Il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati ***
198k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati (12641/2007 – C6-0350/2007 – 2007/0115(AVC))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12641/2007),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens preżentata mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, b'mod konġunt ma" l-Artikolu 310 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE (C6-0350/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0413/2007),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri u lill-membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta" viżi għal żjarat qosra *
201k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta" viżi għal żjarat qosra (COM(2007)0190 – C6-0187/2007 – 2007/0069(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0190),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 62(2)(b) (i) u (ii) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0187/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0363/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta" l-Ukraina.
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni *
200k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta'ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni (COM(2007)0197 – C6-0188/2007 – 2007/0071(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0197),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 63(3)(b) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0188/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0364/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta" l-Ukraina.
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Republika tal-Moldova dwar viżi għal żjarat qosra *
201k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Republika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta" viżi għal żjarat qosra (COM(2007)0488 – C6-0339/2007 – 2007/0175(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0488,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 62(2)(b)(i) u (ii) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill kkonsulta l-Parlament (C6-0339/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0426/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-rijammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni *
198k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-rijammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (COM(2007)0504 – C6-0340/2007 – 2007/0182(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0504),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 63(3)(b) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0340/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0427/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-libertà ta' l-espressjoni u l-informazzjoni,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva Qafas)(1) ,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess)(2),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-reviżjoni ta' l-interoperabilità tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva skond il-Komunikazzjoni COM(2004) 0541 tat-30 ta' Lulju 2004 (COM(2006)0037),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-interoperabilità tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva COM(2004) 0541),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-aċċellerar tat-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali (COM(2005)0204),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali (minn 'switchover' diġitali għall-'switch off' analogu)(COM(2003)0541),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar it-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali: opportunità għal politika awdjoviżiva Ewropea u għad-diverstià kulturali?(3)
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2005 dwar l-aċċellerar tat-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali,(4)
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill dwar it-Trasport, it-Telekomunikazzjonijet u l-Enerġija, li saret fi Brussell mis-6 sat-8 ta' Ġunju 2007, dwar l-inizjattiva i2010 - Rapport Annwali tas-Soċjetà ta' l-Information 2007,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill dwar it-Trasport, it-Telekomunikazzjonijet u l-Enerġija, li saret fi Brussell fid-9 u l-10 ta' Diċembru 2004,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa CM/Rec(2007)3 tal-Kumitat tal-Ministri ta' l-Istati Membri dwar il-kompitu tal-media tas-servizz pubbliku fis-soċjetà ta' l-informazzjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0390/2007),
A. billi jiġbed l-attenzjoni li l-bidla mit-televiżjoni anologa għal dik diġitali huwa pass kbir 'il quddiem lejn it-tixrid tal-kulturi u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali,
B. billi t-televiżjoni diġitali tista' tagħmel użu minn teknoloġija tal-media ġdida sabiex tipprovdi servizzi ta' informazzjoni u tista' għalhekk issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tgħin sabiex kulħadd jipparteċipa fis-soċjetà ta' l-informazzjoni,
C. billi jenfasizza li, b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-bidla b'suċċess għat-TV diġitali hija prerekwiżit għall-iżvilupp tas-servizzi diġitali interattivi,
D. billi jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal ekonomiku kbir tas-settur tas-servizzi tat-TV diġitali u l-importanza tiegħu bħala sors ta' impjieg,
E. billi, madankollu, kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva marbuta mas-settur diġitali ma tistax titqies biss bħala kwistjoni ta' infrastruttura u ta' data teknika, u billi dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati b'konformità ma' l-objettivi tal-politika, fi tfittxija kontinwa biex jingħata valur miżjud lill-utenti,
F. billi fuq livell Ewropew u dak nazzjonali s-salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti sabiex jipprevjenu milli l-kompetizzjoni u l-liġi tas-suq waħedhom jikkontrollaw id-deċiżjonijiet importanti li għandhom jittieħdu,
G. billi l-pożizzjoni preċedenti tal-Parlament Ewropew li, jekk jitqiesu d-differenzi tas-sitwazzjonijiet, l-impożizzjoni ta' standard Ewropew uniku ma tkunx l-aħjar soluzzjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa, u li għal issa tkun azzjoni għaqlija li jintużaw miżuri volontarji ta' standardizzazzjoni ggwidati mill-industrija, kif urew xi eżempji nazzjonali pożittivi,
H. billi s-settur tat-televiżjoni diġitali fl-Unjoni Ewropea diġà jgawdi minn varjetà wiesgħa ta' standards Ewropej b'saħħithom,
I. billi huwa importanti li ċ-ċittadini Ewropej jiksbu l-vantaġġi kollha mill-benefiċċji potenzjali tat-TV diġitali,
J. billi l-iżvilupp tas-servizzi interattivi li kien minimu meta mqabbel mal-previżjonijiet ottimisti li għamlu l-esperti,
K. billi l-varjetà wiesgħa ta' opportunitajiet tekniċi maħluqa mix-xandir diġitali, bħall-interattività, m'għandhiex tkun sors ġdid ta' inugwaljanza, billi zżid is-'separazzjoni diġitali' ma' dik soċjali u kulturali,
L. billi jinsab imħasseb dwar iż-żieda ta' dan ir-riskju għall-kategoriji anqas privileġġjati, minħabba l-ispejjeż addizzjonali tal-materjal neċessarju,
M. billi t-tranżizzjoni minn televiżjoni analoga għal televiżjoni diġitali qed tagħmilha possibbli li tinħareġ spectrum capacity u li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi, li jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea f'dan is-settur,
N. billi t-teknoloġiji l-ġodda għandhom jiġu mgħallma sew sa mill-iżgħar età possibli u s-sistemi edukattivi għandhom jadattaw malajr u bl-aktar mod effettiv għat-tibdil kulturali u soċjali li ġabu magħhom it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni l-ġodda, il-konverġenza u l-era diġitali,
O. billi għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-aċċess u l-padrunanza ta' l-informazzjoni l-ġdida u tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni minn nies b'diżabilità;
P. billi s-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva jinkludu s-sottotitoli multilingwi, b'hekk jippermetti t-televiżjoni diġitali li ssaħħaħ id-djalogu interkulturali u t-tagħlim tul il-ħajja,
Q. billi jfakkar li l-aċċess għal aktar servizzi għandu jimxi id f'id mal-libertà ta' l-informazzjoni u ta' l-espressjoni,
R. billi jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li waqt il-proċess tat-transizzjoni kollu, għandu jkun hemm attenzjoni biex ma jiddgħajfux is-servizzi awdjoviżivi pubbliċi, iżda, għall-kuntrarju, għandu jiġi appoġġjat ix-xogħol tagħħom bħala servizz pubbliku, filwaqt li tiġi mħarsa l-vitalità tas-servizzi awdjoviżivi privati,
Il-Benefiċċji li jinkisbu mill-effetti pożittivi tat-teknoloġija
1. Jafferma li l-teknoloġiji awdjoviżivi l-ġodda għandhom jippermettu x-xandir ta' informazzjoni pluralista u programmi ta' kwalità, li jkunu aċċessibbli għal numru dejjem ikbar ta' ċittadini;
2. Jenfasizza li r-rispett lejn il-pluraliżmu ta' l-informazzjoni u lejn id-diversità tal-kontenut ma jiġix awtomatikament garantit bil-progress teknoloġiku iżda għandu jiġi implimentat mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej permezz ta' politika attiva, soda u attenta;
3. Jikkunsidra li, minħabba l-irwol tat-televiżjoni f'soċjetà globalizzata, l-għażliet tekniċi u leġiżlattivi relatati ma' l-interoperabilità m'għandhomx ikunu ta' natura ekonomika biss iżda wkoll ta' natura soċjali u kulturali, u jenfasizza li fuq kollox għandha tingħata attenzjoni lill-interessi ta' l-utenti;
4. Jenfasizza li t-twaqqif ta' pjattaformi diġitali huwa essenzjali għaż-żamma ta' zona publika komuni tal-media wara li tiġi skartata t-teknoloġija analoga u jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu l-provvista ta' servizzi tat-televiżjoni diġitali mingħajr wires b'riċezzjoni garantit mill-pjattaformi proprjetarji kollha;
5. Għaldaqstant, jikkunsidra li tkun ħaġa tajba li l-Kummissjoni tressaq rapport dwar ir-riżultati ta' l-iskambju ta' prattiki tajba, tal-fora u tal-gruppi ta' ħidma fost il-partijiet interessati, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, ta' l-utenti u tat-telespettaturi;
6. Jenfasizza li l-użu ta' soluzzjonijiet tekniċi interoperabbli li mill-aspett teknoloġiku huma newtrali, jipprovdi mod ta' promozzjoni ta' l-investiment u ta' l-innovazzjoni f'dan is-settur, biex b'hekk tingħata spinta lill-kompetizzjoni u tiġi mħarsa l-għażla tal-konsumatur;
Suċċess fit-tranżizzjoni diġitali u l-promozzjoni ta' standards miftuħa
7. Isostni li s-suċċess tat-tranżizzjoni mit-TV analoga għal dik diġitali fl-iqsar żmien possibbli, huwa prerekwiżit u prijorità; huwa mħasseb dwar il-possibilità ta' ttardjar biex tintlaħaq l-iskadenza ta' 2012;
8. Huwa ta' l-opinjoni li l-iżvilupp koordinat tat-televiżjoni diġitali fil-livell Komunitarju huwa essenzjali jekk l-utenti jridu jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq intern u sabiex jitnaqqas il-prezz tat-tagħmir tar-riċezzjoni tat-televiżjoni u biex tikber l-espansjoni tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattivi; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil ta' pjan ta' azzjoni komuni fil-livell Komunitarju;
9. Jitlob lill-Istati Membri sabiex iħaffu t-tranżizzjoni għat-televiżjoni diġitali, filwaqt li jikkunsidraw id-domanda tas-suq u fatturi topografiċi u reġjonali demografiċi, u jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma fasslux pjan nazzjonali għal bidla kompleta għat-televiżjoni diġitali sabiex jagħmlu dan sa l-aħħar ta' l-2008;
10. Jinsisti li l-miżuri, adottati mill-Istati Membri rigward l-espansjoni tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva, għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' l-għajnuna ta' l-istat;
11. Jenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta' l-interoperabilità sabiex tissaħħaħ il-fiduċja ta' l-utent fis-servizzi l-ġodda u biex is-suq jiżviluppa b'mod pożittiv fuq il-bażi ta' standards ta' interoperabilità miftuħa;
12. Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika u l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju b'suċċess;
13. Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xogħol li għamlet il-Kummissjoni u l-irwol vitali u neċessarju tagħha fil-koordinazzjoni tal-partijiet interessati kollha;
14. Jappoġġja bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-intenzjoni tagħha li tikkoopera bis-sħiħ ma' l-Istati Membri bil-għan li ssir il-bidla għat-TV diġitali b'suċċess u li jiġu ffaċilitati s-servizzi diġitali interattivi;
15. Itenni li l-impożizzjoni ta' standard uniku b'mezzi legali mhijiex l-aħjar soluzzjoni iżda hi biss sanzjoni finali, u ma jaqbilx ma' l-intervent tas-suq waħdu bħala soluzzjoni għall-problema ta' l-interattività;
16. Għaldaqstant jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni li tkun ħaġa tajba li jkomplu jiġu promossi standards miftuħa bħall-MHP u l-MHEG-5, li huma rikonoxxuti mill-entitajiet ta' standards Ewropej, fir-rigward tal-bidla għat-TV diġitali u għas-servizzi ta' l-interoperabilità, u jsostni li dawn l-istandards miftuħa huma l-aktar xierqa sabiex tiġi żgurata n-newtralità tat-teknoloġiji tan-networks u l-moviment ħieles ta' l-informazzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-bżonnijiet speċjali tal-pajjiżi fejn il-kapaċitajiet ta' frekwenzi huma limitati;
17. Jenfasizza li, meta jitqies l-eżempju ta' 'brevetti sottomarini', li ħareġ ħames snin wara li ġie implimentat l-istandard ta' l-MPH, wieħed jistenna li l-drittijitiet li għandhom jiġu mħallsa fuq il-liċenzji jkunu ġusti u ipubbliġiżżati fil-bidu ta' kull żvilupp ta' standard miftuħ, sabiex dan ikollu suċċess;
18. Jenfasizza l-importanza ta' ftehim volontarju bejn il-fornituri tas-servizz tat-televiżjoni diġitali dwar it-twaqqif ta' numru ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għall-implimentazzjoni ta' standards adottati mill-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat- Telekomunikazzjoni;
19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tippromwovi b'mod attiv l-introduzzjoni ta' standards Ewropej għat-televiżjoni diġitali miftuħa fir-reġjuni kollha tad-dinja u sabiex tħeġġeġ il-koperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam, u b'hekk tiżgura l-akbar aċċess għall-kontenut diġitali;
20. Jiddispjaċih li t-televiżjoni interattiva fl-UE kellha inqas suċċess kummerċjali milli kien mistenni; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina r-raġunijiet għal dan il-fenomenu u sabiex tressaq rapporti regolari dwar l-isforzi li għamlu l-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiżviluppaw is-suq tat-TV diġitali u l-bosta ramifikazzjonijiet ta' dan;
21. Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-konsumaturi jkollhom aktar informazzjoni dwar l-opportunitajiet li joffru l-pjattaformi diġitali u dwar it-tagħmir neċessarju, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet tekniċi u kulturali informati;
22. Jenfasizza li kwalunkwe intervent pubbliku m'għandux ikun diskriminatorju jew jiffavurixxi xi operatur tas-suq jew ieħor;
23. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali, billi xxerred l-aħjar prattiki, biex jisfruttaw il-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda ħalli l-komunikazzjoni maċ-ċittadini tagħhom issir b'mod aktar effettiv;
Il-bżonn li jiġu kkunsidrati l-impatt u l-kunfidenza fl-użu tat-teknoloġiji l-ġodda
24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-iżviluppi futuri tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva, u jirrakkomanda li l-fornituri tas-servizz tat-televiżjoni diġitali jieħdu passi attivi biex jinfurmaw lill-utenti dwar is-servizzi interattivi li jeżistu;
25. Jikkunsidra li huwa essenzjali li tiġi żgurata s-sigurtà ta' l-utenti u l-ħarsien tad-data personali u l-privatezza tagħhom, u jisħaq fuq l-importanza tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiva;
26. Jenfasizza l-importanza li ssir diskussjoni fuq livell Ewropew dwar l-implikazzjonijiet soċjali u kulturali tas-soċjetà diġitali u l-adattament tas-sistemi edukattivi nazzjonali għat-tibdil kulturali u soċjali li jġibu magħhom it-teknoloġiji l-ġodda;
27. Itenni l-importanza li l-persuni ta' kull età jiġu mgħallma dwar id-dinja diġitali u l-media;
28. Jistieden lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu mekkaniżmi li jiggarantixxu struttura mhux diskriminatorja għal programmi gwida elettroniċi li jistgħu jgħinu lill-utenti jifhmu s-servizzi diġitali li qed jiġu offruti;
29. Jindika li l-mudell awdjoviżiv Ewropew huwa bbażat fuq dikotomija kreattiva bejn is-servizzi awdjoviżivi pubbliċi u privati u jisħaq li taħt l-ebda ċirkostanza t-teknoloġiji l-ġodda m'għandhom ifixklu dak il-bilanċ billi jdgħajjfu l-kompetitività tas-settur pubbliku; ifakkar li s-settur pubbliku għandu jkompli jkollu aċċess garantit għall-pjattaformi diġitali;
o o o
30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Kunsill ta' l-Ewropa.
Data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd *
332k
87k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd (COM(2007)0196 – C6-0152/2007 – 2007/0070(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0196),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu gie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0152/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-sajd ((A6-0407/2007),
1. japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. jistieden lill-Kummissjoni sabiex għalhekk tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE;
3. jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 1 Premessa 6
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex jitqies kif inhu xieraq l-approċċ ibbażat fuq il-flotta lejn il-ġestjoni tas-sajd, il-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ ekosistemiku, il-ħtieġa għal kwalità aħjar, kompletezza u aċċess usa' għad-data dwar is-sajd, appoġġ aktar effiċjenti għall-għoti tal-parir xjentifiku u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-twettiq tal-politika komuni tas-sajd jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex jitqies kif inhu xieraq l-approċċ ibbażat fuq il-flotta lejn il-ġestjoni tas-sajd, il-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ ekosistemiku, il-ħtieġa għal kwalità aħjar, kompletezza u aċċess usa' għad-data dwar is-sajd, appoġġ aktar effiċjenti għall-għoti tal-parir xjentifiku u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġu mistennija li jiggarantixxu ċertu livell suffiċjenti ta' kunfidenzjalità rigward data proċessata, karatteristiċi ta' l-utent aħħari u leġliżlazzjonijiet nazzjonali differenti dwar il-kwistjoni.
Emenda 2 Premessa 9
(9) L-obbligi marbuta ma' l-aċċess għad-data koperta b'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri skond id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE fir-rigward ta' l-informazzjoni ambjentali kif definita fl-Artikolu 2(1) ta' dik id-Direttiva.
(9) L-obbligi marbuta ma' l-aċċess għad-data koperta b'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi, tad-drittijiet u ta' l-eċċezzjonijiet previsti mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE fir-rigward ta' l-informazzjoni ambjentali kif definita fl-Artikolu 2(1) ta' dik id-Direttiva.
Emenda 3 Premessa 14
(14) Id-data msemmija f'dan ir-Regolament għandha tiddaħħal f'databases kompjuterizzati sabiex tkun aċċessibbli lil utenti aħħarin awtorizzati li jkunu jistgħu jaqsmuha bejniethom. Huwa fl-interess tal-komunità xjentifika li d-data li ma tippermettix identifikazzjoni personali tkun disponibbli lil kwalunkwe parti interessata fl-analiżi ta' data bħal din.
(14) Id-data msemmija f'dan ir-Regolament għandha tiddaħħal f'databases kompjuterizzati sabiex tkun aċċessibbli lil utenti aħħarin awtorizzati li jkunu jistgħu jaqsmuha bejniethom.
Emenda 4 Premessa 16 a (ġdida)
(16a)Meta l-utent aħħari ma jkunx organu pubbliku, organu ta' riċerka xjentifika rikonoxxut, organizzazzjoni internazzjonali ta' l-amministrazzjoni tas-sajd jew organu assoċjat ma' xi wieħed minn dawn għal skopijiet ta' amministrazzjoni jew ta' riċerka dwar sajd, u meta dan ikun persuna, organu jew assoċjazzjoni privata, l-awtorità pubblika għandu jkollha l-possibilità li titlob ħlas għall-għoti ta' l-informazzjoni stipulata f'dan ir-Regolament. L-ammont ta' dan il-ħlas għandu madankollu jkun raġjonevoli.
Emenda 5 Artikolu 2, punt g)
(g) "utenti aħħarin" tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi nkella organizzazzjonijiet li għandhom interess fl-analiżi xjentifika tad-data dwar is-settur tas-sajd;
(g) "utenti aħħarin" tfisser l-organiżmi nazzjonali u internazzjonali, kemm jekk ikunu ta' natura xjentifika u kemm jekk ma jkunux, li huma msieħba u jaġixxu attivament fir-riċerka dwar is-sajd u l-ġestjoni tas-sajd; il-livell ta' involviment ta' l-utent aħħari fil-ġestjoni u r-riċerka tas-sajd jiddetermina l-livell ta' aċċess għad-data primarja, dettaljata jew aggregata;
Emenda 6 Artikolu 7, paragrafu 4, punt c)
c) meta talba uffiċjali għad-data tkun saret minn utent aħħari u d-data ma tingħatax fil-ħin lill-utent aħħari kkonċernat.
c) meta talba uffiċjali għad-data tkun saret minn utent aħħari u d-data ma tingħatax fil-ħin lill-utent aħħari kkonċernat, u dejjem skond l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.
Emenda 7 Artikolu 7, paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Il-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar il-livelli differenti ta' sanzjonijiet skond il-livell ta' nuqqas ta' konformità, kif ukoll skond il-kunċetti ta' "talba uffiċjali għad-data" u ta' "programm nazzjonali mhux komplut".
Emenda 8 Artikolu 7 a (ġdida)
Artikolu 7 a
Ħlasijiet
1.Meta l-utent aħħari ma jkunx organu pubbbliku, organu ta' riċerka xjentifika rikonoxxut, organizzazzjoni internazzjonali ta' l-amministrazzjoni tas-sajd jew organu assoċjat ma' xi wieħed minn dawn għal skopijiet ta' amministrazzjoni jew ta' riċerka dwar sajd, u meta dan ikun persuna, organu jew assoċjazzjoni privata, l-awtorità pubblika għandu jkollha l-possibilità li titlob ħlas għall-għoti ta' l-informazzjoni stipulata f'dan ir-Regolament. L-ammont ta' dan il-ħlas għandu madankollu jkun raġjonevoli.
2.Meta jintalab ħlas, l-awtorità pubblika għandha tippubblika u tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' min jitlobhom l-iskala ta' dawn il-ħlasijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet meta l-ħlas jista' jew ma jistax jintalab.
Emenda 9 Artikolu 10, paragrafu 4 a (ġdid)
4 a.Fid-definizzjoni ta' l-ispiża li għandha tiġi inkluża fil-Programm Nazzjonali trid tiġi kkunsidrata l-ispiża li tirriżulta mill-programmi ta' self-sampling.
Emenda 10 Artikolu 13, paragrafu 2, punt b)
b) data dettaljata u aggregata miksuba mid-data primarja miġbura skond il-programmi nazzjonali tiġi vvalidata qabel ma tintbagħat lill-utenti aħħarin;
b) data dettaljata u aggregata miksuba mid-data primarja miġbura skond il-programmi nazzjonali tiġi vvalidata qabel ma tintbagħat lill-utenti aħħarin skond l-Artikolu 2;
Emenda 11 Artikolu 15, paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data primarja inkorporata fid-databases kompjuterizzati nazzjonali tkun direttament aċċessibbli b'mezzi elettroniċi mill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tivverifika li d-data fil-fatt teżisti.
1. Sabiex tiġi verifikata l-eżistenza ta' data primarja li l-ġbir tagħha ikun obbligatorju skond dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tagħmel verifiki fuq il-post fuq id-databases nazzjonali.
Emenda 12 Artikolu 15, paragrafu 2
2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti minn regoli Komunitarji oħra, l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet mal-Kummissjoni dwar l-aċċess kompjuterizzat sabiex jiġi ggarantit l-aċċess dirett għad-databases tagħhom.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1, il-Kummissjoni, bil-kollaborazzjoni ta' l-Istati Membri, tista' tiżviluppa pjattaforma ta' l-informatika għall-iskambju ta' l-informazzjoni li tippermetti li jsiru dawn il-verifiki.
Emenda 13 Artikolu 15 paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data primarja miġbura fl-iskemi ta' stħarriġ fuq il-baħar tiġi trażmessa lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u lil korpi xjentifiċi xierqa fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data primarja miġbura fl-iskemi ta' stħarriġ fuq il-baħar tiġi trażmessa lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali u lil korpi xjentifiċi xierqa fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.
Emenda 14 Artikolu 15, paragrafu 3 a (ġdid)
3 a.Il-Kummissjoni għandha tippermetti l-aċċess għal din id-data li tkun tista' tinkludi data individwali, pereżempju ta' bastimenti. Madankollu, għandha tħares il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni rigward l-aġent ekonomiku. B'hekk il-Kummissjoni tkun tista' jkollha aċċess għad-data aggregata, u mhux għal dik individwali skond il-modalitajiet ta' aggregazzjoni kif definiti fir-Regolament ta' applikazzjoni.
Emenda 15 Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jagħmlu mezz li d-data dettaljata u aggregata tkun disponibbli għall-utenti aħħarin b'appoġġ għall-analiżi xjentifiċi:
L-Istati Membri għandhom jagħmlu mezz li d-data tkun disponibbli għall-utenti aħħarin, kif mifhum fl-Artikolu 2, punt g, filwaqt li tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità tagħhom, b'appoġġ għall-analiżi xjentifiċi filwaqt li jiġi kkunsidrat dan li ġej:
a) bħala bażi għall-pariri għall-ġestjoni tas-sajd;
a) data dettaljata bħala bażi għall-pariri għall-ġestjoni tas-sajd;
b) fl-interess tad-dibattitu pubbliku u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-iżvilupp tal-politika;
b) data aggregata:
– fl-interess tad-dibattitu pubbliku u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-iżvilupp tal-politika;
c) għall-pubblikazzjoni fil-ġurnali ta' riċerka jew għal skopijiet edukattivi.
– għall-pubblikazzjoni għal skopijiet xjentifiċi.
Emenda 16 Artikolu 18
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dettaljata u aggregata rilevanti tiġi pprovduta immedjatament lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali rilevanti u lil korpi xjentifiċi xierqa fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data dettaljata u aggregata rilevanti tiġi pprovduta immedjatament lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali rilevanti u lil korpi xjentifiċi xierqa fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.
Emenda 17 Artikolu 19 paragrafu 2
2. Meta tintalab data dettaljata u aggregata għall-pubblikazzjoni f'ġurnali ta' riċerka jew għal skopijiet edukattivi, l-Istati Membri jistgħu, sabiex iħarsu l-interessi professjonali ta' l-aġenti responsabbli mill-ġbir tad-data, iżommu d-data milli tiġi trażmessa lill-utenti aħħarin għal perjodu ta' sentejn wara d-data tal-ġbir tad-data. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjonijiet bħal dawn. F'każijiet ġustifikati kif jixraq, il-Kummissjoni tista' tawtorizza estensjoni ta' dak il-perjodu.
2. Meta tintalab data dettaljata u aggregata 'lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 17, u b'mod partikulari għall-pubblikazzjoni f'ġurnali ta' riċerka jew għal skopijiet edukattivi, l-Istati Membri jistgħu, sabiex iħarsu l-interessi professjonali ta' l-aġenti responsabbli mill-ġbir tad-data, iżommu d-data milli tiġi trażmessa lill-utenti aħħarin għal perjodu ta' sentejn wara d-data tal-ġbir tad-data. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjonijiet bħal dawn. F'każijiet ġustifikati kif jixraq, il-Kummissjoni tista' tawtorizza estensjoni ta' dak il-perjodu.
Emenda 18 Artikolu 19, paragrafu 3 , parti introduttorja
3. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jittrażmettu id-data dettaljata u aggregata rilevanti biss:
3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw, mutatis mutandis, il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jittrażmettu id-data dettaljata u aggregata rilevanti:
Emenda 19 Artikolu 19, paragrafu 3, punt a)
(a) jekk ikun hemm ir-riskju li jiġu identifikati persuni fiżiċi u/jew entitajiet ġurdiċi, f'liema każ l-Istat Membru jista' jipproponi mezzi alternattivi li jiżguraw l-anonimità sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' l-utent aħħari.
(a) jekk ikun hemm ir-riskju li jiġu identifikati persuni fiżiċi u/jew entitajiet ġurdiċi;
Emenda 20 Artikolu 19, paragrafu 3 b a (ġdid)
b a) fil-każ ta' data dettaljata, meta min jitlobha ma jkunx jista' juri li din it-tip ta' data hija indispensabbli għal xogħol ta' ġestjoni u ta' riċerka kif dikjarat.
Emenda 21 Artikolu 25, punt 1 a (ġdid)
Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tintbagħat, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena:
a) rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-mezzi użati minn kull Stat Membru, kemm huma adatti l-metodi li ntużaw, kif ukoll ir-riżultati li nkisbu rigward il-ġbir u l-ġestjoni tad-data kif stipulat fir-Regolament (KE)Nru 2371/2002;
b) rapport dwar l-użu mill-Komunità tad-data miġbura fil-qafas ta' dan ir-regolament.
Kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti (emenda għall-Artikolu 23 tar-Regoli ta' Proċedura)
257k
38k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda ta' l-Artikolu 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar il-kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti (2007/2066(REG))
– wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0039/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0355/2007),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jagħmilha ċara li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta" informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emendi
Emenda 1 Artikolu 23, paragrafu 2
2. Il-Membri Mhux Affiljati għandhom jiddelegaw tnejn minn fosthom sabiex jattendu għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollhom id-dritt għall-vot.
2. Il-Membri mhux affiljati għandhom jiddelegaw wieħed minn fosthom sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri
390k
65k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri (2006/2195(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu tad-29 ta' Ġunju 2006 u t-tħabbira fis-seduta plenarja tas-7 ta' Settembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal- Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0368/2007),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jagħmilha ċara li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tal-leġiżlatura tiegħu li tibda fl-2009;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikunu infurmati.
Test attwali
Emendi
Emenda 1 Artikolu 8
Ħlas ta' spejjeż u indennizzi
Implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri
Il-Bureau għandu joħloq regoli dwar il-ħlas ta' spejjeż u indennizzi lill-Membri.
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau.
Emenda 2 Artikolu 39, paragrafu 1
1. Il-Parlament jista' jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiemu kull proposta xierqa skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE billi tadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport fuq inizjattiva proprja li jsir mill-kumitat responsabbli. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.
1. Il-Parlament jista', billi jadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport fuq inizjattiva proprja li jsir mill-kumitat responsabbli imħejji skond l-Artikolu 45,jagħmel talba lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 192 tat-Trattat KE, sabiex tressaq quddiemu kull proposta xierqa sabiex jiġu adottati atti ġodda jew jiġu emendati atti eżistenti. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.
Emenda 3 Artikolu 39, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Kull Membru jista' jressaq proposta għal att Komunitarju fil-qafas tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skond l-Artikolu 192 tat-Trattat KE.
Emenda 4 Artikolu 39, paragrafu 1 b (ġdid)
1b.Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jirreferiha lill-kumitat responsabbli għall-kunsiderazzjoni. Qabel ma ssir din ir-riferenza, il-proposta għandha tiġi tradotta f'dawk il-lingwi uffiċjali li ċ-chairman ta' dak il-kumitat jikkunsidra meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur minn meta ssir ir-riferenza u wara li jkun instema' l-awtur tal-proposta.
Fejn il-kumitat jiddeċidi li jippreżenta proposta lill-Parlament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 45, l-awtur tal-proposta għandu jissemma b'ismu fit-titolu tar-rapport.
Emenda 5 Artikolu 39, paragrafu 2
2.Qabel jagħti bidu għall-proċedura skond l-Artikolu 45, il-kumitat responsabbli għandu jistabbilixxi, fil-każi li ġejjin, li l-ebda proposta ta' dan it-tip m'hi qed tiġi ppreparata
imħassar
a) proposta ta' dan it-tip mhix inkluża fil-Programm Leġiżlattiv Annwali; jew
b) il-preparazzjonijiet ta' proposta ta' dan it-tip għadhom ma bdewx jew ġew imtawla iktar milli previst; jew
c) il-Kummissjoni ma rrispondietx pożittivament għal talbiet preċedenti magħmula mill-kumitat responsabbli jew li kienu f'riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament bil-maġġoranza tal-voti mixħuta.
Emenda 6 Artikolu 45, paragrafu 1
Kumitat li jkollu l-ħsieb li jħejji rapport u li jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament dwar xi suġġett li jaqa' fi ħdan il-kompetenza tiegħu, li dwaru la kien ikkonsultat u lanqas intalab jagħti opinjoni skond l-Artikolu 179(1), jista' jagħmel dan biss bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti. Meta din l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għandha dejjem tingħata raġuni.
Kumitat li jkollu l-ħsieb li jħejji rapport u li jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament dwar xi suġġett li jaqa' fi ħdan il-kompetenza tiegħu, li dwaru la kien ikkonsultat u lanqas intalab jagħti opinjoni skond l-Artikolu 179(1), jista' jagħmel dan biss bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti. Meta din l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għandha dejjem tingħata raġuni. Fejn is-suġġett tar-rapport ikun proposta mressqa minn Membru skond l-Artikolu 39(1a), l-awtorizzazzjoni tista' tiġi miċħuda biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl- Artikolu 5 ta' l-Istatut tal-Membri u l-Artikolu 192 tat-Trattat KE ma jiġux sodisfatti.
Emenda 7 Artikolu 150, paragrafu 6 subparagrafu 1
6. Emendi għandhom jitqiegħdu għall-vot biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċċjali kollha, ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk joġġezzjonaw mhux inqas minn erbgħin Membru.
6. Emendi għandhom jitqiegħdu għall-vot biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċċjali kollha, ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk joġġezzjonaw mhux inqas minn erbgħin Membru. Il-Parlament għandu jevita li jieħu deċiżjonijiet li jwasslu sabiex Membri li jużaw lingwa partikolari jkunu żvantaġġjati b'mod inaċċettabbli.
Emenda 8 Anness I artikolu 2 paragrafu 1 aa (ġdid)
aa) kull salarju li l-Membru jirċievi fit-twettiq ta' mandat f'Parlament ieħor,
Emenda 9 Anness I, Artikolu 4
Sakemm jiġi introdott statut għall-Membri tal-Parlament Ewropew sabiex jissostitwixxi d-diversi regoli nazzjonali, għal dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni ta' l-assi, il-Membri huma suġġetti għad-dmirijiet imposti fuqhom mil-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjoni tal-assi.
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni ta' l-assi, il-Membri huma suġġetti għad-dmirijiet imposti fuqhom mil-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjoni tal-assi
Emenda 10 Anness VII, paragrafu C a (ġdid)
Ca.Kunflitti ta' interess personali
Bl-approvazzjoni tal-Bureau u fuq il-bażi ta' deċiżjoni motivata, Membru jista' jiġi mċaħħad mid-dritt li jispezzjoni dokument Parlamentari jekk, wara li jkun instema' l-Membru kkonċernat, il-Bureau jasal għall-konklużjoni li tali spezzjoni toħloq ħsara mhux aċċettabbli għall-interessi istituzzjonali tal-Parlament jew għall-interess pubbliku u li l-Membru kkonċernat ikun qed ifittex li jispezzjona d-dokument għal raġunijiet privati u personali. Il-Membru jista' jagħmel appell bil-miktub, li għandu jinkludi ir-raġunijiet kontra din id-deċiżjoni fi żmien xahar minn meta tiġi notifikata. Il-Parlament għandu jasal għal deċiżjoni dwar l-appell mingħajr dibattitu waqt is-sessjoni parzjali li tiġi wara li jkun tressaq l-appell.
Statistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (COM(2007)0046 – C6-0062/2007 – 2007/0020(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0046),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0062/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0365/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi il-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data(2),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tal-Programm Statistiku ║b'konformità ma" l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ║89/382/KEE, Euratom(3),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" Settembru 2002 li tadotta programm ta" azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)(5), iddikjarat li l-element statistiku tas-sistema ta" l-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika għandu jiġi żviluppat, b'kollaborazzjoni ma" l-Istati Membri, bl-użu kif ikun meħtieġ tal-programm statistiku tal-Komunità biex titħeġġeġ is-sinerġija u tiġi evitata d-duplikazzjoni.
(2) L-informazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika ġiet żviluppata sistematikament permezz tal-programmi Komunitarji għas-saħħa pubblika. Mibnija fuq din il-ħidma, issa ħarġet lista ta" Indikaturi tas-Saħħa fil-Komunità Ewropeja (ECHI - European Community Health Indicators) li tagħti perspettiva ġenerali ta" l-istatus tas-saħħa, il-fatturi determinanti tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa. Sabiex ikun disponibbli s-sett tad-data statistika minima meħtieġa għall-kalkolu ta" l-║ECHI, l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa għandha tkun konsistenti, meta jkun rilevanti u possibbli, ma" l-iżviluppi u l-kisbiet li jirriżultaw mill-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika.
(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ║tat-3 ta" Ġunju 2002 dwar Strateġija Komunitarja ġdida għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (2002-2006)(6) talbet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jitħaffef ix-xogħol pendenti ta" armonizzazzjoni ta" l-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol, sabiex ikun hemm data komparabbli disponibbli li biha tista" ssir valutazzjoni oġġettiva ta" l-impatt u l-effettività tal-miżuri li jittieħdu taħt l-istrateġija Komunitarja l-ġdida, kif ukoll li ssir enfasi, f'sezzjoni speċifika, fuq il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata ż-żieda fil-proporzjon ta' nisa fis-suq tax-xogħol u li wieħed iwieġeb għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom fir-rigward tal-politika dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Barra minn dan, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ║tad-19 ta" Settembru 2003 dwar l-iskeda Ewropea dwar il-mard fuq il-post tax-xogħol(7) irrakkomandat li l-Istati Membri għandhom progressivament jagħmlu l-istatistika tagħhom dwar il-mard fuq il-post tax-xogħol waħda kompatibbli ma" l-iskeda Ewropea, b'konformità mal-ħidma li qed titwettaq fl-armonizzazzjoni ta" l-istatistika Ewropea tal-mard fuq il-post tax-xogħol.
(4) Fl-2002 il-Kunsill Ewropew ta" Barċellona rrikonoxxa tliet prinċipji ta" gwida għar-riforma fis-sistemi tal-kura tas-saħħa: aċċessibbiltà għal kulħadd, kura ta" kwalità għolja u sostenibbiltà finanzjarja għal temp ta" żmien twil. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni║ ta" l-20 ta" April 2004 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "l-immodernizzar tal-protezzjoni soċjali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa u kura tas-saħħa fit-tul ta" kwalità għolja li jkunu aċċessibbli u sostenibbli: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali li jużaw il-"metodu ta" koordinazzjoni miftuħa'"(COM(2004)0304), ipproponiet li tinbeda ħidma biex jiġu identifikati indikaturi possibbli għall-għanijiet konġunti li jiġu żviluppati sistemi ta" kura msejsa fuq l-attivitajiet li jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta" azzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa, l-istatistika tas-saħħa ta" l-Eurostat u l-kooperazzjoni ma" organizzazzjonijiet internazzjonali.
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Lulju 2002 li stabbiliet is-sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali tal-Komunità(8) tinkludi azzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja bħala preċedenza ewlenija, filwaqt li għamlet talba għad-definizzjoni u l-iżvilupp ta" indikaturi tas-saħħa u l-ambjent. Barra minn dan, mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta" Diċembru 2003 ħareġ li qed tintalab l-inklużjoni ta" indikaturi tal-bijodiversità u s-saħħa, taħt it-titolu "ambjent", fil-bażi tad-data ta" l-indikaturi strutturali użati fir-Rapport tar-Rebbiegħa annwali lill-Kunsill Ewropew; l-indikaturi tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol huma inklużi wkoll f'din il-bażi tad-data, taħt it-titolu "impjiegi". Is-sett ta" l-indikaturi ta" l-iżvilupp sostenibbli adottat mill-Kummissjoni fl-2005 jinkludi wkoll tema dwar l-indikaturi tas-saħħa pubblika.
(6) Il-Pjan ta" Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004)0416) finali)jirrikonoxxi l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità, il-komparabbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data dwar l-istatus tas-saħħa fir-rigward ta" mard u disturbi marbuta ma" l-ambjent, bl-użu tal-Programm Statistiku Komunitarju.
(7) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ║tal-15 ta" Lulju 2003 li tippromwovi l-integrazzjoni ta" persuni b'diżabilità fl-impjieg u fis-soċjetà(9), talbet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinġabar materjal statistiku dwar is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità, inkluż dwar l-iżvilupp tas-servizzi u l-benefiċċji għal dan il-grupp. Barra minn dan, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta" Ottubru 2003 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Opportunitajiet ugwali għall-persuni b'diżabilità - Pjan ta" azzjoni Ewropew (COM(2003)0650), iddeċidiet li tiżviluppa indikaturi tal-kuntest li huma komparabbli fl-Istati Membri kollha sabiex tivvaluta l-effettività tal-politika dwar id-diżabilità. Din indikat li għandu jsir użu massimu mis-sorsi u l-istrutturi tas-Sistema Statistika Ewropea, partikolarment permezz ta" l-iżvilupp tal-moduli armonizzati tas-servejs, biex tinkiseb l-informazzjoni statistika komparabbli internazzjonalment għall-monitoraġġ tal-progress.
(8) Sabiex tkun żgurata r-rilevanza u l-komparabbiltà tad-data u tkun evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, l-attivitajiet ta" l-Eurostat fil-qasam tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol iridu jitwettqu b'kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u l-organizzazzjonijiet speċjali tagħha, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), fejn ikun rilevanti u possibbli. B'mod partikolari, sistema tal-ġbir ta" l-istatistika dwar is-Sistemi ta" Rendikont tas-Saħħa (Systems of Health Accounts) ġiet implimentata reċentement flimkien ma" l-OECD u d-WHO.
(9) Il-Kummissjoni (l-Eurostat) diġà tiġbor fuq bażi regolari, data statistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol mill-Istati Membri li jipprovdu din id-data fuq bażi volontarja. Barra minn dan, din tiġbor ukoll data dwar dawk l-oqsma minn sorsi oħra. Dawn l-attivitajiet huma żviluppati b'kollaborazzjoni mill-qrib ma" l-Istati Membri. Fil-qasam ta" l-istatistika tas-saħħa pubblika b'mod partikolari, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni huma mmexxija u organizzati skond l-istruttura ta" sħubija bejn l-Eurostat u l-Istati Membri. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa ta" aktar affidabbiltà, koerenza, kopertura, azzjonijiet f'waqthom u puntwalità fir-rigward tal-ġbir tad-data statistika eżistenti u huwa neċessarju wkoll li jiġi żgurat li aktar ġbir imqabbel u żviluppat ma" l-Istati Membri jiġi implimentat sabiex jinkiseb is-sett tad-data statistika minima meħtieġa fil-livell Komunitarju fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
(10) Il-produzzjoni ta" statistika Komunitarja speċifika hija rregolata bir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta" Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità(10).
(11) Dan ir-Regolament ║ jiżgura rispett sħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta" l-Unjoni Ewropea.
(12) Id-Direttiva ║ 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu tat-tali data(11) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu tat-tali data(12) għandhom japplikaw fil-kuntest ta" dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti statistiċi li jinqalgħu fl-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, mill-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa ta" kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli, u mill-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, kif ukoll ir-rekwiżiti li jinqalgħu b'rabta ma" l-indikaturi strutturali, l-indikaturi ta" l-iżvilupp sostenibbli u l-ECHI u settijiet oħra ta" indikaturi meħtieġa li jiġu żviluppati għal skopijiet ta" monitoraġġ ta" l-azzjonijiet politiċi u l-istrateġiji Komunitarji u nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, jikkostitwixxu interess pubbliku sostanzjali.
(13) It-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika hija rregolata mis-sett ta" regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta" Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta" data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta" l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej(13). Il-miżuri li kienu ttieħdu b'konformità ma" dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika tad-data kunfidenzjali u jiżguraw li l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku ma jsir meta tiġi pproċessata l-istatistika Komunitarja u tixxerred.
(14) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta" l-istatistika Komunitarja taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta" l-istatistika nazzjonali u Komunitarji għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi tal-Prattika Ewropew għall-Istatistika, adottat mill-Kumitat tal-Programm Statistiku fl-24 ta" Frar 2005 u mehmuż mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u l-kontabbiltà ta" l-awtoritajiet ta" l-istatistika nazzjonali u Komunitarji u ppromulgat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta" Mejju 2005 dwar l-istess suġġett (COM(2005)0217).
(15) Minħabba li l-għan ta" dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta" qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta" statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan.
(16) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill ║ 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni(14).
(17) B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddetermina d-definizzjonijiet, is-suġġetti u l-analiżi (inklużi l-varjabbli u l-klassifikazzjonijiet - inter alia, fejn ikun possibbli u neċessarju, klassifikazzjoni skond is-sess u l-età), sorsi kull meta jkunu rilevanti u provvediment ta" data u ta" metadata (inklużi l-perjodi ta" referenza, l-intervalli u l-limiti taż-żmien) fir-rigward ta" l-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u fl-Annessi I sa V għal dan ir-Regolament. Huwa importanti li s-sess u l-età jiġu inklużi fil-varjabbli ta' l-analiżi peress li dan jippermetti li jittieħed kont ta' l-impatt tad-differenzi bejn is-sessi u l-etajiet fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Peress li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw jew iħassru elementi mhux essenzjali f'dan ir-Regolament, inter alia billi jħassru uħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw dan ir-Regolament bl-addizzjoni ta" elementi ġodda mhux essenzjali, dawn ghandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolamentari bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(18)Iffinanzjar kumplimentari għall-ġbir ta' data fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza se jiġi pprovdut fil-qafas tal-Programm tal-Komunità għax-Xogħol u s-Solidarjetà Soċjali - Progress kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006(15). Fi ħdan dan il-qafas għandhom jintużaw riżorsi finanzjarji biex jgħinu l-Istati Membri jkomplu jibnu l-kapaċitajiet nazzjonali biex jimplimentaw titjib u għodod ġodda għall-ġbir ta' data statistika fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta" statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. L-istatistika għandha tiġi prodotta b'konformità ma' standards dwar l-imparzjalità, l-affidabilità, l-oġġettività, l-effettività tan-nefqa u l-konfidenzjalità statistika.
2. L-istatistika għandha tinkludi, fl-għamla ta" sett tad-data minima, l-informazzjoni meħtieġa għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-appoġġ ta" l-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa ta" kwalità għolja, aċċessibbli b'mod universali u sostenibbli kif ukoll għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
3. L-istatistika għandha tipprovdi d-data għal indikaturi strutturali, indikaturi ta" żvilupp sostenibbli u l-ECHI, kif ukoll settijiet ta" indikaturi oħra li jeħtieġu li jiġu żviluppati għal skopijiet ta" azzjonijiet Komunitarji ta" monitoraġġ fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dwar id-dominji li ġejjin:
–
l-istatus tas-saħħa u l-fatturi determinanti għas-saħħa, kif iddefiniti fl-Anness I,
–
il-kura tas-saħħa, kif iddefinita fl-Anness II,
–
il-kaġunijiet tal-mewt, kif iddefiniti fl-Anness III,
–
l-inċidenti fuq ix-xogħol, kif iddefiniti fl-Anness IV,
–
il-mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta" saħħa u mard ieħor marbut max-xogħol, kif iddefiniti fl-Anness V.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta" dan ir-Regolament:
a)
"statistika Komunitarja" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-ewwel inċiż ta" l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
b)
"produzzjoni ta" statistika" għandha t-tifsira mogħtija lilha fit-tieni inċiż ta" l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
c)
"saħħa pubblika" tfisser l-elementi kollha marbuta mas-saħħa taċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, jiġifieri l-istatus tas-saħħa tagħhom, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, id-determinanti li jaffettwaw l-istatus tas-saħħa, il-ħtiġijiet ta" kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-provvista tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha kif ukoll in-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-finanzjament tagħha, u l-kaġunijiet tal-mortalità;
d)
"saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol" tfisser l-elementi kollha marbuta mal-prevenzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema ta" l-Unjoni Ewropea fuq ix-xogħol fl-attivitajiet tagħhom fil-preżent jew fl-imgħoddi, b'mod partikolari inċidenti fuq ix-xogħol, mard fuq il-post tax-xogħol u problemi oħra ta" saħħa u mard marbut max-xogħol.
Artikolu 4
Sorsi
L-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol minn sorsi, li skond id-dominji u s-suġġetti u skond il-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali, għandhom jikkonsistu jew f":
a)
servejs eżistenti jew ippjanati fid-djar, jew servejs simili jew moduli ta" servejs, inkella
b)
sorsi amministrattivi nazzjonali jew sorsi ta" rappurtaġġ eżistenti jew ippjanati.
Artikolu 5
Metodoloġija, manwali u studji pilota
1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tfassal, jew skond il-każ li jkun ittejjeb jew taġġorna, manwali, linji gwida jew rakkomandazzjonijiet fuq oqfsa, kunċetti jew metodoloġiji li jikkonċernaw l-statistika Komunitarja pproċessata skond dan ir-Regolament.
2. L-esperjenza u l-għarfien espert nazzjonali għandhom jintużaw għall-iżvilupp imsemmi fil-paragrafu 1. Fil-metodi użati għall-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data għandhom jitqiesu, inkluż fil-każ ta" attivitajiet preparatorji, l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, il-kapaċitajiet u l-ġbir tad-data eżistenti, fil-qafas ta" strutturi kollaborattivi ma" l-Istati Membri stabbiliti mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-metodoloġiji għall-ġbir regolari li jirriżulta minn proġetti b'dimensjoni statistika mwettqa taħt programmi oħra tal-Komunità bħall-programmi tas-saħħa pubblika jew programmi ta" riċerka għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.
3. Fil-metodoloġiji statistiċi u l-ġbir tad-data li għandhom jiġu żviluppati għall-kompilazzjoni ta" l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fil-livell Komunitarju għandha titqies il-ħtieġa għall-koordinazzjoni, kull meta jkun rilevanti, ma" l-attivitajiet ta" organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta" l-istatistika u l-konsistenza tal-ġbir tad-data. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu kkunsidrati l-istudji u l-istħarriġ ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol. Barra l-Unjoni Ewropea, il-kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari ma' l-ILO u d-WHO, għandhom ikomplu jissaħħu.
4. Kull meta jiġu identifikati rekwiżiti ġodda ta" data jew kwalità insuffiċjenti ta" data fid-dominji msemmija fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tagħti bidu għal studji-pilota li jiġu kkompletati fuq bażi volontarja mill-Istati Membri. L-għan ta" dawn l-istudji-pilota għandu jkun dak li jittestjaw il-kunċetti u l-metodi u jivvalutaw il-vijabbiltà tal-ġbir relatat tad-data, inklużi l-kwalità statistika, il-komparabbiltà u l-effikaċja fl-infiq, skond il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta" Prattika dwar l-Istatistika Ewropea. Il-modalitajiet użati f'dawn l-istudji għandhom jiġu miftiehma fil-qafas ta" l-istrutturi kollaborattivi ma" l-Istati Membri.
Artikolu 6
It-trażmissjoni, it-trattament, it-tixrid u l-pubblikazzjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodata jew, skond id-dominju u s-suġġett ikkonċernat, id-data aggregata, inkluża d-data kunfidenzjali kif iddefinita fl-Artikolu 13 tar-Regolament ║(KE) Nru 322/97, u l-metadata, meħtieġa skond dan ir-Regolament u l-miżuri għall-implimentazzjoni tagħha, lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b'konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar it-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità stipulati fir-Regolamenti ║(KE) Nru 322/97 u (Euratom, KEE) Nru 1588/90. Dawk id-dispożizzjonijiet tal-Komunità għandhom japplikaw għat-trattament tad-data mill-Eurostat, safejn id-data tkun ikkunsidrata kunfidenzjali kif iddefinita bl-Artiklu 13 tar-Regolament ║(KE) Nru 322/97.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa skond dan ir-Regolament f'forma elettronika skond standard ta" skambju maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Id-data għandha tiġi pprovduta b'konformità mal-limiti ta" żmien stabbiliti, fl-intervalli previsti, u tal-perjodi ta" referenza indikati, fl-Annessi.
3. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ittejjeb it-tixrid, l-aċċessibbiltà u d-dokumentazzjoni ta" l-informazzjoni statistika, b'konformità mal-prinċipji tal-komparabbiltà, affidabbiltà u kunfidenzjalità statistika stabbiliti fir-Regolament ║(KE) Nru 322/97.
Artikolu 7
Kriterji tal-kwalità u rapporti
1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa.
2. Il-Kummissjoni (l-Eurostat), b'kooperazzjoni mill-qrib ma" l-Istati Membri, għandha tiżviluppa standards komuni rrakkomandati biex tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta" Prattika dwar l-Istatistika Ewropea. Dawn l-istandards għandhom jiġu ppubblikati fil-manwali u l-linji gwida metodoloġiċi.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aħjar kwalità possibbli tad-data trażmessa.
4. Kull ħames snin l-Istati Membri għandhom jgħaddu żewġ rapporti lill-Kummissjoni (l-Eurostat), imħejjija skond l-istandards imsemmija fil-paragrafu 2, dwar il-kwalità tad-data trażmessa u tas-sorsi tad-data. L-ewwel rapport ikun dwar l-istatistika tas-saħħa pubblika u t-tieni wieħed dwar l-istatistika tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Kull ħames snin, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tħejji rapport dwar il-komparabbiltà tad-data mxerrda.
Artikolu 8
Miżuri ta' implimentazzjoni
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-miżuri għandhom ikopru d-dominji msemmija fl-Artikolu 2:
–
id-definizzjonijiet,
–
is-suġġetti u l-analiżi, inklużi l-kwantitajiet varjabbli u l-klassifikazzjonijiet,
–
is-sorsi kull meta jkunu rilevanti,
–
il-provvista ta" data u metadata, inklużi l-perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien.
Artikolu 9
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni ║89/382/KEE, Euratom║.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
║
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ║,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Dominju: Status tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa
(a) Għanijiet
L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" l-istatistika dwar l-istatus u d-determinanti tas-saħħa.
(b) Skop
Dan id-dominju għandu jiġi kkompilat prinċipalment minn servejs tal-popolazzjoni jew moduli ta" servejs dwar is-saħħa. Data mir-reġistri jew sorsi amministrattivi oħra tista" tintuża wkoll meta tkun qed tingħata kopertura u informazzjoni komplementari jew għal xi suġġetti speċifiċi bħall-morbożità jew inċidenti u korrimenti. Meta jkun rilevanti, il-persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet kif ukoll tfal b'etajiet minn 0 sa 14-il sena għandhom jiġu inklużi, meta jkun xieraq, suġġetti għal xi studji-pilota ta" suċċess.
(c) Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data
L-istatistika għandha tiġi ppreżentata minn ta" l-anqas kull ħames snin; tista" tkun meħtieġa perjodiċità aktar spissa għal xi ġbir speċifiku ta" data bħal dak tal-morbożità jew ta" l-inċidenti u l-korrimenti; l-ewwel sena ta" referenza, l-intervall u l-limitu ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data għal kull wieħed mis-sorsi u mis-suġġetti għandhom jiġu speċifikati u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.
(d) Suġġetti koperti
Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej :
–
l-istatus tas-saħħa, inklużi l-perċezzjonijiet dwar is-saħħa, il-funzjonament u d-diżabilità fiżiċi u mentali, u l-morbożità,
–
monitoraġġ ta' kull marda li l-okkorrenza tagħha tiżdied jew tonqos,
–
l-inċidenti u l-korrimenti, inklużi dawk marbuta mas-sigurtà tal-konsumatur, u l-ħsara relatata ma' l-alkoħol u mad-droga,
–
l-istil ta" ħajja u l-fatturi ambjentali, soċjali u dawk dwar il-post tax-xogħol,
–
protezzjoni kontra l-eventwallità ta' pandemiji u mard li jittieħed,
–
l-aċċess u l-użu tal-faċilitajiet preventivi u ta" kura tas-saħħa (║survey tal-popolazzjoni),
–
l-informazzjoni demografika u soċjoekonomika ta" l-isfond dwar l-individwi.
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament jiġu pprovduti waqt kull waħda mill-preżentazzjonijiet tad-data. Il-kwantitajiet varjabbli, l-analiżijiet u l-mikrodata meħtieġa għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq.
Jekk jintużaw servejs bħala sorsi, l-iżvilupp ta" l-istrumenti tas-servej tas-saħħa u t-tfassil tal-karatteristiċi rrakkomandati u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-formulazzjoni, il-kampjun u s-siwi tas-servej, u r-realizzazzjoni għandhom jitwettqu skond il-linji gwida mfassla mill-Istati Membri. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet dwar id-data miġbura u s-servejs li jkunu ġew applikati għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi rilevanti u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.
(e) Metadata
Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa li għandha tkun miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi (inkluż dwar il-karatteristiċi tas-servej) kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.
ANNESS II
Dominju: Kura tas-saħħa
(a) Għanijiet
L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" l-istatistika dwar il-kura tas-saħħa.
(b) Skop
Dan id-dominju jkopri l-attivitajiet totali mwettqa jew minn istituzzjonijiet inkella minn individwi li jkunu qed jippruvaw, permezz ta" l-applikazzjoni ta" l-għarfien u t-teknoloġija medika, paramedika u ta" l-infermiera, jilħqu l-għan tas-saħħa kif ukoll l-attivitajiet amministrattivi u maniġerjali relattivi.
Id-data għandha tiġi kkompilata prinċipalment minn sorsi amministrattivi.
(c) Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data
L-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena; fl-ewwel sena ta" referenza, l-intervall u l-limitu ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data għal kull wieħed mis-sorsi u mis-suġġetti għandhom jiġu speċifikati u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.
(d) Suġġetti koperti
Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej:
–
l-istituzzjonijiet u r-riżorsi tal-kura tas-saħħa,
–
l-utilizzazzjoni u s-servizzi individwali u kollettivi tal-kura tas-saħħa,
–
in-nefqiet u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u
–
║elementi oħra ta" sostenn għall-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa u ta" kura għal temp ta" żmien twil ta" kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli.
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament jiġu pprovduti waqt kull waħda mill-preżentazzjonijiet tad-data. Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa għandhom jittieħdu mil-listi ta" hawn fuq. Is-sett tad-data għandu jiġi stabbilit skond il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tar-Rendikont tas-Saħħa ta" l-OECD u l-Lista Mqassra Internazzjonali għat-Tabulazzjoni tal-Morbożità fl-Isptarijiet tad-WHO. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi rilevanti u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.
(e) Metadata
Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa li għandha tiġi miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi (inklużi s-sorsi, id-definizzjonijiet u l-kompilazzjonijiet) kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.
ANNESS III
Dominju: Kaġunijiet tal-mewt
(a) Għanijiet
L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" statistika komparabbli dwar il-kaġunijiet tal-mewt.
(b) Skop
Dan id-dominju jkopri l-istatistika tal-kaġunijiet tal-mewt kif meħuda miċ-ċertifikati mediċi tal-mewt b'konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. L-istatistika li għandha tiġi kkompilata tirreferi għall-kaġun prinċipali li huwa ddefinit mid-WHO bħala "l-marda jew il-korriment li tkun tat bidu għas-sensiela ta" okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi ta" l-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali". L-istatistika għandha tiġi kkompilata għar-residenti Ewropej u għat-trabi tagħhom li jitwieldu mejta.
(c) Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data
L-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena. L-ewwel sena ta" referenza għandha tiġi speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8. Id-data għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mit-tieni sena wara s-sena ta" referenza. Data provviżorja jew li tkun ġiet ikkalkulata tista" tiġi pprovduta qabel. Fil-każ ta" inċidenti ta" saħħa fuq skala pubblika, jista" bħala żieda jiġi stabbilit ġbir speċjali, jew dwar l-imwiet kollha jew dwar kaġunijiet speċifiċi ta" l-imwiet.
(d) Suġġetti koperti
Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej:
–
il-karatteristiċi tal-mejjet/mejta,
–
ir-reġjun,
–
il-karatteristiċi tal-mewt, inkluż il-kaġun prinċipali tal-mewt.
Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq. Id-data dwar il-kaġunijiet ta" l-imwiet għandha tiġi stabbilita fil-qafas tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard tad-WHO u għandhom jiġu segwiti r-regoli ta" l-Eurostat u r-rakkomandazzjonijiet tan-NU u d-WHO għall-istatistiċi tal-popolazzjoni. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi rilevanti u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.
(e) Metadata
Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa li għandha tiġi miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.
ANNESS IV
Dominju: Inċidenti fuq ix-xogħol
(a) Għanijiet
L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" statistika dwar inċidenti fuq ix-xogħol.
(b) Skop
Inċident fuq il-post tax-xogħol huwa ddefinit bħala "okkorrenza distinta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali". Id-data għandha tinġabar, għall-forza tax-xogħol kollha kemm hi, dwar inċidenti fatali fuq ix-xogħol u inċidenti fuq ix-xogħol li jirriżultaw f'aktar minn 3 ijiem ta" assenza minn fuq ix-xogħol, bl-użu ta" sorsi amministrattivi kkomplementati b'sorsi addizzjonali rilevanti. Parti sekondarja limitata tas-sett tad-data bażika dwar l-inċidenti li jirriżultaw f'anqas minn 4 ijiem ta" assenza minn fuq ix-xogħol jista" jinġabar, meta jkunu disponibbli, fil-qafas tal-kollaborazzjoni ma" l-ILO.
(c) Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data
L-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena. L-ewwel sena ta" referenza għandha tiġi speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8. Id-data għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn Ġunju tat-tieni sena wara s-sena ta" referenza. Data provviżorja tista" tiġi pprovduta qabel.
(d) Suġġetti koperti
Is-sett ta" mikrodata minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej:
–
il-karatteristiċi tal-persuna korruta u l-korriment,
–
il-karatteristiċi ta" l-intrapriża u l-post tax-xogħol,
–
il-karatteristiċi ta" l-ambjent tax-xogħol,
–
il-karatteristiċi ta" l-inċident, inkluża s-sekwenza ta" l-okkorrenzi li kkaratterizzaw il-kaġunijiet u ċ-ċirkostanzi ta" l-inċident.
Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa, kif ukoll l-għażliet u s-siwi tal-kampjuni marbuta magħhom, għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq fil-qafas tal-metodoloġija ta" l-ESAW (Statistiki Ewropej dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol). Dawn għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.
(e) Metadata
Fil-preżentazzjoni tad-data koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata dwar il-popolazzjoni koperta mill-istatistika, u r-rati tar-rappurtaġġ ta" inċidenti fuq ix-xogħol iddefiniti f'b), u fejn ikun rilevanti, il-karatteristiċi tal-kampjun, kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.
ANNESS V
Dominju: Mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta" saħħa u mardiet oħra marbuta max-xogħol
(a) Għanijiet
L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" l-istatistika dwar każijiet ta" mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta" saħħa u mardiet marbuta max-xogħol.
(b) Skop
Każ ta" mard fuq il-post tax-xogħol huwa ddefinit bħala każ magħruf mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-għarfien ta" mard fuq il-post tax-xogħol. Għandha tinġabar id-data dwar il-mard fuq il-post tax-xogħol u l-imwiet minn inċidenti dovuti għal mard fuq il-post tax-xogħol. F'xi każ ta" problema ta" saħħa u marda marbuta max-xogħol ma tkunx qed issir referenza neċessarjament għall-għarfien minn xi awtorità u d-data rilevanti tista" tinġabar prinċipalment minn servejs tal-popolazzjoni. Problemi tas-saħħa u mard relatati max-xogħol huma dawk il-problemi tas-saħħa u l-mard li jistgħu jiġu kkawżati, aggravati jew parzjalment ikkawżati mill-kondizzjonijiet tax-xogħol. Dan jinkludi problemi tas-saħħa fiżiċi u psikosoċjali.
(c) Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data
Għall-mard fuq il-post tax-xogħol, l-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena sa mhux aktar tard mill-ewwel tliet xhur tat-tieni sena wara s-sena ta" referenza. Il-perjodi ta" referenza, l-intervalli u l-limiti ta" żmien għall-provvista ta" ġbir ieħor ta" data għandhom jiġu speċifikati u miftiehma ma" l-Istati Membri.
(d) Suġġetti koperti
Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej :
–
il-karatteristiċi tal-persuna marida, inklużi s-sess, l-età u l-istatus ta' l-impjieg, u tal-marda jew il-problemi tas-saħħa marbuta magħha,
–
il-karatteristiċi ta" l-intrapriża u l-post tax-xogħol, inklużi d-daqs u s-settur ta' l-intrapriża,
–
il-karatteristiċi ta" l-aġent jew fattur kawżattiv.
Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament jiġu pprovduti waqt kull waħda mill-preżentazzjonijiet tad-data. Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq u għandhom jiġu miftiehma ma" l-Istati Membri.
(e) Metadata
Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa dwar il-popolazzjoni koperta mill-istatistika, kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.
ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, ║31.10.2003, p. 1).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom (COM(2007)0119 – C6-0131/2007 – 2007/0043(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0119),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54(2) tat-Trattat tal-Euratom, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0131/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0376/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jikkunsidra li l-ispiża ta" l-Aġenzija Fornitriċi Euratom għall-baġit ta" l-Unjoni Ewropea trid tkun kompatibbli mal-limitu massimu rilevanti tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (IIA)(1);
3. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġit ma tiddeterminax minn qabel l-eżitu tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 ta" l-IIA li tapplika għall-ħolqien ta" l-Aġenzija Fornitriċi Euratom;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 119, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom;
5. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 1 Ċitazzjoni 1 a (ġdida)
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- l-amministrazzjoni finanzjarja soda1, u b'mod partikolari l-punt 47 tagħha,
___________________________________ 1ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
Emenda 2 Anness, Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a)
twettaq il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattat;
a) twettaq il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattat u minn leġiżlazzjoni sekondarja;
Emenda 3 Anness, Artikolu 1, paragrafu 1, punt (b)
twettaq il-kompiti l-oħra mogħtija lilha mill-Kummissjoni.
b) għal dak il-għan, twettaq il-kompiti mogħtija lilha skond l-Artikolu 52 u l-artikoli sussegwenti tat-Trattat;
Emenda 4 Anness, Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti partikulari li ġejjin, billi taġixxi, skond l-objettivi tat-Trattat, bħala osservatriċi ta' l-enerġija fil-qasam tal-forniment tal-materjali u s-servizzi nukleari: a) timmonitorja u tanalizza l-forniment u d-domanda kif ukoll ix-xejriet tas-suq li jaffettwaw is-sigurtà tal-forniment tal-materjal nukleari; b) tipprovdi lill-Istati Membri u lill-industrija b' surveys tas-suq perjodiċi dwar il-ħażniet ta' materjal nukleari ta' l-Unjoni Ewropea u dwar il-kopertura tal-kuntratti fit-tul ta' l-utilitajiet ta' l- Unjoni Ewropea, u bi studji perjodiċi dwar ir-riskju tas-suq, bil-għan li: − jiġu evitati nuqqasijiet jew interruzzjonijiet fil-forniment tal-materjal nukleari fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-fjuwil nukleari (mit-tħaffir għall-konverżjoni, l-arrikkiment u l-fabbrikazzjoni), − tiġi żgurata l-viżjoni fit-tul li hi meħtieġa biex jinħoloq qafas għall-investiment fl-impjanti ta' fabbrikazzjoni u fl-esplorazzjonigħat-tħaffir ta' minjieri, − tiġi preservata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq; c) b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 11, tiġi żviluppata kompetenza ta' livell għoli u jiġi prodott it-tagħrif u l-istudji prospettivi, u b'mod partikulari rapport ta' prospettiva dwar il-forniment u d-domanda, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-forniment u surveys perjodiċi dwar ix-xejriet tan-negozju, ibbażati fuq analiżi rilevanti magħmula b'mod konġunt mill-Kumitat Konsultattiv, sabiex tkun tista' tagħti pariri lill-industrija, tifformula rakkomandazzjonijiet għall-produtturi u l-utilitajiet u tagħmel proposti lill-Kummissjoni għal regolamentazzjoni fl-oqsma rilevanti.
Emenda 5 Anness, Artikolu 2, paragrafu 1
1. L-Aġenzija għandha personalità ġuridika skond l-Artikolu 54 tat-Trattat. L-Aġenzija għandha tkun rikonoxxuta bħala istituzzjoni bi status ta' interess pubbliku, u għandha topera fuq bażi mingħajr skop ta' lukru.
1. L-Aġenzija għandha personalità ġuridika skond l-Artikolu 54 tat-Trattat. Għandha tgawdi f'kull Stat Membru l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skond il-liġi nazzjonali. B'mod partikulari, għandu jkollha l-kapaċità li tikseb u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli, u li tieħu sehem fil-proċeduri legali. L-Aġenzija għandha tkun rikonoxxuta bħala istituzzjoni bi status ta' interess pubbliku, u għandha topera fuq bażi mingħajr skop ta' lukru.
Emenda 6 Anness, Artikolu 2, paragrafu 3
3. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'wieħed mill-postijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward.
3. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'wieħed mill-postijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kunsillgħandu jieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward, fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv.
Emenda 7 Anness, Artikolu 2, paragrafu 4
4. Tista" fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-Komunità.
4. Tista" fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Komunità, sakemm dawn il-miżuri ma jkollhomx implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti. Hija għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn "il quddiem flimkien l-"awtorità baġitarja") dwar kwalunkwe proġett li jista" jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tagħha, b'mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma" proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta" bini, u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.
Emenda 8 Anness, Artikolu 3, paragrafu 1
1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni.
1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv. Dan għandu jaħdem għall-Aġenzija fuq bażi full-time u m'għandux jaġixxi bħala aġent tal-Kummissjoni.
Emenda 9 Anness, Artikolu 3, paragrafu 3, inċiżi minn 2 sa 5
− mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Aġenzija;
- mill-immaniġġjar ta' l-Aġenzija, l-amministrazzjoni u r-riżorsi tagħha, inklużi l-kwistjonijiet tal-persunal;
− mill-ġestjoni tar-riżorsi ta' l-Aġenzija;
− mit-tħejjija ta' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;
- mit-tħejjija ta' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;
− mill-affarijiet kollha tal-persunal.
- mit-twettiq ta' kwalunkwe studju u mill-produzzjoni ta' kwalunkwe rapport speċifiku li jkun meqjus neċessarju skond l-Artikolu 1(1a) u mit-trażmissjoni ta' dawn l-istudji u r-rapporti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;
− mill-iżgurar li l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 1 jkunu mwettqa skond l-interess ġenerali tal-Komunità.
Emenda 10 Anness, Artikolu 3, paragrafu 4
4. Kull sena d-Direttur Ġenerali għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti.
4.Kull sena, sal-31 ta' Marzu, id-Direttur Ġenerali, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti. Dan ir-rapport annwali għandu jiġi mressaq mid-Direttur Ġenerali flimkien ma' programm ta' ħidma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv.
Emenda 11 Anness, Artikolu 4, paragrafu 1
1. Id-Direttur Ġenerali u l-persunal ta' l-Aġenzija għandhom ikunu uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej regolati bir-regolamenti tal-Persunal ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u bir-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-uffiċjali għandhom jinħatru u l-pagi tagħhom jitħallsu mill-Kummissjoni.
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta" Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-persunal ta" l-Aġenzija.
Emenda 12 Anness, Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra.
Emenda 13 Anness, Artikolu 5, paragrafu 5
5. Kull att ta" l-Aġenzija li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 53 tat-Trattat jista" jkun riferut lill-Kummissjoni mill-parti kkonċernata fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tasal in-notifika, jew, fin-nuqqas ta" notifika, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta" notifika u pubblikazzjoni, il-perjodu għandu jiddekorri mill-jum li fih il-parti kkonċernata ssir taf dwar l-att.
5. Kull att ta" l-Aġenzija li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 53 tat-Trattat jista" jkun riferut lill-Kummissjoni mill-parti kkonċernata fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol minn meta tasal in-notifika, jew, fin-nuqqas ta" notifika, fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta" notifika u pubblikazzjoni, il-perjodu għandu jiddekorri mill-jum li fih il-parti kkonċernata ssir taf dwar l-att.
Emenda 14 Anness, Artikolu 7, paragrafu 3
3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità, interessi mill-kontijiet bankarji u dħul mill-kapital tagħha u investimenti bankarji, u fejn meħtieġ, tariffa kif prevista fl-Artikolu 54 tat-Trattat u self.
3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità mdaħħla fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni), interessi bankarji u dħul mill-kapital tagħha u mill-investimenti bankarji tagħha, u, fejn meħtieġ, tariffa kif stabbilit mill-Artikolu 54 tat-Trattat u self. Il-finanzjament ta" l-Aġenzija huwa suġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja, kif previst mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006.
Emenda 15 Anness, Artikolu 7, paragrafu 4
4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jkun magħmul mill-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat Konsultattiv, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.
4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż tal-persunal tagħha, u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi tagħha, inklużi spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.
Emenda 16 Anness, Artikolu 7, paragrafu 5a (ġdid)
5a.L-istima għandha tiġi trażmessa mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien ma" l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea.
Emenda 17 Anness, Artikolu 7, paragrafu 6
6. Abbażi ta" l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali.
6. Fuq il-bażi ta" l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-istimi li tqis neċessarji għall-organigramma u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skond l-Artikolu 272 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunita' Ewropea.
Emenda 18 Anness, Artikolu 7, paragrafu 7
7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija, li għandu jidher separat mill-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.
7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-organigramma ta' l-Aġenzija, li għandhatiġi ppubblikata b'mod separat fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea.
Emenda 19 Anness, Artikolu 7, paragrafu 9
9. Kwalunkwe tibdil fil-pjan ta' stabbiliment u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda addottat bl-istess proċedura tal-baġit inizjali. Tibdil fil-pjan ta' stabbiliment jitressqu lill-awtorità baġitarja. Il-baġits li jemendaw jintbagħtu bħala informazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
9. Kwalunkwe bdil fl-organigramma u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda u għandu jkun adottat skond il-proċedura stipulata fil-paragrafi 5 sa 8.
Emenda 20 Anness, Artikolu 8, paragrafu 10
10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat.
10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat. Huwa għandu jkun konsistenti mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta" qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta" l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. _____________________ 1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
Id-dispożizzjonijiet dwar din l-imposta għandhom jiġu stipulati f'deċiżjoni implimentattiva.
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kunsill, għandha tiddetermina r-rata ta' l-imposta u t-termini li fuqhom din għandha tinżamm. Il-Kummissjoni għandha taġixxi fuq proposta mid-Direttur Ġenerali li għandu jikseb l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 11. Id-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti prattiċi ta' din l-imposta għandhom jiġu stipulati f'deċiżjoni implimentattiva.
1. Il-Kumitat Konsultattiv (hawn taħt: imsejjaħ il-'Kumitat') għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u żewġ membri għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari. Madankollu, Stat Membru jista' jagħżel li ma jipparteċipax fih. Kull membru jista' jkollu sostitut tiegħu li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat apparti l-membru sħiħ, imma dan ma jkunx jista' jivvota jekk il-membru sħiħ ikun preżenti. Jekk membru jirriżenja jew ma jkunx jista" jwettaq dmirijietu, għandu jinħatar suċċessur għaż-żmien li fadal fil-kariga.
1. Il-Kumitat Konsultattiv (hawn taħt: imsejjaħ il-'Kumitat') għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u żewġ membri għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari. Għandu jkollu membru wieħed addizzjonali għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari u li jikkontribwixxi iżjed minn EUR 300 000. Madankollu Stat Membru jista' jagħżel li ma jipparteċipax fil-Kumitat. Kull membru jista' jkollu sostitut tiegħu li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat meta l-membru sħiħ ma jkunx disponibbli. Jekk membru jirriżenja jew ma jkunx jista" jwettaq dmirijietu, għandu jinħatar suċċessur għaż-żmien li fadal fil-kariga.
Il-membri tal-kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv tagħhom abbażi tal-livell ta' esperjenza rilevanti jew għarfien espert fil-qasam taċ-ċiklu ta' fjuwil nukleri jew tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija nukleari. It-tul taż-żmien tal-kariga huwa ta' tliet snin. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded darba biss.
Il-membri tal-kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv tagħhom abbażi tal-livell ta' esperjenza rilevanti jew għarfien espert fil-qasam taċ-ċiklu ta' fjuwil nukleri jew tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija nukleari. It-tul taż-żmien tal-kariga huwa ta' tliet snin. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded.
Emenda 24 Anness, Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Il-Kumitat jista' jinnomina żewġ membri bħala konsulenti ta' l-uffiċjali eżekuttivi. L-uffiċjali eżekuttivi u l-konsulenti tagħhom għandhom jifformaw il-Bureau tal-Kumitat u għandu jkollhom il-kompitu li jżommu r-relazzjonijiet neċessarji f'isem il-Kumitat. Il-Bureau għandu jaġixxi bħala ħolqa bejn il-membri tal-Kumitat u d-Direttur Ġenerali ta' l-Aġenzija u għandu jikkoordina l-attività tal-Kumitat, b'mod partikulari fir-rigward tal-preparazzjoni, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tar-rapporti tiegħu u l-pubblikazzjoni tal-kompetenzi esperti tiegħu.
Emenda 25 Anness, Artikolu 12, paragrafu 2
2. Iż-żmien tal-kariga tal-Presidenti u tal-Viċi-Presidenti għandu jkun tliet snin. Il-mandat tal-ħatra m'għandux ikun jiġġeded, u l-presidenza għandha talterna bejn in-naħat differenti ta' l-industrija. Il-mandat tal-President jew ta' Viċi Presidenti għandu jintemm awtomatikament, jekk il-mandat tal-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kumitat jispiċċa mingħajr ma jerġa' jiġġeded.
2. Iż-żmien tal-kariga tal-Presidenti, tal-Viċi-Presidenti u taż-żewġ konsulenti għall-uffiċjali eżekuttivi għandu jkun tliet snin. Il-mandat tal-ħatra għandu jiġġedded darba biss, u l-presidenza għandha talterna bejn in-naħat differenti ta' l-industrija. Il-mandat tal-President jew ta' Viċi Presidenti jew ta' kwalunkwe konsulent għall-uffiċjali eżekuttivi għandu jintemm awtomatikament, jekk il-mandat tal-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kumitat jispiċċa mingħajr ma jerġa' jiġġedded.
Emenda26 Anness, Artikolu 13, paragrafu 1
1. Il-Kumitat għandu jassisti l-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha permezz ta" opinjonijiet u informazzjoni. Għandu jservi ta' rabta bejn l-Aġenzija u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari.
1. Il-Kumitat għandu jassisti l-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha permezz ta" opinjonijiet u billi jipprovdi analiżi u informazzjoni. Din l-assistenza għandha testendi wkoll għat-tħejjija tar-rapporti, l-eżerċizzji ta' stħarriġ u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 1(1a). Għandu jservi ta' rabta bejn l-Aġenzija u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari.
Emenda 27 Anness, Artikolu 13, paragrafu 2
2. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-kompetenza ta' l-Aġenzija bil-fomm waqt il-laqgħat tiegħu jew bil-kitba bejn tali laqgħat. Il-Kumitat jista" wkoll joħroġ opinjonijiet rigward kull kwistjoni fuq l-inizjativa ta" mhux inqas minn terz tal-membri tiegħu.
2. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-kompetenza ta' l-Aġenzija bil-fomm waqt il-laqgħat tiegħu jew bil-kitba bejn tali laqgħat. Il-Kumitat għandu, b'mod partikulari, ikun ikkonsultat meta din id-Deċiżjoni tistipula dan b'mod espliċitu. Il-Kumitat jista" wkoll joħroġ opinjonijiet rigward kull kwistjoni fuq l-inizjativa ta" mhux inqas minn terz tal-membri tiegħu.
Emenda 28 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3 (c)
(c) meta tiġi applikata imposta fuq tranżazzjonijiet, maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta" l-Aġenzija (l-Artikolu 54(5) tat-Trattat);
(c) meta tiġi applikata imposta fuq tranżazzjonijiet, maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta" l-Aġenzija (l-Artikolu 54(5) tat-Trattat) u r-rata tagħha;
Emenda 29 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (c a) (ġdid)
(ca) il-kriterji għas-self, kif imsemmija fl-Artikolu 6(3);
Emenda 30 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (c b) (ġdid)
(cb) il-kriterji għad-definizzjoni tal-prattiki ta' l-ipprezzar li huma projbiti mill-Artikolu 68 tat-Trattat;
Emenda 31 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid)
(da) iż-żamma tal-Kont Speċjali tal-Minerali u l-Materjali Fissili msemmijin fl-Artikolu 88 tat-Trattat;
Emenda 32 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (e)
(e) ir-regolament finanzjarju tal-baġit annwali, tal-kontijiet, ir-rapport dwar is-suq u l-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija.
(e) ir-regolament finanzjarju tal-baġit annwali ta' l-Aġenzija u l-kont speċjali ta' l-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 171(2) tat-Trattat;
Emenda 33 Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (e a) (ġdid)
(ea) ir-rapport annwali u l-programm ta' ħidma.
Emenda 34 Anness, Artikolu 14, paragrafu 1, parti introduttorja
1. Il-Kumitat għandu jiltaqa' fis-sede ta' l-Aġenzija:
1. Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-President fis-sede ta' l-Aġenzija:
Emenda 35 Anness, Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a)
(a) normalment darbtejn fis-sena;
(a) normalment darbtejn fis-sena u kull meta jitqies neċessarju mill-President;
Emenda 36 Anness, Artikolu 14, paragrafu 6
6. Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Aġenzija.
6. Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Aġenzija. Is-segretarjat, b'kollaborazzjoni mal-President, għandu jfassal l-aġenda li għandha tiġi approvata mill-Kumitat, jibgħat id-dokumenti relevanti kollha lill-membri tal-Kumitat mill-inqas ħmistax-il jum ta' xogħol qabel id-data ta' laqgħa u jipprepara l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat u tal-laqgħat ta' l-uffiċjali eżekuttivi.
Emenda 37 Anness, Artikolu 14, paragrafu 7
7. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' membru tal-Kumitat għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija.
7. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' membru tal-Kumitat wieħed minn kull Stat Membru għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija.
Emenda 38 Anness, Dispożizzjonijiet Finali u Artikolu 15
Dispożizzjonijiet finali Artikolu 15 – Kapaċità ġuridika ta' l-Aġenzija F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar wiesgħa li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi li jaqgħu taħt il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari tista', takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċeduri ġuridiċi.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 149, 150 u 152 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Nru.29 dwar l-isport, annessa mat-Trattat ta' Amsterdam, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-isport, ippreżentata fil-Kunsill Ewropew ta' Ħelsinki fl-10 u 11 ta' Diċembru 1999 (COM (1999) 0644) u d-Dikjarazzjoni ta' Nizza dwar il-karatteristiċi speċifiċi ta' l-isport u l-funzjoni soċjali tiegħu fl-Ewropa fl-Anness IV tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta'Nizza (7 sad-9 ta' Diċembru 2000),
– wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport (COM(2007)0391),
– wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar 'Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità (COM(2007)0279),
– wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-programm tas-Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isport (EYES 2004) (COM(2005)0680),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-titjib ta' l-edukazzjoni fiżika u ta' l-isport għat-tfal u ż-żgħażagħ fil-pajjiżi Ewropej kollha, adottata mill-Kumitat tal-Ministri fit-30 ta' April 2003 (Rec(2003)6),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni intitolata'Il-promozzjoni ta' dieti tajbin għas-saħħa u ta'l-attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni ta' piż żejjed, obeżità u mard kroniku' (COM(2005)0637),–
– wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mill-Parlament Ewropew bl-isem 'Is-sitwazzjoni preżenti u l-prospetti għall-edukazzjoni fiżika fl-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 1997 dwar l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l-isport(1) u tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar in-nisa u l-isport(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tal-futbol professjonali fl-Ewropa(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2005 dwar id-doping fl-isport(4),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 149 ta' l-Abbozz tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-abbozz tat-Trattat ta' Liżbona,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0415/2007),
A. billi l-edukazzjoni fiżika hij l-uniku suġġett skolastiku li jfittex li jipprepara lit-tfal għal stil ta' ħajja b'saħħitha u jiffoka fuq l-iżvilupp ġenerali fiżiku u mentali tagħhom, kif ukoll jagħtihom valuri soċjali importanti bħall-imparzjalità, id-dixxiplina miegħek innifsek, is-solidarjetà, l-ispirtu ta' tim, it-tolleranza u l-ispirtu ta' logħob ġust,
B. filwaqt li l-piż żejjed ikkawżat mill-ħajja sedentarja u mid-dieta ħażina, li jista' jikkawża problemi ta' saħħa u problemi psiko-soċjali u mard assoċjat ma' kumplikazzjonijiet, bħal pressjoni għolja, diabete, u mard tal-qalb u vaskulari, qed jaffetwa proporzjon dejjem jikber tal-popolazzjoni ta' l-UE, inklużi madwar kwart tat-tfal,
C. billi l-edukazzjoni fiżika u l-isport fl-iskola huma fost l-iktar għodda importanti għall-integrazzjoni soċjali, iżda billi għal xi komunitajiet ta' minorità jew reliġjużi, u għal tfal b'diżabilitajiet, il-parteċipazzjoni sħiħa fil-edukazzjoni fiżika f'ħafna każijiet mhix garantita u tqajjem numru ta' problemi li diffiċli jissolvew,
D. billi n-numru tal-lezzjonijiet dedikati għall-edukazzjoni fiżika naqas fl-aħħar għaxar snin, mhux biss fl-iskejjel primarji iżda ukoll f'dawk sekondarji, u billi hemm diverġenzi wiesgħa wisq bejn l-Istati membri dwar l-għoti ta' stabbilimenti u apparat,
E. billi l-programmi ta' taħriġ ta' l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, u hemm prattika li dejjem qed tinfirex aktar li biha l-edukazzjoni fiżika qed jiġi mgħallem fl-iskola minn għalliema li m'għandhomx it-taħriġ speċjalizzat adegwat,
F. billi m'hemmx koordinazzjoni xierqa mmirata biex jiġu rrikonċiljati l-attivitajiet sportivi ta' l-iskola u dawk barra mill-iskola, u biex isir użu aħjar ta' stabbilimenti eżistenti, u billi r-rabta bejniethom tvarja minn Stat Membru għal ieħor,
G. billi l-ġenituri għandhom rwol kruċjali fin-network ta' sħubija f'dan il-qasam, u billi l-appoġġ tal-ġenituri għall-attivitajiet sportivi tat-tfal huwa ta' importanza vitali, peress illi huma l-ġenituri li jagħtu l-eżempju lit-tfal tagħhom u huwa huma li jippermettu lit-tfal li jkollhom aċċess għall-istabbilimenti u għall-programmi,
H. billi l-oqfsa legali li jirregolaw l-edukazzjoni fiżika u l-isport, u dawk li jirregolaw il-finanzjament ta' l-UE għal dawn l-attivitajiet, huma t-tnejn inċerti bl-istess mod,
I. billi huwa konxju tal-fatt li s-saħħa pubblika u l-protezzjoni taż-żgħażagħ huma prijoritajiet ta' l-UE u għal din ir-raġuni għandu jsir enfasi speċjali fuq il-ġlieda kontra d-doping fl-isport,
J. billi huwa konxju li l-isport huwa wieħed mill-metodi l-aktar effettivi fil-ġlieda kontra t-tipjip, speċjalment fost iż-żgħażagħ,
1. Jafferma mill-ġdid l-interess leġittimu ta" l-UE fl-isports, b'mod partikolari l-aspetti soċjali u kulturali tiegħu, kif ukoll il-valuri edukattivi u soċjali li l-isports jittrażmetti bħall-awtodixxiplina, l-isfida għal-limiti personali, is-solidarjetà, il-kompetizzjoni pożittiva, ir-rispett għall-avversarji, l-inklużjoni soċjali, l-oppożizzjoni għal kwalunkwe forma ta" diskriminazzjoni, l-ispirtu ta" team, it-tollerenza, u l-ispirtu ta' logħob ġust;
2. Jenfasizza s-sinifikat ta" l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet msemmija hawn fuq ta" Amsterdam u ta" Nizza, speċjalment dwar il-karatteristiċi speċifiċi ta" l-isports fl-Ewropa u l-funzjoni soċjali tiegħu, li għandhom jitqiesu meta jkunu implimentati politiki komuni;
3. Jenfasizza li, fis-soċjetà multikulturali tagħna, l-isports jista" u jrid ikun parti integrali mill-edukazzjoni formali u informali u li studji wrew li attività fiżika regolari ttejjeb il-benesseri mentali u fiżiku, filwaqt li għandha effetti tajbin fuq il-kapaċità għat-tagħlim;
4. Jistieden lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li jsir aktar enfasi fuq l-iżvilupp tas-saħħa fil-programmi ta' tagħlim ta'l-iskola u ta' qabel l-iskola billi jkunu inkoraġġuti forom speċifiċi ta' attività fiżika adattati għall-grupp ta' età ta' qabel l-iskola u li jqajjmu kuxjenza fi klabbs u assoċjazzjonijiet biex jiżguraw, per eżempju, li t-tfal jistgħu jibdew jagħmlu attività fiżika fl-aktar stadju bikri possibbli, għall-benefiċċju ta' l-iżvilupp u s-saħħa tagħhom, u għalhekk jiggarantixxu li l-edukazzjoni fiżika ikollha pożizzjoni skond il-profil ta' l-istituzzjoni u l-livell korrispondenti ta' l-istudju;
5. Jirrimarka li l-isport u l-attività fiżika jistgħu jagħtu kontribut importanti fil-ġlieda kontra xejriet negattivi ta' saħħa, bħalma hija l-ħajja sedentarja u l-obeżità; jirreferi għall-Eurobarometer dwar is-Saħħa, l-Ikel u n-Nutrizzjoni f' Novembru 2006 li jindirizza l-karatteristiċi fiżiċi u ta' saħħa ta' l-Ewropej, id-dieti tagħhom, u l-problemi tagħhom li għandhom x'jaqsmu ma' l-obeżità u n-nuqqas ta' eżerċizzju;
6. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn tfal minn età żgħira u lejn il-ġenituri tagħhom, dwar il-bżonn ta' stil ta' ħajja b'saħħtu, u l-attività fiżika regolari u dwar ir-riskji għas-saħħa relatati ma' dieta ħażina;
7. Jilqa' l-gruppi ta' ħidma informali li twaqqfu mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fil-qasam ta' l-isport, u jipproponi li dawn il-gruppi ta' ħidma jagħtu aktar attenzjoni lit-tisħiħ tar-rabta bejn is-saħħa u l-edkukazzjoni fiżika fl-iskola;
8. Jipproponi li l-ħidma tal-grupp ta' esperti involuti fil-'Pjattaforma ta' l-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa' mwaqqfa mill-Kummissjoni f'Marzu 2005, tkun imsaħħa permezz tal-parteċipazzjoni ta' l-għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika u l-esperti fl-isport;
9. Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw, u fejn meħtieġ jimplimentaw, bidliet fl-orjentazzjoni ta'l-edukazzjoni fiżika bħala suġġett, filwaqt li jieħdu kont tas-saħħa u tal-ħtiġijiet u ta'l-aspettativi soċjali tat-tfal;
10. Jistieden lill-Istati Membri biex l-edukazzoni fiżika ssir obligatorja fi skejjel primarji u sekondarji, u jaċċettaw il-prinċipju li t-timetable għandha tiggarantixxi tallinqas 3 lezzjonijiet ta'l-edukazzjoni fiżika fil-ġimgħa, filwaqt li l-iskejjel għandhom jippruvaw jeċċedu kemm jista' jkun dan il-minimu preskritt;
11. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet responsabbli sabiex jippromwovu kuxjenza dwar il-ġisem u s-saħħa permezz ta' grad ta' integrazzjoni ogħla bejn l-isport u s-suġġetti akkademiċi;
12. Jistenna l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-Isport u s-Saħħa dwar x' għandu jkun l-ammont minimu rrakkomandat kuljum ta' eżerċizzju jew il-promozzjoni ta' attività fiżika fl-iskejjel;
13. Jilqa' l-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-isport, li tirrapreżenta pass importanti lejn l-iżvilupp futur ta' l-inizjattivi tal-Komunità fil-qasam sportiv, u jispera li l-kwistjoni ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel tifforma parti mill-Pjan ta' Azzjoni 'Pierre de Coubertin' (SEC (2007)0934);
14. Jilqa' l-White Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwqar 'Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa', li tidentifika bħala prijorità l-prevenzjoni, l-aktar permezz tal-promozzjoni ta' l-eżerċizzju u ż-żieda fin-numru ta' parteċipanti fl-isport;
15. Jilqa' l-kisbiet tas-Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isport (EYES 2004), li enfasizzat l-irwol ta' l-isport fl-edukazzjoni u ġibdet l-attenzjoni għall-irwol soċjali mifrux ħafna ta' l-isport;
16. Jenfasizza li r-riżultati ta l-programm-EYES 2004 iridu jintużaw bis-sħiħ, billi jkunu sfruttati l-prattiki tajbin u billi jiġu żviluppati aktar f permezz ta" inizjattivi ġodda li jirċievu finanzjament pubbliku u privat jew ikunu promossi fl-ispirtu ta" responsabilità soċjali korporattiva;
17. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li jtella' Logħob Olimpiċi għaż-Żgħażagħ mill-2010, attività li se tikkontribwixxi biex iż-żgħażagħ ikunu konxji ta' l-ispirtu Olimpiku u tal-valur ta' l-isport;
18. Jikkunsidra li l-edukazzjoni u t-taħriġ sportivi, b'enfasi partikolari fuq ideali Olimpiċi, huma strument effettiv għall-inklużjoni soċjali ta" gruppi żvantaġġjati u d-djalogu multikulturali, u għall-promozzjoni ta" xogħol volontarju: jikkunsidra barra minn hekk li għandhom irwol importanti fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-intolleranza, ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-vjolenza;
19. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimmodernizzaw u jtejbu l-politiki tagħhom dwar l-edukazzjoni fiżika, l-iktar biex jiżguraw li jkun hemm bilanċ bejn l-attivitajiet fiżiċi u intellettwali fl-iskejjel, biex jinvestu f'faċilitajiet sportivi ta" kwalità u biex jieħdu miżuri xierqa biex jagħmlu l-bini ta" l-isports u l-kurrikuli ta" l-isports aċċessibbli għall-istudenti kollha, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa għall-bżonnijiet ta" l-istudenti b'diżabilità; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm appoġġ għal firxa wiesgħa ta" attivitajiet sportivi sabiex kull student ikollu opportunità reali biex jipparteċipa fi sports differenti; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-ħtieġa li jiżdied il-ħin dedikat għall-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel; biex jippromwovu r-rikonoxximent legali ta" istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jikkontribwixxu għal integrazzjoni aħjar ta" attivitajiet sportivi fl-iskejjel u fiċ-ċentri ta" qabel l-iskola; jiffavorixxi l-għoti ta" inċentivi għal klabbs sportivi li jkollhom ftehim ta" kollaborazzjoni ma" skejjel, stabbilimenti edukattivi, ċentri taż-żgħażagħ, u organizzazzjonijiet komunitarji jew volontarji involuti fi proġetti ta" tagħlim tul il-ħajja;
20. Jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-kundizzjonijiet għall-konformità man-numru minimu preskritt ta' lezzjonijiet ta'l-edukazzjoni fiżika, filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-eżerċizzju regolari jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex titnaqqas l-ispiża tal-kura tas-saħħa;
21. Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw li jkun hemm tagħlim ta'l-edukazzjoni fiżika fil-livelli kollha, inkluż fl-iskejjel primarji, minn għalliema ta'l-edukazzjoni fiżika speċjalizzati;
22. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fl-ispirtu tal-proċess ta' Bolonja, jassiguraw livell għola ta' konverġenza bejn il-programmi ta' taħriġ għall-għalliema ta'l-edukazzjoni fiżika f'kull livell ta' l-iskola u jassiguraw it-taħriġ professjonali kontinwu ta' l-għalliema ta'l-edukazzjoni fiżika li jintegra l-aspetti speċifiċi tal-ġeneru, u biex joħolqu sistema ta' superviżjoni indipendenti fl-interess li tiġi ggarantita l-kwalità;
23. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'koperazzjoni ma" kulleġġi ta" edukazzjoni fiżika, biex jipprovdu edukazzjoni sħiħa ta" kwalità għolja, li tgħin lill-atleti biex ikollhom il-ħiliet neċessarji kollha biex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew biex ikomplu l-istudji tagħhom f'istituzzjonijiet ta" edukazzjoni ogħla u lilhinn minn hekk;
24. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jagħtu taħriġ dwar il-kwistjoni tal-ġeneru lill-għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika billi jinkludu dan l-aspett fil-kurrikulu tagħhom; jappella sabiex ma jibqax jitbaxxa l-grad ta' l-istatus ta' l-edukazzjoni fiżika bħala suġġett u ta' l-istatus ta' l-għalliema li jgħallmuha; jenfasizza l-importanza tal-possibilità tal-koedukazzjoni fl-isport għat-tfal fin-'nursuries' u fl-iskejjel primarji kif ukoll l-għażla bejn klassijiet ta' koedukazzjoni u klassijiet ta' sess wieħed mil-livell sekondarju 'l quddiem bil-għan li l-bniet jitħeġġu sabiex jippruvaw l-isports li tradizzjonalment huma pprattikati mill-irġiel; jenfasizza l-ħtieġa li jkunu esplorati forom oħra ta' attività fiżika, li jistgħu jkunu pprattikati fuq bażi mhux obbligatorja, preferibbilment barra mill-edukazzjoni obbligatorja ta' l-istat;
25. Jikkunsidra li l-kwalifiki miksuba permezz ta" attività sportiva għandhom ikunu rikonoxxuti taħt is-sistema ta" referenza komuni inkorporata fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki futur; jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tinkludi l-isports fil-qasam ta" applikazzjoni tas-Sistema Ewropea ta" Trasferiment ta" Credits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; jikkunsidra li iktar trasparenza u għarfien reċiproku ta" liċenzji u diplomi għall-provediment ta" servizzi fis-settur sportiv fl-UEjikkontribwixxu għall-moviment ħieles tal-persuni (studenti, irġiel u nisa sportivi, ħaddiema u min iħaddem) kif ukoll għall-assimilazzjoni fuq perjodu ta" żmien fit-tul ta" atleti fis-suq tax-xogħol, u li jikkontribwixxu wkoll għall-koeżjoni soċjali fl-Ewropa u biex jintlaħqu l-miri ta" l-Istrateġija ta" Liżbona, minħabba li dan huwa qasam b'potenzjal għoli għall-ħolqien ta" l-impjiegi;
26. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda u tappoġġja riċerka multi-dixxiplinari fil-qasam ta' l-isport u l-edukazzjoni fiżika, u biex xxerred l-aħjar prattika; jirrakkomanda li toħloq prinċipji bażiċi għas-survey pan-Ewropew dwar il-politiki u l-prattiki ta' l-edukazzjoni fiżika li l-Kunsill ta' l-Ewropa ddefinixxa bħala prijorità;
27. Jenfasizza li l-użu ta' sustanzi li jtejbu l-prestazjoni jmur kontra l-valuri ta' l-isport bħala attività soċjali, kulturali u edukattiva; jistieden ukoll lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika, kemm fl-iskejjel u kemm barra mill-iskejjel, jinfurmaw lill-istudenti dwar il-perikli fiżiċi u psikoloġiċi ta' l-użu ta' sustanzi ta' doping;
28. Jistieden lill-Istati Membri sabiex iwettqu studju tal-parteċipazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tal-bniet u tas-subien fl-iskejjel u barra mill-iskejjel u sabiex jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex iżidu aktar l-isports offruti u b'hekk iżidu l-parteċipazzjoni tal-bniet fl-isports; itenni l-ħtieġa li l-effettività ta' dan l-infiq pubbliku tkun immoniterjata u evalwata permezz ta' baġitjar u studju ta' impatt li jieħu kont tal-perspettiva tal-ġeneru;
29. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex, meta jiżviluppaw politiki fil-qasam ta' l-isport u l-edukazzjoni fiżika, jinkludu l-aspetti tal-ġeneru billi jieħdu kont b'mod sistematiku tad-differenzi bejn il-kundizzjonijiet, sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet tan-nisa u l-irġiel f'dawn il-politiki; jistieden lill-Eurostat sabiex jiżviluppa indiktauri u jikseb statistiki ta' kwalità mtejba dwar il-parteċipazzjoni ta' l-irġiel u tan-nisa fl-isport fil-livelli kollha;
30. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri, filwaqt li jieħdu kont sħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex ifasslu strumenti xierqa li jistgħu jippromwovu aktar l-investiment u l-apparat fl-attivitajiet sportivi li fihom jieħdu sehem iż-żgħażagħ;
31. Jilqa' l-inklużjoni ta' referenza diretta u mhux ambigwa għall-valur soċjali, kulturali u ekonomiku ta' l-isport, li tifforma l-bażi għall-qafas legali ta' azzjoni Komunitarja fil-futur fit-test tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-Abbozz tal-Trattat ta' Liżbona;
32. Jipproponi li l-Programm ta' l-UE dwar is-Saħħa Pubblika jagħti aktar attenzjoni lill-iffurmar ta' għarfien dwar l-irwol prominenti ta' l-edukazzjoni, l-edukazzjoni fiżika u l-isport fil-qasam tas-saħħa pubblika;
33. Jirrikonoxxi li r-raġunijiet tas-saħħa m'humiex biżżejjed biex jinkoraġġixxu attivitajiet sportivi regolari; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-promozzjoni ta" l-isports marbut ma" attivitajiet ta" divertiment u dawksoċjali;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq linjigwida ċari dwar ir-regoli ta' l-għajnuna ta' l-istat, billi tistipula liema tip ta' għajnuna ta' l-istat hija meqjusa bħala aċċettabli u meħtieġa fl-interess li jitwettqu b'suċċess il-funzjonijiet soċjali, kulturali, tal-ħarsien tas-saħħa u edukazzjonali ta' l-isport, inkluż appoġġ finanzjarju jew mod ieħor mogħti mill-awtoritajiet ta' l-istat għall-ħolqien jew għall-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel, u għat-titjib u d-diversifikazzjoni ta' tagħmir u faċilitajiet u eżistenti, minħabba li f'ħafna skejjel it-tagħmir ta' l-isport mhux xieraq jew huwa mikdud ħafna;
35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika oqsma fejn l-azzjoni ta" l-UE tista" tipprovdi valur miżjud fir-rigward ta" l-azzjoni diġà meħuda minn organizzazzjonijiet sportivi u awtoritajiet ta" l-Istati Membri; jikkunsidra li l-metodu miftuħ ta" koordinazzjoni huwa mezz xieraq biex tinkiseb koperazzjoni aħjar fil-livell Ewropew fil-qasam speċifiku tal-politika dwar l-edukazzjoni fiżika u ta" l-isports għal kulħadd;
36. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra u tifformula politika għal dawk interessati, għal dawk involuti fit-teħid ta" deċiżjonijiet u għaċ-ċittadini, biex tkun iffaċilitata l-konsultazzjoni fir-rigward ta" azzjoni Ewropea dwar l-irwol ta" l-isports fl-edukazzjoni.
37. Jirrakkomanda li l-fondi strutturali ta' l-UE jintużaw għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta' faċilitajiet sportivi fl-iskola u faċilitajiet sportivi oħrajn f'zoni żvantaġġjati;
38. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni tapplika għall-provediment ta" servizzi fis-settur sportiv bl-istess mod bħal attivitajiet oħra fil-qafas tal-politiki kollha tal-Komunità;
39. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw ugwaljanza fl-opportunitajiet billi jieħdu passi biex iwaqqfu kwalunkwe diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' ġens, reliġjon jew oriġini etnika, biex jippromwovu metodu li jinvolvi aktar koperazzjoni bbażat fuq l-informazzjoni, aktar fehim, u espożizzjoni aktar wiesgħa għall-pubbliku, li tinkludi metodi ta' diversita' u metodu ta' taħlit flimkien, u anki biex tkun garantita aċċess għal livell bażiku ta' edukazzjoni fiżika għat-tfal b'diżabilitajiet u u, fejn ikun possibbli, għal aktar opportunitajiet;
40. Peress li l-isport huwa mezz ta' soċjalizzazzjoni, komunikazzjoni, integrazzjoni soċjali u, xi drabi jgħallem l-ispirtu ta' tim, dak li hu ġust u r-rispett tar-regoli, jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jintensifikaw il-programmi ta' l-isport u l-edukazzjoni fiżika għaż-żgħażagħ f'ċentri ta' riabilitazzjoni għall-minuri;
41. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-koperazzjoni, u jtejbu l-iskambju ta' informazzjoni u ta' eżempji ta' l-aħjar prassi bejn l-assoċjazzjonijiet ta' l-isport fl-iskejjel jew barra mill-iskejjel, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet volontarji u tas-soċjetà ċivili li jmexxu attivitajiet sportivi;
42. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw b'mod attiv forom ta' attività fiżika li jistgħu jsiru mill-familji, u biex itejbu d-djalogu bejn il-ġenituri, l-għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika u l-assoċjazzjonijiet sportivi barra mill-iskejjel;
43. Jenfasizza l-ħtieġa li s-soċjetà Ewropea ssir iktar konxja dwar l-irwol modern u l-importanza edukattiva ta" l-isports, billi l-organizzazzjonijiet edukattivi u sportivi jkunu inkoraġġuti biex jistabbilixxu u jiżviluppaw sħubijiet mill-qrib u objettivi konġunti u billi tkun promossa s-solidarjetà bejn is-setturi professjonali u tad-dilettanti, u biex il-komunità edukattiva ssir sensittiva għall-bżonn li jkunu indirizzati l-problemi ta" stil ta" ħajja sedentarja billi jkun promoss l-isports fl-iskola;
44. Jenfasizza l-importanza ta' l-irwol edukattiv u r-responsabilità ta' l-assoċjazzjonijiet u tal-klabbs sportivi, kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni ta' Nizza;
45. Jirrikonoxxi l-irwol soċjali u kulturali vitali li l-klabbs u l-assoċjazzjonijiet sportivi jista" jkollhom fil-komunitajiet lokali u nazzjonali tagħhom; jikkunsidra li l-iskejjel, iċ-ċentri ta" taħriġ, il-klabbs u l-assoċjazzjonijiet sportivi għandhom ikunu iktar involuti f'diversi forom ta" involviment u parteċipazzjoni tal-popolazzjoni lokali permezz ta" djalogu soċjali aħjar, preferibilment li jkun inbeda minn awtoritajiet lokali (dipartimenti tas-saħħa, l-affarijiet soċjali u l-edukazzjoni); jitlob li tingħata attenzjoni sabiex ikun żgurat li l-klabbs sportivi jiffunzjonaw mingħajr fanatiżmu biex b'hekk jiġu rrispettati l-ideali sportivi u soċjali;
46. Jenfasizza l-irwol ta" l-organizzazzjonijiet sportivi u l-inizjattivi bħall-Olimpjadi Speċjali, li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilitajiet fl-isports kif ukoll fis-soċjetà; jinkoraġġixxi ħafna biex l-appoġġ ta" l-Istati Membri u ta" l-UE jibqa" u jżid ix-xogħol ta" dawk l-organizzazzjonijiet u l-inizjattivi;
47. Ifaħħar ix-xogħol tal-voluntiera fl-organizzazzjonijiet sportivi kollha u jirrikonoxxi li l-biċċa l-kbira minn dawn l-organizzazzjonijiet ma jistgħux jeżistu mingħajr voluntiera; għalhekk jirrakkomanda li jkun hemm "credits" jew xi forma ta" rigal f'livell Ewropew għal servizz volontarju sabiex dan ix-xogħol jiġi pomoss u aktar rikonoxxut;
48. Jistieden lill-Kummissjoni biex titgħallem mill-esperjenzi tal-programm ta' "l-iskejjel li jemmnu fl-isports" mibdi mill-Presidenza Lussemburgiża u biex b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri tfassal sett uniformi ta' kriterji għall-għoti ta' din it-tikketta, kif ukoll il-kundizzjonijiet għal premju ta' l-isports Ewropew li għandu jingħata biex jiġu rikonoxxuti inizjattivi ġodda;
49. Jistieden lill-Kummissjoni, biex filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi tal-programm EYES 2004 u fil-qafas tal-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ u Ewropa għaċ-Ċittadini, toħloq inizjattivi ġodda mmirati biex tgħolli l-profil, u tqajjem iżjed kuxjenza fis-soċjetà, dwar l-irwol ta' l-isport u ta' l-edukazzjoni fiżika mhux biss fl-edukazzjoni u l-kulturali, iżda wkoll fl-interess ta'l-integrazzjoni soċjali u l-ħarsien tas-saħħa, partikularment permezz tal-prevenzjoni ta' l-obeżità u l-istress fl-iskejjel; jistieden b'mod partikulari biex l-inizjattivi sportivi jkunu żviluppati bħala parti mill-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja;
50. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-mobilità Ewropea għall-għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika u dawk li jħarrġu fil-edukazzjoni fiżika, bħala parti minn Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja, b'hekk ikun possibbli għalihom li jitgħallmu dwar l-aħjar prassi u jieħdu esperjenza minn skambji;
51. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-faċilitajiet ta' l-isport ikunu ddisinjati biex joffru aċċess faċli għal spettaturi u/jew parteċipanti b'diżabilità;
52. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-isport differenti offruti jinkoraġġixxu lit-tfal biex jadottaw attitudni b'moħħ miftuħ lejn id-dinja u jiżviluppaw valuri bħar-rispett proprju, ir-rispett lejn l-oħrajn, is-solidarjetà, l-għarfien, il-konoxxenza proprja u t-tolleranza;
53. Jirrikonoxxi li l-isports għandu rwol importanti fit-tagħlim tul il-ħajja, u li l-istudenti ta" kull età għandhom jiġu megħjuna jipparteċipaw;
54. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni partikulari għal sitwazzjonijiet fejn it-talenti tat-tfal jiġu sfruttati bil-għan ta' suċċess f'kompetizzjonijiet sportivi u jenfasizza li attivitajiet sportivi professjonali li jinvolvu t-tfal għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-aħjar interessi tagħhom;
55. Jirrikonoxxi l-importanza tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-bniet u tan-nisa f'attivitajiet sportivi fil-livelli kollha; jikkunsidra l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-non-diskriminazzjoni bħala objettivi li jiffurmaw parti integrali mill-funzjonijiet edukattivi u soċjali ta' l-isport; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat l-istess aċċess u parteċipazzjoni għan-nisa u għall-irġiel u għas-subien u għall-bniet fil-livelli kollha u fil-funzjonijiet u fl-oqsma kollha ta' l-isport, irrispettivament mill-isfond soċjali, l-aktar għal nies b'diżabilità, minħabba li nisa b'diżabilità jistgħu jiġu ffaċċjati minn diskriminazzjoni multipla; barra minn hekk jenfasizza l-irwol importanti ta' l-isport għas-saħħa pubblika, speċjalment fil-ġlieda kontra l-obeżità li fil-preżent taffettwa 21 miljun tifel u tifla fl-UE;
56. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni partikulari għas-saħħa fiżika u mentali ta' tfajliet adoloxxenti li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet ta' l-ogħla livell, u sabiex jevalwaw bl-akbar kura l-effetti li ċerti esiġenzi jista' jkollhom fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva tat-tfajliet adoloxxenti u fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom, bil-għan li jiġu evitati kwalunkwe effetti li jmorru kontra l-irwol edukattiv importanti ta' l-isport;
57. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tidentifika l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-fastidji sesswali u l-abbużi fl-isport; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri ta' prevenzjoni u ta' eliminazzjoni kif ukoll jiżviluppaw kampanji ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-istrumenti ta' azzjoni legali li huma disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-għadd kbir ħafna ta' riżoluzzjonijiet dwar dan is-suġġett, l-aktar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Marzu 2000 dwar il-prevenzjoni ta' fastidji sesswali u l-abbuż min-nisa, miż-żgħażagħ u mit-tfal fl-isport (Riżoluzzjoni ta' Bratislava) u r-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-5 ta' Ġunju 2003;
58. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu opportunitajiet u trattament indaqs għall-irġiel u għan-nisa fl-aċċess għat-taħriġ u meta jsegwu karriera fl-isport;
59. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu passi sabiex iqajmu l-kuxjenza fost dawk kollha li jaħdmu fil-qasam ta' l-isport (klabbs, federazzjonijiet, eċċ) dwar l-importanza li l-perspettiva tal-ġeneru tiddaħħal fid-deċiżjonijiet kollha u fl-azzjonijiet kollha mnedija minnhom, u dwar il-ħtieġa li meta jkunu qed jitħejjew attivitajiet, fost l-objettivi tagħhom tiddaħħal l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;
60. Jenfasizza l-importanza ta" l-eżerċizzju fiżiku biex tkun ikkontrollata l-obeżità u jiġu megħluba drawwiet ta" stil ta" ħajja li m'humiex tajbin għas-saħħa, b'hekk ikun ta" benefiċċju kbir għas-saħħa ta" kull individwu, madanakollu jesprimi tħassib, li iktar sigħat ta" xogħol u l-kundizzjonijiet ta" llum tax-xogħol b'mod ġenerali, mhux qed iħallu lill-ħaddiema jagħmlu eżerċizzji fiżiċi regolari u jsiru iktar involuti fl-isports;
61. Jirrikonoxxi li l-isports huwa settur li joħloq l-impjiegi u li oqsma oħra, bħall-edukazzjoni, il-mediċina, il-media u l-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta" tagħmir u prodotti speċjalizzati, huma marbuta direttament ma" dan is-settur;
62. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija" (COM(2006)0231) u l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt ta' l-Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija (SEC(2006)0620),
– wara li kkunsidra s-Sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (EAP)(1),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġijka, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kyoto fir-rigward tal-konnessjonijiet diretti u indiretti tagħhom mal-funzjonijiet tal-ħamrija u l-ħarsien tal-ħamrija,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Novembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija"(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0411/2007),
A. billi l-ħamrija hija komponent ewlieni ta' l-ambjent ġeografiku, hija l-ħolqa li tgħaqqad l-art (il-litosfera), l-arja (l-atmosfera) u l-ilma (l-idrosfera) u hija l-bażi għal funzjonijiet essenzjali għall-ħajja fid-dinja; billi diversi linji politiċi Komunitarji għandhom l-għan li jipproteġu dawn il-funzjonijiet u l-evalwazzjoni ta' impatt mill-Kummissjoni turi li, minkejja dawn il-linji politiċi, il-qerda, l-erożjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija qed jiżdiedu, filwaqt li l-isforzi maħsuba sabiex jiġu rkuprati l-fertilità u l-funzjonijiet produttivi tal-ħamrija mhumiex qed jilħqu l-effetti mixtieqa, u qed iwasslu għal impatt li qed jikber fuq oqsma ambjentali oħrajn, kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali,
B. billi l-ħarsien globali tal-ħamrija u tal-funzjonijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali, ekoloġiċi u kulturali tagħha huwa prekundizzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali internazzjonali ewlenin, bħall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, is-salvagwardja ta' ilma suffiċjenti u nadif, il-ġlieda sabiex ma jkomplux jitbaxxew il-livelli ta' l-ilma ta' taħt l-art, il-prevenzjoni ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-ħarsien tal-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, il-formazzjoni ta' l-isteppa u d-deforestazzjoni, kif ukoll azzjonijiet maħsuba għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ħamrija u għat-twaqqif tal-proċessi li jwasslu għad-degradazzjoni jew għall-qerda sħiħa tal-ħamrija,
C. billi l-istruttura u l-karatteristiċi tal-ħamrija huma r-riżultat ta' proċess ta' formazzjoni tal-ħamrija u ta" proċessi ġeomorfoloġiċi u ġeoloġiċi li jieħdu eluf ta' snin, u għalhekk jagħmluha riżors li ma jiġġeddidx; billi, għalhekk, il-prevenzjoni ta' kwalunkwe tip ta' ħsara lis-saffi tal-ħamrija (erożjoni, qerda, degradazzjoni, imluħa, eċċ.) u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija hija ħafna iżjed effiċjenti f'sens ta" nfiq mill-irkupru tal-funzjonijiet tagħha,
D. billi l-inizjattivi nazzjonali volontarji u l-miżuri nazzjonali eżistenti huma importanti sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' ħarsien akbar tal-ħamrija,
1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija tematika tal-Kummissjoni għall-ħarsien tal-ħamrija, li ssegwi l-komunikazzjoni tagħha ta" l-2002 dwar is-suġġett (COM(2002)0179) li turi biċ-ċar il-ħtieġa ta' miżuri ta' ħarsien effettiv u produttiv tal-ħamrija fl-Istati Membri ta' l-UE, u l-proposta biex tkun adottata direttiva ta" qafas dwar il-ħarsien tal-ħamrija;
2. Jinnota li d-degradazzjoni tal-ħamrija għandha kawżi u impatt lokali u reġjonali, u li l-effetti transkonfinali iżolati huma kkawżati minn fatturi ġeomorfoloġiċi reġjonali u għalhekk jirrikjedu miżuri intergovernattivi;
3. Jirrimarka li l-attivitajiet tal-bniedem jaffettwaw il-funzjonijiet u l-użu tal-ħamrija b'diversi modi u li strateġija Komunitarja għalhekk trid tgħin biex tħares dawk l-artijiet fejn tista' tiġi pprattika l-biedja li l-aktar jinsabu mhedda, pereżempju b'konnessjoni ma' tibdil fl-użu ta' l-art, zoni industrijali kontaminati, l-impermeabilità (sealing) tal-ħamrija u l-erożjoni;
4. Huwa mħasseb dwar il-konsegwenzi tad-degradazzjoni tal-ħamrija, kemm naturali u kemm bħala riżultat ta' l-attività tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa ta' strateġija Ewropea biex tidentifika u tirrimedja l-problemi marbuta mad-degradazzjoni tal-ħamrija;
5. Jemmen bis-sħiħ li d-diversità enormi ta' tipi ta' ħamrija (320, b'għadd kbir ta' sottotipi) toħloq il-ħtieġa li, minbarra strateġiji nazzjonali minn isfel għal fuq, ikun hemm strateġija Ewropea bbażata fuq il-prevenzjoni, l-għarfien pubbliku, l-informazzjoni u l-identifikazzjoni taz-zoni ta' riskju sabiex din il-problema tiġi ffaċċjata fuq livell Ewropew; jistieden lill-Istati Membri li m'għandhomx leġiżlazzjoni speċifika fil-qasam tal-ħarsien tal-ħamrija biex jiffaċċjaw ir-responsabilità tagħhom f'dan il-qasam, filwaqt li jqisu wkoll ir-responsabilitajiet tas-sidien; iqis, b'mod partikulari, li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandu jkollhom irwol ewlieni fit-tfassil ta' l-għanijiet u tal-pjani għall-ħarsien tal-ħamrija;
6. Huwa tal-fehma li t-tisħiħ ta' l-istrateġija tematika huwa meħtieġ għall-Istati Membri kollha, u li d-dinamika tat-twettiq ta' din l-istrateġija tiżdied b'mod kunsiderevoli jekk jiżdiedu miżuri ta' għajnuna finanzjarja fil-qafas tar-riżorsi ta" l-approprjazzjonijiet baġitarji disponibbli għar-reġjuni ta' koeżjoni;
7. Jinnota li l-ħamrija hi riżors komuni; jenfasizza li filwaqt li l-ilma, l-arja u l-bijodiversità jgawdu minn leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika, il-ħamrija, li hija fattur kruċjali fil-produzzjoni sostenibbli fuq perjodu ta" żmien fit-tul ta' l-ikel, ta' l-għalf, tal-fibri u, iktar u iktar spiss, tal-bijomassa, ma tgawdix minn leġiżlazzjoni ta' dan it-tip;
8. Jenfasizza li, f'konformità mal-prinċipji ta' leġiżlazzjoni aħjar, direttiva ta' qafas ta' l-UE hija ġġustifikata bis-sħiħ billi l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE, li l-ewwel għandha tiġi supplimentata, u ta' l-għażliet volontarji bbażati fuq it-trasferiment ta' tagħrif speċjalizzat għadhom jikxfu nuqqasijiet fil-ħarsien tal-ħamrija;
9. Jitlob li regoli ġodda Ewropej, jekk ikunu għadhom ikkunsidrati neċessarji, jitqiesu biss fuq il-bażi ta' miżuri bħal dawn, u li f'dak il-każ jiġu stipulati standards li jorbtu rigward it-titjib;
10. Jaqbel mal-Kummissjoni li hemm il-ħtieġa għal direttiva ta' qafas dwar il-ħarsien tal-ħamrija, minħabba l-irwol importanti tal-ħamrija biex jiġu indirizzati sfidi internazzjonali bħat-tnaqqis fil-produttività tal-ħamrija, fis-servizzi ta' ekosistemi u fil-bijodiversità, ikkawżati mid-deforestazzjoni, it-tnaqqis fil-kwalità ta' l-ilma, il-formazzjoni ta" l-isteppa, l-erożjoni kontinwa tal-ħamrija, l-għargħar rikorrenti u ċ-ċedimenti ta" mases ta" art, u biex tkun żgurata produzzjoni ta' l-ikel suffiċjenti u bla periklu;
11. Jemmen li d-direttiva ta' qafas hija miżura adegwata għall-ħarsien tal-ħamrija, li tqis kif xieraq il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5, it-tieni paragrafu tat-Trattat KE), u hija suġġetta għall-proporzjonalità (l-Artikolu 5, it-tielet paragrafu tat-Trattat KE), u tista" tippermetti lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux hekk li jiżviluppaw politiki dwar il-ħamrija mingħajr ma joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni; jemmen li d-direttiva ta' qafas għandha tirrikonoxxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja li diġà teżisti u m'għandhiex iżżid piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq l-Istati Membri, fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u fuq is-sidien ta' l-art;
12. Jirrimarka li l-livell għoli ta' diversità tal-ħamrija, l-oqsma bi problemi differenti li jiddependu mir-reġjun u l-pjanijiet dettaljati nazzjonali eżistenti dwar il-ħarsien tal-ħamrija jridu jitqiesu billi jkun żgurat li l-Istati Membri jżommu livell konsiderevoli ta' flessibilità meta jfasslu l-qafas leġiżlattiv; jenfasizza li l-ħamrija hi qasam ta' politika li, minħabba d-diversità kbira tiegħu, jeħtieġ soluzzjonijiet mfassla speċifikament li hemm bżonn ikunu żviluppati fuq livelli lokali u reġjonali;
13. Jikkonkludi li tinħtieġ demarkazzjoni ċara bejn din id-direttiva u standards leġiżlattivi Ewropej oħrajn relatati mal-ħarsien tal-ħamrija sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni regolatorja;
Sinerġija ma' politiki Komunitarji oħrajn
14. Jipproponi li jsiru evalwazzjoni u analiżi fil-fond tad-direttivi li diġà ġew introdotti fl-Unjoni Ewropea, bħad-Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art u d-Direttiva dwar in-Nitrati, u li jiġi evalwat u analizzat sa liema punt l-Istati Membri qed jilħqu l-kriterji ta' kundizzjonalità applikabbli għall-bdiewa; iqis li, fuq il-bażi ta' din l-analiżi, jistgħu jitfasslu miżuri li jorbtu, jekk dan ikun meħtieġ, sabiex jippromwovu l-kwalità tal-ħamrija; jinnota li se jkun possibbli wkoll, fuq il-bażi ta' din l-analiżi, li jsir skambju ta' informazzjoni fi ħdan l-UE sabiex tiġi promossa l-kwalità tal-ħamrija;
15. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-ħarsien tal-ħamrija li huma f'leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar l-arja, l-ilma, l-iskart, il-bidla fil-klima, il-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni, l-agrikoltura, l-enerġija, il-prodotti, l-industrija, it-trasport u l-iżvilupp reġjonali, u biex, qabel tmiem l-2008, tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar kif din il-leġiżlazzjoni tista' tintuża aħjar sabiex titħares aktar il-ħamrija;
16. Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet tal-ħamrija għandhom jittejbu f'bosta reġjuni Ewropej, iżda jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel sforzi akbar biex tiggarantixxi konsistenza mal-leġiżlazzjoni attwali;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jevita d-duplikar, il-kontradizzjonijiet u l-inkonsistenzi rigward ir-regoli eżistenti ta' l-UE;
18. Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-azzjonijiet u l-iskedi tagħha fir-reviżjoni tad-Direttivi dwar is-Sewage Sludge u dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis u fl-evalwazzjoni ta' sinerġiji possibbli bejn il-miżuri għall-ħarsien tal-ħamrija u l-miżuri li jaqgħu inter alia taħt id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa s-sinerġiji possibbli mad-Direttiva dwar l-Iskart;
19. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kemm jista' jkun malajr direttiva dwar l-immaniġġjar sod tal-bijoskart bil-għan li jitnaqqas l-ammont ta' bijoskart li jintefa' fil-miżbliet jew li jinħaraq fl-inċineratur u biex minflok tippromwovi l-produzzjoni tal-kompost u tal-bijogass; jirrimarka li l-kompost u r-residwi ttrattati mill-produzzjoni tal-bijogass li jkunu ta' kwalità xierqa jistgħu jappoġġjaw bil-kbir il-preservazzjoni u ż-żieda tal-materja organika fil-ħamrija;
Bidla fil-klima
20. Jirrikonoxxi li bidla fl-użu tal-ħamrija tista' tirriżulta f'żieda fit-trażżin tal-karbonju jew f'żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, pereżempju fil-każ tad-deforestazzjoni, jew meta jitnixxfu artijiet tal-pît b'riżultat ta' fitotisqija jew tisqija bl-ilma mhux xierqa, jew meta jibdew jinħaddmu l-artijiet bil-ħaxix permanenti jew minħabba l-ħrit ħażin ta' ġnub l-għoljiet; jirrikonoxxi li mhux biss l-użu tal-ħamrija għandu impatt qawwi fuq il-bidla fil-klima, iżda li l-istess bidla fil-klima tista' tirriżulta f'degradazzjoni jew erożjoni kbira tal-ħamrija;
21. Jirrikonoxxi li l-bidla fil-klima, permezz ta' tibdiliet fit-temperaturi u fix-xita, jista' jkollha impatti kbar fuq iċ-ċikli bijoġeokimiċi fil-ħamrija li jaffettwaw il-fertilità tal-ħamrija; jirrikonoxxi wkoll li, fi klima li qed tinbidel, b'mod speċjali l-bidliet fin-nutrijenti tal-ħamrija u fil-bilanċi ta' l-ilma u l-effett tagħhom fuq il-produzzjoni ta' l-ikel, fuq it-trasport ta' nutrijenti u ta' sustanzi li jniġġsu u fuq id-disponibilità ta' l-ilma, jeħtieġu aktar attenzjoni;
22. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis miżuri, li jinkludu taxxa minima komuni, pereżempju, fuq it-telf ta' karbonju; dawn it-taxxi jridu jinġabru fuq livell nazzjonali u d-dħul minnhom irid jintuża sabiex tiġi solvuta l-problema tat-tniġġis li tipprovdi l-bażi għat-taxxa, pereżempju, sabiex jiġu żviluppati sistemi li jinvolvu t-trażżin tal-karbonju;
23. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu l-importanza ta' l-irwol tal-politiki dwar il-ħamrija kemm fil-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u kemm fl-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima fin-negozjati tagħhom dwar reġim li jkun applikabbli wara l-2012 taħt il-UNFCCC;
24. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi iżjed riċerka dwar l-irwol tal-ħamrija fit-tkabbir tal-kapaċità taż-żamma ta' l-ilma u fil-ġlieda sabiex il-livelli ta' l-ilma ta' taħt l-art ma jkomplux jitbaxxew, fil-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u fl-adattament għaliha, u biex tidentifika l-aqwa prattiki possibbli dwar miżuri li jżidu t-trażżin tal-karbonju fil-ħamrija, u biex tgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar dan qabel tmiem l-2009, meta studju tal-Kummissjoni li għadu għaddej ikun laħaq ta xi riżultati;
Agrikoltura
25. Jinnota li art agrikola produttiva hija riżors dinji dejjem aktar skars u li dan jeħtieġ prattiki agrikoli sostenibbli li jippreservaw il-kwalitajiet siewja tal-ħamrija;
26. Jirrikonoxxi li prattiki agrikoli mhux sostenibbli jista' jkollhom effetti ħżiena ħafna fuq il-ħamrija u fuq l-ilmijiet li jinsabu 'l bogħod mis-sors minħabba n-nuqqas ta' ħarsien tal-bilanċi bijoġeokimiċi sensittivi u tal-bijodiversità tal-ħamrija;
27. Jirrimarka li l-agrikoltura u l-forestrija għandhom irwol kruċjali fiż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u biex il-ħamrija tingħata ħajja mill-ġdid, u li hemm ħafna interess proprju min-naħa ta' dawk involuti fil-biedja u fil-forestrija li jżommu l-art tagħhom f'kundizzjoni tajba bħala bażi ta" produzzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi evitata l-impermeabilità permanenti tal-ħamrija li għandha valur ekoloġiku jew produttiv għoli, u li l-ħamrija ma titħalliex tinkesa b'uċuħ artifiċjali minħabba żvilupp urban u infrastrutturi oħra, b'mod speċjali dik li tinsab f'zoni bħall-pjanuri tax-xmajjar, art fertili tal-biedja u zoni kostali; jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi kollha mil-livell lokali sal-livell Komunitarju sabiex jagħtu attenzjoni partikulari lil din ta' l-aħħar, li tinsab taħt pressoni qawwija minħabba l-attivitajiet tal-bniedem;
28. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi prijoritajiet dwar kif l-art ta" l-Ewropa għandha tintuża biex il-ħamrija tiġi protetta bl-aħjar mod possibbli u sabiex tinħoloq bażi għal livelli għolja ta' bijodiversità u ta' trażżin ta' karbonju; barra mit-trażżin fil-ħamrija, għandu jkun żgurat li jkunu inklużi wkoll l-imsaġar, l-ilqugħ mir-riħ (shelter belts) u, mhux l-anqas, l-agroforestrija;
29. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi katalogu ta' prattiki agrikoli u ta' l-effetti differenti tagħhom fuq il-ħamrija, sabiex l-aqwa prattiki agrotekniċi jkunu jistgħu jiġu promossi b'mod konformi mal-karatteristiċi tal-biedja u tal-benefiċċji tagħha għall-ħamrija u għall-ambjent f'sens iktar wiesa';
30. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi eżempji ta' prattiki agrikoli sostenibbli li jaħdmu favur il-konservazzjoni tal-ħamrija;
Bijodiversità
31. Iqis li hu kruċjali li jiġi applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni u li jiġi żgurat li s-Sitt EAP u l-leġiżlazzjoni ambjentali ta' l-UE bħad-Direttiva dwar l-Ambjent Naturali u l-Għasafar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma jkunu rrispettati bis-sħiħ; jemmen ukoll li, fejn meħtieġ, il-politiki tal-Komunità għandhom jiġu riveduti, sabiex ikun hemm prevenzjoni aħjar tat-tnaqqis fil-bijodiversità;
Riċerka
32. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi iżjed riċerka fuq l-irwol tal-ħamrija fil-ħarsien tal-bijodiversità u tal-bijodiversità tal-ħamrija, fl-oqsma tal-proċessi li fuqhom huma msejsa l-funzjonijiet tal-ħamrija, it-tibdiliet fl-ispazji u temporali fil-proċessi tal-ħamrija, il-kawżi ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali tat-theddidiet lill-ħamrija, il-fatturi li jinfluwenzaw l-irwoli utilitarji tal-ħamrija u proċeduri u teknoloġiji operazzjonali għall-ħarsien u r-restawrazzjoni tal-ħamrija. Fil-proposta għas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka (2007-2013)(3), li jkopri r-riċerka fil-funzjonijiet tal-ħamrija bħala parti mill-oqsma prijoritarji dwar "l-Ambjent" u "l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija", hemm l-ewwel passi lejn din id-direzzjoni;
Deżertifikazzjoni u formazzjoni ta' l-isteppa
33. Iqis li l-proċess li qed imur għall-agħar ta' deżertifikazzjoni u ta' formazzjoni ta' l-isteppa li qed jaffettwa diversi reġjuni fl-Unjoni huwa riżultat ta' pressjoni sinifikanti tal-bniedem, ikkawżat mid-deforestazzjoni ta' zoni kbar u t-tinxif eċċessiv ta' l-artijiet bil-ħaxix, u li l-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent naturali għadhom ma ġewx riflessi b'mod xieraq jew indirizzati b'kuxjenza suffiċjenti f'ċerti korpi Komunitarji; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar riċerka u kuxjenza madwar il-Komunità;
34. Jirrimarka, f'dan ir-rigward, li 14-il Stat Membru huma affettwati mid-deżertifikazzjoni, u li t-13 l-oħra, anke jekk mhumiex fil-fatt affettwati, huma suġġetti għal pressjonijiet ambjentali reġjonali jew lokali bħal ma huma l-erożjoni jew it-tmelliħ;
35. Iqis li d-direttiva ta' qafas għandha ssaħħaħ bil-kbir l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda Kontra d-Deżertifikazzjoni u għandha ssaħħaħ l-isforzi fil-prevenzjoni u fil-mitigazzjoni tad-deżertifikazzjoni u l-formazzjoni ta" l-isteppa fil-pajjiżi milqutin ta' l-Unjoni Ewropea; jemmen li l-għerf u l-kompetenzi miġbura fil-kuntest ta' l-Istrateġija Tematika għall-Ħamrija għandhom ikunu trasferiti u maqsuma mal-pajjiżi tat-Tielet Dinja li huma milquta mid-deżertifikazzjoni;
36. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq komunikazzjoni dwar id-deżertifikazzjoni u l-formazzjoni ta' l-isteppa, l-ewwel fl-UE u mbagħad mad-dinja kollha, li jkun fiha deskrizzjoni preċiża tar-reġjuni milquta jew li aktarx se jiġu milquta mill-proċess ta' deżertifikazzjoni u l-formazzjoni ta' l-isteppa, flimkien ma' analiżi ddettaljata tal-kawżi u l-effetti soċjo-ekonomiċi fuq ir-reġjuni, u li tidentifika l-azzjonijiet Komunitarji adegwati li jgħinu biex jiġu limitati l-effetti negattivi ta' dawn il-proċessi;
Kontaminazzjoni
37. Iqis li l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija hija importanti ħafna biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-ħamrija kif ukoll il-kwalità tal-ħamrija u biex jiġi żgurat il-ħarsien ta' elementi oħra ta' l-ambjent naturali, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni Komunitarja preżenti u tal-ġejjieni tkun konformi ma' dan l-objettiv;
38. Jemmen li hemm bżonn ta' approċċ sistematiku għall-identifikazzjoni tas-siti kontaminati, li jkun ibbażat fuq il-monitoraġġ ta' parametri oġġettivi u fuq lista komuni ta' attivitajiet, ħalli tinġabar l-informazzjoni meħtieġa u jiġu stabbiliti bażijiet ta' dejta biex ikunu mmaniġġjati l-effetti tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija, u b'hekk jingħata sinjal lill-operaturi ekonomiċi sabiex dawn jieħdu miżuri preventivi u effettivi bil-għan li jevitaw il-kontaminazzjoni fil-ġejjieni;
39. Jenfasizza li, sabiex tintlaħaq soluzzjoni xierqa u pproporzjonata għall-problema, il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' art kontaminata trid tkun bil-kundizzjoni ta' l-eżistenza ta' suspett ta' riskju (approċċ ibbażat fuq ir-riskju);
40. Jenfasizza li, flimkien mad-diversi proċeduri ta' rimedjazzjoni bħalma huma d-dikontaminazzjoni u l-istabbilizzazzjoni, għandhom jiġu inklużi possibilitajiet oħra, bħalma huma miżuri adegwati ta' ħarsien u limitazzjoni jew ir-rikors għal proċessi naturali ta' tnaqqis ta' sustanzi li jniġġsu;
41. Jappoġġja l-Kummissjoni fl-approċċ tagħha biex iżżid l-għarfien pubbliku dwar is-siti kontaminati jew is-siti li jistgħu jiġu mhedda b'kontaminazzjoni u biex iżżid it-trasparenza fit-tranżazzjonijiet ta' l-art ibbażati fuq pjanijiet lokali ta' żvilupp ta' l-art, b'mod partikulari permezz tat-twaqqif tar-rapport dwar l-istejtus tal-ħamrija u speċjalment għall-inħawi fejn twettqu jew qed jitwettqu attivitajiet li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw tniġġis;
42. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' pjattaforma madwar l-Ewropa għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri peress li dan jippromwovi t-trasferiment ta' tagħrif speċjalizzat u jista' jwitti t-triq għal sinerġiji; iħeġġeġ li, meta jitqiesu s-sistemi eżistenti fl-Istati Membri, sabiex ikun hemm ħolqien volontarju ta' pjattaforma bħal din bħala parti minn strateġija ta' l-UE għall-ħarsien tal-ħamrija, approċċ prammatiku għandu jkun fil-mira sempliċement għal raġunijiet ta' spejjeż;
43. Jenfasizza li l-ħtiġijiet ta' rrappurtar u dokumentazzjoni stipulati fid-direttiva ta" qafas iridu jkunu ristretti għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex ma jiġix impost piż eċċessiv fuq l-irħula, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni; b'mod partikulari, l-Istati Membri jeħtieġu li jkunu kapaċi jużaw is-sistemi ta' rrappurtar tagħhom stess;
Monitoraġġ, impatti tad-diżastri naturali, taħriġ u edukazzjoni
44. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ħarsien tal-ħamrija u r-rabtiet tagħha mal-bidla fil-klima, il-bijodiversità, id-deforestazzjoni, it-tnixxif ta' l-art, id-deżertifikazzjoni, il-formazzjoni ta' l-isteppa, il-livelli li qed jitbaxxew ta' l-ilma ta' taħt l-art, l-aċidifikazzjoni, l-erożjoni u r-riskji li kibru bħala riżultat ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, ikunu indirizzati fil-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) u fl-INSPIRE bħala kwistjoni ta' prijorità;
45. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi iżjed riċerka dwar ir-riskju li kiber ta' l-għargħar u taċ-ċedimenti ta" mases ta" art li jirriżultaw mit-telf ta' porożità u mill-inżul (subsidence) tal-ħamrija, u dwar l-impatti li kibru ta' l-għargħar, taċ-ċedimenti ta" mases ta" art u ta' l-attività sismika kkaġunati minn żieda fid-densità tal-popolazzjoni u fl-attivitajiet fiz-zoni ta' max-xtut, fil-baċini tax-xmajjar u fl-inħawi ta' madwar il-vulkani u f'inħawi fejn hemm emissjonijiet tad-CO2 u tad-SO2 fuq skala kbira, u biex tidentifika l-aqwa prattiki biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji li żdiedu;
46. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-inizjattiva u biex tiżviluppa skemi sabiex tinkoraġġixxi t-trasferiment ta' tagħrif speċjalizzat marbut ma' l-aħjar prattika skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħarsien tal-ħamrija;
47. Jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika metodi aktar strutturali sabiex ittejjeb it-taħriġ u l-edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni, it-teħid ta' kampjuni u l-monitoraġġ tal-ħamrija u l-aqwa prattiki possibbli dwar il-ħarsien tal-ħamrija, l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattika, it-tkabbir ta' l-għerf dwar l-importanza u l-ħtieġa tal-ħarsien tal-ħamrija u wkoll il-promozzjoni ta' l-aqwa prattiki agrotekniċi fil-biedja bil-għan li tiġi rkuprata l-funzjoni produttiva tal-ħamrija;
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunita Ewropea għar-Riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p.1).
Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità (COM(2006)0818 – C6-0011/2007 – 2006/0304(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0818),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0011/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0402/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-parlament ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-direttiva 2008/.../ke tal-parlament ewropew u tal-kunsill li temenda d-direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-skema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-komunità
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta" Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità ║(4) stabbiliet skema għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità sabiex tippromwovi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mod effettiv fl-ispiża u ekonomikament effiċjenti.
(2) L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, li kienet approvata f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta" Diċembru 1993 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima(5), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera fuq livell li jipprevjieni indħil perikoluż antropoġeniku fis-sistema tal-klima. Il-Komunità stqarret diversi drabi li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, iż-żieda globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ ma għandhiex taqbeż il-livelli preindustrijali b'aktar minn 2°C. Riċerka u xogħol xjentifiċi ta' dan l-aħħar jindikaw li sabiex tintlaħaq din il-mira ta' temperatura fit-tul jeħtieġ li l-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra jilħqu l-quċċata fi żmien għoxrin sena u dan ikun segwit minn tnaqqis sostanzjali ta' mill-anqas 15% u forsi wkoll ta' 50% meta mqabbel ma' livelli ta' l-1990. Il-livelli ta' tnaqqisiet ikkwantifikati li l-Istati għandhom jaslu għalihom mill-2013 sabiex jintlaħaq l-għan ta' l-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għadhom ma ġewx iffissati fil-proċess internazzjonali tal-bidla fil-klima. Għalkemm din id-Direttiva għandha tkun konsistenti mal-kontribut ta' l-UE lejn il-mira tat-temperatura fil-medda t-twila, il-metodi u l-bażi ta' l-allokazzjoni ta' kwoti lill-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru skond din id-Direttiva wara dik id-data għandhom jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl ta' żviluppi xjentifiċi u ta' żviluppi politiċi fuq livell internazzjonali.
(3) Il-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima tesiġi li l-partijiiet jifformulaw u jimplimentaw programmi nazzjonali u, fejn jixraq reġjonali, b'miżuri biex tittaffa l-bidla fil-klima.
(4) Il-Protokoll ta' Kyoto, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 fir-rigward ta' l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u tat-twettiq konġunt ta' l-obbligi tiegħu(6), jeħtieġ li l-pajjiżi żviluppati jsegwu l-limitazzjoni jew it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-avjazzjoni mhux ikkontrollati bil-Protokoll ta' Montreal, li jopera permezz ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
(5) Għalkemm il-Komunità mhijiex Parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago ta' l-1944, l-Istati Membri kollha huma Partijiet kontraenti għal dik il-Konvenzjoni kif ukoll membri ta' l-ICAO, u jissoktaw fl-appoġġ tagħhom għax-xogħol fl-iżvilupp ta' strumenti bbażati fuq is-suq u jaħdmu ma stati oħrajn fuq livell globali. Fis-sitt laqgħa tal-Kumitat ICAO dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent mill-Avjazzjoni fl-2004, ġie miftiehem li sistema ta' skambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet speċifiċi ma' l-avjazzjoni bbażata fuq strument legali ġdid taħt l-awspiċi ta' l-ICAO deher mhux attraenti biżżejjed biex ma jiġix segwit. Madankollu, ir-Riżoluzzjoni 35-5 ta' l-Assemblea ICAO m'approvax strument ġdid legali iżda minflok tapprova "l-iżvilupp ulterjuri ta' sistema ta' skambju miftuħ ta' kwoti ta' l-emissjonijiet għall-avjazzjoni internazzjonali" u l-possibilità li l-Istati, jinkorporaw emissjonijiet minn avjazzjoni internazzjonali fl-iskemi tagħhom ta' skambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet.
(6) Is-Sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali tal-Komunità stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) ipprovda li l-Komunità tidentifika u tistabblixxi ażżjonijiet speċifiċi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-avjazzjoni, fil-każ li ebda azzjoni bħal din tkun ġiet miftiehma fi ħdan l-ICAO sa l-2002. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ottubru 2002, Diċembru 2003 u Ottubru 2004, il-Kunsill kemm-il darba sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi azzjoni li tnaqqas l-impatt tal-bidla fil-klima mit-trasport internazzjonali bl-ajru.
(7) Il-politiki u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell ta" l-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha ta" l-ekonomija Komunitarja, u mhux biss fi ħdan is-setturi ta' l-industrija u ta" l-enerġija, sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. Jekk l-impatt fuq il-bidla fil-klima mis-settur ta' l-avjazzjoni jissokta bir-rata li għaddej biha bħalissa, dan ipatti b'mod negattiv sinifikanti għat-tnaqqis li sar mis-setturi l-oħra sabiex tiġi miġġielda l-bidla fil-klima.
(8)Sabiex tgħin fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet mill-inġenji ta' l-ajru, il-Kummissjoni għandha tagħmel studju tal-fattibilità sa l-2009 dwar il-possibilità li jiġu stipulati standards ta' emissjonijiet għall-magni ta' l-inġenji ta' l-ajru.
(9) Fil-komunikazzjoni tagħha tas-27 ta" Settembru 2005(8) il-Kummissjoni adottat strateġija dwar it-tnaqqis ta' l-impatt ta' l-avjazzjoni fuq il-klima. Bħala parti minn pakkett ta' miżuri komprensivi, l-istrateġija ppproponiet l-inklużjoni ta' l-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u pprovdiet għall-ħolqien ta' grupp ta' ħidma magħmul minn bosta partijiet interessati dwar l-avjazzjoni bħala parti mit-tieni fażi tal-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima biex jikkunsidraw mezzi kif tista' tiġi mdaħħla l-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2005 il-Kunsill irrikonoxxa li, mil-lat ekonomiku u ambjentali l-inklużjoni tas-settur ta' l-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja tidher l-aħjar mod kif timxi 'l quddiem u talab il-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva sa tmiem l-2006. Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Lulju 2006(9), il-Parlament Ewropew għaraf li l-iskambju ta' l-emissjonijiet għandu rwol potenzjali bħala parti minn pakkett komprensiv ta' miżuri li jindirizzaw l-impatt ta' l-avjazzjoni fuq il-klima, sakemm dan jitfassal b'mod xieraq.
(10)Minbarra l-għodda ekonomika hemm potenzjal konsiderevoli li jitbaxxew l-emissjonijiet fit-titjib teknoloġiku u operazzjonali li għandu jiġi msaħħaħ issa aktar minn qatt qabel.
(11)Huwa biss permezz ta'mmaniġġjar effiċjenti aktar tat-trasport ta' l-ajru li l-konsum ta' fjuwil jista' jitniżżel sa 12 % u b'hekk jagħti kontribut għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' CO2. Konsegwentement, il-proġetti ta" l-Ajru Uniku Ewropew u SESAR għandhom jiġu implimentati malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun. Huwa qabel kollox l-obbligu ta' l-Istati Membri, kif ukoll tal-Komunità , li b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru jieħdu azzjoni immedjata u deċiża sabiex jistabbilixxu taqsimiet funzjonali ta' l-ajru, taqsimiet ta' l-ajru flessibbli u użu flessibbli ta' l-ajru. F'dan ir-rigward, għandu jingħata appoġġ lill-Inizjattiva AIRE (Inizjattiva ta" Interoperabilità Atlantika għat-Tnaqqis ta" l-Emissjonijiet) miftehma bejn l-UE u l-Amministrazzjoni ta" l-Avjazzjoni Federali ta" l-Istati Uniti.
(12)Ir-riċerka u t-teknoloġija huma ċ-ċavetta għall-innovazzjoni u biex jintlaħaq aktar tnaqqis fl-emissjonijiet ta' l-avjazzjoni. Il-produtturi ta' l-inġenji ta" l-ajru u l-muturi, kif ukoll il-produtturi tal-fjuwil, huma mħeġġa biex jagħmlu riċerka dwar u jimplimentaw bidliet fl-oqsma rispettivi tagħhom, li jagħtu kontribut sinifikattiv għat-tnaqqis ta" l-impatt ta' l-avjazzoni fuq il-klima. Il-Komunità għandha tkompli tappoġġa l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika (JTI)"Clean Sky" fis-Seba" Programm ta' Qafas għar-Riċerka (FP7) li timmira biex tnaqqas radikalment l-impatt tat-trasport ta" l-ajru fuq l-ambjent. Il-Komunità għandha tkompli tagħti appoġġ qawwi lill-ħidma ta" l-ACARE (Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa), b'mod partikolari lill-Aġenda Strateġika ta" Riċerka (SRA), li tistabilixxi miri ta" tnaqqis ta" l-emissjonijiet għall-industrija tat-trasport ta" l-ajru ta" 50% għad-dijossidu tal-karbonju għal kull passiġġier-kilometru u 80% għall-ossidju tan-nitroġenu sa l-2020.
(13)Is-sussidji lill-ajruporti f'xi każijiet jagħtu inċentivi żbaljati dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tirrispetta b'mod sħiħ il-liġi eżistenti tal-kompetizzjoni.
(14) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqas il-kontribut ta' l-avjazzjoni għall-bidla fil-klima globali billi tinkludi l-emissjonijiet minn attivitajiet ta' l-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja.
(15) L-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru għandhom l-aktar kontroll dirett fuq it-tip ta' inġenji ta' l-ajru mħaddma u fuq il-mod kif jittajru u għalhekk għandhom ikunu responsabbli li jikkonformaw ma' l-obbligi imposti minn din id-Direttiva. Operatur jista' jiġi identifikat permezz ta' l-użu ta' designator ta' l-ICAO jew ta' kwalunkwe designator rikonoxxut u wżat għall-identifikazzjoni tat-titjira. Jekk l-identità ta' l-operatur mhix magħrufa, is-sid ta' l-inġenju ta' l-ajru għandu jitiqes bħala l-operatur ta' l-inġenju ta' l-ajru sakemm ma jippruvax min kien l-operatur.
(16)Jeħtieġ li jkunu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn l-ajruporti u bejn l-operaturi ta" l-inġenji ta" l-ajru. Għalhekk titjiriet internazzjonali lejn u mill-Unjoni Ewropea u titjiriet fl-UE għandhom jiġu inklużi mill-bidu fl-iskema Komunitarja.
(17) Mill-2011, ▌l-emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaslu fi jew li jitilqu minn ajruporti Komunitarji għandhom jiġu inklużi. Jekk pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis ta' l-impatt fuq il-bidla fil-klima ta' titjiriet lejn ajruport Komunitarju li jitilqu minn dak il-pajjiż u li huma talanqas ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, l-ambitu ta' l-iskema Komunitarja għandu jiġi emendat sabiex it-titjiriet ▌ minn dak il-pajjiż jiġu esklużi. Il-bidla fil-klima hija fenomenu globali li teħtieġ soluzzjonijiet globali. Il-Komunità tqis din id-Direttiva bħala l-ewwel pass importanti. Partijiet li mhumiex fl-UE huma mistiedna jikkontribwixxu bl-ideat tagħhom għad-dibattitu sabiex jiżviluppaw aktar dan l-istrument tal-politika. Sabiex issemma" l-vuċi ta' terzi persuni, il-Kummissjoni għandha tkun f'kuntatt permanenti magħhom kemm qabel kif ukoll matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk l-Unjoni Ewropea taqbel ma' terza persuna dwar skema komuni li għandha talanqas l-istess effetti pożittivi għall-ambjent bħad-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tipproponi emenda għad-Direttiva. F'kull każ, il-Kummissjoni tista' tipproponi li titjiriet li ġejjin minn pajjiżi terzi ma jkunux koperti bl-iskema jekk il-pajjiż terz għandu sistema fis-seħħ li għandha talanqas l-istess benefiċċju ambjentali bħal din id-Direttiva.
(18) L-avjazzjoni għandha impatt fuq il-klima globali minħabba rilaxx tad-dijossidu tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu, il-fwar ta' l-ilma u s-sulfat u l-partiċelli tan-nugrufun. Skond il-Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima huwa stmat li l-impatt totali ta" l-avjazzjoni huwa attwalment darbtejn sa erba' darbiet ogħla mill-effetti ta' l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tiegħu weħedhom fil-passat. Ir-riċerka Komunitarja reċenti tindika li l-impatt totali ta' l-avjazzjoni jista' tkun ta' madwar darbtejn ogħla mill-impatt tad-dijosssidu tal-karbonju waħdu. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-estimi ma jqis l-effetti li huma ferm inċerti tas-sħab tat-tip cirrus. F'konformità ma' l-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u għalhekk l-impatti kollha fuq l-avjazzjoni għandhom jiġu indirizzati sal-massimu possibbli. L-awtoritajiet ta' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-Ajru għandhom japplikaw miżuri effettivi sabiex jevitaw il-ħolqien ta' traċċi ta' kondensazzjoni u ta' sħab ta' tip cirrus permezz ta' bidliet fil-mudelli tat-titjiriet, b'mod partikolari billi jassiguraw li t-titjiriet jevitaw li jgħaddu minn zoni fejn minħabba kundizzjonijiet speċifiċi atmosferiċi hija prevista l-formazzjoni ta' sħab bħal dawn. Barra minn hekk, huma għandhom jippromwovu bis-sħiħ ir-riċerka dwar l-ifformar ta' traċċi ta' kondensazzjoni u ta' sħab ta' tip cirrus, inklużi miżuri effettivi ta' mitigazzjoni (pereżempju fjuwil, magni, maniġġjar tat-traffiku) li ma jaffettwawx b'mod negattiv l-għanijiet ambjentali l-oħrajn. Sakemm il-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni oħra li tiffoka b'mod speċifiku fuq il-problema ta' l-emissjonijiet ta' l-ossidu tan-nitroġenu fl-avjazzjoni, għandu jiġi applikat multiplikatur għal kull tunnellata ta' emissjonijiet tas-CO2.
(19)Huma meħtieġa azzjonijiet oħra li jissupplimentaw din id-Direttiva. Għandhom għalhekk jitwaqqfu gruppi ta' studju sabiex jeżaminaw mezzi oħra ta' azzjoni.
(20) Sabiex jiġi evitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni, għandha tiġi speċifikata metodoloġija ta' allokazzjoni armonizzata. Biex jiġi żgurat l-aċċess għall-operaturi ġodda ta' l-inġenji ta' l-ajru, proporzjon tal-kwoti se jiġi allokat bl-irkant skond ir-regoli li jitħejjew mill-Kummissjoni. Operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li jieqfu bl-operat tagħhom għandhom jibqgħu jiġu allokati kwoti sa tmiem il-perjodu li għalih il-kwoti bla ħlas kienu diġa ġew allokati.
(21)Minkejja l-fatt li huwa diffiċli għall-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li jaqilbu għal sorsi ta' enerġija alternattiva (rinovabbli), is-settur ta' l-avjazzjoni xorta għandu jikseb tnaqqis konsiderevoli ta" emissjonijiet li hu konformi mal-mira tat-tnaqqis globali ta" l-UE ta" 20 sa 30% meta mqabbel mal-livelli ta" l-1990. Għal kull perjodu ta' impenn ta' l-iskema tal-Komunità li se tiġi inkluża fih l-avjazzjoni, li jiddependi fuq il-perjodu ta' referenza użat għall-avjazzjoni f'dak il-perjodu ta' impenn, il-mira għall-avjazzjoni għandha tiġi stabbilita abbażi ta' l-isforzi medji mitluba mis-setturi kollha ta' sors fiss fl-Istati Membri kollha.
(22) L-avjazzjoni tikkontribwixxi għall-impatt kumplessiv tal-bidla fil-klima mill-attivitajiet tal-bniedem. Dħul mill-irkant ta' kwoti għandhom jiġu wżati għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ║serra u għall-adattament ma' l-impatti tal-bidla fil-klima, fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, u għall-finanzjament ta' riċerka u ta' l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament. Sabiex sa ċertu punt jitnaqqas il-piż fuq iċ-ċittadini, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll biex jitnaqqsu t-taxxi u l-ħlasijiet fuq il-modi tat-trasport favur l-ambjent, bħat-trasport bil-ferrovija u bil-karozzi tal-linja. Għandu jintuża wkoll biex ikopri l-ispejjeż ġustifikati ta" l-Istati Membri sabiex jamministraw din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll dan id-dħul biex inaqqsu jew anke jeliminaw kwalunkwe problema ta' aċċessibilità u kompetittività li tirriżulta għar-reġjuni l-iktar imbegħda u problemi għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku b'konnessjoni ma" l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar miżuri li jittieħdu f'dan ir-rigward.
(23) Sabiex l-infiq ta' l-iskema jkun aktar effettiv, l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru għandhom ikunu jistgħu jużaw il-kwoti maħruġa għal stallazzjonijiet f'setturi oħrajn ta' skemi ta" skambju ta" emissjonijiet, Tnaqqis Ċertifikat ta' Emissjonijiet (CERs) u l-Unitajiet ta' Tnaqqis ta' Emissjonijiet (ERUs) mill-attivitajiet ta' proġetti biex jissodisfaw l-obbligi li jċedu l-kwoti ▌.
(24)Bħala riżultat ta' l-iskema ta' l-iskambju ta' l-emissjonijiet, l-industrija li tuża l-enerġija b'mod intensiv hija diġà taħt pressjoni minħabba prezzijiet tas-CO2 għoljin b'mod sinifikanti. Hemm it-theddida reali ta' telf ta' karbonju jekk settur ieħor sinifikanti jiġi inkluż fl-iskema li għandha tixtri l-permessi għall-emissjonijiet. Biex jiġi evitat it-telf tal-karbonju mill-industrija li tuża l-enerġija b'mod intensiv, per eżempju mis-settur tas-siment, tal-ġir jew ta' l-azzar, il-Kummissjoni se teżamina l-għażliet differenti bħall-miri settorjali jew l-aġġustamenti tad-dazji doganali u tippubblika rapport qabel tmiem l-2008 dwar kif għandha tiġi indirizzata l-kwistjoni.
(25) Sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv fuq l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru, kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għandu jiġi ġestit minn kull Stat Membru ikkonċernat; L-Istati Membri għandhom jintalbu jiżguraw li l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li għalihom inħarġet liċenzja operattiva f'dak l-Istat, jew inkella l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru mingħajr liċenzja operattiva jew ġejjin minn pajjiżi terzi u li l-emissjonijiet tagħhom f'sena bażi huma dovuti l-aktar lil dak l-Istat Membru, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
(26) Sabiex tinżamm l-integrità tas-sistema tal-kontijiet ta' l-iskema Komunitarja fid-dawl tal-fatt li l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali għad mhumiex integrati fl-obbligi ta' l-Istati Membri skond il-Protokoll ta' Kyoto, il-kwoti allokati għas-settur ta' l-avjazzjoni għandhom jiġu wżati biss biex jilħqu l-obbligi għall-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru biex iċedu l-kwoti skond din id-Direttiva. Madankollu, l-operturi ta' l-inġenji ta' l-ajru għandhom ikunu jistgħu ipartu kwota mogħtija lis-settur ta' l-avjazzjoni għal kwota li tista tintuża mill-operturi kollha fl-iskema permezz ta' l-amministratur tar-reġistru tagħhom.
(27)Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali ta' l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru, l-Istati Membri għandhom isegwu regoli armonizzati għall-amministrazzjoni ta' l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, skond linji gwida speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni.
(28) L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru (Eurocontrol), jista' jkollu informazzjoni li jgħin l-Istati Membri jew lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva.
(29) Id-dispożizzjonijiet ta' l-iskema Komunitarja li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza, ir-rappurtar u l-verifikar ta' l-emissjonijiet u mal-multi applikabbli għall-operaturi għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru.
(30)Din id-Direttiva m'għandhiex twaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu politiki jew miżuri kumplimentari u paralleli oħrajn li jittrattaw l-impatti totali tas-settur ta' l-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima.
(31) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri għall-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(10).
(32) B'mod partikolari il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta miżuri għall-bejgħ bl-irkant tal-kwoti ta' avjazzjoni mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas u biex temenda l-attivitajiet dwar l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I meta pajjiż terz jintroduċi miżuri għat-tnaqqis ta' l-impatt mill-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva kif ukoll biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda jew modifika ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(33) Ladarba l-għan ta' l-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq meta l-Istati Membri jaġixxu individwalment u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jidher f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.
(34) Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE
Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:
(1) L-intestatura ta' Kapitolu I li ġejja tiddaħħal qabel l-Artikolu 1:
"
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
"
(2) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
a)
fil-punt (b), jiżdied dan li ġej: "jew ir-rilaxx mill-inġenju ta' l-ajru, waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta ma' l-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I, tal-gassijiet speċifikati fir-rigward dik l-attività";
b)
il-punt (f) huwa mibdul b'dan li ġej:"
f)
"operatur' tfisser kwalunkwe persuna li topera jew tikkontrolla stallazzjoni stazzjonarja jew, meta din tkun prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kwalunkwe persuna li tingħatalha s-setgħa ekonomika fuq il-funzjonament tekniku ta' l-istallazzjoni stazzjonarja;
"
c)
jiżdiedu l-punti li ġejjin:"
o)
"operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru' tfisser il-persuna jew organizzazzjoni identifikata mill-kodiċi ICAO tagħha li topera inġenju ta' l-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta ma' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta l-kodiċi ICAO ma jkunx magħruf, id-detentur taċ-Ċertifikat ta" l-Operatur ta" l-Ajru (AOC) jew mis-sid ta' l-inġenju ta' l-ajru, is-sid ta' l-inġenju ta' l-ajru. Dan jirrikjedi dispożizzjoni armonizzata fir-Reġistri ta" l-Avjazzjoni Nazzjonali ta" l-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-operatur ta" l-inġenji ta' l-ajru, kif ukoll is-sid, ikunu dejjem identifikati fejn possibbli, skond il-Konvenzjoni ta" Cape Town dwar l-Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli;
p)
"operatur ġdid' ifisser kwalunkwe persuna jew operatur li jwettaq attività marbuta ma' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I u li għadu ma applikax għal allokazzjoni tal-kwoti skond l-Artikolu 3d. Din l-attività m'għandhiex tkun, parzjalment jew b'mod totali, proprjetà ta" l-operatur ta" l-inġenji ta" l-ajru li ppreżenta applikazzjoni għal allokazjoni ta' kwoti;
(q) "Stat Membru amministrattiv' tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema fir-rigward ta' operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru skond l-Artikolu 18a;
(
r) "emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni' tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn Stat Membru jew li jaslu fi Stat Membru minn pajjiż terz;
(
s) "emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni' ifissru l-medja ta' l-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji ta' l-ajru li jwettqu attività ta' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;
t)
"kwoti ta' l-emissjonijiet ta' l-avjazzjoni' tfisser il-kwoti li jkunu allokati lill-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru fil-bidu ta' kull perjodu ta' negozjati.
"
(3) Il-Kapitolu II li ġej u l-intestatura għall-Kapitolu III u l-Artikolu 3e jiddaħħlu wara l-Artikolu 3:
"
Kapitolu II
L-avjazzjoni
Artikolu 3a
Ambitu tal-Kapitolu II
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3b
Il-kwantità totali ta' kwoti għall-avjazzjoni
1. Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 90% tat-total ta' l-emissjonijiet storiċi relatat ma' kull sena.
2. Skond l-għażla għal mira ta" tnaqqis ta" dijossidu tal-karbonju wara l-2012 ta" 30% jew 20% bl-1990 bħala sena bażi, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwantità totali ta" kwoti allokati lill-operaturi ta" l-inġenji ta" l-ajru fil-perjodi ta" wara skond l-Artikolu 11(2) skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(2a). Din ir-reviżjoni "l isfel għandha tipprovdi mekkaniżmu li jiżgura li tinżamm l-effettività ambjentali ta' l-iskema. Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal reviżjonijiet sussegwenti "l isfel tal-kwantità totali tal-kwoti allokati.
▌
3.3. Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni abbażi tad-dejta disponibbli.
Artikolu 3c
Il-metodu għall-allokazzjoni ta' kwoti għall-avjazzjoni
1. Mill-2011, 25% tal-kwoti għandhom jinbiegħu bl-irkant. ▌
2. Għall-perjodi fil-ġejjieni, il-persentaġġ għall-bejgħ bl-irkant li jirreferi għalih il-paragrafu 1 se jiżdied skond il-livell massimu ta' bejgħ bl-irkant f'setturi oħra.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament bid-dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-irkant tal-kwoti mhux meħtieġa minn Stati Membri biex jinħarġu mingħajr ħlas skond il-paragrafi 1 u 2. L-għadd tal-kwoti ta' l-avjazzjoni li għandhom jinbiegħu bl-irkant minn kull Stat Membru għandu jkun f'proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total ta' l-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni ta' l-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtata skond l-Artikolu 14(3) u verifikati skond l-Artikolu 15. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), is-sena ta' referenza tkun l-2010 u għal kull perjodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 11(2) is-sena ta' referenza tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xaħar wara l-bidu tal-perjodu li għalih jirriferi l-irkant.
Dak ir-Regolament, imfassal biex jemenda l-elementi mhux essenzjali f'din id-Direttiva billi jissupplimentaha, għandu jiġi adottat skond il-proċedua regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(2a).
4.Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jistipula dispożizzjonijiet dettaljati għat-twaqqif ta" riserva Ewropea ta" kwoti. Il-persentaġġ ta" kwoti li għandhom jinżammu bħala riserva għall-benefiċċju ta" operaturi ġodda potenzjali ta" l-inġenji ta" l-ajru f'kull perjodu għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni filwaqt li tqis l-istudji tal-previżjonijiet tas-suq maħruġa mill-korpi adegwati.
5. Dħul mill-irkant ta' kwoti ta' l-avjazzjoni ▌għandu jintuża għall-mitigazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ║ serra ugħall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni, speċjalment fis-settur ta' l-avjazzjoni, u l-adattament, u biex ikopri l-ispejjeż ta' l-Istat Membru amministrattiv relatati ma' din id-Direttiva. Sabiex sa ċertu punt jitnaqqas il-piż fuq iċ-ċittadini, id-dħul mill-irkant għandu jintuża wkoll biex jitnaqqsu t-taxxi u l-ħlasijiet fuq il-modi tat-trasport favur il-klima, bħat-trasport bil-ferrovija u bil-karozzi tal-linja. Għandu jintuża wkoll biex ikopri l-ispejjeż ġustifikati ta" l-Istati Membri sabiex jamministraw din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll dan id-dħul biex inaqqsu jew anke jeliminaw kwalunkwe problema ta' aċċessibilità u kompetittività li tirriżulta għar-reġjuni l-iktar imbiegħda u problemi għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku b'konnessjoni ma" l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jagħarfu lill-Kummissjoni dwar miżuri li ttieħdu skond dan il-paragrafu.
6. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni abbażi ta' din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.
Artikolu 3d
L-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti lill-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru
1. Għal kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), kull-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru jista' japplika għal allokazzjoni ta' kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas skond l-Artikolu 3c. Applikazzjoni tista' ssir permezz ta' sottomissjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru amministrattiv ta' dejta ivverifikata f'tunnellati l-kilometru għall-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li twettqu minn dak l-operatur matul is-sena kalendarja li tintemm 24 xahar qabel il-bidu tal-perjodu relatat magħha skond l-Annessi IV u V. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir mill-anqas 21 xahar qabel il-bidu tal-perjodu relatat magħha.
2. Għall-inqas 18-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu relatat ma' l-applikazzjoni l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet li jkunu rċevew skond il-paragrafu 1.
3. Għallinqas ħmistax-il xahar qabel il-bidu ta' kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar dan li ġej:
(a)
Il-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għal dak il-perjodu skond l-Artikolu 3b;
▌
(
b) il punt ta' riferiment li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lill-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew sottomessi lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
Il punt ta' riferiment imsemmi f'punt (b) jiġi kkalkolat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti allokati b'xejn bit-total tad-dejta f'tunnellati l-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet sottomessi lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
4. Fi żmien tliet xhur mid-data minn meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 3, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
a)
l-allokazzjoni totali tal-kwoti għal dak il-perjodu lil kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru li l-applikazzjoni tiegħu/tagħha kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2, ikkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tad-dejta tat-tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni mal-punt ta' riferiment ippubblikat taħt punt (b) tal-paragrafu 3; u
b)
l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għal kull sena li għandha tiġi determinata permezz tad-diviżjoni ta' l-allokazzjoni totali tiegħu tal-kwoti għal dak il-perjodu ikkalkulata taħt punt (a) bin-numru ta' snin matul il-perjodu li fiha dak il-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru qed iwettaq attività ta' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
5. Sat-28 ta' Frar 2011 u sat-28 ta' Frar f'kull sena sussegwenti, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru amministrattiv għandha toħroġ għal kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru in-numru ta' kwoti allokati għal dak l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għal dik is-sena.
6.Il-Kummissjoni għandha timplimenta miżuri fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' kwoti biex tipprovdi għal operaturi ġodda fl-avjazzjoni.
'Operaturi ġodda fl-avjazzjoni' tfisser operatur ta' inġenji ta" l-ajru li ngħatalu Ċertifikat ta" l-Operatur ta" l-Ajru (AOC) għall-ewwel darba wara l-bidu ta' perjodu stipulat fl-Artikolu 11(2) u li attwalment beda operazzjonijiet f'dak il-perjodu.
7.F'każ ta' inkorporazzjoni jew ta' takeover bejn bosta trasportaturi matul perjodu partikolari, il-kwoti li ġew allokati lilhom jew li huma kisbu jibqgħu ta' l-entità l-ġdida. F'każ li trasportatur ma jkomplix jopera, il-kwoti korrispondenti jiġu mqiegħda fis-suq sekondarju tal-kwoti mill-Istat ta' rabta tiegħu. Fil-bidu tas-sena sussegwenti, il-parti tal-kwoti li jkun għad baqa' terġa' titqiegħed għall-bejgħ bl-irkant, tenut kont tar-ritmu ġenerali ta' tnaqqis tal-kwoti awtorizzati.
8.Fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba matul il-perjodu 2010-2012, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta dwar il-parti ta' permessi għall-emissjonijiet li s-settur ta' l-avjazzjoni huwa awtorizzat li jixtri fis-suq sekondarju tas-sistemi usa' ta' permessi għall-emissjoni.
Kapitolu III
Stallazzjonijiet stazzjonarji
Artikolu 3e
Ambitu tal-Kapitolu III
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta' kwoti fir-rigward ta' l-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni.
"
(4)Fl-Artikolu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"
a)
l-istallazzjoni jew l-inġenju ta" l-ajru u l-attivitajiet tagħhom inkluża t-teknoloġija użata;
"
(5) Fl-Artikolu 6(2)(e), wara "kwoti" jiddaħħlu l-kliem ", minbarra kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II.
(6) L-intestatura ta' Kapitolu IV li ġejja tiddaħħal qabel l-Artikolu 11:
"
Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet li japplikaw għal stallazzjonijiet ta' l-avjazzjoni u dawk stazzjonarji
"
(7) Fl-Artikolu 11a jiddaħħal il-paragrafiu1a li ġej:
"
1a. Bla ħsara għall-paragrafu 3, matul kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), l-Istati Membri għandhom jippermettu lil kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru juża kwoti maħruġa skond il-Kapitolu III, s-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta' proġetti sa persentaġġ tan-numru tal-kwoti li huwa meħtieġ iċedi skond l-Artikolu 12(2a); dan il-persentaġġ ikun il-tal-persentaġġi speċifikati mill-Istati Membri għall-użu ta' CERs u ERUs għall-perjodu skond il-paragrafu (1).
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan il-persentaġġ mill-anqas sitt xhur qabel il-bidu ta' kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2).
Il-persentaġġ ta' CERs u ERUs li jista' jintuża fir-rigward ta' attivitajiet ta' avjazzjoni għandu jiġi rrivedut flimkien ma' l-użu tagħhom f'setturi oħra bħala parti mir-reviżjoni ta' l-iskema tal-kummerċ ta' l-emissjonijiet.
fil-paragrafu 2, wara "bl-iskop" jiddaħħlu l-kliem "li jintlaħqu l-obbligi ta' operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru skond il-paragrafu 2a jew;
b)
il-paragrafi 2a sa 2g li ġejjin jiddaħħlu:" 2a. L-Istati Membri amministrattivi għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għandu jċedi numru ta' kwoti ugwali għall-emissjonijiet totali matul is-sena kalendarja preċedenti minn attivitajiet ta' avjazzjoni mwettqa minnu elenkati fl-Anness I, kif verifikati skond l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti skond dan il-paragafu huma sussegewentement imħassra.
2b.Sakemm ma jkunx hemm miżuri Komunitarji li jagħtu inċentiv għat-tnaqqis tar-rilaxxi ta' l-ossidi tan-nitroġenu minn inġenji ta' l-ajru li jkunu qed jagħmlu attività ta' avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li jiżguraw l-istess livell ambizzjuż rigward il-protezzjoni ta' l-ambjent bħal din id-Direttiva, għall-iskopijiet tal-paragrafu 2a u bħala deroga mill-Artikolu 3(a), l-ammont ta' dijossidu karboniku għandu jkun diviż b'fattur ta' impatt ta' 2, fil-każ li kwota, differenti minn kwota ta' l-emissjoni ta' l-avjazzjoni, jew minn CER jew minn ERU, tippermetti lill-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru li jirrilaxxa. 2c.Kull sena, operaturi ta' inġenji ta" l-ajru li jixtiequ li jċedu kwoti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2a milli għal kwoti ta' emissjonijiet ta' l-avjazzjoni, għandhom ikunu mitluba jippreżentaw lill-Istat Membru li jamministra, data verifikata ta' tunnellati kull kilometru għall-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I imwettqa f'din is-sena kalendarja. 2d.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina indikatur ta' effiċjenza għal operaturi kollha ta' l-inġenji ta" l-ajru, ibbażat fuq id-data li trid titressaq skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, ikkalkulat bid-diviżjoni tat-total ta' emissjonijiet mill-operaturi ta' l-inġenji ta" l-ajru bis-somma tad-data ta' tunnellati kull kilometru. Ibbażat fuq dan l-indikatur ta' effiċjenza għall-ewwel sena li għalih hija disponibbli d-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika indikatur ta' mira ta' effiċjenza għall-2010, 2015 u 2020 fuq il-bażi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet għal qligħ għal kull tunnellata kull kilometru (RTK) ta' 3.5% kull sena, li jqis il-mira volontarja ta' titjib ta' 3.5% fl-effiċjenza tal-fjuwil ta' l-ajruplani kull sena sa l-2020. 2e.Dawk l-operaturi ta' l-inġenji ta" l-ajru li, għal sena partikulari, ikollhom indikatur ta' effiċjenza b'valur 'il fuq mill-indikatur tal-mira ta' effiċjenza kalkulat mill-Kummissjoni għal dik is-sena, għandhom jintalbu li jċedu biss kwoti ta' l-emissjonijiet ta' l-avjazzjoni biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2a."
2f.Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkunsidra l-impenn ta' l-operaturi ta' l-ajru biex iżidu l-effiċjenza tal-magni ta' l-inġenji ta' l-ajru b'50% fl-2020, tirrapporta lill-Parlament Ewropew fl-2010 u fl-2015 dwar il-progress imwettaq fil-kisba ta' din il-mira.
2g.Hekk kif tkun disponibbli evidenza xjentifika suffiċjenti se jkun propost multiplikatur xieraq li jqis l-effetti ta' sħab cirrus ikkawżat mill-attività ta' l-avjazzjoni.
c)
fil-paragrafu 3, wara "kwoti" jiddaħħlu l-kliem ", minbarra kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II;
wara "dawk l-attivitajiet" jiddaħħlu l-kliem "u ta' dejta f'tunnellati l-kilometru għall-iskop ta' l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 3d";
ii)
il-kliem ", sat-30 ta' Settembru 2003" huma mħassra; u
b)
fil-paragrafu 3:
i)
il-kelma "ta' stallazzjoni" tinbidel għal "jew operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru";
ii)
il-kliem "minn dik l-istallazzjoni" jinbidlu għal "matul kull sena kalendarja mill-istallazzjoni, jew, mill-1 ta' Jannar 2010, l-inġenji ta' l-ajru li topera".
(12) L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
a)
fl-ewwel sub-paragrafu:
i)
il-kelma "operaturi" tinbidel għal'operaturi u operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru";
ii)
wara "l-Anness V" jiddaħħlu il-kliem "skond dan l-Artikolu";
b)
fit-tieni sub-paragrafu:
i)
il-kelma "operatur" tinbidel għal'operaturi u operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru";
ii)
wara "l-Anness V" jiddaħħlu il-kliem "skond dan l-Artikolu"; u
c)
wara t-tieni paragrafu, jiżdied dan il-paragrafu:" Il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għall-verifikazzjoni tar-rapporti sottomessi minn operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru skond l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 3d skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2)."
(13) L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
a)
fil-paragrafu 1, il-kliem "sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2003" jitħassru;
b)
fil-paragrafu 2:
i)
il-kelma "operaturi" tinbidel għal'operaturi u operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru";
ii)
il-kliem "l-Artikolu 12(3)" jinbidlu bil-kliem "din id-Direttiva"; u
c)
fil-paragrafu 3:
i)
il-kelma "operatur" tinbidel għal "operatur jew operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru";
ii)
fit-tieni sentenza, il-kliem "minn dik l-istallazzjoni" jitħassru.
(14) Jiddaħħlu l-Artikoli 18a u 18b li ġejjin:
"
Artikolu 18a
Stat Membru Amministrattiv
1. L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta' operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għandu jkun:
a)
fil-każ ta' operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru b'liċenzja operattiva valida maħruġa mill-Istat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar tat-trasportaturi bl-ajru*, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta' dak l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru; u
b)
fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta' emissjonijet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru fis-sena ta' bażi.
2. Abbażi ta' l-aħjar informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:
(a)
Sa l-1 ta' Frar 2009, tippubblika lista ta' l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li wettqu attività ta' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta' Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru skond il-paragrafu 1; u
b)
sa l-1 ta' Frar ta' kull sena sussegwenti, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru li sussegwentement wettqu attività ta' l-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I.
3. Għall-iskopijiet ta' paragrafu 1, 'sena ta' bażi' ifisser, fir-rigward ta' operatur li beda jopera fil-Komunità wara l-1 ta' Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja ta' l-operat; u f'kull każ ieħor, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta' Jannar 2006.
4.Biex ikun żgurat trattament ugwali ta' l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru, il-Kummissjoni għandha tadotta linjigwida speċifiċi biex tarmonizza l-amministrazzjoni ta' l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru mill-Istati Membri li jamministraw.
Artikolu 18b
Għajnuna mill-Eurocontrol
Għall-iskopijiet tat-twettiq ta' l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 3b(3) u 18a, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna ta' l-Eurocontrol u għandha tinnomina organizzazzjoni newtrali li lilha l-linji ta" l-ajru għandhom jipprovdu direttament id–data.
––––––––––
* ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.
"
▌
(15) Il-paragrafu 2a li ġej għandu jidddaħħal fl-Artikolu 23:
"
2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
"
(16) Jiddaħħal l-Artikolu 25a li ġej:
"
Artikolu 25a
Miżuri ta' pajjiżi terzi biex inaqqsu l-impatt ta' l-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima
Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis ta' l-impatt tal-bidla fil-klima minn titjiriet ▌li huma talanqas ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha temenda din id-Direttiva biex jiġi evitat ħlas doppju u biex jiġi ggarantit trattament ugwali.
Dik l-emenda, imfassla biex l-elementi mhux essenzjali f'din id-Direttiva jiġu emendati, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(2a).
"
(17) L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
a)
fil-paragrafu 3(b), wara "kwoti" jiddaħħlu l-kliem ", minbarra kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II,"; u
b)
fil-paragrafu (4), wara "kwoti" jiddaħħlu l-kliem ", minbarra kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II,".
(18) L-intestaturi li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 30:
"
Kapitolu V
Dispożizzjonijiet Finali
"
(19) L-Annessi I, IV u V huma emendati skond l-Anness ma" din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...(11). Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u b'tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan.
3.Jekk il-pajjiżi terzi jew gruppi ta' tali Stati jiftehmu ma' l-Unjoni Ewropea dwar skema komuni ta' skambju ta' l-emissjonijiet li talanqas tagħti l-istess benefiċċju ambjentali bħall-iskema f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tipproponi emenda għal din id-Direttiva biex tiġi addattata għar-regoli ta' l-iskema komuni.
Artikolu 3
║Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi ║,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
L-Annessi I, IV u V għad-Diretiva 2003/87/KE jiġu emendati kif ġej:
(1) L-Anness I huwa emendat hekk:
a)
it-titolu jinbidel b'dan li ġej:" KATEGORIJI TA' ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA"
b)
il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:" ▌Mill-1 ta' Jannar2011, it-titjiriet li jitilqu minn kif ukoll jaslu f'ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat ║ għandhom jiġu inklużi, tenut kont tas-sitwazzjoni speċjali ta' titjiriet bejn ir-reġjuni ultra-periferali u ż-żona tal-kontinent Ewropew."
c)
tiżdied il-kategorija ta' attività li ġejja:
"L-avjazzjoni Titjiriet li jaslu jew li jitilqu minn ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat. Din l-attività ma għandhiex tinkludi: ▌ a) a) titjiriet tal-militar imwettqa mill-inġenji ta' l-ajru militari titjiriet mis-servizzi tad-dwana u tal-pulizija titjiriet għal raġunijiet ta' tfittxija u ta' salvataġġ kif ukoll ta" għajnuna medika jew f'każ ta" diżastru, inklużi servizzi ta" tifi tan-nar li huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti xierqa; b) titjiriet għal skopijiet umanitarji skond mandat min-Nazzjonijiet Uniti jew mill-organizzazzjonijiet sussidjarji tagħha u titjiriet ta' Servizz ta' Emerġenza Medika, jekk l-operatur ta' l-inġenju ta" l-ajru ngħata struzzjonijiet biex iwettaqhom (eż. min-Nazzjonijiet Uniti) jew huwa fil-pussess ta' l-awtorizzazzjoni uffiċjali meħtieġa (liċenzja għal titjiriet EMS bħal dawn skond iċ-Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru tagħha); ▌ c) titjiriet li jispiċċaw fl-ajruport minn fejn telaq l-inġenju ta' l-ajru u li matulhom ma sar ebda nżul immedjat; d) titjiriet ta' taħrig mwettqa esklussivament bl-iskop ta' ksib ta' liċenzja, jew ta' klassifikazzjoni fil-każ ta' l-ekwipaġġ ta' inġenju ta' l-ajru fejn dan jiġi verifikat pemezz ta' nota adegwata fil-pjan ta' rotta sakemm it-titjira ma tkunx qed isservi għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tagħbija ▌; e) titjiriet imwettqa esklussivament għall-iskop ta' riċerka xjentifika u għall-iskop ta' ċekkjar jew ta' testjar, ikkwalifikar u ċertifikar ta' l-apparat jew proċeduri tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru, kemm fl-ajru u fl-art; it-trasport ta" inġenju ta" l-ajru ġdid kif ukoll it-titjiriet ta' trasport imwettqa minn jew f'isem ta' sid ta" inġenju ta" l-ajru bħala konsegwenza ta' l-okkorrenza ta' avveniment li jintemm minn kmieni, avveniment ta' falliment, pussess mill-ġdid, jew avveniment simili fir-rigward ta' kiri, ċarter jew arranġament simili; u f) titjiriet imwettqa permezz ta' inġenji ta' l-ajru b'piż massimu iċċertifikat għat-tluq ta' anqas minn 20 000 kg, bil-kundizzjoni li l-operaturi ta' dawn l-ajruplani jipparteċipaw fi skema ta' kumpens li topera skond il-kriterji stretti u li għandha tkun miftuħa għall-kontroll estern (kumparabbli mal-Gold Standard).
Dijossidu tal-karbonju"
(2) L-Anness IV qiegħed jiġi emendat kif ġej:
a) l-intestaturi li ġejjin jiddaħħlu wara t-titlu:
"
PARTI A – Is-sorveljanza u r-rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet minn stallazzjonijiet stazzjonarji
"
b) din il-Parti B għandha tiġi miżjuda:
"
PARTI B – Is-sorveljanza u r-rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet minn attivitajiet ta' l-avjazzjoni
Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju
L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola:
Il-konsum tal-fjuwil bil-fattur ta' emissjoni x
Il-konsum tal-fjuwil għandu jinkludi l-fjuwil ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju (apu). Il-konsum attwali tal-fjuwil għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola:
L-ammont ta' fjuwil miżmum fit-tankijiet ta' l-inġenju ta' l-ajru ladarba l-uplift tal-fjuwil għat-titjira jkun sar – l-ammont ta' fjuwil miżmum fit-tankijiet ta' l-inġenju ta' l-ajru wara l-uplift tal-fjuwil għat-titjira sussegwenti ikun sar + l-uplift tal-fjuwil għal dik it-tijira sussegwenti.
Jekk id-dejta tal-konsum attwali tal-fjuwil ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f'livelli għall-istima tad-dejta tal-konsum tal-fjuwil u bbażat fuq l-aħjar tagħrif disponibbli.
Għandhom jintużaw il-fatturi ta' bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħuda mil-Linji ta' Gwida ta' l-Inventarju ta' l-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta' dawn il-Linji ta' Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament ma' l-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta' metodi ta' analiżi aċċettati. Il-fattur ta' l-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero.
Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull fjuwil.
Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet
Taħt l-Artikolu 14(3) kull-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tiegħu:
A. Dejta li tiddentifika l-operatur, inkluż:
–
L-isem ta' l-operatur;
– L-Istat Membru amministrattiv tiegħu;
–
L-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta' kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv;
–
In-numri ta' reġistrazzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru u t-tipi ta' inġenji ta' l-ajru li ntużaw minnu fil-perjodu kopert bir-rapport għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;
–
In-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-operatur ta' l-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru wettaq l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;
–
L-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
–
L-isem ta' sid l-inġenju ta' l-ajru;
B. Għal kull tip ta' fjuwil li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:
–
Il-konsum tal-fjuwil;
–
Il-fattur ta' l-emissjoni;
–
It-total aggregat ta' l-emissjonijiet mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perjodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I ta' liema huwa l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru;
–
Emissjonijiet aggregati minn:
–
Titjiriet kollha li saru matul il-perjodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I ta' liema huwa l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru u li telqu minn ajruport fit-territorju ta' Stat Membru u li waslu f'ajruport fit-territorju ta' l-istess Stat Membru;
–
titjiriet kollha oħrajn li saru matul il-perjodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I ta' liema huwa l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru;
–
it-total aggregat ta' l-emissjonijiet mit-titjiriet kollha li saru matul il-perjodu kopert bir-rapport li jaqgħu' fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I ta' liema huwa l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru li:
–
telqu minn kull Stat Membru; u
–
waslu f'kull Stat Membru minn pajjiż terz;
–
L-inċertezza.
Il-monitoraġġ tad-dejta f'tunnellati l-kilometru għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3d
Għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' avjazzjoni skond l-Artikolu 3d(1), l-ammont ta' l-attività ta' l-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f'tunnellata-kilometri permezz tal-formola li ġejja:
tunnellati l-kilometru = distanza x tagħbija kummerċjali
fejn:
"distanza" tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajruport tat-tluq u l-ajruport tal-wasla; u
"tagħbija kummerċjali" tfisser il-massa totali tat-tagħbija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru.
l-għadd tal-passiġġieri għandu jkun l-għadd ta' persuni abbord eskluż il-membri ta' l-ekwipaġġ;
–
operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru jista' jagħzel li japplika il-massa attwali jew standard tal-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati kontenuta fil-massa tiegħu u d-dokumentazzjoni bilancarja għat-titjiriet relevanti jew valur ta' bażi għal kull passiġġier u l-bagalji rreġistrati tiegħu ta' 100 kg.
Ir-rappurtaġġ tad-dejta f'tunnellati l-kilometru għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3d
Kull-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3d(1):
A. Dejta li tiddentifika l-operatur, inkluż:
–
L-isem ta' l-operatur;
– L-Istat Membru amministrattiv tiegħu;
–
L-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta' kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv;
–
In-numri ta' reġistrazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru u t-tipi ta' inġenji ta' l-ajru li ntużaw matul is-sena koperta bl-applikazzjoni għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni mill-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru elenkati fl-Anness I;
–
In-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-operatur ta' l-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru wettaq l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;
–
L-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
–
L-isem ta' sid l-inġenju ta' l-ajru.
B. Dejta f'tunnellati l-kilometru:
–
L-għadd ta' titjiriet skond il-pari ta' ajruporti;
–
L-għadd ta' passiġġieri-kilometri skond il-pari ta' ajruporti;
–
L-għadd ta' tunnellata-kilometri skond il-pari ta' ajruporti;
–
L-għadd totali ta' tunnellati l-kilometru għat-titjiriet kollha li saru matul is-sena relatati mar-rapport li jaqgħu fl-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li twettqu mill-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru kif .
"
(3) L-Anness V jiġi emendat kif ġej:
a) l-intestaturi li ġejjin jiddaħħlu wara t-titlu:
"
PARTI A – Il-verifikazzjoni ta' l-emissjonijiet minn stallazzjonijiet stazzjonarji
"
b) din il-Parti B għandha tiġi miżjuda:
"
PARTI B – Il-verifikazzjoni ta' l-emissjonijiet minn attivitajiet ta' l-avjazzjoni
(13) Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija deskritti f'dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifikazzjoni tar-rapporti dwar l-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività ta' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
Għal dan il-għan:
a) fil-paragrafu (3), ir-referenza għal stallazzjoni għandha tinftiehem bħala kieku referenza għal operatur ta' inġenju ta' l-ajru u fil-punt (c), ir-referenza għal stallazzjoni għandha tinftiehem bħala kieku referenza għall-inġenju ta' l-ajru li ntuża għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni koperti bir-rapport;
b)
fil-paragrafu (5), ir-referenza għal stallazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru;
c)
fil-paragrafu (6), ir-referenza għal attivitajiet imwettqa fl-istallazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet ta' l-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqa mill-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru;
d)
fil-paragrafu (7), ir-referenza għas-sit ta' l-istallazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti wżati mill-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni koperti bir-rapport;
e)
fil-paragrafi (8) u (9) ir-referenzi għas-sorsi ta' l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju ta' l-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru; u
f)
fil-paragrafu (10) u (12) ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru.
Dispożizzjonijiet oħrajn għall-verifikazzjoni tar-rapporti dwar l-emissjonijet ta' l-avjazzjoni
(14) Il-verifikatur b'mod partikolari għandu jaċċerta li:
a)
it-titjiriet kollha fi ħdan attività ta' l-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f'kunsiderazzjoni. F'din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi megħjun permezz tad-dejta ta' l-iskeda tal-ħinijiet u ta' dejta oħra dwar it-traffiku ta' l-operatur inkluż id-dejta ta' l-Eurocontrol mitluba mill-operatur;
b)
hemm konsistenza ġenerali bejn id-dejta dwar il-konsum aggregat tal-fjuwil u d-dejta tal-fjuwil mixtri jew inkella pprovdut lill-inġenju ta' l-ajru li jwettqu l-attività ta' l-avjazzjoni.
Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' ħidma li se jintużaw minn min jivverifika huma armonizzati qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva u li d-dispożizzjonijiet tagħha huma applikati fuq bażi uniformi.
Dispożizzjonijiet oħrajn għall-verifika tad-dejta f'tunnellati l-kilometru sottomessa għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3d(1)
(15) Il-prinċipji ġenerali, u l-metodoloġija tar-rapporti għall-verifikazzjoni ta' l-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f'dan l-Anness għandhom, fejn ikunu applikabbli, japplikaw ukoll b'korrispondenza għall-verifikazzjoni tad-dejta f'tunnellati l-kilometru.
(16) Il-verifikatur għandu b'mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fl-ambitu ta' attività ta' l-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I responsabbli għaliha l-operatur ta' l-inġenji ta' l-ajru ittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta' dak il-operatur skond l-Artikolu 3d(1). F'din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi megħjun permezz tad-dejta dwar it-traffiku ta' l-operatur inkluż id-dejta ta' l-Eurocontrol mitluba mill-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li l-piż tat-tagħbija rrappurtat mill-operatur jikkorrispondi mar-reġistri tal-piżijiet tat-tagħbija miżmuma minn dak l-operatur għal raġunijiet ta' sikurezza.
Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' ħidma li se jintużaw minn min jivverifika huma armonizzati qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva u li d-dispożizzjonijiet tagħha huma applikati fuq bażi uniformi.
– wara li kkunsidra l-Artikolu116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi huwa stmat li, kull sena, iktar minn 10% tat-tfal jibdew ibagħtu minn problemi "dis" (disfasiċi, disprassiċi, dislessiċi, diskalkuliċi, u minn problemi ta' defiċit ta' attenzjoni, eċċ), l-istatistiċi dwar il-mard "dis" iridu jittejbu,
B. billi d-diżabilità "dis", li timponi invalidità fuq il-komunikazzjoni sa minn kmieni, għadha ma ġietx identifikata f'bosta Stati Membri,
C. billi r-riċerka, inkluża dik fis-Seba Programm ta' qafas tar-riċerka, dwar il-problemi tal-mard "dis" għandha tiżdied,
D. billi huwa biss jekk it-tfal jibdew jiġu kkurati minn kmieni, b'mod intensiv u multidixxiplinari fl-istrutturi adatti, (f'ambjent ta' skola ordinarja b'akkumpanjaturi adegwati, jew fi strutturi speċjalizzati), tista' tiġi evitata d-"dis'kriminazzjoni ta' l-istess tfal,
1. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex:
–
jistabilixxu Karta tat-tfal li jbatu minn mard "dis",
–
jiffavorixxu r-rikonoxximent tal-problemi kkawżati minn mard ''dis'' bħala diżabilità,
–
jippromwovu l-aħjar prattika f'dak li għandu x'jaqsam ma':
–
l-aċċessibilità għall-informazzjoni,
–
l-identifikazzjoni, is-sejba, id-dijanjożi sistematika u l-kura ta' dan il-mard sa minn kmieni,
–
l-istrutturi effettivi ta' tagħlim f'ambjent ordinarju jew speċjalizzat, għal tfal, adolexxenti u żgħażagħ,
–
l-istrutturi professjonali adatti ta' inseriment,
–
jippromwovu u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' netwerk Ewropew multidixxiplinari għall-problemi speċifiċi fit-tagħlim (learning specific difficulties); jiġbru u jistudjaw l-informazzjoni, u jiffavorixxu l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet transkonfinali, u djalogu istituzzjonali;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri: