tfal jiġu protetti mill-mard, b'mod partikolari minn dawk il-mardiet li jistgħu jiġu evitati permezz ta' vaċċini ġodda jew li mhumiex użati biżżejjed;

74.  Jisħaq l-importanza li jitħarsu l-bniet u li titqajjem kuxjenza dwar iż-żwiġijiet kmieni, l-istupri, il-fastidju sesswali fl-iskejjel u l-vulnerabilità tal-bniet għall-HIV/AIDS;

75.  Jenfasizza li hemm bżonn li l-impenji internazzjonali attwali lejn l-edukazzjoni u s-saħħa għall-kulħadd jiġi integrat b'mod espliċitu fl-istrateġija konġunta; jinnota li s-saħħa u l-edukazzjoni għandhom ikunu fiċ-ċentru ta' kwalunkwe strateġija għall-iżvilupp li tiffavurixxi l-fqar u li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-aċċess għas-servizzi, speċjalment għan-nisa, t-tfal, il-gruppi dgħajfin u l-persuni b'diżabilitajiet;

76.  Iqis li d-dgħufija tas-sistemi għas-saħħa , inkluż minħabba l-kriżi tar-riżorsi umani, li hija xkiel ewlieni għall-kisba ta' l-MDGs relatati mas-saħħa, u jisħaq li t-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa għandu jkun element essenzjali ta' l-istrateġija konġunta, inkluż ir-rikonoxximent ta' l-irwol importanti li għandhom dawk li jipprovdu kura tas-saħħa imma li mhumiex entitajiet statali, bħall-organizzazzjonijiet ibbażati f'komunità, fl-appoġġ għall-forniment tas-servizzi għas-saħħa, b'mod partikulari fl-inħawi fejn l-aċċess hu diffiċli u fost il-popolazzjonijiet l-aktar marġinalizzati u vulnerabbli;

77.  Jinnota li 63% tan-niex kollha fid-dinja infettati bl-HIV jgħixu fl-Afrika, u li f'numru ta' pajjiżi Afrikani, il-medja ta' l-għomor tal-ħajja qed taqa' b'mod drammatiku bħala riżultat tal-pandemija ta' l-AIDS; jisħaq għalhekk li l-aċċess universali għas-servizzi għall-kura ta' l-HIV/AIDS, tat-tuberkolożi u tal-malarja, b'mod partikulari aċċess universali għall-mezzi ta' prevenzjoni, trattament, kura u appoġġ, fl-Afrika għandu jkun inkluż fl-istrateġija konġunta peress li dan il-mard għandu impatt enormi fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' l-Afrika;

78.  Jisħaq li n-nisa u l-bniet huma partikolarment vulnerabbli għal infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inklużi l-HIV/AIDS, u kumplikazzjonijiet relatati mat-tqala li jirriżultaw f'mortalità materna u neonatali għolja; jitlob għalhekk li jiġu inklużi s-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi (SRHR) fl-istrateġija konġunta b'mod konformi mal-Pjan ta' Azzjoni msemmi hawn fuq dwar it-Tħaddim tal-Qafas tal-Politika Kontinentali għas-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi 2007-2010;

79.  Jinnota li l-iffalsifikar ta' prodotti mediċinali fl-Afrika (li prinċipalment jikkonċerna kundizzjonijiet fatali bħall-malarja, it-tuberkolożi u l-HIV/AIDS) huwa pjaga dejjem tikber, u jhedded il-ħajja ta' miljuni ta' nies; iħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi kkonċernati biex jiħdu azzjoni (b'mod partikulari miżuri legali u penali) biex tiġi miġġielda dik il-pjaga;

80.  Jisħaq li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-popolazzjonijiet vulnerabbli, bħall-persuni li ġew spustjati ġo pajjiżhom stess u r-refuġjati; jisħaq għalhekk li s-servizzi għas-saħħa, inklużi servizzi li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa riproduttiva u l-provvisti, għandhom jingħataw ukoll waqt kriżijiet umanitarji;

81.  Jisħaq l-importanza li jissaħħaħ l-appoġġ għan-NEPAD (Sħubija Ġdida għall-Iżvilupp ta' l-Afrika) bħala l-inizjattiva Afrikana ewlenija għall-iżvilupp sostenibbli;

82.  Jinsisti li l-agrikoltura u s-sigurtà ta' l-ikel għandhom ikunu ta' importanza assoluta fl-istrateġija konġunta, u jisħaq li l-politiki ta' l-UE, inkluża l-politika ta' sussidji, m'għandhomx jagħmlu ħsara lill-qasam ta' l-agrikoltura u jipperikolaw is-sigurtà ta' l-ikel ta' l-Afrika; għalhekk jitlob biex l-istrateġija tappoġġja l-kompetittività u l-produttività miżjuda tal-qasam ta' l-agrikoltura Afrikana, anke fil-kuntest taċ-Ċiklu ta' Doha għall-Iżvilupp; iħeġġeġ ulterjurment lill-UE biex toffri appoġġ finanzjarju għall-Programm Agrikolu Komprensiv għall-Afrika adottat mill-AU u n-NEPAD;

83.  Jenfasizza, anke f'relazzjoni mad-deżertifikazzjoni, li hi fenomenu inkwetanti u li dejjem sejjer għall-agħar, il-bżonn li jiġu appoġġjati metodi ta' agrikoltura sostenibbli; iffakkar, f'dan ir-rigward, li biex it-tkabbir ikollu l-effett li jnaqqas il-faqar, hemm bżonn li jkun ġeneralizzat, orjentat lejn il-proprjetarji ż-żgħar u li jirriżulta f'opportunitajiet għax-xogħol akbar;

84.  Jinsisti li l-kwistjoni tad-deżertifikazzjoni u l-aċċess għall-ilma għal kulħaff għandhom ikunu ta' importanza assoluta fl-istrateġija konġunta; juri tħassib partikolari dwar l-implikazzjoni negattivi multipli tad-deżertifikazzjoni fuq, fost l-oħrajn, is-sigurtà ta' l-ikel, il-migrazzjoni, ir-refuġjati u l-persuni li ġew spustjati ġo pajjiżhom stess;

85.  Jirrimarka li l-Afrika hi l-kontinent li qed jitbassar se jbati l-aktar l-effetti tal-bidla fil-klima, għalhekk iħeġġeġ lill-UE, lill-AU u lill-Istati Membri tagħhom, u kif ukoll l-investituri u l-atturi kummerċjali, biex jirrikonoxxu r-responsabilità għall-bidla fil-klima u jistiedinhom biex jiżviluppaw strateġija għall-iżvilupp li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent sabiex is-sitwazzjoni tinqaleb, inkluż qafas finanzjarju għall-adattament ambjentali; jistieden ulterjurment lill-UE biex toffri appoġġ finanzjarju għall-Pjan ta' Azzjoni għall-Inizjattiva għall-Ambjent tan-NEPAD u d-deċiżjonijiet operazzjonali tagħha adottati mill-Konferenza Ministerjali Afrikana dwar l-Ambjent (AMCEN) fi Brazzaville, il-Kongo, fl-2006, u approvata mit-tmien Laqgħa Għolja ta' l-AU f'Addis Ababa, l-Etjopja, f'Jannar 2007;

86.  Jilqa' bi pjaċir l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tniehed sħubija bejn l-UE u l-Afrika dwar il-bidla fil-klima u biex tniehed Alleanza Globali kontra l-Bidla fil-Klima; f'dan il-kuntest jisħaq li l-UE trid tqiegħed fondi sinifikanti għad-dispożizzjoni għal miżuri ta' adattament fil-pajjiżi Afrikani; jisħaq ukoll li l-adattament ma jridx jiġi ttrattat biss bħala kwistjoni umanitarja; jenfasizza li t-tnaqqis tar-riskji u l-miżuri għal reżistenza għall-impatt klimatiku jridu jiġu integrati fl-aġenda ta' żvilupp prijoritarju, inkluż fid-dokumenti ta' strateġija għat-tnaqqis tal-faqar u fid-dokumenti ta' strateġija skond il-pajjiż;

87.  Jitlob biex l-istrateġija konġunta tindirizza l-kawżi li huma l-għeruq tal-migrazzjoni u biex tagħti attenzjoni partikulari għad-drittijiet u l-integrazzjoni tal-migranti u għall-kwistjoni tal-ħarba ta' l-aħjar imħuħ, partikularment fis-settur tas-saħħa, billi jiġu proposti soluzzjonijiet prattiċi għal migrazzjoni ċirkolari ta' suċċess; jenfasizza li l-limitazzjoni tal-migrazzjoni lejn l-UE m'għandiex titqies la bħala kundizzjoni għall-għajnuna u lanqas bħala strateġija ta' żvilupp;

88.  Jikkunsidra li l-kultura hija fattur fundamentali għal djalogu interkulturali u għal fehim interreliġjuż, għal sensazzjoni ta' identità nazzjonali u reġjonali, għal bażi soċjali b'saħħitha u bħala pedament żgur għas-solidarjetà fost il-popli u bejnithom, u li għalhekk aġenda għall-iżvilupp sostenibbli trid tinkludi l-kultura;

89.  Iqis li, ladarba f'numru ta' pajjiżi Afrikani d-dejn għadu piż tqil li jkollu effett kuntrarju fuq kwalunkwe sforz ta' żvilupp, kull każ ta' tnaqqis tad-dejn għandu jiġi kkunsidrat individwalment u għandu jseħħ bil-kundizzjoni li jkun hemm politiki ekonomiċi u governanza msaħħa, li jkun hemm immaniġġjar tad-dejn u b'mod partikulari li jiġi żgurat li d-djun ma jiġux sistematikament imġedda minn oħrajn li jselfu;

90.  Jirrikonoxxi l-utilità u r-relevanza ta' appoġġ baġitarju, li b'mod partikulari jippermetti li jittejbu s-servizzi soċjali bażiċi, waqt li, fl-istess ħin, jgħin biex tissaħħaħ l-istruttura tal-pajjiżi Afrikani; jitlob, madankollu, għal prudenza fl-għoti ta' għajnuna fil-forma ta' appoġġ baġitarju; jinsisti li l-appoġġ baġitarju jiġi trattat b'mod separat għal kull pajjiż, skond is-sitwazzjoni partikulari tiegħu u jinsisti li dan m'huwiex xieraq għal Stati fraġli jew pajjiżi li jinsabu f'kunflitt; jitlob li jitwaqqfu indikaturi għall-iżvilupp uman u soċjali, għall-ibbaġitjar skond il-ġeneri u għall-edukazzjoni u s-saħħa; f'dan ir-rigward, jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli tħejji l-proposta tagħha ta' "kuntratt MDG" ma' dawk li huma intenzjonati li jkunu l-benefiċjarji ta' l-appoġġ baġitarju; jinsisti li l-appoġġ baġitarju għandu jkun akkumpanjat bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-parlamenti, tal-qrati nazzjonali ta' l-awdituri, ta' l-awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili li jiskrutiniaw il-proċess, sabiex jiġi evitat li s-servizzi soċjali bażiċi jkollhom nuqqas ta' riżorsi; jipproponi li l-appoġġ baġitarju m'għandux jissostitwixxi l-appoġġ għal ċertu setturi fundamentali għall-iżvilupp bħall-edukazzjoni u s-saħħa jew għal setturi li hemm ir-riskju li jiġu marġinalizzati mill-gvernijiet li jirċivuh;

91.  Jisħaq li l-iżvilupp sostenibbli huwa possibbli biss jekk jirrapreżenta żvilupp għal kulħadd, inklużi n-nisa u l-gruppi minoritarji u/jew vulnerabbli;

92.  Jisħaq l-imporanza li l-UE tagħti l-appoġġ tagħha għal strateġiji mmirati biex isaħħu l-irwol tan-nisa, inkluż permezz ta' appoġġ għall-mikrokreditu, u kif ukoll għall-programmi għas-saħħa sesswali u riproduttiva, li huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS;

Implimentazzjoni u monitoraġġ

93.  Isejjaħ lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill sabiex jibgħat ir-rapporti ta' progress kollha dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija għall-Afrika lill-Parlament Ewropew ukoll; jitlob ukoll informazzjoni dwar il-ħruġ u l-użu tat-EUR 2.7 biljun f'fondi addizzjonali taħt l-għaxar EDF allokati għall-'inizjattivi' ta' governanza żviluppati mill-Kummissjoni għal kull pajjiż ACP;

94.  Jitlob lill-Kummissjoni tindika kif id-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp intuża u ġie pprogrammat mill-ġdid biex jippermetti l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika; jitlob li jkun hemm evalwazzjoni indipendenti għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi mekkaniżmu konġunt għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' strateġija ġdida konġunta kemm fuq bażi teknika u kemm fuq bażi politika, inklużi l-istrumenti finanzjarji kollha ta' l-UE għall-iżvilupp fl-istadji kollha;

95.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni ta' l-UE u ta' l-AU li jagħmlu abbozz ta' pjan ta' azzjoni għall-ewwel perjodu ta' l-istrateġija konġunta; jiġbed l-attenzjoni li dan il-pjan għandu jinkludi ffinanzjar konkret u indikaturi li jistgħu jitkejlu fil-livelli kollha ta' l-implimentazzjoni (lokali, reġjonali u kontinentali) u fl-istrumenti ta' koperazzjoni finanzjarja rilevanti kollha, li jagħmlu l-monitoraġġ aktar faċli u trasparenti; jenfasizza li l-monitoraġġ parlamentari, ta' l-awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili għandu jkun parti mill-proċess ta' monitoraġġ uffiċjali;

96.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe qafas ta' monitoraġġ jinkludi l-monitoraġġ ta' impenji eżistenti mill-AU u l-UE, bħall-MDGs, il-Ftehima ta' Cotonou imsemmija hawn fuq, l-Appell ta' Abuja għal Azzjoni Aċċelerata msemmija hawn fuq, id-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

97.  Jitlob li l-istrateġija konġunta tinkludi referenza espliċita għal strateġija komunikattiva, biex tinbena kuxjenza pubblika dwar dak li qed jagħmlu l-gvernijiet u biex tiġi pprovduta l-possibilita ta' reazzjoni biex ikun żgurat li gvernijiet ikollhom kuntatt dirett mal-bżonnijiet tal-kostitwenti tagħhom dwar dawn il-politiki;

98.  Jinkoraġġixxi l-ħolqien, bħala parti mill-istrateġija konġunta, ta' spazju politiku għal djalogu ġenwin u effettiv bejn iċ-ċittadini, permezz ta' fondi xierqa u garanziji għal indipendenza politika, u biex twaqqaf mekkaniżmu li permezz tiegħu, is-soċjetà ċivili u l-parteċipanti mhux statali jistgħu jikkontribwixxu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-gvern, liema mekkaniżmu jista' żżomm lill-awtoritajiet responsabbli vis-a-vis l-poplu;

99.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindika kif se tiffinanzja l-istrateġija l-ġdida u l-programm ta' azzjoni tagħha; jiġbed l-attenzjoni li l-10 Fond ta' l-Iżvilupp Ewropew, il-programm Ġeografiku għall-Afrika ta' Isfel u l-programmi tematiċi tad-DCI u l-ENPI huma l-uniċi fondi ewlenin disponibbli għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija konġunta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura koerenza fl-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti ta' koperazzjoni u ta' l-istrateġija konġunta; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-PAP waqt l-istadji kollha tal-proċess (l-ipprogrammar, l-identifikar, l-istima, l-iffinanzjar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni);

100.  Jitlob li l-ewwel pjan ta' azzjoni jinkludi pakkett finanzjarju speċifiku għall-istituzzjonijiet pan-Afrikan, attivitajiet li għandhom ikunu implimentati fuq livell pan-Afrikan u s-sħubijiet il-ġodda (inizjattivi ta' Liżbona); jinsisti wkoll li l-parlamenti nazzjonali, reġjonali u ta' madwar il-kontinent jiġu kkunsidrati b'mod espliċitu bħala benefiċjarji ta' l-għajnuna;

101.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill waqqaf grupp ta' ħidma ad hoc ma' esperti mill-Istati Membri interessati biex jikkoordina l-pożizzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet koperti mill-istrateġija konġunta u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirrapportaw fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma;

102.  Jaffirma, bħala istituzzjonijiet importanti ta' governanza, li kemm il-PAP kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ikunu parteċipanti kruċjali fl-istrateġija konġunta' ta' segwitu u li l-awtoritajiet lokali u l-parteċipanti mhux statali, bħal dawk involuti fl-ECOSOCC ta' l-AU u l-kontroparti ta' l-UE tagħha l-ECOSOC għandhom ikollhom irwol;

103.  Jinsab determinat għalhekk li jimmonitorja mill-qrib, flimkien mal-PAP, l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija konġunta u l-programmi ta' azzjoni; jitlob għalhekk it-twaqqif ta' delegazzjoni parlamentari konġunta bejn il-Parlament Ewropew u l-PAP bħala forum biex il-kwistjonijiet li qed jaffetwaw ir-relazzjonijiet bejn il-popli ta' l-UE u ta' l-Afrika jiġu diskussi b'mod demokratiku;

104.  Jinsab determinat, flimkien ma' l-organizzazzjonijiet pan-Afrikani, li jiżgura koerenza bejn il-politika tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u oqsma oħra tal-politika ta' l-UE li kellhom impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Afrika;

105.  Jikkunsidra li l-iskrutinju parlamentari u l-approvazzjoni ta' pakketti ta' għajnuna għall-iżvilupp għandhom ikunu rekwiżit għall-ħruġ ta' fondi;

106.  Jiddeċiedi li jorganizza, flimkien mal-PAP, attività Parlamentari Konġunta li tippreċedi t-tieni Laqgħa Għolja bejn l-UE u l-Afrika ppjanata li ssir f'Diċembru 2007 f'Liżbona;

o
o   o

107.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Kummissjoni ta' l-AU, lill-Kunsill Eżekuttiv ta' l-AU, lill-PAP, lill-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP u lill-JPA ta' l-ACP-UE.

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p.27.
(3) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(4) ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 475.
(5) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(6) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 311.
(7) Testi adottati, P6_TA(2007)0274.


Projbizzjoni tal-munizzjon kollu tat-tip cluster
PDF 219kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar "Lejn trattat dinji għall-projbizzjoni tal-munizzjon kollu tat-tip cluster"
P6_TA(2007)0484B6-0429/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-effetti ta" ħsara ta" xi tipi ta" armamenti konvenzjonali (mini ta" l-art u munizzjon tat-tip cluster, munizzjon ta" l-uranju b'inqas radjuattività, granati tal-fosfru, fdalijiet tal-gwerra li ma splodewx (ERW)) użati kemm mill-Istati u kif ukoll minn organizzazzjonijiet mhux marbuta ma" l-Istat,

–   wara li kkunsidra b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2006 dwar il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta'l-Armi Bijoloġiċi, cluster bombs u armi konvenzjonali,(1) li titlob lill-UE sabiex tappoġġja l-inizjattiva biex titfassal konvenzjoni komprensiva u effettiva biex ikun ipprojbit il-munizzjon tat-tip cluster fid-dinja kollha,

–   wara li kkunsidra l-Protokoll V tat-28 ta" Novembru 2003, dwar Fdalijiet Splussivi tal-Gwerra għall-Konvenzjoni tan-NU dwar Ċerti Armamenti Konvenzjonali (CCW) ('Protokol V fuq ERW), u filwaqt li jilqa" b'sodisfazzjon id-dħul fis-seħħ tiegħu fit-12 ta" Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Oslo adottata fit-22-23 ta" Frar 2007 minn grupp ta' Stati, Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, il-Koalizzjoni għall-Munizzjon tat-tip Cluster u organizzazzjonijiet umanitarji oħra, li ftiehmu li sa l-2008 jinħoloq strument internazzjonali li jorbot legalment li jipprojbixxi l-użu, il-manifattura, it-trasferiment u l-ħażna ta" munizzjon tat-tip cluster li jikkawża ħsara inaċċettabbli lill-popolazzjoni ċivili ('il-Proċess ta' Oslo'),

–   wara li ikkunsdra l-abbozz ta" mandat għal negozjati CCW dwar il-munizzjon tat-tip cluster ippreżentat mill-Ġermanja f'isem l-Unjoni Ewropea lill-Grupp ta" Esperti tal-Gvern tas-CCW,

–   wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/528/PESK tat-23 ta" Lulju 2007 li, fi ħdan il-qafas ta' l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà(2), tappoġġa lill-konvenzjoni dwar il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti armamenti konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li jikkawżaw wisq ħsara jew li għandhom effetti indiskriminatorji,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni ġdida meħuda minn--NU dwar il-munizzjon tat-tip cluster fil-laqgħa tal-Prinċipali tan-NU fis-17 ta' Settembru 2007, fejn in-NU stiednet lill-Istati Membri biex "jittrattaw minnufih l-effetti orribbli umanitarji, fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq l-iżvilupp tal-munizzjon tat-tip cluster billi jiżviluppaw strument li jorbot legalment tal-liġi umanitarja internazzjonali li: jipprojbixxi l-użu, l-iżvilupp, il-manifattura, il-ħażna u t-trasferiment ta" munizzjon tat-tip cluster li jikkawża ħsara inaċċettabbli lill-popolazzjoni ċivili; li jirrikjedi l-qerda tal-ħażniet attwali ta" dak il-munizzjon; u li jaħseb għat-tneħħija, l-edukazzjoni dwar ir-riskji u attivitajiet oħra ta" mitigazzjoni tar-riskji, għall-għajnuna lill-vittmi, għall-għajnuna u l-koperazzjoni, u għal miżuri ta' trasparenza" u iddikjarat li "sakemm ikun adottat trattat bħal dan, in-NU tistieden lill-Istati biex ifasslu miżuri nazzjonali biex jitwaqqfu minnufih l-użu u t-trasferiment tal-munizzjon kollu tat-tip cluster";

–   wara li kkunsidra u filwaqt li jilqa" b'sodisfazzjon il-"Koalizzjoni kontra l-Munizzjon tat-tip Cluster" magħmula minn madwar 200 organizzazzjoni mhux governattiva speċjalizzata,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi "fdalijiet splussivi tal-gwerra" (ERW) tirreferi għal munizzjon li ma splodiex, li kien ikkargat, iffjusjat, armat jew b'xi mod ieħor imħejji għall-użu u użat f'kunflitti armati u li kellu jisplodi iżda ma splodiex,

B.   billi l-frażi "munizzjon tat-tip cluster" tirreferi għal sistemi ta" armamenti li jintefgħu mill-ajru u li jiġu sparati mill-art,

C.   billi l-munizzjon tat-tip cluster, anke l-iktar tip modern, għandu rata ta" falliment għolja immens, għaliex spiss ma jisplodix ma" l-impatt u għalhekk jibqa" ta" periklu għall-komunitajiet għal ħafna żmien wara li l-kunflitt ikun intemm; billi ħafna tipi ta' munizzjon tat-tip cluster huma mgħammra bi fjusijiet sensittivi li jieħdu ma" l-anqas kuntatt fiżiku, ħafna anqas mill-mini splussivi maħsuba biex joqtlu persunal militari,

D.   billi l-munizzjon tat-tip cluster ħafna drabi m'huwiex preċiż, jintuża kwantità kbira minnu kemm f'zoni rurali kif ukoll f'zoni urbani u jkopri zona wiesgħa wara li jintefa", u b'hekk jipproduċi ammonti kbar ta' ERW,

E.   billi l-munizzjon tat-tip cluster spiss ma jiddiskriminax għaliex min jużah ma jistax jiddistingwi bejn il-persunal militari u l-popolazzjoni ċivili; billi kien dokumentat li 98% mill-vittmi ta' dan il-munizzjon huma mill-popolazzjoni ċivili,

F.   billi l-munizzjon tat-tip cluster għandu konsegwenzi umanitarji serji, għall-komunitajiet vulnerabbli u għall-ħaddiema li jagħtu għajnuna umanitarja, u billi r-rata ta" l-imwiet u tal-korrimenti, speċjalment fost it-tfal, li huma attratti mid-daqs żgħir u mill-kuluri ta" dawn l-armamenti, hija għolja,

G.   billi t-tipi kollha ta" tagħmir li ma jistax jiġi mmanipulat għandhom fil-mira tagħhom il-persunal responsabbli għal operazzjonijiet umanitarji tat-tnehhija tal-mini,

H.   billi l-munizzjon tat-tip cluster li ma jisplodix għandu effett detrimentali fuq l-iżvilupp u r-rikostruzzjoni, filwaqt li t-theddida ta" munizzjon li ma splodiex ma tippermettix l-aċċess għat-toroq, għall-bini u għall-infrastruttura kritika kif ukoll l-użu ta" art agrikola, u għaldaqstant ixxekkel in-negozju u l-komunikazzjonijiet lokali u taffettwa is-sigurtà tal-provvista ta" l-ikel, u tista" tostakola l-provvediment ta" għajnuna umanitarja,

I.   billi l-pajjiżi magħrufa li kienu affettwati mill-munizzjon tat-tip cluster jinkludu whud mill-ifqar pajjiżi tad-dinja, u billi ta' spiss f'dawn il-pajjiżi l-ifqar nies ikunu l-vittmi ewlenin,

J.   billi hemm evidenza li l-munizzjon tat-tip cluster jinħażen f'aktar minn 15-il Stat Membru ta' l-UE u huwa mmanifatturat f'mhux inqas minn 10 Stati Membru ta' l-UE,

K.   billi l-"liġi Mahoux" li tipprojbixxi l-iffinanzjar, il-manifattura, l-użu u l-ħażna ta" munizzjon tat-tip cluster, kienet adottata mill-Belġju fis-26 ta" April 2007,

1.  Jerġa" jafferma l-ħtieġa li tissaħħaħ il-liġi umanitarja internazzjonali (IHL) billi tapplika għall-munizzjon tat-tip cluster, u li tiġi adottata malajr f'livell internazzjonali projbizzjoni komprensiva fuq l-użu, il-manifattura, it-trasferiment u l-ħażna ta' munizzjon tat-tip cluster, u għalhekk jappoġġja bil-qawwa il-Proċess ta' Oslo;

2.  Jitlob moratorju immedjat fuq l-użu, l-investiment, il-ħażna, il-manifattura, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta" munizzjon tat-tip cluster, inklużi munizzjon tat-tip cluster li jintefa" mill-ajru u bombi żgħar (submunition) sparati permezz ta" missili, rokits, u projettili ta" l-artillerija, sakemm jiġi nnegozjat trattat internazzjonali li jorbot biex ikunu pprojbiti l-manifattura, il-ħażna, l-esportazzjoni u l-użu ta" dawn l-armamenti;

3.  Jistieden lill-Istati Membri kollha ta" l-UE biex jadottaw miżuri nazzjonali li jipprojbixxu bis-sħiħ l-użu, il-manifattura, l-esportazzjoni u l-ħażna ta" bombi tat-tip cluster;

4.  Jistieden lill-Istati kollha li użaw munizzjon tat-tip cluster u armamenti simili li jħallu fdalijiet splussivi tal-gwerra, sabiex jaċċettaw ir-responsabiltà għat-tneħħija ta" dan il-munizzjon, u b'mod partikulari biex iżommu rekords eżatti ta" fejn intuża munizzjon bħal dan, sabiex ikun jista" jitneħħa wara l-kunflitti; jikkunsidra li rekords bħal dawn għandhom jintużaw biex jingħataw twissijiet ċari ta' zoni perikolużi lill-popolazzjonijiet lokali u lill-ħaddiema li jagħtu għajnuna umanitarja skond il-Protokoll V dwar l-ERW;

5.  Jinsisti li t-truppi ta" l-Istati Membri ta' l-UE fl-ebda ċirkustanza jew kundizzjoni m'għandhom jużaw xi tip ta" munizzjon tat-tip cluster sakemm jiġi innegozjat ftehim internazzjonali dwar ir-regolazzjoni, ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta" dawn l-armamenti;

6.  Jenfasizza r-responsabilità ta" Stat li jkollu kontroll ta' territorju li jagħti twissijiet, u li jieħu miżuri għall-ħarsien tal-popolazzjoni ċivili, anke permezz ta" l-edukazzjoni, u li jagħti informazzjoni speċjali dwar l-għajnuna lill-vittmi ta" l-ERW;

7.  Jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE kollha li użaw il-munizzjon tat-tip cluster biex jipprovdu l-għajnuna lill-popolazzjonijiet affettwati;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid b'urġenza l-għajnuna finanzjarja lill-komunitajiet u lill-individwi affettwati minn munizzjon tat-tip cluser li ma splodiex, permezz ta" l-istrumenti kollha disponibbli;

9.  Iħeġġeġ lill-istati kollha li m'humiex firmatarji għall-Protokoll V dwar l-ERW biex jiffirmawh u jirratifikawh, u biex jirrispettaw it-tifsira tiegħu waqt il-perjodu interim;

10.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Istati Membri ta' l-UE biex jistabbilixxu mandat għan-negozjar ta' protokoll ġdid għas-CCW li jittratta l-problemi umanitarji kollha marbuta ma" l-użu ta" munizzjon tat-tip cluster, u jiddispjaċih li s'issa għadu ma sar l-ebda progress reali;

11.  Jitlob lill-Kunsill biex jadotta pożizzjoni komuni biex l-Istati Membri kollha ta" l-UE jimpenjaw ruħhom biex jinkiseb mandat b'saħħtu għal negozjati fis-CCW u biex jappoġġja b'mod attiv il-Proċess ta" Oslo;

12.  Jiġbed l-attenzjoni li biex kwalunkwe strument internazzjonali jkun effettiv, dan irid jinkludi talanqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

   a) projbizzjoni fuq l-użu, il-manifattura, l-iffinanzjar, it-trasferiment u l-ħażna ta" munizzjon tat-tip cluster;
   b) projbizzjoni fuq għajnuna lil kulmin juża, jimmanifattura, jittrasferixxi jew jaħżen munizzjon tat-tip cluster;
   c) obbligu li jinqerdu l-ħażniet ta" munizzjon tat-tip cluster f'perjodu ta' żmien speċifikat, li għandu jkun qasir kemm jista' jkun;
   d) obbligu li jiġu mmarkati, imdawra u mnaddfa z-zoni kontaminati mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn skadenza speċifikata, u li tiġi stabbilita u tinżamm kapaċità effettiva biex jittieħdu dawn l-azzjonijiet; obbligu li tingħata l-għajnuna permezz ta' mmarkar u iżolament u twissijiet oħra, flimkien ma' edukazzjoni dwar ir-riskji u tindif taz-zoni affetwati; l-utenti ta' munizzjon tat-tip cluster għandu jkollhom obbligi speċjali biex jipprovdu għajnuna bħal din, inkluż il-provvediment ta" informazzjoni f'waqtha u dettaljata dwar l-użu;
   e) obbligu li tingħata għajnuna lill-vittmi, pereżempju bl-implimentazzjoni tal-ġbir ta" data, il-kura medika ta' emerġenza u kontinwa, ir-rijabilitazzjoni fiżika, l-appoġġ psikoloġiku, l-inklużjoni soċjali, l-inklużjoni u/jew ir-reintegrazzjoni ekonomika, l-appoġġ legali u liġijiet u politiki dwar id-diżabilitajiet;

13.  Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew ikun irrappreżentat fil-konferenzi li se jsiru dalwaqt fil-qafas tal-Proċess ta" Oslo;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurta' Komuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri ta" l-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-"Koalizzjoni kontra l-Munizzjon tat-tip Cluster".

(1) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p.327.
(2) ĠU L 194, 26.7.2007, p.11.


Produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan
PDF 232kWORD 62k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan (2007/2125(INI))
P6_TA(2007)0485A6-0341/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill imressqa f'isem il-Grupp ALDE dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan (B6-0187/2007),

–   having regard to r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, li l-aktar waħda riċenti minnhom kienet dik tat-18 ta" Jannar 2006(1);

–   wara li kkunsidra r-rapport ta'l-Uffiċju tan-NU dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC) /Bank Dinji ta' l-2006 dwar 'L-Industrija tad-Droga ta' l-Afganistan',

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta" l-2007 maħruġ mill-UNODC f'Ġunju 2007

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2005/25 tat-22 ta" Lulju 2005 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU (ECOSOC) dwar it-trattament adegwat ta" l-uġigħ bl-użu ta" analġeżiċi li fihom l-opju. li tiddiskuti l-vijabilità ta" mekkaniżmu possibbli ta" assistenza li jiffaċilitatali trattament, ir-Riżoluzzjoni 2004/40 tal-21 ta" Lulju 2004 ta" l-ECOSOC dwar linji gwida għal trattament farmakoloġiku megħjun b'mod psiko-soċjali ta" persuni dipendenti fuq l-opjojdi, ir- Riżoluzzjoni 2005/26 ta" l-ECOSOC tat-22 ta" Lulju 2005 dwar id-domanda u l-provvista ta" opjati wżati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet mediċi u xjentifiċi, lir-Riżoluzzjoni 58.22 tal-25 ta' Mejju 2005 ta" l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (WHA) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer, ir-Riżoluzzjoni 55.14 tad-WHA tat-18 ta' Mejju 2002 dwar l-iżgurar ta" l-aċċessibilità ta" mediċini essenzjali, u r-rakkomandazzjonijiet finali tat-12-il Konferenza Internazzjonali ta" Awtoritajiet li Jirregolaw id-Drogi, li saret f'Seoul bejn it-3 u s-6 ta" April 2006, fejn ir-regolaturi ġew imħeġġa jaħdmu għal aċċess aħjar għal analġeżiċi narkotiċi;

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-missjonijiet tad-delegazzjoni ad hoc tiegħu fl-Afganistan, f'Lulju 2005, u l-missjoni ta" osservazzjoni ta" l-elezzjoni tiegħu f'Settembru 2005;

–   wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta" l-UE ta" Osservazzjoni ta" l-Elezzjoni ta" l-elezzjonijiet parlamentari u provinċjali li saru fit-18 ta" Settembru 2005;

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0341/2007);

A.   billi l-politiki internazzjonali dwar id-drogi huma msejsa fuq il-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ta" l-1961, l-1971 u l-1988 li jipprojbixxu, b'mod partikulari, il-produzzjoni, it-traffikar, il-bejgħ u l-konsum ta" firxa sħiħa ta" sustanzi lil hinn minn skopijiet mediċi jew xjentifiċi,

B.   billi r-rapport tal-UNODC bit-titolu "Afganistan: Stħarriġ dwar l-Opju 2006" jenfasizza li l-inħawi li jintużaw għat-tkabbir illeċitu tax-xaħxieħ laħqu livelli rekord ta' madwar 6,100 tunnellata fis-sena 2006, żieda ta' kważi 50% fuq il-figura tas-sena 2004,

C.   billi l-Istrateġija Nazzjonali Afgana għall-Kontroll tad-Drogi adottata f'Jannar ta" l-2006 indirizzat it-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda, modi ta' għixien alternattivi u t-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet tal-gvern, u billi l-Ministeru ta' Kontra n-Narkotiċi, stabbilit bl-appoġġ ta' flus ta" l-UE, huwa l-aġenzija ewlenija għat-twettiq ta' l-istrateġija.

D.   billi fl-1 ta' Awwissu 2006, il-Gvern ta' l-Afganistan waqqaf Kumitat għar-Regolamentazzjoni tad-Drogi, liema kumitat jinkludi fih uffiċċjali mill-Ministeri ta' Kontra n-Narkotiċi, tas-Saħħa u tal-Finanzi, sabiex 'jirregolaw il-liċenzjar, il-bejgħ, it-tqassim, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi kollha bi skopijiet leċiti fil-pajjiż',

E.   billi l-EU għandha tagħmel aktar sabiex ikun hemm tnaqqis drastiku fil-produzzjoni ta" l-opju (billi tipparteċipa fit-Fond Fiduċjarju Kontra n-Narkotiċi u l-Fond ta' Rendiment Tajjeb) minħabba li – skond l-Istħarriġ Annwali tal-UNODC ta" l-2007 dwar l-Opju fl-Afganistan – il-produzzjoni ta" l-opju fl-Afganistan issa laħqet livell ġdid tal-biżà, li huwa darbtejn ta" l-ammont prodott sentejn ilu biss; billi l-Afganistan prattikament sar il-fornitur esklussiv ta" l-aktar droga qattiela tad-dinja, b"93% tas-suq dinji ta" l-opjati, minkejja li ta" min jinnota li n-numru ta" provinċji ħielsa mill-opju aktar milli rdoppja, minn 6 fl-2006għal 13 fl-2007 minħabba skemi li rnexxew li jappoġġjaw għixien alternattiv u anki minħabba l-espansjoni tas-sigurtà fit-Tramuntana, u kif ukoll bis-saħħa ta' programm biex titqajjem kuxjenza inkluż sistema ta' ppremjar għall-dawk li jkollhom rendiment tajjeb, u li 50% tal-ħasda totali Afgana ta" l-opju tiġi mill-provinċja ta" Helmand,

F.   billi l-Bank Dinji u l-Fond Monetarju jistmaw li kważi 40% tal-PGD ta" l-Afganistan huwa relatat ma" l-opju, u billi l-UNODC jistma li 3.3 miljun persuna (minn popolazzjoni ta" aktar minn 31 miljun) huma involuti fis-settur tax-xaħxieħ, li jipproduċu dħul ta" USD 1,965 kull sena għal kull familja,

G.   billi fl-2007 il-valur tal-ħasda ta" l-opju kien jammonta għal US$ 1 biljun, jew 13% tal-PGD leċitu ta" l-Afganistan ta' USD 7.5 biljun, u billi l-valur potenzjali totali tal-ħasda ta" l-opju tal-pajjiż fl-2007 għall-bdiewa, sidien ta" laboratorji u traffikanti Afgan jilħaq mal-USD 3.1 biljun, li jirrappreżenta kważi nofs il-PGD leċitu tal-pajjiż, jew 32% ta" l-ekonomija totali inkluż is-settur ta" l-opju,

H.   billi l-inċentiv għall-bdiewa Afgani li jipproduċu l-opjati huwa prinċipalment wieħed finanzjarju u billi l-opjati liċenzjati jkollhom jipproduċu – sabiex ikunu ekonomikament attraenti – dħul akbar minn dak li jiġi mill-opjati llegali,

I.   billi l-Unjoni Ewropea għadha l-akbar donatur fir-rigward ta" sforzi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-provvista ta" l-opju permezz ta" proġetti li jippromwovu mezzi ta" għixien alternattivi – li huma meħtieġa ħafna sabiex jikkumplimentaw d-dieta nazzjonali - sabiex jieħdu post il-prodotti illiċiti,

J.   jiġbed l-attenzjoni għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni, kif stipulat fid-Dokument tal-KE ta" Strateġija tal-Pajjiż dwar l-Afganistan (2007 - 2013), li l-ekonomija dejjem tikber ta" l-opju u l-periklu ta" "ħtif ta" l-istat" minn narko-interessi hi theddida kritika għall-iżvilupp, il-bini ta" l-istat u s-sigurtà fl-Afganistan,

K.   billi jeżistu allegazzjonijiet sostanzjati li l-insurġenti, is-sinjuri tal-gwerra ("warlords"), it-Taliban u l-gruppi terroristiċi qed jiksbu l-biċċa l-kbira tal-fondi tagħhom min-negozju tan-narkotiċi illeċiti,

L.   billi fil-25 ta" Ġunju 2007, il-Kunsill Senlis, "think tank" internazzjonali dwar is-sigurtà u l-iżvilupp, ippreżenta Dossier Tekniku dettaljat dwar il-mod ta" kif proġett "Poppy for Medicine" msejjes fl-irħula jista' jaħdem fl-Afganistan, inkluż Sistema Integrata ta" Kontroll Soċjali, il-produzzjoni ta" mediċini Afgani fil-livell ta" l-irħula, id-diversifikazzjoni ekonomika obbligatorja u l-iżvilupp rurali ġenerali,

M.   jinnota li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) indikat li 10 pajjiżi jikkunsmaw 80% ta" l-opjati legali li huma disponibbli madwar id-dinja, u li l-180 stat li jibqa" jinkludu l-maġġoranza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma 80% tal-popolazzjoni tad-dinja; jinnota wkoll li l-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB) staqsa lill-komunita internazzjonali sabiex tipppromwovi l-preskrizzjoni ta" analġeżiċi, speċjalment f'pajjiżi foqra minħabba li huwa rapporti nuqqas ta" trattament sever f'aktar minn 150 pajjiż fejn kważi ħadd minn dawk li jeħtieġ trattament mhu qed jirċevih, u fi 30 pajjiż ieħor, fejn in-nuqqas ta" trattament suffiċjenti huwa aktar prevalenti jew m'hemmx data disponibbli,

N.   ifakkar li l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni tan-NU ta' l-1961 tistipula kundizzjonijiet li jirregolaw il-kultivazzjoni, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-opju taħt is-superviżjoni ta' aġenzija governattiva, u jinsisti li l-Gvern Afgan għandu jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-provinċji fin-Nofsinhar tal-pajjiż, fejn hemm kultivazzjoni eċċessiva ta' l-opju,

O.   billi l-INCB stqarr li hemm provvista globali eċċessiva ta' opjati għall-finijiet mediċi, anke jekk din l-evalwazzjoni ma" tqisx id-domanda potenzjali,

P.   billi skond ir-rapport imħejji mill-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi hemm provvista globali eċċessiva ta' opjati għall-finijiet mediċi,

Q.   billi l-kostituzzjoni Afgana tistipula li "l-istat għandu jiprojbixxi kull tip ta' kultivazzjoni u kutrabandu ta' narkotiċi", u billi il-liġi Afgana ta' l-2005 ta' kontra n-narkotiċi tipprovdi li eventwalment ikun hemm il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' sustanzi kontrollati fl-Afganistan,

R.   konvint li, għall-promozzjoni u t-tisħiħ tal-paċi u tas-sigurtà fl-Afganistan, il-preżenza internazzjonali jeħtieġ tiġi kumplimentata minn koperazzjoni ċivili dejjem akbar, sabiex jitrawmu l-progress soċjo-politiku u l-iżvilupp ekonomiku, u wkoll sabiex jintrebħu "l-qlub u l-imħuħ" tal-popolazzjoni lokali;

S.   jikkunsidra, għal darba oħra, il-prezz għoli ħafna u n-nuqqasijiet serji f'termini ta" effettività, ta" strateġija ta" kontra n-narkotiċi li ma tqisx id-diversità reġjonali, soċjali u ekonomika ta' l-Afganistan rurali meta tiżviluppa u tikkonċentra miżuri dwar l-eradikazzjoni u mezzi alternattivi ta" għajxien, u strateġija li tkun ibbażata biss fuq l-eredikazzjoni,

T.   billi l-promozzjoni ta" proċess ta" bini ta" isttiuzzjonijiet, id-demokratizzazzjoni u l-affermazzjoni ta" l-istat tad-dritt, sistema tajba tal-ġustizzja u r-rispett għad-drittijiet tal-binedem u d-drittijiet fundamentali jistgħu iseħħu biss permezz ta" politiki li ma jimponux soluzzjonijiet vjolenti bħall-qerda mġegħla tal-prodotti, fuq dawk li fihom infushom huma prattiki mhux vjolenti;

U.   billi l-ġlieda kontra l-produzzjoni tad-droga fl-Afganistan għandha tirrifletti approċċ differenzjat lokalità b'lokalità, billi l-isforzi kontra n-narkotiċi li jsiru kontra l-bdiewa jridu jkunu limitati bir-reqqa għal zoni fejn mezzi t'għixien legali jkunu possibbli (postijiet fejn l-aċċess għall-art u l-ilma jkun aħjar, fejn ikun hemm prossimita? għas-swieq u fejn il-proporzjon art/abitant ikun ogħla), u billi l-programmi ta' mezzi ta" għajxien alternattivi jridu jiffokaw b'mod speċjali fuq l-ifqar reġjuni li jkollhom riżorsi limitati, li wara kollox huma l-iżjed dipendenti fuq l-opju,

V.   billi d-Dokument ta" Strateġija tal-Pajjiż għall-perjodu 2007-2013 jiffoka b'mod xieraq fuq l-iżvilupp rurali u l-governanza, iżda jeħtieġ li jkun hemm iżjed enfasi fuq ir-riforma tal-ministeri Afgani responsabbli mill-kontroll fuq il-produzzjoni tad-droga, b'mod partikulari l-Ministeru għall-Intern,

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

   a) li jopponi, fil-qafas ta" programmi integrati għall-iżvilupp, li wieħed juża l-fumigazzjoni bħala mezz ta" kif jinqered ix-xaħxieħ fl-Afganistan;
   b) li jelabora u jippreżenta lill-Gvern Afgan, fil-qafas ta" programmi għat-tnaqqis tal-provvista illeċita sponsorjati mill-UE, pjan u strateġija komprensivi maħsuba biex jikkontrollaw il-produzzjoni tad-droga fl-Afganistan, billi tittejjeb il-governanza u tiġi missielta l-korruzzjoni fl-ogħla livelli ta' l-amministrazzjoni Afgana (b'attenzjoni speċjali fuq il-Ministeru għall-Intern), permezz ta' l-istrumenti legali internazzjonali eżistenti; li jiffoka l-azzjoni kontra t-traffikanti ewlenin fil-post; itejbu l-iżvilupp rurali komprensiv, partikularment fl-ifqar zoni u f'dawk li għadhom ma jipproduċux l-opju fuq skala kbira; jimpenjaw ruħhom fl-eradikazzjoni manwali bir-reqqa u b'mod selettiv; u jikkunsidra l-possibilità ta' proġetti pilota għall-konverżjoni ta' skala żgħira ta" partijiet mit-tkabbir illeċitu attwali tax-xaħxieħ f'għelieqi għall-produzzjoni ta" analġeżiċi legali msejsa fuq l-opju; li l-produzzjoni għandha tkun soġġetta għal sorveljanza stretta fuq il-post li mbagħad għandha tkun ikkomplementata b'monitoraġġ minn organizzazzjoni internazzjonali, bħall-UNDCP, li tissorvelja dik il-produzzjoni u tevita kwalunkwe żvijar illeċitu tal-prodott lejn swieq, illegali, oħra bħas-suq ta' l-eroina,
   c) li joffri l-għajnuna tiegħu fid-diskussjoni tal-possibilitajiet u l-fattibilità ta' proġett pilota xjentifiku bl-isem "Poppy for Medicine" li ser jinvestiga aktar dwar kif il-liċenzjar jista" jagħti kontribut sabiex jittaffa l-faqar, kontribut għad-diversifikazzjoni ta" l-ekonomija rurali, l-iżvilupp ġenerali u aktar sigurtà, u kif dan jista" jsir parti b'suċċess mill-isforzi multilaterali għall-Afganistan, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmu fis-seħħ sabiex jiġu esklużi dawk ir-reġjuni fejn il-kisbiet reċenti tat-twaqqif ta' l-istat tad-dritt u l-qerda jew it-tnaqqis sussegwenti tal-kultivazzjoni jistgħu jiġu pperikolati faċilment;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Islamika ta" l-Afganistan.

(1) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p 176.


Green Paper dwar titjib fl-effiċjenza ta' l-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru tal-kontijiet bankarji
PDF 213kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Green Paper dwar titjib fl-effiċjenza ta' l-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru tal-kontijiet bankarji (2007/2026 (INI))
P6_TA(2007)0486A6-0371/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar titjib fl-effiċjenza ta' l-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru tal-kontijiet bankarji (COM(2006)0618),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0371/2007),

A.   billi l-mod ta' ħlas mingħajr l-użu ta' kontanti u l-pagamenti transkonfinali għamlu progress determinanti u fl-isfond tas-SEPA (Żona Waħdanija ta' Ħlas bl-Euro) huma destinati li jinfirxu b'mod aktar wiesgħa.

B.   billi kważi l-Istati Membri kollha għandhom arranġamenti għall-eżekuzzjoni ta' miżuri ta' sekwestru, imma s-sistemi legali u r-rekwiżiti proċedurali differenti ifissru li l-eżekuzzjoni tagħhom ma' l-UE kollha tista' ssir biss permezz ta' proċeduri kumplikati u twal li jippermettu lid-debitori li jittrasferixxu flushom f'kontijiet barranin,

C.   billi proċedura unika Ewropea għall-każijiet transkonfinali tkun ta' benefiċċju għal dawk li jkollhom tilwim legali pendenti f'bosta pajjiżi u għall-istituzzjonijiet bankarji li jirċievu ordnijiet minn diversi Stati Membri,

D.   billi kreditur għandu jkun f'qagħda li jikkumbatti l-possibilità li d-debitur tiegħu eventwalment għal bosta drabi jittrasferixxi flus fuq kontijiet barranin,

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, permezz tal-Green Paper, ħadet l-inizjattiva ta' introduzzjoni ta' proċedura transkonfinali Ewropea biex jiġu ggarantiti d-depożiti fil-banek.

2.   jissuġġerixxi li, meta jsiru aktar studji, tinġabar wkoll data statistika sabiex jitkejjel kemm huma fil-fatt dawk il-każijiet li fihom id-debituri jevadu il-miżuri eżekuttivi meħuda kontrihom, u b'hekk tingħata indikazzjoni aktar eżatta dwar l-espedjenza tal-miżuri proposti;

3.  Jiffavorixxi l-introduzzjoni ta' sistema uniformi Ewropea li tkun indipendanti mir-regoli ta' eżekuzzjoni nazzjonali rispettivi u li tkun addizzjonali għalihom;

4.  Iqis li proċedura Ewropea awtonoma, koerenti u faċli għall-użu, għas-sekwestru ta' kontijiet bankarji, soġġetta għal salvagwardji proċedurali stretti, hija preferibbli minn armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri;

5.  Jenfasizza li din il-proċedura għandha tapplika biss għall-każijiet transkonfinali;

6.  Jenfasizza li r-regolamentazzjoni għandha tkun limitata għass-sekwestru ta' kontijiet u l-iffriżar temporanju ta' depożiti fil-banek, u taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha testendi għas-sodisfazzjoni tal-kreditur;

7.  Huwa tal-fehma li bħala kompetenza leġiżlattiva għal proċedura bħal din għandu jiġi kkunsidrat l-Artikolu 65, punt c, tat-Trattat KE;

8.  Jinnota li l-introduzzjoni ta' proċedura bħal din għandha tkun tista' tinbeda qabel ma jibdew il-proċeduri ewlenin;

9.  Jinnota li din hija sempliċement proċedura sommarja li teħtieġ li l-kreditur jagħti prova kredibbli tal-mertu tal-pretensjoni tiegħu u juri li l-każ tiegħu huwa urġenti u li l-jeddijiet tiegħu huma mhedda;

10.  Huwa tal-fehma li ordnijiet għandhom iservu biex jiffriżaw il-kontjiet, mhux biex jittrasferixxu fondi, sakemm ikun hemm ordni sussegwenti mill-qorti fl-Istat Membru fejn jinżamm il-kont, li permezz tiegħu għandha tiġi solvuta kull kwistkoni dwar il-prijorità tat-talbiet; huwa ta' l-opinjoni li assi li jaqbżu l-ammont tat-talbiet ta' kreditu, inklużi l-ispejjeż, m'għandhomx jiġu ffriżati;

11.  Huwa tal-fehma li hija meħtieġa stqarrija dwar ir-raġunijiet għall-ordni, pereżempju, minħabba r-riskju li l-assi jogħsfru; jinnota li għandu jkun hemm salvagwardji biex jiġi evitat li l-ordnijiet ikopru aktar kontijiet milli jkun meħtieġ;

12.  Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm bilanċ meqjus bejn id-drittijiet tal-kredituri li jirkupraw id-djun u l-forniment ta' protezzjoni xierqa tal-konvenut;

13.  Huwa tal-fehma li fejn kreditur jagħmel li jiġi sekwestrat kont tal-bank mingħajr raġunti tajba, ikun xieraq li huwa ikun responsabbli mill-ħsara li tirriżulta lid-debitur;

14.  Jemmen li għandha tingħata informazzjoni biżżejjed biex jiġi identifikat kont, anki jekk dan ikun ifisser li l-banek ikollhom jagħmlu tfittxija fuq l-isem u l-indirizz, liema tfittxjia għandha ssir b'kawtela;

15.  Iqis li huwa xieraq li tiġi eżaminata l-kwistjoni ta' rimborż ta' l-ispejjeż imġarrba mill-banek fl-ipproċessar ta' sekwestru ta' kontijiet;

16.  Huwa ta' l-opinjoni li l-kreditur għandu jkun obbligat li jagħti bidu għall-proċess prinċipali fi żmien perjodu definit;

17.  Huwa tal-fehma li għandha tkun permessa estensjoni jekk il-proċeduri legali ikunu għadhom ma ngħalqux b'mod aħħari, kemm-il darba l-proċeduri jitmexxew bid-diliġenza meħtieġa;

18.  Huwa tal-fehma li s-sekwestru ta' kontijiet tal-bank jeħtieġ li jkun suġġett għal limitu kwantitattiv sabiex jiġi evitat li ħafna flus jiġu ffriżati għall-benefiċċju tal-kreditur u sabiex jiġi protett id-debitur;

19.  Jisħaq, b' mod partikolari, dwar il-ħtieġa li d-debitur jiġi mħares fis-sens li għandha tiġi evitata ħsara lir-reputazzjoni tiegħu mingħajr ġustifikazzjoni u li għandu jkun iggarantit dak li huwa meħtieġ għall-għixien tiegħu;

20.  Jikkunsidra neċessarju bħala miżura għall-protezzjoni tad-debitur u biex jiġi evitat abbuż min-naħa tal-kreditur, li sakemm ma jkunx hemm titolu eżekuttiv mhux appellabbli, il-kreditur għandu jipprovdi garanzija, f'ammont li għandu jkun imsejjes fuq is-somma li għandha tiġi ffriżata;

21.  Jopponi limitu ta' eżenzjoni standard ma' l-UE kollha u jqis li għandu jitħalla f'idejn id-debitur li jinvoka il-limitu nazzjonali rispettiv dwar ammonti eżentati mis-sekwestru;

22.  Jemmen li d-debitur għandu jkollu l-jedd li jappella u jwaqqaf is-sekwestru billi jipprovdi garanzija; b'mod partikolari, fil-każ ta' appell jew talba ta' annullament tad-deċiżjoni tas-sekwestru, il-konvenut ma jistax jitpoġġa f'sitwazzjoni żvantaġġata għal dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji u t-tul tal-proċess;

23.  Huwa tal-fehma li kontijiet ta' fiduċjarji għandhom ikunu mħarsa b'mod speċjali mis-sekwestri; jikkunsidra li għandu jkun possibbli s-sekwestru ta' kontijiet konġunti suġġett għal garanziji u salvagwardji adegwati fir-rigward tad-drittijiet ta' partijiet terzi apparti d-debitur;

24.  Jenfasizza li fir-rigward ta' għoti ta' ordni ta' sekwestru għandu jkun żgurat li jinħolqu standards uniformi ma' l-Unjoni Ewropea għall-komunikazzjoni bejn il-qrati u l-banek (pereżempju, permezz ta' l-użu ta' formoli standardizzati);

25.   huwa ta' l-opinjoni li ordnijiet ta' sekwestru għandhom jiġu trażmessi b'mod li jiggarantixxi li jiġu notifikati lill-bank sa l-ewwel jum wara li jintbgħatu u li jiġu proċessati fi żmien 24 siegħa mill-identifikazzjoni tal-kont; jemmen li l-bank għandu jkun meħtieġ li javża b'mod uffiċjali lill-awtoritajiet eżekuttivi u lill-kreditur dwar il-fatt jekk il-fondi tad-debitur ġewx imblukkati; jemmen li l-bank għandu wkoll ikun meħtieġ li jinforma uffiċjalment lid-debitur meta l-ordni ta' sekwestru tidħol fis-seħħ; iqis li jkun tajjeb li jkunu disponibbli avviżi ta' notifika formali standardizzati, disponibbli għal-lingwi uffiċjali kollha ta' l-UE, u b'hekk tiġi eliminata jew titnaqqas il-ħtieġa għal traduzzjonijiet mfassla għal kull każ speċifiku;

26.  Huwa ta' l-opinjoni li l-att legali meħtieġ għall-iskopijiet ta' hawn fuq jista' jkun meħtieġ li jieħu l-forma ta' regolament;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, qabel ma tippreżenta proposta, tiċċara l-kwistjonijiet miftuħa, u f'partijiet minnhom diffiċli, permezz ta' studji fil-fond u estensivi, u b'mod partikolari billi twettaq valutazzjoni dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006
PDF 242kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006 (2007/2131(INI))
P6_TA(2007)0487A6-0301/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali rigward l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fl-2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 195, 230 u 232 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262/KEFA, KE, Euratom, tad-9 ta' Marzu 1994, rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar il-modifika ta' l-Artikolu 3 ta' l-Istatut ta' l-Ombudsman(2),

–   wara li kkunsidra l-ftehim ta' qafas dwar il-koperazzjoni li ġie konkluż bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman fil-15 ta' Marzu 2006, u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2005 dwar 'Setgħa li jkunu adottati u trasmessi komunikazzjonijiet lill-Ombudsman Ewropew u awtorità lill-impjegati ċivili li jidhru quddiem l-Ombudsman Ewropew (SEC(2005)1227),

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' l-Ombudsman tal-11 ta' Lulju 2006 indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, bil-għan li tippromwovi l-proċedura ta' reviżjoni ta' l-istatut ta' l-Ombudsman,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 195(2), it-tieni u t-tielet sentenzi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0301/2007),

A.   billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Ombudsman Ewropew fis-sena 2006 ġie ppreżentat uffiċjalment lill-President tal-Parlament Ewropew fit-12 Marzu 2007 u billi l-Ombudsman, Is-Sur Nikiforos Diamandouros, ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fit-2 Mejju 2007 fi Brussell,

B.   billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipula li "kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi trattat b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni",

C.   billi l-Artikolu 195(1) tat-Trattat KE u l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipulaw li 'kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju tagħha reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet, tal-korpi jew ta' l-aġenziji ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fl-irwol ġudizzjarju tagħha',

D.   billi, fil-kuntest taż-żieda tad-demokrazija parteċipatorja fl-Ewropa u ta' komunikazzjoni aħjar ta' l-Unjoni Ewropea liċ-ċittadini tagħha, huwa essenzjali li ċ-ċittadini jirċievu risposti immedjati u sostanzjali għall-mistoqsijiet, l-ilmenti u l-petizzjonijiet tagħhom mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, u billi huwa essenzjali li dawk l-istituzzjonijiet u korpi jirċievu r-riżorsi meħtieġa tal-baġit biex jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu tali tweġibiet fil-ħin u jkunu sostanzjali,

E.  E billi, minkejja li għaddiet leġiżlatura mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tas-6 ta' Settembru 2001, li fiha l-Parlament approva l-Kodiċi ta' l-Ombudsman Ewropew dwar il- Prattiki Tajba fl-aAmministrazzjoni u minkejja li l-leġiżlatura segwenti għaddiet diġà nofs it-terminu tagħha, l-istituzzjonijiet prinċipali l-oħra ta' l-Unjoni għadhom ma laqgħux l-istedina, li qed issir b'ċertu enfasi, biex iġibu l-prassi tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-istess kodiċi,

F.   billi fl-2006 in-numru ta' ilmenti stabbilizza ruħu fil-livell diġà għoli ta' l-2004, aktar minn tliet kwarti ta' tali ilmenti għadhom qed ikunu barra mill- kompetenza ta' l-Ombudsman l-aktar għaliex mhux qed jitressqu kontra istituzzjoni jew entità tal-Komunità,

G.   billi f'95 każ (jiġifieri 26% tal-każijiet eżaminati) l-investigazzjonijiet ta' l-Ombudsman ma sabux amministrazzjoni ħażina,

H.   billi l-attivitajiet ta' l-Ombudsman u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandhom jibqgħu separati u, bħala regola ġenerali, sabiex ikunu evitati kunflitti f'dak li jirrigwarda l-prerogattivi tagħhom, għandhom jinkludu rinviji reċiproċi tal-fajls rispettivi tagħhom b'effett definittiv,

I.   billi fl-2006 kien hemm tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina li ssolvew bonarjament, kif ukoll żieda daqstant sinjifikanti ta' investigazzjonijiet li ngħalqu b'kumment kritiku, u rata aktar baxxa ta' aċċettazzjoni ta' l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet ta' l-Ombudsman mill-istituzzjonijiet u entitajiet ta'l-Unjoni Ewropea,

J.   billi la l-kummenti kritiċi fid-deċiżjonijiet li għalqu każijiet bla rimedju ta' amministrazzjoni ħażina, u lanqas ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti speċjali ta' l-Ombudsman m'għandhom effett vinkolanti, peress li l-poteri tiegħu ma jestendux għall-għoti ta' rimedju dirett ta' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina, imma huma intenzjonati biex jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni fl-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea,

K.   billi t-tressiq ta' rapport speċjali lill-Parlament Ewropew jibqa' l-mezz aħħari ta' l-Ombudsman sabiex jieħu azzjoni meta istituzzjoni tirrifjuta li tikkonforma ma' rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman,

L.   billi mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Nizza il-Parlament gawda mill-istess dritt bħall-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex iressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta' inkompetenza, ksur ta' rekwiżit essenzjali ta' proċedura, ksur tat-Trattat KE jew ta' kwalunkwe liġi relatata ma' l-applikazzjoni tiegħu, jew użu ħażin ta' poteri,

M.   billi, fl-2006 l-Ombudsman għamel użu għaqli mill-poteri tiegħu, meta ppreżenta lill-Parlament żewġ rapporti speċjali(3) wara ċ-ċaħda, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ta' l-abbozz ta' rakkomandazzjoni relevanti,

N.  N billi l-approċċ il-ġdid ta' l-Ombudsman fir-rigward tal-Kummissjoni, li jikkonsisti fil-promozzjoni ta' kultura ta' servizz bħala parti integrata tal-prattiki ta' amministrazzjoni tajba u rimedju importanti sabiex azzjonijiet jew imġieba żbaljati jkunu korretti, għandu jkun imwettaq b'mod miftuħ fuq bażi kunsenswali,

O.   billi l-kummenti kritiċi magħmula mill-Ombudsman Ewropew rigward il-41 każ ta' amministrazzjoni ħażina msemmija fir-rapport ta' l-2006 (osservazzjonijiet kritiċi, rakkomandazzjonijiet u rapporti speċjali) jistgħu jservu bħala bażi sabiex fil-futur tkun evitata r-ripetizzjoni ta' żbalji u tħaddim ħażin billi jittieħdu u jiġu implimentati miżuri xierqa mill-istituzzjonijiet u minn korpi oħra ta' l-UE,

P.   billi l-koperazzjoni volontarja stabbilita mill-Ombudsman fin-Network Ewropea ta' l-Ombudsman ħadmet għal aktar minn għaxar snin bħala sistema flessibbli għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika u bħala mezz sabiex isiru lmenti lill-Ombudsman u lill-korpi simili oħra li huma l-aktar kapaċi jindirizzawhom,

Q.   billi l-irwol ta' l-Ombudsman bħala tutur taċ-ċittadin Ewropew żviluppa wara aktar minn għaxar snin ta' attività, wara l-ħolqien ta' l-Uffiċċju tiegħu, grazzi għall-indipendenza tiegħu u għall-iskrutinju fuq it-trasparenza ta' l-operat tiegħu, mwettaq b'mod demokratiku mill-Parlament Ewropew,

R.   billi l-Ombudsman iddikjara li għandu l-volontà li juża l-poteri tiegħu ta' inizjattiva proprja meta jsir ilment lilu minn ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti barra l-UE li f'oqsma oħra jkunu fl-ambitù tal-mandat tiegħu,

S.   billi fit-30 ta' Novembru 2006 l-Ombudsman u l-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data iffirmaw Memorandum ta' Ftehim rigward il-koperazzjoni u l-modalitajiet ta' l-eżerċizzju tal-poteri rispettivi tagħhom,

T.   billi fost il-prinċipji kardinali ta' l-integrazzjoni Ewropea hemm dak ta' l-ugwaljanza demokratika taċ-ċittadini Ewropej kollha, mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta' nazzjonalità jew lingwa, u li r-rapporti għadhom numerużi min-naħa taċ-ċittadini, ta' l-assoċjazzjonijiet jew l-impriżi li ma kisbux l-informazzjoni mitluba fil-lingwa tagħhom rigward proċedura komunitarja ta' appalt jew ta' kompetizzjoni,

U.   billi f'Lulju 2006 l-Ombudsman tenna t-talba tiegħu biex jikseb emendament ta' l-Istatut ta' l-Ombudsman u billi waħda mit-talbiet tiegħu, rigward l-emenda ta' l-Artikolu 3 ta' l-istatut diġà kienet approvata mill-Parlament Ewropew fuq il-bażi tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 msemmija hawn fuq,

1.  Japprova r-rapport annwali għall-2006 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew u japprova il-forma li fih ġie ppreżentat, fejn ġew ikkombinati sommarju ta' l-attivitajiet tas-sena u flimkien ma' analiżi tematika tad-deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman u tal-problemi imqajjma fil-fażijiet differenti tal-proċedura; madankollu jistieden lill-Ombudsman sabiex jintroduċi bidliet tekniċi sabiex il-qari tal-kapitli varji, bħal tabelli għall-istatistika u sommarji għas-sezzjoni analitika jkun aktar faċli;

2.  Jistieden sabiex l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha jingħataw r-riżorsi meħtieġa tal-baġit sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu tweġibiet immedjati u sostantivi għall-mistoqsijiet, l-ilmenti u l-petizzjonijiet tagħhom;

3.  Jikkunsidra li l-Ombudsman kompla jeżerċita l-poteri tiegħu b'mod bilanċjat u dinamiku, kemm f'dak li jirrigwarda l-eżaminazzjoni u t-trattament ta' l-ilmenti, kif ukoll it-tmexxija u l-konklużjoni ta' l-investigazzjonijiet, u fiż-żamma ta' relazzjonijiet kostruttivi ma' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u t-tħeġġiġ liċ-ċittadini sabiex jisħqu fuq id-drittijiet tagħhom quddiem l-amministrazzjoni pubblika Komunitarja;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman Ewropew sabiex ikompli bl-isforzi tiegħu u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu b'mod effettiv u flessibbli sabiex f'għajnejn iċ-ċittadin huwa jkun jirrappreżenta l-gwardjan ta' amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet Ewropej;

5.  Jenfasizza li l-objettiv prinċipali ta' l-intervent ta' l-Ombudsman huwa li jilħaq riżoluzzjoni amikevoli bejn ir-rikorrent u l-istituzzjoni, biex b'hekk jevita kawża fil-qrati;

6.  Jaqbel li t-terminu 'amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta'l-istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Komunità' għandu jkun interpretat b'mod wiesa' biex jinkludi mhux biss atti amministrattivi illegali jew ksur ta' regoli jew prinċipji legali mandatorji, imma jinkludi wkoll, bħala eżempju, każijiet fejn l-awtoritajiet amministrattivi tgħażżnu, kienu negliġenti jew urew nuqqas ta' trasparenza jew kisru prinċipji oħra ta' amministrazzjoni tajba;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman sabiex ikompli jippromwovi kultura ġenwina ta' servizz bħala komponent integrali ta' prattika amministrattiva tajba sabiex jiżgura li l-amministrazzjoni pubblika ta' l-Unjoni Ewropea tkun immirata lejn il-ftuħ u d-djalogu mal-membri tal-pubbliku li jużaw is-servizzi tagħhom, jirrikonoxxu u jiskużaw ruħhom għal żbalji u jfittxu soluzzjonijiet sodisfaċenti għal ilmenti;

8.  Jikkunsidra li mhux biżżejjed li wħud mill-istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji oħra, primarjament il-Kummissjoni u l-Kunsill, adottaw kodiċijiet separati ta' mġieba amministrattiva tajba: fil-każ tal-Kummissjoni, il-kodiċi tat-13 ta' Settembru 2000 għar-relazzjonijiet ta' l-istaff tagħha mal-pubbliku, u fil-każ tal-Kunsill, il-kodiċi tal-25 ta' Ġunju 2001għar-relazzjoni professjonali ta' l-istaff tiegħu mal-pubbliku;

9.  Jinnota li l-"Kodiċi Ewropew ta' Mġieba Amministrattiva Tajba" propost mill-Ombudsman Ewropew u approvat mill-Parlament Ewropew fis-6 ta' Settembru 2001 jkopri l-istaff ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji kollha, u b'differenza mill-kodiċijiet l-oħra, ġie aġġornat regolarment u ppubblikat fuq il-website ta' l-Ombudsman;

10.  Jenfasizza li l-effikaċja tiegħu ġiet spjegata erga omnes lill-President tal-Parlament mill-Ombudsman b'ittra tal-11 ta' Marzu 2002 li ġiet ukoll ippublikata fuq il-website ta' l-Ombudsman; għalhekk jikkunsidra li ebda kodiċi ieħor applikabbli f'ambitu ristrett ma jista jissostitwixxi jew jidderoga mill-kodiċi ta' mġieba "Ewropew";

11.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jikkoperaw b'mod kostruttiv ma' l-Ombudsman fil-fażijiet kollha tal-proċeduri, u sabiex jonoraw soluzzjonijiet amikevoli, ikun hemm segwitu għall-kummenti kritiċi, u japplikaw l-abbozzi ta' rakkomandazzjoni tiegħu;

12.  Jinkuraġġixxi lill-Ombudsman sabiex kull sena jagħmel lista ta' l-aħjar prattiki amministrattivi u lista ta' dawk li ma jikkonformawx mad-deċiżjonijiet tiegħu, u biex jippreżenta studju dwar ir-riżultat tal-kummenti kritiċi;

13.  Iħeġġeġ lil dawk suġġetti ta' kummenti kritiċi sabiex jirrispettaw u jikkunsidraw dawk il-kummenti fl-azzjonijiet futuri tagħhom, sabiex ikunu evitati kwalunkwe każijiet ta' inkonsistenza bejn id-dikjarazzjonijiet uffiċjali u l-azzjonijiet jew in-nuqqas amministrattivi;

14.  Ifakkar lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet komunitarji kollha dwar l-obbligi tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(4), li għandu jkun applikat b'mod effettiv minn ta' l-inqas sabiex il-proposta ta' reviżjoni li bħalissa qed tiġi eżaminata, tkun kredibbli, kif ukoll dawk li joħorġu mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(5) ;

15.  Jerġa' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża b'mod tajjeb il-poteri ta' diskrezzjoni tagħha biex tagħti bidu għal proċedura ta' ksur skond l-Artikolu 226 tat-Trattat KE jew biex tipproponi penali skond l-Artikolu 228 tat-Trattat KE, filwaqt li tevita b'attenzjoni kbira dewmien jew nuqqas ta' azzjoni li mhux ġustifikata, li huma inkompatibbli mal-poteri tal-Kummissjoni għas-sorvlejanza ta' l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja;

16.  Jikkunsidra li, jekk istituzzjoni tirrifjuta li ssegwi rakkomandazzjoni f'rapport speċjali ta' l-Ombudsman minkejja li l-Parlament kien approva dik ir-rakkomandazzjoni, il-Parlament jista', b'mod leġittimu, juża l-poteri tiegħu biex iressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rigward att jew nuqqas li kien suġġett ta' rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman;

17.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji kollha kif ukoll lir-rappreżentanti permanenti ta' l-Istati Membri sabiex jikkoperaw biex ikun hemm trasparenza u rispett tar-regoli ta' amministrazzjoni tajba msemmija f'dan ir-rapport, mingħajr ma jitfgħu r-responsabbilità fuq iċ-ċentri ta' poter, bħall-Presidenza tal-Kunsill jew ta' Kunsill Superjuri ta' l-Iskejjel Ewropej, li huwa diffiċli li jiġu kkontrollati mill-Ombudsman;

18.  Jitlob lill-Uffiċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex jassigura r-rispett effettiv u sħiħ tar-regoli u l-prattiċi stabbiliti fir-rigward tat-trasparenza tal-proċeduri tal-kompetizzjonijiet, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-aċċess tal-kandidati għal informazzjoni li tirrigwardhom dwar l-eżamijiet ikkoreġuti, dwar l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni lingwistika u sabiex ma jaħarbux mir-responsabbilitajiet tagħhom billi jirriferu għad-deċiżjonijiet meħuda mil-bordijiet ta' l-għażla;

19.  Jilqa' tajjeb id-dikjarazzjoni ta' l-Ombudsman Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jittratta l-attivitajiet ta' self tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) barra l-UE billi juża l-poteri tiegħu ta' inkjesta, u jinnota li l-Ombudsman se jkollu bżonn jevalwa u jiżgura l-kapaċità interna li jaffronta l-ilmenti f'dak ir-rigward;

20.  Jistieden lill-Ombudsman sabiex jikkunsidra l-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim mal-Bank Ewropew ta'l-Investiment (BEI) dwar il-metodi ta' koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-poteri ta' l-Ombudsman li jinvestiga lmenti rigward każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-BEI, u huwa tal-fehma li l-BEI huwa l-aħjar pożizzjoni biex b'mod attiv jinforma liċ-ċittadini affettwati mill-proġetti ffinanzjati mill-Bank dwar il-possibilità li jsir ilment lill-Ombudsman, inkluż fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti barra l-UE;

21.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman jista' jmexxi inkjesti rigward l-imġieba ta' korpi li qed joperaw taħt it-tielet pilastru ta' l-UE,

22.  Jinnota li l-Ombudsman ippreżenta żewġ rapporti speċjali hawn fuq imsemmija, li minnhom wieħed diġà kellu effett utli u l-ieħor se jiġi eżaminat fil-Parlament; jappoġġa l-konklużjonijiet indirizzati mill-Ombudsman lill-Presidenza tal-Kunsill rigward il-ħtieġa li jkunu applikati regoli konsistenti dwar il-lingwi użati mill-Presidenzi tal-Kunsill u dwar il-ħtieġa li jkun iċċarat l-istatus tal-Presidenza bħala parti mill-Kunsill bħala istituzzjoni;

23.  Kieku jilqa' l-issikkar tal-proċeduri parlamentari interni sabiex fil-futur jiggarantixxu pproċessar mħaffef tar-rapport annwali ta' l-Ombudsman mill-Kumitat Parlamentari għall-Petizzjonijiet;

24.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman sabiex jippreżenta lill-Parlament it-talbiet li jqis xierqa biex jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni bejn is-servizzi reċiproki u tissaħħaħ il-koperazzjoni, fil-qafas stabbilit mill-Artikolu 1 tal-Ftehim ta' Qafas dwar il-koperazzjoni tal-15 ta' Marzu 2006, b'referenza partikolari għas-settur tal-komunikazzjoni, ta' l-informazzjoni teknoloġika u tat-traduzzjoni;

25.  Jinsab kuntent li nżammu relazzjonijiet kostruttivi mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, kemm fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' l-Ombudsman fil-laqgħat tal-Kumitat kif ukoll fir-rigward tar-rispett reċiproku tal-kompetenzi u l-prerogattivi; għalhekk jistieden lill-Ombudsman sabiex jippreżenta, fil-ħin, lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-pożizzjoni tiegħu dwar l-investigazzjonijiet l-aktar importanti, mibdija mill-uffiċju tiegħu, sabiex jintlaħqu sinerġiji utli;

26.  Jikkonferma l-parir favorevoli tiegħu, li esprima fl-2001, dwar it-talba għall-emendament ta' l-Istatut ta' l-Ombudsman fir-rigward ta' l-aċċess għad-dokumenti u s-smiegħ tax-xhieda, billi jilqa' l-prinċipju li t-tibdil mitlub sussegwentement iservi sabiex ikunu ċċarati l-poteri ta' l-Ombudsman, fid-dawl ta' l-eżigenzi li dejjem qed jikbru fil-qadi ta' dmirijietu u l-fatt li fil-prattika, l-istituzzjonijiet prinċipali Ewropej diġà aċċettaw il-biċċa l-kbira minnhom;

27.  Jenfasizza li dawn il-bidliet m'għandhomx jaffettwaw il-bażi u n-natura ta' l-irwol ta' l-Ombudsman bħala gwardjan ta' l-interessi taċ-ċittadin fir-rigward ta' l-amministrazzjoni pubblika ta' l-Unjoni Ewropea;

28.  Jirrikonoxxi l-kontribut utli tan-Network Ewropew ta' l-Ombudsman, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, fl-iżgurar ta' rimedji extra-ġudizzjarji;

29.  Jinkoraġġixxi l-konsultazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b'mod konġunt man-Network Ewropew ta' l-Ombudsman, sabiex ikunu risolti l-kwistjonijiet li diġà ġew trattati bħala suġġett ta' petizzjonijiet;

30.  Jilqa' l-partiċipazzjoni li dejjem qed tikber tal-midja fl-ippubblikar tal-ħidma ta' l-Ombudsman, u jfaħħar l-istrateġija ta' komunikazzjoni adottata mill-Ombudsman bl-użu ta' mezzi varji biex iċ-ċittadin ikun infurmat u titqajjem kuxjenza, billi jkun hemm għajnuna fl-istabbilizzazzjoni ta' varjetà ta' forom ta' djalogu sabiex iċ-ċittadini jitressqu aktar qrib ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea, li għalhekk, fuq medda ta' żmien, għandha twassal għal aktar għarfien tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-kompetenzi tal-Komunità, kif ukoll għal aktar fehim ta' l-ambitu ta' kompetenza ta' l-Ombudsman;

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Ombudsman tagħhom u lill-korpi kompetenti simili.

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2002/262/KE, KEFA, Euratom, (ĠU L 92, 9.4.2002, p. 13).
(2) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 336.
(3) Rapport Speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-abbożż ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta'l-Unjoni Ewropew fir-rigward ta'l-ilmenti 1487/2005/GG u Rapport Speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-abbożż ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta'l-Unjoni Ewropew fir-rigward ta'l-ilmenti 289/2005/(WP)GG.
(4) ĠU L 145, 31.5.2001, p.43.
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p.31. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


Iran
PDF 219kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-Iran
P6_TA(2007)0488RC-B6-0406/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, b'mod partikolari dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li għalihom kollha l-Iran huwa stat kontraenti,

–   wara li kkunsidra d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Iran,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tiegħu dwar it-tħaġġir sal-mewt ta' raġel fl-Iran u d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza ta' l-UE u d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Ferrero-Waldner dwar it-tħaġġir sal-mewt tas-Sur Jafar Kiani,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet mill-Presidenza f'isem l-UE tal-25 ta' Mejju 2007 u tat-3 ta' Awwissu 2007 dwar il-kundanna għall-mewt ta' Sian Paymard, il-kundanni għall-mewt ta' Adnan Hassanpour u Abdolvahed "Hiva" Botimar, l-eżekuzzjoni imminenti tas-Sur Behnam Zare u l-kundanna għall-mewt tas-Sur Ali Mahin Torabi,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi s-sitwazzjoni fir-Repubblika Islamika ta' l-Iran rigward l-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u l-libertajiet politiċi marret għall-agħar f'dawn l-aħħar sentejn, b'mod partikolari mill-elezzjonijiet presidenzjali ta' Ġunju 2005 'l hawn, minkejja l-fatt li l-Iran impenja ruħu biex jippromwovi u jħares id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali skond l-istrumenti internazzjonali varji f'dan il-qasam,

B.   billi n-numru ta' eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż dawk ta' minorenni u omosesswali, ta' sikwit imwettqa fil-pubbliku bil-forka jew bit-tħaġġir, żdied b'mod drammatiku, u tella' n-numru ta' eżekuzzjonijiet irreġistrati mill-bidu ta' l-2007 għal ta' l-inqas 244(1), numru li jaqbeż il-177 eżekuzzjoni rreġistrata fl-2006,

C.   billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU, tul it-62 sessjoni tagħha fl-2007, se tivvota fuq riżoluzzjoni li ssejjaħ għal moratorju globali fuq l-eżekuzzjonijiet, li għandu jkun introdott bħala pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt,

D.   billi riċentement, għall-ewwel darba, ġurnalisti - Adnan Hassanpour u Abdolvahed Botimar - kienu kkundannati għall-mewt,

E.   billi għadha mifruxa l-prattika tat-tortura u t-trattament ħażin tal-priġunieri, il-priġunerija f'ċellel waħidhom, id-detenzjoni klandestina, l-applikazzjoni ta' kastigi krudili, inumani u degradanti u l-impunità ta' l-aġenti ta' l-istat,

F.   billi hemm numru dejjem jikber ta' intelletwali li qed ikunu arrestati u billi riċentement il-mewġa ta' ripressjoni kienet estiża għal persuni b'ċittadinanza doppja, li jiffaċċjaw l-iktar akkużi serji ta' kollaborazzjoni ma' qawwiet barranin jew spjunaġġ,

G.   billi diversi attivisti li huma parti mill-moviment għad-drittijiet tan-nisa qed ikunu, jew kienu, imħarrka għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-kampanja 'miljun firma', kampanja bl-għan li tikseb ir-revoka ta' liġijiet li jiddiskriminaw kontra n-nisa u li tippjana li tissottometti dawk il-miljun firem quddiem il-Parlament Nazzjonali (Majlis),

H.   billi l-Iran għadu mhux stat kontraenti tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tan-NU,

I.   billi f'Ġunju 2007 l-awtoritajiet Iranjani riċentement ħadu azzjoni ripressiva ħarxa kontra żewġ organizzazzjonijiet ta' l-istudenti f'Tehran; billi dan irriżulta f'arresti, għalkemm numru minn dawn l-istudenti kienu sussegwentement illiberati bi pleġġ; billi barra minn hekk l-Assoċjazzjoni ta' Alunni ta' l-Iran kienet magħluqa, bi ksur tal-liġi Iranjana u ta' l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem dwar id-dritt li wieħed jissieħeb f'xi għaqda,

J.   billi wara l-introduzzjoni tal-linji gwida ta' proċedura għall-pubblikazzjoni mill-Ministeru tal-Kultura u l-Gwida Islamika ssaħħet iċ-ċensura, il-ġurnalisti qed ikunu dejjem aktar ippersegwitati u mitfugħa l-ħabs, waqt li fl-istess ħin il-mezzi tax-xandir qed jingħalqu b'mod regolari mill-awtoritajiet,

K.   billi r-ripressjoni tal-moviment trejdjunjonistiku żdiedet, bl-arresti ta' mexxejja magħrufa bħal Mansour Osanlou, il-president tas-Sindakat tal-Ħaddiema tal-Kumpannija tal-Karozzi tal-Linja ta' Tehran u s-Subborgi (SWTBC), u l-viċi tiegħu, Ebrahim Madadi, kif ukoll Mahmoud Salehi, l-ex president ta' l-Għaqda tal-Furnara,

L.   billi l-minoranzi qed ikunu dejjem aktar diskriminati u ppersegwitati minħabba r-reliġjon jew l-oriġini etnika tagħhom, b'mod partikulari fir-reġjuni tal-fruntieri (Kurdistan, Khuzestan, Sistan-Baluchistan, Ażerbajġan), u bill dan jinkludi l-issuktar tad-detenzjoni tagħhom u l-kundanni għall-mewt ta' uħud mill-membri tagħhom,

M.   billi l-membri tal-komunitajiet reliġjużi tal-Baha'i ma jistgħux jeżerċitaw il-fidi, huma esposti għall-persekuzzjoni iebsa u huma mċaħħda minn kważi kull dritt ċivili (eż. dritt għall-propjetà, aċċess għall-edukazzjoni ogħla) u billi s-siti reliġjużi tagħhom qed ikunu vvandalizzati,

N.   billi l-Iranjani li fittxew l-ażil u li ntbagħtu lura lejn l-Iran minn pajjiżi terzi ikunu f'riskju serju ta' persekuzzjoni, kif deher mill-każ riċenti ta' Rasool Ali Mezrea, membru ta' l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni Al Ahwaz li kien mhedded bl-eżekuzzjoni wara li ntbagħt lura b'mod sfurzat mis-Sirja, minkejja l-istatus tiegħu ta' rifuġjat rikonoxxut mill-UNHCR,

1.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittjiet tal-bniedem fl-Iran tul dawn l-aħħar snin; jappella lill-awtoritajiet Iranjani biex jonoraw l-obbligi tagħhom skond l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti relatati rratifikati mill-Iran billi jippromwovu l-valuri universali u jagħtu lil kullħadd id-dritt li jeżerċita d-drittijiet ċivili u l-libertajiet politiċi;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-eżekuzzjoni permezz tat-tħaġġir tas-Sur Jafar Kiani fil-5 ta' Lulju 2007 fir-raħal ta' Aghchekand (Provinċja ta' Qazvin ) u jitlob lill-awtortajiet Iranjani biex jimplimentaw il-moratorju li ddikjaraw fuq it-tħaġġir; jitlob bil-qawwa li l-Kodiċi Penali Islamiku ta' l-Iran ikun irriformat biex jitneħħa t-tħaġġir;

3.  Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda drammatika fir-ripressjoni tal-movimenti tas-soċjetà ċivili fl-Iran tul din l-aħħar sena; jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex iġibu fit-tmiem ir-ripressjoni ħarxa kontra d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, l-ttivisti tal-kampanja għall-'miljun firma', il-movimenti ta' l-istudenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-minoranzi, l-intelletwali, l-għalliema, il-ġurnalisti, il-bloggisti u t-trejdjunjonisti;

4.  Ifakkar lill-Gvern ta' l-Iran fl-obbligi tiegħu, bħala firmatarju tal-Pattijiet Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, biex iħares id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, b'mod partikulari l-libertà ta' l-opinjoni, u jitlob li jinħelsu l-priġunieri tal-kuxjenza kollha;

5.  Huwa xxukjat minn numru dejjem jiżdied ta' eżekuzzjonijiet irreġistrati, b'ħafna minnhom ikun ġew soġġetti għal proċessi ġuridiċi inġusti;

6.  Jitlob lill-Iran biex jirrispetta bis-sħiħ il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tiegħu u biex jagħti d-dritt għal proċess ġust lill-individwi kollha, b'mod partikulari billi jippermettilhom l-aċċess għal avukat mill-bidu tal-proċess ġuridiku; iħeġġeġ biex tingħata għajnuna medika xierqa bla kundizzjonijiet lil dawk il-priġunieri li saħħithom mhix tajba;

7.  Jikkundanna bil-qawwa l-kundanni għall-mewt u l-eżekuzzjonijiet fl-Iran, b'mod partikulari dawk imposti u/jew imwettqa fuq delinkwenti żgħażagħ u minorenni, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jirrispettaw is-salvagwardji legali rikonoxxuti internazzjonalment rigward il-minorenni bħall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-NU;

8.  Jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex jimplimentaw il-projbizzjoni fuq it-tortura li kienet imħabbra mill-Kap tal-Ġudikatura f'April 2004;

9.  Jitlob lill-Parlament Iranjan biex jemenda l-Liġi ta' l-Istampa u l-Kodiċi Penali u biex jagħmilhom konformi mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u b'mod partikulari biex jirrevoka d-dispożizzjonijiet kriminali kollha li jittrattaw l-espressjoni ta' opinjonijiet b'mod paċifiku, inkluż fl-istampa;

10.  Jitlob li l-ħafna organi ta' l-istampa li kienu mġiegħla jagħlqu jew ġew iċċensurati jiġu permessi jaħdmu skond ir-regoli stabbiliti tal-libertà ta' l-istampa;

11.  Jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex iħaffu l-proċess ta' investigazzjoni fl-imwiet suspettużi u l-qtil ta' intelletwali u attivisti politiċi, biex l-awturi allegati jittellgħu quddiem qorti;

12.  Jappella lill-membri tal-Majlis biex urġentement jemendaw il-Kodiċi Penali sabiex jittrasformaw il-moratorju fuq it-tħaġġir fi projbizzjoni definittiva, u biex jadottaw leġiżlazzjoni li tagħmel illegali l-eżekuzzjoni ta' delinkwenti żgħażagħ u l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt għall-atti omosesswali jew adulterju;

13.  Jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex jimplimentaw is-salvagwardji kollha meħtieġa f'każijiet ta' piena tal-mewt u biex jillimitaw l-ambitu ta' reati li għalihom tapplika, bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; jistieden lill-poplu Iranjan biex jappoġġja l-kampanja bit-titolu 'Inwaqqfu l-Piena tal-Mewt: id-Dinja tiddeċiedi' mibdija mill-Koalizzjoni Dinjija kontra l-Piena tal-Mewt (WCADP) u organizzazzjonijiet non governattivi oħra;

14.  Jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex jirrispettaw is-salvagwardji legali rikonoxxuti fir-rigward ta' persuni minn minoranzi reliġjużi, kemm jekk huma rikonoxxuti uffiċjalment u kemm jekk le; jikkundanna n-nuqqas ta' rispett attwali tad-drittijiet tal-minoranzi u jitlob li l-minoranzi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha mogħtija mill-Kostituzzjoni Iranjani u l-liġi internazzjonali; jitlob ukoll lill-awtoritajiet biex jeliminaw kull forma ta' diskriminazzjoni għal raġunijiet reliġjużi jew etniċi kontra persuni minn minoranzi, bħall-Kurdi, l-Ażeri, l-Għarab, il-'Baluchis' u l-Baha'i; b'mod partikulari jitlob li titneħħa l-projbizzjoni de facto fuq il-prattika tal-fidi Baha'i;

15.  Jitlob lill-awtortajiet Iranjani biex jeħilsu mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri tal-kuzjenza kollha, b'mod partikulari il-ġurnalisti Emaddedin Baghi, Ako Kurdnasab, Ejlal Ghavami, Mohammad Sadegh Kaboudvand, Said Matinpour, Adnan Hassanpour, Abdolvahed Botimar, Kaveh Javanmard u Mohammad Hassan Fallahieh, it-trejdjunjonisti Mansour Osanlou, Ebrahim Madadi u Mahmoud Salehi, u l-istudenti Ehsan Mansouri, Majid Tavakoli u Ahmad Ghassaban; tikkundanna l-arrest u l-priġunija tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem, it-Tabib Sohrab Razzaghi fl-24 ta' Ottubru 2007, u teżigi li jiġi meħlus immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet;

16.  Iħeġġeġ lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex tivvota fuq riżoluzzjoni li b'mod espliċitu u deċiżiv tikkundanna l-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem fl-Iran u biex tadotta miżuri urġenti biex twaqqaf il-mewġa reċenti ta' eżekuzzjonijiet fl-Iran;

17.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jissorveljaw mill-qrib l-iżviluppi fl-Iran u biex iqajmu każijiet konkreti ta' abbuż tad-drittjiet tal-bniedem; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jippreżentaw rapporti dwar l-immonitorjar tal-qagħda fl-Iran;

18.  Jipproponi li jerġa' jibda d-Djalogu bejn l-UE u l-Iran dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li ilu wieqaf minn Ġunju 2004;

19.  Itenni l-apoġġ tiegħu għal dawk l-organizzazzjonijiet u l-individwi kollha fl-Iran li jfittxu d-djalogu fil-ġlieda tagħhom għad-drittijiet demokratiċi;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħmel mill-aħjar biex tappoġġja l-iskambji akkademiċi, soċjoekonomiċi, kulturali u tas-soċjetà ċivili bejn l-Ewropa u l-Iran fl-interess ta' djalogu miftuħ, b'mod partikulari permezz ta' Strument ġdid għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

21.  Jitlob lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex ma jkeċċux lil persuni Iranjani li qed ifittxu kenn, fosthom dawk li huma ppersegwitati fuq il-bażi ta' l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, u jitlob lill-Greċja biex ma tibgħatx lil Mohammad Hassan Talebi, Mohammad Hossein Jaafari u Vahid Shokoohi Nia lura lejn l-Iran;

22.  Jagħi istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tas-CFSP, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kap tal-Qorti Suprema Statali ta' l-Iran u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Islamika ta' l-Iran.

(1) Sors: Amnesty International kif kien irreġistrat sat-18 t'Ottubru 2007.


Pakistan
PDF 210kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Pakistan
P6_TA(2007)0489RC-B6-0409/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Pakistan, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Lulju 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Koperazzjoni ta" l-24 ta" Novembru 2001 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan dwar Sħubija u Żvilupp,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar il-Kashmir(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi Benazir Bhutto, il-President għal Ħajjitha tal-Partit tal-Poplu tal-Pakistan (PPP) irritornat fil-Pakistan fit-18 ta" Ottubru 2007; billi r-ritorn tas-Sinjura Bhutto f'Karachi kien immarkat b'attakk orribbli ta' bomba fejn mietu iktar minn 130 persuna u ndarbu iktar minn 500 persuna; u billi l-klima digà fraġli ta" qabel l-elezzjoni fil-Pakistan saħnet iktar minħabba dan l-attakk,

B.   billi falla wkoll attentat minn Nawaz Sharif, il-President tal-Lega Musulmana tal-Pakistan, biex jirritorna fil-Pakistan, minħabba li hu kien imġiegħel iħalli l-pajjiż immedjatament kif wasal,

C.   billi hemm sinjali ċari ta" militarizzazzjoni tal-Pakistan u ta' irwol dejjem jikber tas-servizzi sigrieti, li qed ikomplu jeżerċitaw influwenza konsiderevoli ħafna fuq il-politika, il-gvern u l-ekonomija tal-Pakistan,

D.   billi l-leġiżlatura parlamentari ta' bħalissa tispiċċa fil-15 ta" Novembru 2007 u l-elezzjonijiet ġenerali ġew imħabbra fil-Pakistan għal nofs Jannar 2008,

E.   billi biex terġa' tiddaħħal id-demokrazija hemm bżonn li l-poter ikun trasferit lura lil gvern ċivili,

F.   billi fis-17 ta" Ottubru 2007 l-Qorti Suprema tal-Pakistan kompliet tisma" l-kwistjoni dwar jekk il-ħatra tal-President Musharraf hijiex konformi mal-Kostituzzjoni, u mistennija tgħaddi l-ġudizzju tagħha dalwaqt,

G.   billi l-Unjoni Ewropea tipprovdi finanzjament sinifikanti lill-Pakistan biex jittaffa l-faqar, għas-saħħa u għall-edukazzjoni pubblika,

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakk b'bomba suwiċida kontra l-mexxej ta" l-oppożizzjoni u n-nies ċivili; jitlob lill-gvern tal-Pakistan biex jieħu passi immedjati biex jagħmel investigazzjoni bir-reqqa u indipendenti dwar dan l-attakk sabiex dawk kollha responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

2.  Jestendi l-ikbar simpatija tiegħu lill-poplu tal-Pakistan u speċjalment lill-familji ta' dawk kollha maqtula u midruba b'dan l-att ta" min jistmellu;

3.  Jafferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Pakistan li jaqsam l-objettivi ta" governanza demokratika u regoli trasparenti u ta" responsabilità u li jaġixxi b'kuraġġ u determinazzjoni quddiem vjolenza terroristika u kriminali;

4.  Iħeġġeġ lill-Pakistan biex josserva l-prinċipji mħaddna fil-Ftehima ta" Koperazzjoni fuq imsemmija, b'mod partikulari l-klawsola tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

5.  Jikkundanna bil-qawwa t-tluq sfurzat tal-Prim Ministru preċedenti Nawaz Sharif lejn l-Għarabja Sawdija fl-10 ta' Settembru 2007 minkejja sentenza tal-Qorti Suprema tal-Pakistan li tippermetti r-ritorn tiegħu fil-Pakistan;

6.  Jitlob lill-gvern tal-Pakistan, bħala kundizzjoni minn qabel għal elezzjonijiet demokratiċi, biex jippermetti r-ritorn tal-mexxejja politiċi kollha biex jiġġieldu l-forzi estremisti fil-pajjiż u jikkontribwixxu biex jiġi stabbilit gvern leġittimu permezz ta" elezzjonijiet ħielsa u ġusti, li jieħu post id-dittatorjat militari attwali;

7.  Itenni t-talba tiegħu li l-gvern proviżorju li se jkun hemm irid ikun newtrali u jerġa" jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-kompożizzjoni tal-gvern proviżorju hi deċiża mill-President Musharraf waħdu;

8.  Jiddeplora xi proċeduri reċenti tal-Qorti Superjuri fil-Pakistan li jagħtu lok għal tħassib serju dwar in-nuqqas ta" l-istat tad-dritt; jistieden lill-gvern tal-Pakistan biex ma jindaħalx politikament u biex jirrispetta l-indipendenza tal-ġudikatura;

9.  Jiddeplora n-nuqqas tal-President Musharraf milli jħalli postu bħala Kap tal-Persunal ta' l-Armata qabel ma joħroġ bħala kandidat u jkun elett president, kif kien qabel li jagħmel f'wegħda lill-UE; itenni t-talba tiegħu li għandu jagħmel hekk qabel ma jieħu l-kariga; jinnota li n-nuqqas tiegħu li jaġixxi kellu effett negattiv fuq il-kredibilità tal-Presidenza fil-Pakistan;

10.  Jikkundanna l-arrest arbitrarju ta" membri ta" l-oppożizzjoni meta huma kkritikaw lill-President Musharraf u jħeġġeġ lill-gvern biex jaċċetta u jimplimenta d-direttiva tal-Qorti Suprema biex jieqaf l-għejbien ta" avversarji politiċi;

11.  Iħeġġeġ li l-Pakistan jirritorna għal gvern demokratiku billi jkun hemm elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti f'Jannar 2008 u jwissi kontra l-impożizzjoni ta' l-istat ta' emerġenza jew ta' miżuri oħra biex titrażżan il-libertà tal-kelma, ta' assoċjazzjoni, ta' assemblea jew ta' moviment; iħeġġeġ lill-gvern tal-Pakistan biex jipprovdi lill-partijiet kollha aċċess ugwali għall-midja;

12.  Iħeġġeġ lill-Pakistan biex jieħu azzjoni immedjata biex jirrestrinġi l-influwenza ta" l-armata fis-soċjetà kollha kemm hi; jistieden lill-Gvern Pakistan biex jirrispetta tranżizzjoni għal stat ċivili u biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi bħala l-uniku mod possibbli biex ikun hemm risposta għall-isfidi fis-soċjetà tal-Pakistan; jerġa" jħeġġeġ lill-gvern biex jillimita l-irwol u l-influwenza ta" l-armata u ta" gruppi oħra armati u biex jirritorna s-setgħa lill-istituzzjonijiet demokratiċi;

13.  Hu mħasseb dwar ir-rapporti ta" oppressjoni kontinwa ta" minoritajiet reliġjużi bħal Kristjani, Buddisti, Hindus, Sikhs u Ahmadis u l-użu ta" liġijiet dwar id-dagħa kontrihom;

14.  Jistieden lill-gvern tal-Pakistan biex jieħu azzjoni immedjata biex iwaqqaf tali repressjonijiet ibbażati fuq ir-reliġjon u biex jiżgura l-integrità u s-sikurezza tal-minoritajiet kollha billi jingħataw protezzjoni legali u politika ġenwina u effettiva; jistieden lill-Pakistan biex jirriforma l-liġijiet dwar id-dagħa, li huma użati ħażin b'mod wiesa"; iħeġġeġ lill-gvern tal-Pakistan biex jipprovdi protezzjoni xierqa għall-avukati u għal dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem li jiffaċċjaw theddid minħabba li jkunu qed jiddefendu lil dawk akkużati b'dagħa; iħeġġeġ lill-gvern tal-Pakistan biex jipprovdi protezzjoni xierqa lill-komunitajiet reliġjużi vulnerabbli u komunitajiet oħra f'minoranza li jiffaċċjaw theddid ta" konverżjoni sfurzata u intimidazzjoni vjolenti minn estremisti;

15.  Jistieden lill-awtoritajiet Pakistani biex jirrevokaw l-Ordinanzi Hudood, li wasslu għall-priġunerija ta" mijiet ta" nisa;

16.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE se tagħmel monitoraġġ ta" l-elezzjonijiet parlamentari fil-Pakistan u li l-Parlament se jipparteċipa fil-missjoni ta" osservatur; hu mħasseb dwar il-possibilità li n-nisa Pakistani ma jkunux jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-proċess demokratiku minħabba li tkun meħtieġa kwalifika akkademika bħala kundizzjoni minn qabel biex wieħed joħroġ għall-elezzjoni, li se teskludi 70% tan-nisa Pakistani; jitlob li titneħħa din ir-restrizzjoni;

17.  Jirrikonoxxi l-isforzi li l-Pakistan qed jagħmel biex jirreżisti l-qawmien ta" gruppi terroristiċi; juri dispjaċir li l-ftehima li ntlaħqet biex ikun evitat iktar konflitt fit-Tramuntana ta" Waziristan ma kinitx suċċess; jistieden lill-gvern biex jiġġieled il-vjolenza mill-ġdid relatata mar-ribelljoni permezz ta" miżuri proporzjonati u biex jimponi l-istat tad-dritt u jestendi drittijiet ċivili u politiċi għal din iz-zona;

18.  Jitlob, b'attenzjoni partikulari għar-ribelljoni kontinwa f'Balochistan, li l-armata ma tappoġġjax partiti Islamiċi sabiex jiġu miġġielda l-forzi Baloch sekulari u Pashtun moderati; jitlob ukoll għar-rilaxx tal-priġunieri politiċi kollha, inklużi dawk taħt il-kustodja ta" aġenziji ta" intelliġenza li tmur kontra l-liġi;

19.  Jenfasizza l-importanza ta" aċċess universali għall-edukazzjoni pubblika u monitoraġġ effettiv tal-madrassas biex ikun evitat il-kontroll minn estremisti; jistieden lill-gvern tal-Pakistan biex jimplimenta l-wegħda preċedenti tiegħu fir-rigward ta" attendenza ta" studenti barranin fil-madrassas;

20.  Jitlob lill-Istati Membri biex jirrispettaw il-Kodiċi ta" Kondotta ta" l-UE dwar l-Esportazzjonijiet ta" Armi;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvern tal-Pakistan.

(1) Testi adottati P6_TA(2007)0351.
(2) Testi adottati P6_TA(2007)0214.


Sudan
PDF 208kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-Sudan
P6_TA(2007)0490RC-B6-0408/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' qabel dwar il-qagħda fid-Darfur, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tas-27 ta' Settembru 2007(1);

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-ACP u l-UE dwar il-qagħda fid-Darfur, adottata f'Wiesbaden fit-28 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra l-Kunsens ta' Tripli dwar il-Proċess Politiku għad-Darfur, adottat fi Tripli fit-28 u d-29 ta' April 2007,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni ta' l-Unjoni Afrikana (UA) ta' April 2004 li twaqqaf il-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1706 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tipproponi forza taż-żamma tal-paċi ta' 22,000 ruħ għad-Darfur,

–   wara li kkunsidra l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali rigward il-missjonijiet internazzjonali taż-żamma tal-paċi,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1778 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta' Settembru 2007, li tipprovdi li tintbagħat preżenza internazzjonali multi-dimensjonali fiċ-Ċad tal-Lvant u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (CAR) li tikkonsisti minn missjoni tan-NU (MINURCAT), forza tal-pulizija taċ-Ċad imħarrġa min-NU u operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea (EUFOR),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Reġoli tal-Poċedura,

A.   billi fit-30 ta' Settembru 2007, forzi mhux identifikati attakkaw bażi ta' l-Unjoni Afrikana (UA) f'Haskanita, fid-Darfur tan-Nofsinhar, u qatlu 10 membri tal-forza taż-żamma tal-paċi ta' l-UA u tal-pulizija ċivili, u mill-inqas tmien membri oħra ta' l-istaff mill-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS) sfaw feruti gravi u madwar 40 persuna baqgħu ma nsatbux, skond stqarrijiet ta' l-UA,

B.   billi dan kien l-agħar każ ta' telfa ta' ħajja li seħħ sa issa fil-forza ta' l-UA li għandha nuqqas ta' riżorsi,

C.   billi ż-żieda fil-vjolenza fin-Nofsinhar tad-Darfur fl-aħħar ġimgħat wasslet għall-qtil ta' tliet sewwieqa tal-Programm Dinji għall-Ikel (WFP) u wasslet biex il-grupp Médecins Sans Frontières ineħħi l-istaff tiegħu mill-belt ta' Muhajiriya u b'hekk ħafna nies li kienu sfurzati jħallu djarhom baqgħu mingħajr kura medika;

D.   billi l-forza ta' l-AMIS fid-Darfur bħalissa hija magħmula minn madwar 7000 suldat u pulizija ċivili, u kważi hija l-unika forza fid-Darfur li tipprovdi protezzjoni ċivili; billi operazzjoni ibrida ta' l-UA u n-NU ta' 26,000 membru, UNAMID, ġiet awtorizzata f'Lulju 2007 u għandha ma ntbagħtitx,

E.   billi l-missjoni ta' l-AMIS kienet li tissorvelja l-Ftehima ta' Paċi għad-Darfur u diversi ftehimiet oħra ta' waqfien mill-ġlied,

F.   billi l-attakki fuq l-istaff ta' l-AMIS żdiedu dan l-aħħar u, minn meta l-forza ntbagħtet fl-2004, aktar minn 25 suldat u membru ta' l-istaff inqatlu u għexieren sfaw midruba,

G.   billi minn wara l-falliment tal-Ftehima tal-Paċi għad-Darfur żdiedu l-illegalità u n-nuqqas ta' sigurtà,

H.   billi l-forza UNAMID, mhux bħall-osservaturi ta' l-UA bħalissa, hija awtorizzata li tintervjeni b'mod attiv biex issalva l-ħajjiet,

I.   billi se jkun hemm bżonn ta' sena jew aktar qabel mal-missjoni taż-żamma tal-paċi tilħaq is-saħħa sħiħa tagħha,

1.  Jinsab imnikket u xxukkjat bl-imwiet vjolenti u bis-serq madwar il-bliet ta' Haskanita u Muhajiriya,

2.  Jikkundanna bis-sħiħ il-qtil ta' 10 membri tal-forza taż-żamma tal-paċi ta' l-UA fid-Darfur, u jqis li dan huwa krimini tal-gwerra li għandu jiġi investigat fil-pront mill-UA u min-NU;

3.  Jiddeplora n-nuqqas ta' sigurtà li dejjem qed jaggrava fir-reġjun, kif deher minn dawn l-atti vjolenti u kif ġie rrappurtat mid-Darfur minn osservaturi internazzjonali u NGOs;

4.  Jitlob li jieqfu immedjatament l-ostilitajiet u l-attakki fuq l-AMIS, fuq il-persuni ċivili u fuq l-aġenziji umanitarji, l-istaff u l-assi tagħhom u l-konvojs li jwasslu l-għajnuna;

5.  Jitlob lill-Gvern tas-Sudan u lill-gruppi ribelli biex jikkoperaw b'mod sħiħ ma' inkjesta indipendenti dwar l-attakk ikrah ġo Haskanita u biex iressqu lil kull min kien involut quddiem il-qorti;

6.  Jenfasizza li jrid jiġi stabbilit x'ġara minn dawk il-membri tal-forza taż-żamma tal-paċi li għadhom ma nstabux, u jitlob li l-grupp responsabbli mill-attakk immedjatament jagħti kont ta' fejn jinsabu;

7.  Jiddeplora l-fatt li l-attakk seħħ fil-mument meta l-UA u n-NU qed jagħmlu sforz massimu biex ikomplu t-taħditiet dwar il-paċi fid-Darfur fil-Libja fis-27 ta' Ottubru ta' din is-sena; iħeġġeġ li tintbagħat forza ta' l-UNAMID fid-Darfur biex tgħin sabiex jintemm il-kunflitt tad-Darfur;

8.  Jenfasizza li l-liġijiet konvenzjonali dwar il-gwerra jipprojbixxu l-attakki kontra l-istaff u l-oġġetti involuti fil-missjonijiet internazzjonali taż-żamma tal-paċi, sakemm dawn ma jkunux involuti direttament fl-ostilitajiet;

9.  Jilqa' b' sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern tas-Sudan aċċetta l-forza UNAMID fit-12 ta' Ġunju 2007; ifakkar, madankollu, li l-Gvern tas-Sudan qabel kien ħa impenji lil ma wettaqx biex jagħti l-permess lill-forza ibrida li tidħol fis-Sudan; jitlob li l-forza UNAMID tintbagħat malajr, b'mandat li jħalliha tipproteġi l-persuni ċivili b'mod effiċjenti, u jitlob lin-NU biex iwettqu l-impenn tagħhom u jipprovdu t-truppi li ġew imwiegħda;

10.  Ifakkar lill-Gvern tas-Sudan li huwa għandu l-akbar sehem fir-responsabiltà għas-sigurtà interna u li m'għandux jaħrab minn din ir-responsabiltà u jħalliha f'idejn il-komunità internazzjonali;

11.  Jitlob lill-Istati Membri ta' l-UE u lin-NU biex jimmobilizzaw, mingħajr aktar dewmien, appoġġ politiku, finanzjarju, loġistiku u tekniku, flimkien ma' tipi oħra ta' appoġġ fosthom staff speċjalizzat għall-AMIS u għall-UNAMID, sabiex l-intervent jitlesta f'waqtu sa l-aħħar ta' Diċembru 2007; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan biex jaċċetta l-appoġġ u t-truppi min-nazzjonijiet kollha u biex jagħmel l-aħjar tiegħu biex jiffaċilita t-twettiq tal-mandati tagħhom;

12.  Jenfasizza li t-truppi tan-naħat kollha u l-istaff, il-vetturi u l-assi tagħhom għandhom ikunu jingħarfu mill-ħaddiema ta' l-għajnuna umanitarja sabiex tiġi żgurata n-newtralità stretta tagħhom u jiġu evitati l-attakki militari;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat dwar kwalunkwe progress magħmul dwar l-użu xieraq ta' l-għajnuna finanzjarja tagħha lill-AMIS u b'mod partikulari l-ħlas ta' salarji u allowances ta' kuljum lis-suldati ta' l-AMIS;

14.  Jitlob lill-UE, lin-NU u lill-UA biex jingħaqdu fl-isforzi tagħhom biex isolvu l-kuflitt fid-Darfur u biex jagħtu prijorità lil proċess komprensiv ta' paċi permezz ta' djalogu politiku mal-partijiet kollha konċernati;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri ta' l-UE, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sudan, lis-Segretarju-Ġenerali tan-NU, lill-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern tal-Lega Għarbija, lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-ACP, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-ACP u l-UE u lill-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Afrikana.

(1) Testi adottati, P6_TA(2007)0419.


Kumitat għall-Affarijiet Legali
PDF 203kWORD 37k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Kumpanija Privata Ewropea u l-Erbatax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji dwar it-trasferiment tas-sede tal-kumpanija
P6_TA(2007)0491B6-0399/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 192 u 232 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2005,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'L-Immodernizzar tal-Liġijiet tal-Kumpaniji u t-Titjib tal-Governanza tal-Kumpaniji - fl-Unjoni Ewropea - Pjan biex nimxu 'l quddiem'(COM(2003)0284),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Lulju 2006 dwar żviluppi riċenti u prospettivi rigward il-liġi tal-kumpaniji(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 dwar l-istatut tal-kumpanija privata Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali tiegħu O-0042/07 ppreżentata mill-kumitat tiegħu għall-Affarijiet Legali dwar l-istat attwali fil-proċedimenti leġiżlattivi fuq l-'Istatut tal-kumpanija Privata Ewropea' u l-'Erbatax-il Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji',

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni li saret fis-seduta plenarja kurrenti,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 39(5) u 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-qafas regolatorju ta' l-UE għal-liġi tal-kumpaniji u t-governanza tal-kumpaniji hemm bżonn li jiġi adattat sabiex jikkunsidra it-tendenza dejjem tiżdied li kumpaniji Ewropej joperaw b'mod transkonfinali ġewwa l-UE u ta' l-integrazzjoni kontinwa tas-swieq Ewropej,

1.  Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-Istatut tal-Kumpanija Privata Ewropea sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008;

2.  Jilqa' din it-tħabbira tal-Kummissjoni b'mod partikulari fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-Parlament ta' l-1 ta' Frar 2007 u ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar talbiet mill-Parlament lill-Kummissjoni għat-tressiq ta' kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa;

3.  Jenfasizza li jipretendi li din il-proposta leġiżlattiva tkun formalment inkluża fil-Programm ta' Leġiżlazzjoni u ta' Ħidma għall-2008;

4.  Jafda li l-Kummissjoni ma tonqosx milli taġixxi u li se tippreżenta proposta qabel sa l-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2008 kif imħabbar;

5.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni, wara dewmien konsiderevoli, issa nfurmat lill-Parlament li m'għandhiex l-intenzjoni li tagħmel proposta leġiżlattiva għall-Erbatax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji rigward it-Trasferiment tas-Sede,

6.  Jirriserva d-dritt, madankollu, li jieħu azzjoni ulterjuri fir-rigward tal-kwistjoni tat-trasferiment transkonfinali tas-sede tal-kumpaniji;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU C 303 E, 13.12.2006, p.114.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0023.

Avviż legali - Politika tal-privatezza