Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2007 - Strasburgu
L-impatt reġjonali tat-terremoti
 L-Unjoni Ewropea u l-Għajnuna Umanitarja
 Il-Protezzjoni tal-ħamrija ***I
 Kumitat ta" l-assigurazzjonijiet u tal-pensjonijiet tax-xogħol Ewropej (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Ir-rekwiżiti ta' trasparenza fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar dawk li joħorġu t-titoli (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 L-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 L-aċċess għall-attivita' ta" istituzzjonijiet ta" kreditu u l-eżerċizzju tagħha (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Assigurazzjoni fuq il-ħajja (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 L-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-swieq (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Il-prospett rigward titoli (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta" persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi mmodifikati ġenetikament (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 It-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 L-awditjar statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 L-applikazzjoni ta' l-istandards tal-kontabilità internazzjonali fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 Il-moneylaundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 1-benzylpiperazine (BZP) *
 Applikazzjoni ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IFRS 8)
 Applikazzjoni ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità
 EU-Russia Summit
 Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet matul is-sena 2006

L-impatt reġjonali tat-terremoti
PDF 291kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l-impatt reġjonali tat-terremoti (2007/2151(INI))
P6_TA(2007)0507A6-0388/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (COM(2005)0137),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom, tal-5 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili(1),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta' l-Għargħar: il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-mitigazzjoni ta' l-għargħar (COM(2004)0472),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar id-diżastri naturali tas-sajf(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2006 dwar id-Diżastri Naturali (nirien, in-nuqqas ta' xita u l-għargħar) - aspetti ta' l-iżvilupp reġjonali(3),

–   wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet regolatorji li jirregolaw il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007-2013,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari tat-18 ta' Mejju 2006 bil-għan li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar l-effetti tal-mewġa ta' sħana tas-sajf(5),

–   wara li kkunsidra r-rapport ta' Michel Barnier ta' Mejju 2006 msemmi 'Lejn Forza ta' Protezzjoni Ċivili Ewropea: għajnuna mill-Ewropa",

–   wara li kkunsidra l-programm ta' attivitajiet għall-2007 tal-Ftehima bejn l-Ewropa u l-pajjiżi Mediterranji dwar ir-Riskji Ewlenin (EUR-OPA), adottat mill-Kunsill ta' l-Ewropa fit-13 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku organizzat mill-Kumitat għall-Baġit tiegħu dwar l-aspetti baġitarji tad-diżastri naturali tal-5 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra s-sejbiet tal-'Workshop dwar il-Mitigazzjoni tar-Riskju Sismiku' organizzat mill-Kummissjoni fl-2000 u tal-'Workshop dwar it-tnaqqis tar-riskju tat-terremoti' organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Inġinerija tat-Terremoti f'Liżbona fl-2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu (A6-0388/2007),

A.   billi matul is-seklu għoxrin it-terremoti kkawżaw il-mewt ta' 1.5 miljun ruħ madwar id-dinja kollha, filwaqt li l-ispiża ekonomika ta' dan, fl-aħħar kwart tas-seklu 20, ġiet stmata li laħqet il-EUR 75 000 000 000,

B.   billi żona mdaqqsa mill-Unjoni Ewropea tinsab f'riskju ta' terremoti, u billi l-iżjed żoni fejn hemm attività sismika huma l-Italja, il-Greċja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, Ċipru u s-Slovenja, għalkemm Stati Membri oħrajn bħall-Ġermanja, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, Spanja, il-Portugall u Malta huma wkoll f'riskju sinifikanti ta' terremoti,

C.   billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi applikanti, tal-pajjiżi tal-politika Ewropea tal-viċinat u ta' l-Isħubija Ewro-Mediterranja għandhom livell għoli ta' attività sismika,

D.   billi jitqies li, bejn l-2002 u l-2007, it-terremoti kienu r-raba' diżastru naturali l-iżjed komuni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi applikanti, iżda fuq livell Ewropew huma ttrattati bħala diżastri kompletament sekondarji meta mqabbla ma' fenomeni naturali oħrajn li huma ttrattati b'approċċ iżjed integrat; u billi b'konsegwenza ta' dan ir-reġjuni Ewropej qegħdin jitħallew mingħajr għajnuna mill-UE u l-Fond ta' Solidarjetà Ewropew intuża darba f'każ ta' terremot wieħed biss,

E.   billi dawk il-parteċipanti nazzjonali, reġjonali u lokali li huma ffaċċjati b'mod dirett bil-fenomenu tat-terremoti, il-komunità tar-riċerka, l-inġiniera u s-setturi l-kbar tas-soċjetà huma tal-fehma li l-UE għandu jkollha sehem ikbar fil-protezzjoni kontra t-terremoti u fil-mitigazzjoni ta' l-impatt,

F.   billi l-movimenti tettoniċi ma jimmanifestawx ruħhom biss f'terremoti iżda wkoll f'eruzzjonijiet vulkaniċi u billi l-effetti ta' dawn il-perikoli naturali jistgħu jiggravaw, b'mod partikolari minħabba l-movimenti ta' l-art u t-tsunami fir-rigward tar-reġjuni li huma b'mod regolari l-vittmi, kif inhu l-każ tar-reġjuni ultraperiferali ta' l-Unjoni Ewropea, dawn sar għandhom esperjenza determinanti fir-rigward ta' l-osservazzjoni tal-fenomeni, tal-prevenzjoni u tar-reazzjoni;

G.   billi t-terremoti għandhom impatt serju ħafna kemm fiż-żmien immedjat u kemm fit-tul fuq ekonomiji reġjonali u għandhom konsegwenzi negattivi fuq l-infrastruttura, l-impjiegi, il-patrimonju naturali u kulturali, l-ambjent u t-turiżmu, jiġifieri, għandhom impatt negattiv f'sens wiesa' fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali,

H.   wara li kkunsidra l-irwol kruċjali tal-parteċipanti nazzjonali u lokali fil-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata mit-terremoti u fil-ġestjoni tat-terremoti u l-mitigazzjoni ta' l-impatti, u billi għalhekk jeħtieġu miżuri li jimmobilizzaw dawn il-parteċipanti u biex il-popolazzjoni tiġi mgħarrfa u edukata,

I.   billi strumenti Komunitarji varji, bħall-Fondi Strutturali jew l-istrumenti Komunitarji tal-Protezzjoni Ċivili, jistgħu jintużaw sabiex jissaħħu l-miżuri preventivi li jittrattaw it-terremoti u l-miżuri ta' rijabilitazzjoni,

J.   billi l-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi n-natura speċjali tat-terremoti li jiġru fil-Mediterran u fiż-żona tal-madwar, u għandha tieħu azzjoni xierqa fuq il-prevenzjoni tat-terremoti, il-ġestjoni u r-riċerka, il-politika għall-protezzjoni u l-miżuri ta' solidarjetà,

K.   billi l-Ewropa hija kemm vulnerabbli ħafna għat-terremoti u qiegħda f'riskju għoli li tintlaqat minnhom, u billi minkejja li għandha livell għoli ta' kompetenza teknika f'dan il-qasam - meta mqabbla mal-Ġappun, l-Istati Uniti u anke maċ-Ċina - l-UE tinvesti ferm inqas investimenti fir-Riċerka u l-Iżvilupp għal teknoloġiji ġodda, u m'hemm l-ebda aġenda tar-riċerka Ewropea fir-rigward tar-riskji li jiġu mit-terremoti,

L.   billi m'hemm l-ebda mekkaniżmu unitarju fuq il-livell Ewropew għall-intervent f'każ ta' diżastri naturali;

M.   billi huwa importanti ħafna li tinżamm u tiżdied il-kompetenza sismika ta' l-UE, li tista' tissarraf f'komodità ta' suċċess li tkun tista' tiġi esportata, b'reġjuni sismiċi li jistgħu jservu wkoll bħala laboratorji naturali, biex b'hekk jiġi sfruttat dan l-iżvantaġġ,

N.   billi hemm żoni kbar fl-UE li huma soġġetti għall-effetti distruttivi ta' ċaqliq tettoniku konness ma' l-attività tax-xogħlijiet fil-minjieri, li jikkaġuna ħsara simili għal dik ikkawżata mit-terremoti,

O.   billi l-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri m'għandhomx mapep komprensivi ta' żoni f'riskji ta' terremot;

P.   billi l-politiki tas-sistemi ta' l-assikurazzjoni eżistenti tradizzjonalment jeskludu r-riskji tat-terremoti;

Azzjonijiet: il-prevenzjoni, ir-reazzjoni u t-tiswija tal-ħsara

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex minnufih tfassal komunikazzjoni li tevalwa l-perikli possibbli tat-terremoti u li tikkunsidra l-kwistjonijiet dwar il-prevenzjoni, il-ġestjoni u l-miżuri li jittrattaw u jirranġaw il-ħsara kkawżata mit-terremoti;

2.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tfassal protokoll tekniku għal azzjoni konġunta mill-UE f'każ ta' diżastri kbar ikkawżati minn terremoti, billi tagħti attenzjoni partikulari lit-trasport kritiku, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u l-infrastrutturi tas-saħħa u lis-sehem li jistgħu jagħtu l-awtoritajiet varji nazzjonali, reġjonali u lokali;

3.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu b'mod xieraq it-terremoti meta jiġu biex jiffinalizzaw u jimplimentaw il-qafas leġiżlattiv rivedut għall-protezzjoni ċivili;

4.  Barra minn hekk jitlob lill-Istati Membri biex jinkludu l-kwistjoni tat-terremoti fi strateġiji nazzjonali u reġjonali għal żvilupp sostenibbli u biex jiġu stabbiliti pjattaformi nazzjonali għad-diskussjoni dwar l-immaniġġjar tar-riskji tat-terremoti u l-protezzjoni ċivili bbażati fuq analiżi integrata tal-vulnerabilità, li tinvolvi parteċipanti istituzzjonali differenti u l-imsieħba relevanti fis-soċjetà ċivili;

5.  Jirrikonoxxi n-natura speċjali taż-żona tal-Mediterran u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq miżuri ta' prevenzjoni, ta' edukazzjoni, ta' riċerka, ta' ġestjoni tar-riskju u ta' protezzjoni u solidarjetà fuq livell Komunitarju, bil-ħsieb li jkun hemm reazzjoni iżjed sodisfaċenti għad-diżastri frekwenti fir-reġjun;

6.  Jisħaq fuq il-bżonn għal kampanji ta' informazzjoni pubblika b'enfasi fuq miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija, għal miżuri edukattivi inklużi korsijiet universitarji, programmi ta' masters u Ph.D f'dixxiplini relevanti bħal ma huma l-inġinerija u għal taħriġ speċjali għal professjonijiet relatati fl-UE;

7.  Jistieden lill-Istati Membri biex flimkien ma' azzjonijiet tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, iħaffu l-proċess ta' riċerka sabiex jipprevjenu l-ħsara, jimmaniġġjaw il-kriżijiet u jimminimizzaw l-iskala ta' l-impatt tad-diżastri, u jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin fit-tfassil ta' aġenda Ewropea ta' riċerka speċifika fuq it-terremoti;

8.  Jispera li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkuraġġixxu t-twaqqif ta' ċentri ta' eċċellenza fl-innovazzjoni xjentifika, teknoloġika u arkitettorali, bil-ħsieb li jiżguraw is-sikurezza pubblika u biex jippermettu li jkun hemm żvilupp sostenibbli ta' l-art, permezz ta' koperazzjoni bejn ir-reġjuni u tan-netwerks bejn l-istituti ta' riċerka, l-SMEs u l-awtoritajiet lokali fir-reġjuni kkonċernati, inklużi dawk l-iżjed remoti;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu b'mod partikulari l-kwistjoni ta' titjib u tal-manutenzjoni ta' bini u monumenti antiki li għal ħafna reġjuni ta' l-UE huma ta' importanza notevoli storika, kulturali, turistika, u b'riżultat ta' dan ekonomika, kif ukoll ta' bini pubbliku ta' importanza strateġika għall-protezzjoni ċivili u ta' strutturi kruċjali oħrajn; jitlob lill-Istati Membri, għal dak il-għan, biex jirreġistraw bini u infrastruttura bħal dawn u biex jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar proġetti u politiki eżistenti u bżonnjużi li jiżguraw il-protezzjoni tagħhom mit-terremoti;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda li l-istruzzjonijiet tal-Eurokodiċi 8 jkunu inkorporati fir-regolamenti ta' l-ippjanar ta' l-Istati Membri vulnerabbli kollha, u jistieden lill-awtoritajiet kompetenti, kemm fil-livell ta' l-UE u kemm f'dak ta' l-Istati Membri, biex jikkunsidraw jekk hux meħtieġ li jiġi estiż l-ambitu ta' l-implimentazzjoni ta' l-Eurokodiċi 8 sabiex jiġi inkluż il-bini antik kif ukoll dak ġdid;

Finanzjament

11.  Huwa ta' l-opinjoni li l-iffinanzjar futur ta' infrastutturi li jaqgħu taħt il-Fondi Strutturali fil-perjodi ta' l-ipprogrammar li ġejjin iridu jimxu strettament ma' l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni sismika u mad-definizzjoni ta' miżuri bħal dawn mill-Istati Membri fil-Programmi Operattivi rispettivi tagħhom; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fejn hu possibbli, jibdew jiffinanzjaw miżuri ta' protezzjoni mit-terremoti skond il-Programmi Operattivi attwali tagħhom;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu programmi speċjali Ewropej għat-trawwim u l-iskambju ta' l-aqwa prattiki professjonali fil-ħiliet speċjalizzati meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ittrattar tad-dannu tat-terremoti, u jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-Fond Soċjali Ewropej għal din ir-raġuni;

13.  Jitlob lill-Kunsill biex ilesti mingħajr dewmien il-proċedura ta' kodeċiżjoni għall-adozzjoni tar-regolament il-ġdid tal-Fond għas-Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm il-Parlament Ewropew ikun diġà esprima l-opinjonijiet tiegħu dwar il-pożizzjoni fuq imsemmija tat-18 ta' Mejju 2006 dwar limiti ta' żmien u azzjonijiet eliġibbli, sabiex il-Fond Strutturali l-ġdid ikun jista' jgħin biex isewwi d-dannu b'mod effettiv, flessibbli u fil-ħin, inkluż is-simplifikazzjoni tal-proċedura finanzjarja eżistenti fil-każ ta' terremoti;

14.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu involuti riżorsi eżistenti oħrajn, bħall-għajnuna reġjonali mill-istat u s-self mill-Bank Ewropew għall-Investiment, bil-ħsieb li ssir il-prevenzjoni u t-tiswija tal-ħsara kkawżata mit-terremoti u biex jitħeġġu l-iskemi ta' l-assikurazzjoni rilevanti;

Koordinazzjoni

15.  Jappella għal mekkaniżmi biex jiġu kkoordinati l-azzjonijiet tal-parteċipanti tal-Komunità, nazzjonali, reġjonali u lokali fl-ispirtu tar-rapport Barnier imsemmi hawn fuq; jitlob, għal dak il-għan, għal koperazzjoni iżjed mill-qrib bejn l-Istati Membri bbażata fuq sistema kkoordinata li torbothom rigward il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-miżuri ta' protezzjoni, inklużi mekkaniżmi ta' osservazzjoni u ta' twissija bikrija, databases u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki; iħeġġeġ lil kull Stat Membru, sabiex dan il-proċess jiġi ffaċilitat, ħalli tinħoloq sistema ta' l-immaniġġjar tad-difiża ċivili waħda u kkoordinata;

16.  Itenni l-appoġġ tiegħu għat-twaqqif ta' Forza ta' Protezzjoni Ċivili Ewropea, u jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta f'dan ir-rigward;

17.  Jisħaq li Forza ta' Protezzjoni Ċivili Ewropea tagħmel sens biss fuq il-bażi ta' skemi mtejba ta' protezzjoni ċivili nazzjonali, u ta' strumenti aħjar għal koordinazzjoni bejn l-Istati Membri;

18.  Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi ġirien u għaldaqstant ukoll ma' pajjiżi terzi oħrajn li huma f'riskju kbir ta' terremoti, b'mod speċjali dawk li żviluppaw kompetenzi tekniċi f'dan il-qasam;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-istrumenti ta' prevenzjoni, ta' ġestjoni u ta' protezzjoni ċivili kollha li jittrattaw id-diżastri naturali u li huma promossi minn politiki varji ta' l-UE (l-ambjent, il-politika għall-koeżjoni, ir-riċerka eċċ), u biex, fl-interess tas-simplifikazzjoni u l-koordinazzjoni mtejba, tipproponi strument ta' prevenzjoni u ġestjoni ċentralizzat;

o
o   o

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0362.
(3) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 369.
(4) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 331.
(5) ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 382.


L-Unjoni Ewropea u l-Għajnuna Umanitarja
PDF 593kWORD 105k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (2007/2139(INI))
P6_TA(2007)0508A6-0372/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata ''Lejn Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja'' (COM(2007)0317),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni, li jakkumpanja il-komunikazzjoni fuq imsemmija tal-Kummissjoni, bit-titolu ''Rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni rigward konsensus dwar il-Politika Ewropea għall-Għajnuna Umanitarja'' (SEC(2007)0782),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni, li jakkumpanja il-komunikazzjoni fuq imsemmija tal-Kummissjoni, bit-titolu ''Rapport dwar ir-reazzjoni għall-kriżijiet – Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Pakistan, Libanu u Burma/Myanmar'' (SEC(2007)0781),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 179 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 li stabbilixxew il-mandat għall-Konferenza Intergovernattiva ta' Liżbona,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta' l-20 ta' Ġunju 1996 dwar l-għajnuna umanitarja(1),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni msaħħa fl-interventi ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili(2),

–   wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Għajnuna Umanitarja (DG ECHO) 2000-2005 (2006),

–   wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni Inter Pares tal-Politika u l-Programmi ta" Koperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Komunità Ewropea (2007) mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC),

–   wara li kkunsidra r-rapport minn Michel Barnier bit-titolu ''Għal Korp Ewropew ta' Protezzjoni Ċivili: l-Għajnuna mill-Ewropa", ippubblikat f'Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali tat-23 ta' Diċembru 2005 (IHL)(3),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: "Il-Konsensus Ewropew"(4) (il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti: L-għażla għall-multilateraliżmu" (COM(2003)0526), li titlob li jkun hemm tisħiħ u integrazzjoni sistematika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u n-NU, permezz ta" djalogu politiku sistematiku, koperazzjoni akbar fuq il-post, immaniġġjar u prevenzjoni aħjar tal-kriżijiet, u sħubijiet strateġiċi bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet magħżula tan-NU,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta' Diċembru 1948,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra ta' l-1949 u l-Protokolli Anċillari tagħhom ta' l-1977,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokoll fakultattiv tagħha dwar l-involviment tat-tfal fil-kunflitti armati, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-20 ta" Novembru 1989,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna F'Ikel iffirmata f'Londra fit-13 ta" April 1999 li tistabbilixxi impenn tal-Komunità li tirrispondi għal sitwazzjoni ta" emerġenza għall-ikel u ħtiġijiet oħra ta" ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(5),

–   wara li kkunsidra l-Prinċipji u l-Prattika Tajba ta" l-Għoti Umanitarju (GDH) approvati fi Stokkolma fis-17 ta' Ġunju 2003,

–   wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Mġieba għall-Moviment Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u l-NGOs fi Programmi ta' Rispons għal Diżastri ta' l-1994,

–   wara li kkunsidra l-Karta Umanitarja u l-Istandards Minimi fir-Rispons għad-Diżastri tal-proġett SPHERE, riveduta fl-2004,

–   wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Sħubija tal-Pjattaforma Umanitarja Dinjija tat-12 ta" Lulju 2007,

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar l-Użu ta' Risorsi ta' Difiża Militari u Ċivili biex jiġu appoġġjati l-Attivitajiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti fid-Diżastri Naturali (il-Linji Gwida ta" Oslo), riveduti fis-27 ta' Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar l-Użu ta' Risorsi ta' Difiża Militari u Ċivili biex jiġu Appoġġjati l-Attivitajiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti f'Emerġenzi Kumplessi (il-Linji Gwida MCDA) ta' Marzu 2003,

–   wara li kkunsidra l-Qafas għal Azzjoni ta" Hyogo 2005-2015 (HFA), adottat fil-Konferenza Dinjija dwar it-Tnaqqis tad-Diżastri f'Kobe, Hyogo, Ġappun, mit-18 sat-22 ta' Jannar 2005,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Intervenzjoni u s-Sovranità ta" l-Istat intitolata "Ir-responsabilità tal-ħarsien" ta" Diċembru 2001,

–   wara li kkunsidra r-rapport intitolat "Dinja aktar sikura: responsabilità tagħna lkoll" tal-Panel ta" Livell Għoli dwar Theddidiet, Sfidi u l-Bidla ta" l-1 ta' Diċembru 2004,

–   wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "F'libetà akbar: lejn l-iżvilupp, is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd" tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-21 ta" Marzu 2005,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 60/1 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-24 ta' Ottubru 2005 li tikkonferma r-responsabiltà li għandu kull Stat illi jipproteġi l-popolazzjonijiet tiegħu minn ġenoċidji, reati tal-gwerra, sterminju etniku u reati kontra l-umanità, u r-responsabiltà li għandha l-komunità internazzjonali li tgħin fil-protezzjoni, filwaqt illi torbot lill-komunità internazzjonali li tiddiskuti u tiddefinixxi l-kunċett ta' sigurtà umana,

–   wara li kkunsidra l-Communiqué u l-Qafas għal Azzjoni tal-Forum ta' Fribourg, Żvizzera, tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2000,

–   wara li kkunsidra l-Analiżi tar-Rispons Umanitarju, ippubblikata mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni ta' l-Affarijiet Umanitarji (OCHA) f'Awissu 2005,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-għoti ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-Konnessjoni bejn l-għajnuna ta" emerġenza, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp - evalwazzjoni(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tigħu tas-16 ta' Mejju 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titlu ''Il-kostruzzjoni ta' sħubija effettiva man-Nazzjonijiet Uniti fl-oqsma ta' l-Iżvilupp u ta' l-Affarijiet Umanitarji''(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Jannar 2003 dwar ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni rigward l-għajnuna umanitarja 2000(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2000 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: L-evalwazzjoni u l-ġejjieni ta' l-attivitajiet umanitarji tal-Komunità (Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru. 1257/96)(9),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju ta' Protezzjoni Ċivili (tfassil mill-ġdid)(10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta" Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti(11),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0372/2007),

Il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq bit-titolu ''Lejn Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja'' u l-inizjattiva li tiġi adottata dikjarazzjoni konġunta (il-Konsensus) dwar il-prinċipji, l-obbjettivi u l-istrateġiji ta' l-UE għall-twassil ta' għajnuna umanitarja lil pajjiżi terzi;

2.  Jinsisti li jeħtieġ li l-Konsensus ikun iktar ċar u speċifiku sabiex itejjeb il-politika umanitarja Ewropea u sabiex jiġi żgurat li l-potenzjal ta' l-UE bħala donatur umanitarju jiġi sfruttat bis-sħiħ, u jemmen li l-impenn ta' l-Unjoni sabiex ikun hemm koeżjoni bejn l-għajnuna umanitarja, ir-rijabilitazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp trid tissaħħaħ permezz tal-Konsensus, filwaqt li tiġi rikonoxxutu n-natura distinta tal-prinċipji applikati għal kull waħda minnhom;

3.  Iqis illi l-Konsensus għandu jiċċara kif l-aħjar li jingħaqdu u jiġu koordinati d-diversi risorsi tal-KE u ta' l-Istati Membri, fid-dawl tal-vantaġġi kumparattivi rispettivi tagħhom;

4.  Jinnota n-numru dejjem jikber ta" atturi differenti involuti f'sitwazzjonijiet ta' kriżijiet umanitarji, u jemmen li l-Konsensus għandu jipprovdi gwida u tweġibiet għar-riskji l-ġodda u għall-isfidi ta' implimentazzjoni u koordinazzjoni, filwaqt illi jafferma mill-ġdid l-impenn ta' l-UE li tosserva l-prinċipji umanitarji u l-IHL; ifakkar li l-UE hija l-ikbar donatur ta' għajnuna umanitarja fid-dinja; u barra minn hekk jemmen li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007, li permezz tagħhom l-għajnuna umanitarja se tkun rikonoxxuta bħala qasam ta' politika ta' l-UE fiha nnifisha fl-abbozz tat-Trattat ta' Liżbona, jikkostitwixxu rikonoxximent milqugħ pożittivament ta' dan il-fatt;

Parti I: Il-Viżjoni ta' l-UE dwar l-Għajnuna Umanitarja
a)Objettivi komuni

5.  Hu tal-fehma li l-Konsensus għandu jkun fih definizzjoni dettaljata ta' l-objettivi ta' l-Għajnuna Umanitarja ta' l-UE, ibbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru. 1257/96 tal-Kunsill kif ukoll fuq il-Prinċipji u l-Prattika Tajba għad-Donazzjonijiet Umanitarji (GDH) fuq imsemmija, u li fost dawn l-objettivi, għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-iktar gruppi vunerabbli, bħan-nisa, it-tfal, il-persuni b'diżabilità, l-anzjani u l-minoranzi etniċi, fosthom ir-refuġjati li jaħarbu minn zoni ta' kunflitt;

6.  Jenfasizza li azzjoni umanitarja effettiva, inkluża l-għajnuna f'ikel ta' emerġenza, għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet, orjentata lejn il-kisba ta' riżultati u mmexxija mill-prinċipju li meta wieħed isalva l-għajxien, ikun qed isalva l-ħajjiet; jenfasizza wkoll li l-għajnuna umanitarja mhijiex għodda ta' ġestjoni tal-kriżijiet u għandha tiġi allokata b'mod trasparenti u purament fuq il-bażi tal-ħtiġijiet reali u indipendentement minn kull konsiderazzjoni politika; jenfasizza b'mod partikulari li meta jsir għoti ta" l-għajnuna f'ikel, wieħed għandu jipprova b'kull mod li jevita kwalunkwe effett negattiv fuq is-swieq lokali jew id-dipendenza ġejjiena, u għandu jagħti kontribut għas-sigurtà ta" l-ikel fuq medda twila ta" żmien; jappoġġja sforzi internazzjonali għar-riforma tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna f'Ikel sabiex jiġi żgurat rispett ta" dawn il-prinċipji;

7.  Jenfasizza li l-għajnuna umanitarja għandha tqis l-autożvilupp u l-autosuffiċjenza u ma jridx ikun immirat li jagħmel il-pajjiżi jew ir-reġjuni benefiċjarji dipendenti ħafna fuq aktar għajnuna jew assistenza esterna;

b)Valuri, prinċipji u prattika tajba komuni

8.  Jenfasizza li l-azzjoni umanitarja ta" l-UE għandha tiġi ggwidata mill-prinċipji umanitarji mħaddna mill-"Prinċipji u l-Prattika Tajba għad-Donazzjonijiet Umanitarji" (GHD):

   - il-prinċipju ta" l-umanità, jiġifieri ċ-ċentralità li jiġu salvati l-ħajjiet u li jittaffew is-sofferenzi kull fejn dawn jeżistu;
   - il-prinċipju ta" l-imparzjalità, jiġifieri l-implimentazzjoni ta" azzjonijiet biss fuq il-bażi tal-ħtieġa, mingħajr diskriminazzjoni bejn jew fost il-popolazzjonijiet affettwati;
   - il-prinċipju tan-newtralità, jiġifieri li l-azzjoni umanitarja m'għandhiex tiffavorixxi lil ebda naħa waqt kunflitt armat jew kunflitt ieħor fejn issir dan it-tip ta" azzjoni; u
   - il-prinċipju ta" l-indipendenza, jiġifieri l-awtonomija ta" l-objettivi umanitarji minn objettivi politiċi, ekonomiċi, militari jew objettivi oħra li kwalunkwe attur jista" jkollu fir-rigward ta" oqsma fejn tkun qed tiġi mwettqa azzjoni umanitarja;
  

Barra minn hekk, l-azzjoni umanitarja għandu jkollha żewġ prijoritajiet:

   - l-immedjatezza, jiġifieri enfasi akbar fuq l-eleminazzjoni tad-dewmien mhux raġonevoli kollu fil-provvista ta" għajnuna umanitarja u li fejn ikun xieraq, isiru mistoqsijiet dwar kwalunkwe dewmien;
   - l-effettività, jiġifieri li għandu jkun possibbli li jitkejlu r-riżultati għal skopijiet ta" responsabbilizzazzjoni demokratika;
  

iqis li, fid-dawl tas-saħħa u l-influenza tagħha bħala l-akbar donatur internazzjonali, l-UE għandha b'mod konsistenti tippromwovi dawn il-prinċipji sabiex tiżgura aċċess għall-popolazzjonijiet affettwati minn kriżijiet u r-rispett lejn l-ispazju umanitarju;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi Sħubija Umanitarja Tajba, li ssaħħaħ ir-riforma umanitarja dinjija billi tgħaqqad lid-donaturi, l-imsieħba li jimplimentaw u l-benefiċjarji fi pjattaforma konġunta kif ukoll l-adozzjoni mill-UE fl-2005 ta" linji gwida operattivi dwar il-promozzjoni tar-rispett ta' l-IHL; jixtieq li jara lill-UE ikollha rwol ewlieni fil-monitoraġġ tad-difiża, il-promozzjoni, it-tixrid u l-infurzar tar-rispett lejn l-IHL, inkluż minn atturi mhux ta" l-Istat, sabiex jiġi preservat l-ispazju umanitarju; jixtieq li jara lill-Istati Membri kollha li għadhom m'għamlux dan li jintrabtu bla riserva mal-Prinċipji u l-Prattika Tajba għall-Għajnuna Umanitarja (GHD) fuq imsemmija; jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-prinċipji jissarrfu fi prattika u li l-osservanza tagħhom tiġi evalwata fuq bażi regolari (bi-annwali) mill-istituzzjonijiet ta" l-UE u mir-rapporteur permanenti tal-Parlament dwar l-għajnuna umanitarja;

10.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni ikbar lis-sikurezza u l-protezzjoni tal-ħaddiema li jqassmu l-għajnuna, li ħafna drabi jkunu preżenti f'inħawi perikolużi; jiddeplora l-fatt li ħafna drabi dawn jispiċċaw vittmi ta' vjolenza bla skop, jingħataw sentenzi ta' ħabs jew jinżammu ostaġġi; jikkundanna bil-qawwa kollha l-azzjonijiet kollha li jsiru kontra l-ħaddiema li jqassmu l-għajnuna;

11.  Jinnota r-rikonoxximent tal-kunċett ta' ''responsabilità ta' protezzjoni'' fir-Riżoluzzjoni 60/1 tan-Nazzjonijiet Uniti b'rispons għaż-żieda fil-ksur ta' l-IHL u d-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta' poter jew ta' volontà tal-gvernijiet illi jipproteġu ċ-ċittadini tagħhom stess; ifakkar li l-għajnuna umanitarja tikkostitwixxi wieħed mill-mezzi għad-dispożizzjoni tal-komunità internazzjonali sabiex tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta" popolazzjonijiet mhedda u jenfasizza li l-interess ta" UE li ma tibqax inattiva fil-konfront ta" dan it-tip ta" ksur; jitlob li jkun hemm dibattitu politiku b'reqqa fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet ta" l-UE dwar id-dritt, u fil-fatt id-dmir, ta" intervenzjoni f'każijiet ta" ksur serju ta" l-IHL u/jew id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu wkoll il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport msemmi hawn fuq mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Intervenzjoni u s-Sovranità ta" l-Istat dwar "Ir-responsabilità tal-protezzjoni" ta" Diċembru 2001;

12.  Jemmen li l-UE għandha tiżviluppa inizjattivi sabiex issarraf f'realtà il-kunċett ta' "responsabilità tal-protezzjoni", filwaqt li tagħti preċedenza lill-azzjoni preventiva, il-mezzi ċivili u appoġġ għal gvernijiiet ta" pajjiżi terzi li jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jipproteġu l-popolazzjonijiet tagħhom; jenfasizza li miżuri b'impożizzjoni, fosthom l-intervenzjoni militari, jistgħu jintużaw biss bħala l-aħħar għażla u strettament skond il-liġi internazzjonali; b'mod partikulari jtenni li, meta jikkunsidra l-użu tal-forza, il-Kunsill tas-Sigurtà għandu dejjem iqis il-ħames kriterji tal-leġitimità proposti fir-rapport fuq imsemmi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-21 ta" Marzu 2005 u appoġġjat mill-Parlament: is-serjetà tat-theddida, skop xieraq, l-aħħar għażla, mezzi proporzjonali u ċans raġonevoli ta" suċċess; jaqbel li l-prinċipji relatati ma" l-użu tal-forza u l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu stipulati f'riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà.

Parti II: Insarrfu l-Prinċipji fi Prattika: Qafas komuni għall-Għajnuna Umanitarja ta' l-UE
a)Koordinazzjoni, koerenza u kumplimentarità ta' l-UE

13.  Iqis li l-Konsensus għandu jħaddan il-prinċipji ta' koordinazzjoni, koerenza tal-politiki, kumplimentarità u armonizzazzjoni tal-proċeduri fost l-Istati Membri, hekk kif diġà intqal fil-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp imsemmi hawn fuq, u li l-Komunità għandha tagħmel użu sħiħ mill-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 u tisfrutta l-kapaċitajiet tad-DG ECHO fl-irwol tiegħu ta' federazzjoni; jenfasizza madankollu li l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni ta' l-UE għandhom isaħħu l-isforzi ta" koordinazzjoni internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari dawk ta" l-OCHA u mhux jirrepetuhom, u għandhom jinkludu l-awtoritajiet nazzjonali u lokali; jistieden lill-UE sabiex tistabbilixxi atlas tad-donaturi ta" l-għajnuna umanitarja ta" l-UE, simili għall-eżerċizzju mwettaq għall-għajnuna għall-Iżvilupp ta" l-UE;

14.  Jilqa" b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li sar fi Brussell fil-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 dwar il-ħtieġa li l-politika ta' l-għajnuna umanitarja tkun rikonoxxuta b'mod sħiħ bħala politika ta' l-UE bis-saħħa tad-drittijiet tagħha, u għaldaqstant jikkunsidra li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom irawmu diskussjoni strateġika tal-politika ta" l-azzjoni umanitarja f'forum xieraq tal-Kunsill permezz tal-ħolqien ta" Grupp ta" Ħidma speċifiku tal-Kunsill (bħal pereżempju Grupp ta" Ħidma tal-Kunsill dwar l-Għajnuna Umanitarja (Cohuma)), li tagħti lok għal metodi koeżivi li jiżguraw li titfassal azzjoni b'ħeffa u konsistenti;

b)Il-provvista ta' għajnuna adegwata u effettiva

15.  Iqis li l-Konsensus għandu jkun fih impenn qawwi mill-UE sabiex il-provvisti ta' għajnuna umanitarja ikunu iktar adegwati u sabiex ikun hemm tbassir u flessibilità iktar adegwati fl-għoti ta' fondi, permezz ta' dispożizzjonijiet baġitarji annwali adegwati u bil-quddiem; jenfasizza li l-UE għandha tagħti prijorità lil dawk il-kriżijiet umanitarji li huma nieqsa mill-fondi, traskurati jew minsija u li għandhom jiġu esplorati mekkaniżmi innovattivi sabiex jikkwantifikaw aħjar il-differenza bejn il-ħtiġijiet u l-fondi eżistenti u sabiex jiżguraw li l-ħtiġijiet umanitarji globali qed ikunu sodisfati;

16.  Iqis li l-UE għandha tippożizzjona lilha nnifisha b'mod ċar fil-proċess tar-riforma umanitarja globali, u b'mod partikulari li tappoġġja l-Fond Ċentrali ta" Rispons għall-Emerġenzi (CERF) bħala suppliment siewi għall-firxa ta" strumenti ta" finanzjament disponibbli, fejn dan jirrappreżenta finanzjament addizzjonali li ma jċaqlaqx l-appoġġ għal operazzjonijiet u msieħba umanitarji oħra, li tilqa" l-approċċ ta" gruppi tematiċi ("clusters") u li tippromwovi l-inklużività ta" firxa wiesgħa ta" atturi umanitarji;

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi mwaqqaf qafas komuni ta' l-UE għall-evalwazzjoni tal-bżonnijiet u t-tqassim ta' analiżi ta' l-esperti; ifakkar li l-UE għandha tagħti preferenza lil sorsi lokali u reġjonali fejn dan ikun possibbli;

18.  Jenfasizza li f'sitwazzjonijiet ta" emerġenza, u b'mod speċjali fil-każ ta" emerġenzi kkawżati minn diżastri naturali, l-ewwel 48 siegħa huma kruċjali sabiex jiġu salvati l-ħajjiet, u li l-komunità internazzjonali wriet li r-rispons immedjat tagħha mhuwiex effiċjenti biżżejjed; iqis li l-UE għandha tilqa" din l-isfida, min-naħa l-waħda, billi ssaħħaħ il-prevenzjoni, l-istat ta" tħejjija u l-kapaċità ta" rispons lokali, u fuq in-naħa l-oħra, billi ttejjeb il-koordinazzjoni, il-mekkaniżmi ta" twissija bikrija u l-pożizzjonar minn qabel u adegwat tal-materjal u tal-ħażniet fil-livell internazzjonali; jistieden lill-UE sabiex tappoġġja u tikkumplimenta l-isforzi internazzjonali mmexxija mill-OCHA u min-NU sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet għar-rispons rapidu, inkluż l-aċċess fil-pront għall-finanzjament kif ukoll għal timijiet "stand-by" għal operazzjonijiet ta" emerġenza;

19.  Iqis li l-UE għandha tinvesti aktar sabiex tifhem u timmonitorja l-fatturi ta' vulnerabilità tal-popolazzjoni; jistieden b'mod partikulari lill-UE sabiex tiżgura li fl-operazzjonijiet umanitarji kollha ikunu sodisfati l-ħtiġijiet ta" l-emerġenzi tas-saħħa, b'mod partikulari fir-rigward tas-saħħa riproduttiva, skond l-istandards rispettivi ta' l-iSPHERE;

20.  Jappoġġja l-isforzi magħmula mill-Federazzjoni Internazzjonali u s-Soċjetajiet nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar biex jidentifikaw problemi u jagħmlu rakkomandazzjonijiet fil-qasam tal-Liġijiet Internazzjonali ta' Rispons għad-Diżastri (IDRL), u huwa ħerqan li jara r-riżultati tat-30 Konferenza Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, li għandha ssir f'Novembru 2007;

c)Diversità u kwalità fi sħubija

21.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi enfasizzat l-appoġġ ta' l-UE għall-pluralità ta' l-imsieħba li jimplimentaw, b'mod partikulari l-NGOs, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Moviment tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, u jappoġġja l-kriterji proposti minnha għall-għażla ta' l-imsieħba; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-aġenziji ta" implimentazzjoni mill-Istati Membri l-ġodda (l-UE-12, jiġifieri l-għaxar Stati Membri l-ġodda, li daħlu fl-UE fl-2004, u l-Bulgarija u r-Rumanija, li daħlu fl-UE fl-2007) jiġu integrati b'mod sħiħ fl-attivitajiet ta" għajnuna umanitarja; iqis li l-Konsensus għandu jirrikonoxxi u jiddefinixxi aktar id-diversi rwoli, mandati u vantaġġi kumparattivi tad-diversi atturi umanitarji, sabiex jiġi evitat konflitt ta' mandati u kompetizzjoni bejniethom għar-riżorsi u li l-UE għandha tappoġġja ż-żieda fil-kapaċitajiet fi ħdan komunità umanitarja b'attenzjoni partikulari għall-kapaċità lokali u reġjonali; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-irwol ta' l-NGOs, lis-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u lill-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, kemm min-Nofsinhar kif ukoll mit-Tramuntana, mhux biss fil-provvista ta' l-għajnuna, iżda wkoll fl-iżvilupp ta' politiki li jirreflettu l-bżonnijiet u t-tħassib reali ta' l-imsieħba lokali fin-Nofsinhar u fil-kisba ta' l-appoġġ taċ-ċittadini Ewropej;

22.  Jemmen li l-UE għandha tiżviluppa strateġiji sabiex tilħaq donaturi mhux tradizzjonali li l-fondi tagħhom huma spiss maħsuba u / jew kundizzjonati, bil-għan li jiġi promoss mudell ta' għajnuna bbażata fuq il-bżonnijiet, il-prinċipji ta' l-IHL u l-kunċett ta' l-isħubija; jenfasizza madankollu li dawn is-sorsi ġodda ta" finanzjament ma jridux jirriżultaw fi tnaqqis tal-fondi ġejjin mill-Istati Membri ta" l-UE u mill-Kummissjoni;

23.  Iqis li l-għajnuna umanitarja ta" l-UE għandha tiġi implimentata permezz ta" organizzazzjonijiet umanitarji li jaderixxu b'mod sħiħ mal-prattika tajba u għandhom impenn li jippromwovu r-responsabbilizzazzjoni, l-effiċjenza u l-effettività fl-implimentazzjoni ta" l-azzjoni umanitarja;

d)Effettività, kwalità u responsabilità

24.  Jemmen li r-responsabilità lejn komunitajiet effettwati minn diżastri, bħala l-benefiċjarji primarji, tikkostitwixxi l-qalba ta' kwalunkwe evalwazzjoni ta' l-effettività ta' għajnuna umanitarja, u li l-Konsensus għandu jirrefletti dan il-prinċipju; iqis b'mod partikulari li l-UE għandha tinkoraġġixxi inizjattivi voluntarji ta' responsabilità min-naħa ta' l-NGOs;

25.  Iqis li l-UE għandha tippromwovi l-użu tal-linji gwida u l-prinċipji tal-Kumitat Permanenti ta" l-Aġenziji dwar l-attivitajiet umanitarji, il-Prinċipji ta' Gwida dwar l-Ispostament Intern, il-Kodiċi ta" Mġieba ta" l-1994 għall-Moviment Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u l-NGOs għall-Għajnuna f'każijiet ta" Diżastri u tal-Karta Umanitarja tal-proġett Sphere;

e)L-użu ta' riżorsi u kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili u dawk militari barra t-territorju ta' l-UE

26.  Jerġa" jafferma li r-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili u dawk militari għandhom jintużaw b'mod li jikkumplimenta u jappoġġja x-xogħol ta" organizzazzjonijiet umanitarji u jkun limitat għal dawk il-każijiet jew oqsma fejn jistgħu jipprovdu valur miżjud reali, u wara analiżi minn qabel bir-reqqa tas-sitwazzjoni;

27.  Iqis li l-UE għandha tiddefinixxi b'mod ċar u tiżgura l-irwoli u l-mandati ta" l-atturi tal-protezzjoni ċivili u dawk militari f'operazzjonijiet umanitarji, b'mod partikulari f'sitwazzjonijiet ta" kunflitt fejn l-imparzjalità u l-indipendenza huma kruċjali sabiex ikun garantit aċċess sikur għal vittmi ta' diżastri u t-twassil effiċjenti ta' għajnuna umanitarja;

28.  Jemmen li l-UE għandha tieħu l-impenn li tippromwovi b'mod attiv l-applikazzjoni tal-Linji Gwida ta' l-MCDA u ta" Oslo min-naħa ta" l-atturi kollha involuti f'operazzjonijiet umanitarji u biex tiżgura li l-prinċipji ewlenin li dawn fihom ma jiġux imdgħajfa.

29.  Iqis li skond linji gwida internazzjonali, ir-rikors għal riżorsi tal-protezzjoni ċivili ta' l-Istat f'emerġenzi kumplessi għandu jkun l-eċċezzjoni, filwaqt li r-riżorsi u l-kapaċitajiet militari b'appoġġ għal operazzjonijiet umanitarji għandhom jintużaw biss bħala "l-aħħar għażla" u fiż-żewġ każijiet, dejjem bil-gwida ta" organizzazzjonijiet umanitarji tan-NU u skond il-prinċipju tas-sensittività tal-kunflitt;

f)Il-promozzjoni ta' tnaqqis fir-riskji ta' diżastri u ta' tħejjija għad-diżastri

30.  Jinnota n-numru u l-frekwenza dejjem tikber ta' diżastri naturali u l-impatt devastanti tagħhom; jirrikonoxxi wkoll id-diffikultà dejjem akbar li ssir distinzjoni bejn diżastri naturali u dawk li jirriżultaw minn azzjoni tal-bniedem; jirrikonoxxi li r-riskji huma determinati kemm mill-attività umana u n-nuqqas ta" ppjanar daqs kemm minn perikli naturali; jitlob għal strateġija marbuta biż-żmien sabiex it-Tnaqqis tar-Riskji ta" Diżastru (DRR) jiġi integrat b'mod sistematiku fl-għajnuna għall-iżvilupp u fl-għajnuna umanitarja kollha ta" l-UE, iggwidata mill-HFA; jirrikonoxxi li mingħajr l-integrazzjoni sistematika tad-DRR, l-intervenzjonijiet għall-iżvilupp jissograw li mingħajr ma jridu jżidu l-vulnerabilità għad-diżastri;

31.  Jinnota li l-isfida enormi tal-ġejjieni tal-bidla fil-klima, fil-forma ta" kundizzjonijiet ta" temp estremi u riżorsi naturali li qed jonqsu, b'implikazzjonijiet serji għas-sigurtà u l-iżvilupp, li huma firxa li tinkludi vulnerabilità akbar tal-fqar, kunflitti vjolenti dwar riżorsi naturali li qed jonqsu, kif ukoll flussi migratorji fuq skala kbira; jenfasizza t-theddidiet imposti mill-bidla tal-klima għat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba ta" l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp, u jitlob għall-integrazzjoni tad-DRR u miżuri ta" adattament fl-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar (Dokumenti ta" Strateġija dwar it-Tnaqqis tal-Faqar jew PRSPs); jenfasizza li ikunu effettivi, l-intervenzjonijiet tad-DRR immirati li jnaqqsu l-kawżi tal-vulnerabilità għandu jkollhom konverġenzi sinjifikanti mal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla fil-klima;

32.  Jenfasizza li strateġiji tad-DRR, ibbażata fuq l-HFA, għandhom jappoġġjaw azzjoni mill-komunitajiet u awtoritajiet lokali f'approċċ għal medda twila ta" żmien sabiex titnaqqas il-vulnerabilità għad-diżastri, kif suġġerit mill-esperjenza tal-mekkaniżmu ta" finanzjament u tal-programm għal tħejjija għad-diżastri tad-DG-ECHO (DIPECHO);

33.  Jitlob lill-UE sabiex talloka mill-inqas 10 fil-mija tal-fondi addizzjonali ġodda għal baġits ta" assistenza umanitarja għat-tnaqqis tar-riskji ta' diżastru u sabiex iżżid b'mod sinjifikanti ir-riżorsi għad-DRR fi ħdan il-baġits ta' għajnuna għall-iżvilupp; jinsisti dwar il-ħtieġa li fuq medda medja u twila ta" żmien, jinbidel l-approċċ ta" l-għajnuna umanitarja internazzjonali għal tisħiħ qawwi tad-DRR;

g)Tisħiħ tal-konnessjoni ma' strumenti oħra ta' għajnuna

34.  Jitlob lill-UE sabiex b'kollaborazzjoni ma" l-atturi umanitarji internazzjonali u fuq il-bażi ta" l-aħjar prattiki u l-lezzjonijiet meħuda, tħejji linji gwida għat-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-għajnuna ta" emerġenza, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp (l-inizjattiva LRRD), sabiex jiġu evitati l-lacunae potenzjali bejn ir-rispons ta" emerġenza u l-fażijiet ta" rijabilitazzjoni u żvilupp; iqis li l-UE għandha tibbaża dan l-approċċ fuq il-prinċipju li "ma ssirx ħsara" u fl-għaxar prinċipji ta" "Rikostruzzjoni aħjar"; jenfasizza l-objettiv li jimla l-vojt bejn l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp permezz ta" l-aħjar użu possibbli tal-firxa ta" strumenti ta" finanzjament ta" l-UE;

35.  Jirrikonoxxi wkoll li l-għarfien u l-kuxjenza tar-rabtiet bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp hija nieqsa kemm fost il-ħaddiema ta" l-iżvilupp kif ukoll fost il-persunal ta" –għajnuna umanitarja; jistieden lill-UE sabiex tagħti prijorità lil programmi ta" taħriġ ta" persunal f'dan il-qasam;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiċċara r-relazzjonijiet bejn l-attivitajiet appoġġjati mill-Kummissjoni permezz ta" l-istrument ta" stabilità għall-prevenzjoni, l-immaniġġjar u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet ((bħad-diżarm, id-demobilizzazzjoni, it-tindif tal-mini, l-integrazzjoni mill-ġdid tal-popolazzjonijiet imċaqalqa/refuġjati, eċċ.), u l-azzjonijiet konkomitanti implimentati mid-DG ECHO skond il-mandat tiegħu u skond prinċipji umanitarji;

h)Implimentazzjoni tal-Konsensus dwar l-Għajnuna Umanitarja

37.  Jitlob li jkun hemm inklużjoni fil-Konsensus ta" pjan direzzjonali wiesa" u konkret għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-perjodi ta" żmien għal proġetti u inizjattivi maġġuri sabiex jittieħdu mid-donaturi kollha ta" l-UE fil-ħames snin li ġejjin;

38.  Jitlob li ssir evalwazzjoni regolari ta' l-implimentazzjoni u tal-progress tal-Konsensus, li tinvolvi lill-Parlament bis-sħiħ u fuq l-istess livell ma" l-istituzzjonijiet l-oħra f'dan l-eżerċizzju; jitlob għat-twaqqif ta" struttura interistituzzjonali xierqa u djalogu strutturat mal-Parlament f'dan il-qasam;

o
o   o

39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.
(2) ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.
(3) ĠU C 327, 23.12.2005, p 4.
(4) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE tat-13 ta' Ġunju 2000 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna f'Ikel 1999 (ĠU L 163, 4.7.2000, p. 37).
(6) ĠU C 284E, 21.11.2002, p. 108.
(7) ĠU C 180E, 31.7.2003, p. 538.
(8) ĠU C 38E, 12.02.2004, p. 85.
(9) ĠU C 135, 7.5.2001, p. 72.
(10) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p.100.
(11) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 549.


Il-Protezzjoni tal-ħamrija ***I
PDF 695kWORD 274k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (COM(2006)0232 – C6-0307/2006 – 2006/0086(COD))
P6_TA(2007)0509A6-0410/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0232),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0307/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0410/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-parlament ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija

P6_TC1-COD(2006)0086


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Il-ħamrija essenzjalment hija riżorsa li ma tiġġeddidx, minħabba li r-rati ta' tħarbit jistgħu jkunu rapidi ħafna, filwaqt li l-proċessi ta' formazzjoni u riġenerazzjoni jseħħu estremament bil-mod. Hija sistema dinamika ħafna li taqdi bosta funzjonijiet u tagħti servizzi li huma essenzjali għall-attivitajiet tal-bniedem u s-sopravivenza ta' l-ekosistemi. Dawn il-funzjonijiet tal-ħamrija huma li tipproduċi l-bijomassa, taħżen, tiffiltra u tittrasforma n-nutrijenti u l-ilma, tospita l-ġabra tal-bijodiversità, isservi bħala pjattaforma għall-parti l-kbira ta' l-attivitajiet tal-bniedem, tipprovdi l-materja prima, taħżen il-karbon u tikkonserva l-wirt ġeoloġiku u arkeoloġiku.

(2)  It-tħarbit jew it-titjib tal-ħamrija għandhom impatt kbir fuq oqsma oħra ta' interess Komunitarju, bħall-kwalità ta' l-ilmijiet tal-wiċċ u tal-pjan, is-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, il-bidla fil-klima, id-degradazzjoni jew il-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, u s-sikurezza alimentari.

(3)  Il-ħamrija hija riżorsa naturali li tinsab dejjem iktar taħt pressjoni ambjentali u għandha fiha nnifisha tiġi protetta mit-tħarbit. Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1600/2002/KE tat-22 ta' Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali tal-Komunità(4) tinkludi l-għan tal-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta' użu sostenibbli tal-ħamrija.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill "Lejn Strateġija Tematika dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija"(5) tidentifika l-għaxar proċessi ewlenin tat-tħarbit li t-tipi differenti ta' ħamrija fl-UE huma esposti għalihom. Dawn huma l-erożjoni, it-tnaqqis fil-materja organika, il-kontaminazzjoni, is-salinizzazzjoni, il-kompattazzjoni, it-telfien tal-bijodiversità, l-issiġillar, id-deżertifikazzjoni, iż-żerżiq minn ġnub l-għoljiet u l-għargħar. ▐

(5)  Fil-Komunità hemm varjabbiltà kbira bejn it-tipi ta' ħamrija, u hemm differenzi enormi fil-qagħdiet strutturali, fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi, sew fi ħdan profili individwali kif ukoll bejn tipi differenti ta' ħamrija. Dawn il-kundizzjonijiet u ħtiġijiet diversi fil-Komunità għandhom jiġu kkunsidrati, minħabba li jirrikjedu soluzzjonjiet speċifiċi differenti biex jiġi indirizzat it-tħarbit tal-ħamrija.

(6)  Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, pereżempju fl-oqsma ta' l-iskart, il-kimika, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis industrijali, il-bidla fil-klima, l-ilma, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, diġà qed tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ħamrija u tista" tissupplimenta dan il-qafas, li jipprovdi prinċipji u miri komuni bil-għan tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija fil-Komunità.

(7)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa l-iżgurar tal-protezzjoni tal-ħamrija, fuq il-bażi ta' objettivi komuni u r-rispett tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja eżistenti, sabiex il-ħamrija tintuża b'mod sostenibbli sabiex kemm il-ġenerazzjonijiet attwali kif ukoll dawk futuri jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom.

(8)  Qafas komuni jippermetti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jipproteġu l-ħamrija tagħhom mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi. Fl-istess waqt, jagħti garanziji u trasparenza fi ħdan is-suq intern għall-ħamrija fl-Istati Membri. Qafas bħal dan għandu jiġi adottat fuq il-bażi ta' stħarriġ komprensiv ta' l-istatus tal-ħamrija u tal-miżuri meħuda diġà fl-Istati Membri.

(9)  Ġaladarba t-tħarbit tal-ħamrija jista' jkollu impatti serji fuq in-natura ▐, l-ilma, is-sikurezza alimentari, il-bidla fil-klima, l-agrikoltura u ▐s-saħħa tal-bniedem u ladarba, minkejja l-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, it-tħarbit tal-ħamrija probabbilment se jiżdied, hemm bżonn ta' direttiva li tippermetti l-ħarsien tal-ħamrija fl-Istati Membri kollha, għalkemm dan għandu jsir biss skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif jidher fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jidher f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(10)  Minħabba li xi politiki settorjali jistgħu jew jaggravaw jew itaffu l-proċessi tat-tħarbit tal-ħamrija, jeħtieġ li jkun hemm integrazzjoni ulterjuri ta' aspetti tal-protezzjoni tal-ħamrija f'dawn il-politiki. Din id-Direttiva għandha tipprovdi biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw u jevalwaw l-impatt ta' dawn il-politiki fuq il-prevenzjoni tal-proċessi tat-tħarbit tal-ħamrija u l-protezzjoni tal-funzjonjiet tagħha.

(11)  L-agrikoltura dejjem tat kontribut pożittiv għaż-żamma ta' l-istruttura tal-ħamrija u tal-karatteristiċi tagħha, u minn dejjem kienet il-mekkaniżmu indispensabbli għall-konservazzjoni tal-kwalità organika tal-ħamrija u għenet tippreżerva s-saff veġetali u tevita d-deżertifikazzjoni.

(12)   Ir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-politika agrikola komuni għandha tistabbilixxi miżuri ta" miri għaż-żamma u t-titjib tal-fertilità tal-ħamrija, tal-kontenut ta" materja organika u tal-kapaċità ta" sekwestrar tal-karbonju.

(13)  Sabiex jiġi evitat kwalunkwe rduppjar ta' leġiżlazzjoni eżistenti fl-oqsma ta' l-agrikoltura u l-ambjent, u meta wieħed iqis il-prinċipju ta' sussidjarjetà relatat ma' l-ekokundizzjonalità, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi li jimplimenta l-ekokundizzjonalità, waqt li jqis il-klima, l-agrikoltura u l-karatteristiċi tal-ħamrija tiegħu.

(14)  B'kuntrast ma' l-arja u l-ilma, fil-Komunità, il-ħamrija fil-parti l-kbira tagħha hija proprjetà privata. Madankollu, hija riżorsa naturali ta' interess komuni, li jeħtieġ li tiġi protetta għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Fl-interess pubbliku għalhekk, l-utenti ta' l-art għandhom jiġu mħeġġa jieħdu miżuri ta' prekawzjoni biex jevitaw it-tħarbit tal-ħamrija.

(15)  Il-fertilità tal-ħamrija hija l-bażi tal-ħajja. L-għan ta' kull attività agrikola jrid ikun li tinżamm u tittejjeb dik il-fertilità.

(16)  Is-siġillar qed joħloq dejjem aktar tħassib għaliex jista' jimpedixxi dawk il-funzjonijiet tal-ħamrija li jipprovdu servizzi vitali għall-attivitajiet umani u għas-sopravivenza ta' l-ekosistemi mingħajr ma jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli skond l-Istrateġija Mġedda ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli kif adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta' Ġunju 2006. Dan jirrikjedi użu aktar sostenibbli tal-ħamrija. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm miżuri adegwati biex jiġi limitat is-siġillar tal-ħamrija li joriġina minn proġetti ta' żvilupp li probabbilment jimpedixxu b'mod sinifikanti l-funzjonijiet tal-ħamrija u li ma jikkontribwixxux biex jinkiseb żvilupp sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inċentivi sabiex iseħħ l-iżvilupp ta" spazju industrijali u urban fuq siti li huma diġà użati għal skopijiet industrijali u urbani, u għandhom jillimitaw l-użu ta" l-artijiet naturali (greenfield sites). L-Istati Membri għandhom jaraw ukoll li l-oqfsa regolatorji għall-ippjanar ta" l-użu ta" l-art ikunu favur ir-rijabilitazzjoni u għandhom jikkonsidraw it-twaqqif ta' proċeduri ta" awtorizzazzjoni ta" l-ippjanar ta" malajr għat-tranġar. Fejn is-siġillar għandu jseħħ f'tali ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effetti tiegħu jkunu mtaffa, pereżempju billi jieħdu ħsieb li jkun hemm metodi ta' bini u drenaġġ li jikkonservaw l-ikbar għadd possibbli ta' funzjonijiet tal-ħamrija, u li dan ma jikkaġunax effetti ħżiena fuq l-ambjent li joħonqu l-benefiċċji.

(17)  L-aċidifikazzjoni tal-ħamrija hija problema importanti, f'ċerti partijiet tal-Komunità, li hemm bżonn li tiġi indirizzata. Għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri addattati sabiex jiżguraw li prattiki ta" l-użu ta" l-art li m'humiex xierqa ma jnaqqsux il-pH tal-ħamrija. Fl-istess ħin, il-karatteristiċi ta" ħmieri li huma aċidi b'mod naturali (eż. żoni tal-pit) jew li jiffurmaw ambjenti naturali speċifiċi m'għandhomx jiġu modifikati.

(18)  Politika mmirata u effiċjenti għall-protezzjoni tal-ħamrija tirrikjedi objettivi komuni għall-protezzjoni tal-ħamrija. Madankollu, fl-istess ħin jeħtieġ li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jieħdu miżuri fil-livell xieraq u ta' l-iskala xierqa, u jidentifikaw żoni ta' prijorità fuq il-bażi ta' għarfien xjentifiku dwar il-karatteristiċi tal-ħamrija lokali, il-proċessi ta' tħarbit tal-ħamrija u ċ-ċirkostanzi ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Hemm bżonn ta' skambju effettiv ta' informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi xjentifiċi fl-Istati Membri, dwar l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni ta' żoni ta' prijorità u dwar il-kodiċi ta" prattika tajba.

(19)  Programmi bħal dawn ta' miżuri u kodiċi ta' prattika tajba għandhom jikkunsidraw ukoll l-impatt soċjali u ekonomiku tal-miżuri previsti; għandhom jiġu riveduti kull tant żmien u jistgħu jibnu fuq obbligi, pjanijiet u programmi li diġà huma stabbiliti skond il-leġiżlazzjoni u finanzjament Komunitarji jew ftehimiet internazzjonali.

(20)  Din id-Direttiva għandha tagħti kontribut biex twaqqaf id-deżertifikazzjoni u t-tnaqqis tal-bijodiversità, u biex ittaffi l-bidla fil-klima u tiffaċilita l-adattazzjoni għaliha, kwistjonijiet li huma problemi ambjentali internazzjonali, b'impatti serji lokali u reġjonali, li fihom it-tħarbit tal-ħamrija għandu rwol sinifikanti; għandha wkoll ittejjeb il-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll ta' Kyoto li l-Komunità hija parti fihom, u se ttejjeb l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet ambjentali internazzjonali.

(21)  F'konformità mal-prinċipju tal-prevenzjoni kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-Trattat tal-KE, din id-Direttiva għandha tagħti kontribut għall-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' l-introduzzjoni fil-ħamrija ta' sustanzi perikolużi, biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u jiġu kkonservati l-funzjonijiet tal-ħamrija.

(22)  L-industrijalizzazzjoni preċedenti, inkella prattiki ta' ġestjoni ħżiena jew mhux f'lokhom, ħallew warajhom mijiet ta' eluf ta' siti kkontaminati fil-Komunità, li jirrikjedu strateġija komuni għall-ġestjoni tal-kontaminazzjoni storika tal-ħamrija biex l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent jiġu prevenuti u mtaffija.

(23)  Biex b'suċċess jipprevjenu u jillimitaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikkawżati mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija, hu meħtieġ li tingħata prijorità lill-identifikazzjoni u t-tranġar tas-siti li, skond l-evalwazzjoni ta' l-Istati Membri, jirrappreżentaw riskji serji f'dan ir-rigward. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċess, inkluża skeda, għall-evalwazzjoni tar-riskji, l-identifikazzjoni tas-siti, l-informazzjoni għall-pubbliku, l-informazzjoni ta' xerrejja potenzjali fil-każ ta' tranżazzjonijiet dwar l-art, l-ordni ta' prijorità u l-fondi għat-tranġar. Dan il-proċess għandu jipprevjeni kwalunkwe koinċidenza ma' leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja eżistenti u għandu biss iżid rekwiżiti addizzjonali jekk il-leġiżlazzjoni kurrenti mhix biżżejjed skond l-evalwazzjoni ta' l-Istat Membru. Hemm bżonn ta' skambju ta' informazzjoni approfondit għall-promozzjoni ta' l-aħjar prattiki għall-evalwazzjoni tar-riskju, l-identifikazzjoni, l-informazzjoni tal-pubbliku u t-tranġar.

(24)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni ta' livell għoli ta' protezzjoni ambjentali fil-politiki tal-Komunità, f'konformità mal-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(25)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(6),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu 1

Dispożizzjonjiet ġenerali

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.  L-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li jiġi stabbilit qafas għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, bbażat fuq il-bżonn li tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ħamrija, b'mod partikulari minħabba l-bidla fil-klima, biex jittaffu l-konsegwenzi tagħha u għar-restawr u t-tranġar ta' ħamrija mħarbta, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sit, u jiġi rikonoxxut li l-ħamrija, bħall-ilma, hija riżorsa komuni ta' l-umanità, ekosistema, riżorsa li ma tiġġeddidx u bażi għall-funzjonijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u kulturali li ġejjin:

   a) ta' bażi għall-ħajja u għall-bijodiversità;
   b) li taħżen, isservi ta" lqugħ, tiffiltra u tittrasforma n-nutrijenti, is-sustanzi u l-ilma, u tippreserva r-riżorsi ta' l-ilma tal-wiċċ u ta' l-ilma ta' taħt l-art;
   c) ta' bażi għall-produzzjoni tal-bijomassa fl-agrikoltura u fil-kultivazzjoni tal-foresti;
   d) li tipprovdi ambjent fiżiku u kulturali għall-bnedmin u għall-attivitajiet tal-bniedem, inklużi għal bliet, għal infrastruttura, għal rikreazzjoni u kif ukoll għal forom oħra ta' użu pubbliku u ekonomiku;
   e) li tkun maħżen ta' materja prima;
   f) li sservi bħala ħażna tal-karbonju;
   g) li taqdi rwol ta' arkivju tal-wirt ġeoloġiku, kulturali, ġeomorfoloġiku u arkeoloġiku.

Għal dak il-għan, tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' tħarbit serju tal-ħamrija li jista' jiġi evitat, ikkawżat minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq ukoll il-kawżi naturali, li jnawru l-kapaċità tal-ħamrija biex taqdi dawk il-funzjonijiet. Fejn hu xieraq, din tistipula miżuri li jtejbu l-karatteristiċi u l-funzjonijiet tal-ħamrija. Il-miżuri jinkludu l-mitigazzjoni ta' l-effetti ta' dawk il-proċessi, u r-ristawr u t-tranġar ta' ħamrija mħarbta għal livell ta' funzjonalità li talanqas ikun konsistenti ma' l-użu sostenibbli tal-preżent u dak approvat għall-ġejjieni.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħamrija li tifforma s-saff tal-wiċċ ta' l-art tad-dinja, inklużi l-komponenti likwidi u f'forma ta" gass, sakemm tkun twettaq il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal dawk il-meded ta' art li fir-rigward tagħhom, qabel ...(7), kienu ttieħdu deċiżjonijiet ta' rijabilitazzjoni jew kienu ġew rijabilitati, bi qbil ma" l-awtoritajiet kompetenti, sabiex il-meded ta' l-art ikkonċernati ma jkunu ta' l-ebda periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   1) l-espressjoni 'siġillar' tfisser l-għata permanenti tal-wiċċ tal-ħamrija permezz ta' materjal impermeabbli;
   2) "sustanzi perikolużi' tfisser sustanzi jew preparazzjonijiet skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifika, l-ippakkettar u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi(8) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/45/KE tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika, l-ippakkettar u l-ittikkettar ta' preparazzjonijiet perikolużi(9), inklużi sustanzi li għandhom proprjetajiet persistenti u bijoakkumulattivi u tossiċi jew proprjetajiet persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna u kif ukoll sustanzi radjoattivi li jista' jkollhom impatt ta' dannu fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent jew fuq il-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1);
   3) "aċidifikazzjoni" tfisser tnaqqis tal-pH tal-ħamrija kkawżat permezz ta" azzjoni mill-bniedem;
   4) "il-kompattazzjoni' tfisser proċess ta' densifikazzjoni li fih jitnaqqsu l-porożità u l-permeabilità totali jew bl-arja, li jwassal għal bidliet serji u li jdumu perjodu ta' żmien twil fl-istruttura tal-ħamrija;
   5) "ħamrija ta' valur' tfisser ħamrija li jistħoqqilha protezzjoni minħabba l-karatteristiċi speċifiċi , l-istrutturi, il-valur ekoloġiku, kulturali u/jew storiku eċċezzjonali tagħha jew minħabba l-użu li jsir minnha;
   6) "żoni ta' prijorità bi ħtieġa ta' protezzjoni speċjali' tfisser żoni fejn, minħabba l-vulnerabilità tagħhom ikkawżata mit-tipi ta' ħamrija, mill-kundizzjonijiet klimatiċi u prattiki ta' l-immaniġġjar ta' l-art, hemm provi deċisivi jew raġunijiet leġittimi għas-suspett li wieħed mill-proċessi ta' tħarbit imsemmija fl-Artikolu 6 seħħ jew hemm il-probabilità li jseħħ;
   7) "ħamrija kkontaminata b'mod ġeoġeniku' tfisser ħamrija fejn hemm presenza kkonfermata, ikkawżata minn sorsi ġeoġeniċi bħal materjal ġenitur u l-attività vulkanika, ta' sustanzi li huma ta' tali livell li l-Istati Membri jikkunsidraw li jistgħu jippreżentaw riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, meta jqisu l-użu attwali jew l-użu approvat għall-futur tal-ħamrija;
   8) "utenti ta" l-art tfisser persuni li jwettqu azzjonijiet li għandhom impatt dirett jew indirett fuq il-ħamrija jew li jippjanaw jew jiddelegaw azzjonijiet li għandhom impatt fuq il-ħamrija;
   9) "wirt ġeoloġiku" jinkludi ħamrija, oġġetti ġeomorfoloġiċi u ġeoloġiċi u proċessi;
   10) "sit imniġġes' tfisser sit fejn hemm preżenza kkonfermata fuq jew fil-ħamrija, ikkawżata minn attivitajiet tal-bniedem, ta' sustanzi ta' tali livell li l-Istati Membri jqisu li l-ħamrija toħloq riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, meta jitqies l-użu attwali jew futur tas-sit;
  11) "tranġar' tfisser miżuri
   a) għat-tneħħija jew tnaqqis ta" sustanzi dannużi (miżuri ta" dikontaminazzjoni),
   b) għall-prevenzjoni jew tnaqqis ta" tifrix ta" sustanzi dannużi fuq tul ta" żmien, bla ma jitneħħew is-sustanzi dannużi (miżuri ta" sigurtà),
   c) għat-tneħħija jew tnaqqis ta" tibdil dannuż tan-natura tal-ħamrija li jista" jkun fiżiku, kimiku jew bijoloġiku;
   12) "miżuri ta" protezzjoni u ta" restrizzjoni' tfisser miżuri oħra, li jipprevjenu jew irażżnu l-periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, speċjalment restrizzjonijiet ta" użu;
   13) "telf ta" materjal organiku' tfisser tnaqqis kontinwu ta" ammonti organiċi fil-ħamrija permezz ta" mineralizzazzjoni għad-CO2.

Artikolu 3

L-integrazzjoni

Fl-iżvilupp ta' politiki settorjali li x'aktar li jaggravaw jew itaffu l-proċessi tat-tħarbit tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw, jiddeskrivu, u jevalwaw l-impatti ta' dawn il-politiki fuq dawn il-proċessi, partikolarment fl-oqsma ta' l-ippjanar ta' l-ispazji reġjonali u urbani, it-trasport, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, il-kultivazzjoni tal-foresti, l-estrazzjoni tal-materja prima, il-kummerċ u l-industrija, il-politika dwar il-prodotti, it-turiżmu, il-bidla fil-klima, l-ambjent, in-natura u l-pajsaġġ.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawk ir-riżultati.

Fejn hu xieraq, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jintegraw miżuri jew politiki li jippreservaw jew itejbu l-funzjoni tal-ħamrija bħala ħażna tal-karbonju fil-politiki jew strateġiji futuri tagħhom dwar il-ħamrija, fuq il-bażi tar-riżultati tar-riċerka u t-titjib teknoloġiku l-aktar riċenti.

Artikolu 4

Miżuri ta' prekawzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe utent ta' l-art li l-azzjonijiet tiegħu jistgħu jikkawżaw danni fit-tul u sostanzjali lil waħda jew iktar mill-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1) ikollu l-obbligu li jieħu prekawzjonijiet proporzjonati biex dawn l-effetti ħżiena jevitahom, inaqqashom jew jikkontollahom, safejn dan ikun raġonevoli fid-dawl ta' l-iskop li għalih qed tintuża l-art u ta' l-użu approvat għall-futur.

2.  Għall-iskop tal-paragrafu 1 u sa...(10), l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw kodiċi volontarji ta' prattika tajba rigward il-ħarsien tal-ħamrija għal dawk l-attivitajiet li b'mod raġonevoli wieħed jista' jistenna li jxeklu b'mod sinifikanti l-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1). Dawn il-kodiċi ta' prattika tajba jistgħu jibnu fuq kodiċi tal-Komunità jew nazzjonali eżistenti u jista' jkun fihom elementi li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Anness I.

Sa ...(11)*, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni jew kodiċi ta' prattika tajba li diġà jeżistu fl-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1), inklużi l-wirt kulturali, il-parki naturali u ż-żoni ta' valur ġeoloġiku.

Artikolu 5

Promozzjoni ta' ċerti prodotti

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-użu ta' ċerti prodotti li jikkontribwixxu l-aktar għaż-żamma jew għaż-żieda tal-kontentut ta' materja organika tal-ħamrija u għall-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-użu ta' fertilizzanti u kompost li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jżidu l-fertilità u l-attività bijoloġika tal-ħamrija.

Artikolu 6

Is-siġillar

1.  Għall-finijiet tal-konservazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jillimitaw is-siġillar, u biex jimminimizzaw l-effetti tiegħu, sal-punt neċessarju, b'mod partikulari meta proposta ta' proġett ta' żvilupp tkun tinvolvi s-siġillar tal-ħamrija, u meta:

   a) (a) il-proġett ikun tat-tip elenkat jew fl-Anness I jew fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent(12) u jkun jirrikjedi evalwazzjoni skond dik id-direttiva;
   b) (b) l-evalwazzjoni tkun tindika li huwa probbabli li jkun hemm impatti bħala riżultat tas-siġillar li jimpedixxu b'mod sinifikanti waħda jew aktar mill-funzjonijiet tal-ħamrija elenkati fl-Artikolu 1(1).

Dan jippermetti ż-żamma ta' l-akbar għadd possibbli ta' dawk il-funzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri li huma xierqa, b'mod partikulari dawk imsemmija fil-paragrafu 3, filwaqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' tali miżuri.

3.   Minħabba li s-siġillar huwa proċess irriversibbli, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw kodiċi ta' prattika tajba fir-rigward tas-siġillar li:

   jippreservaw il-baċini tax-xmajjar u l-kurrenti naturali ta' l-ilma;
   jipprevjenu ż-żieda fir-riskji ta' għargħar li tirriżulta mis-siġillar;
   jippromwovu aċċess kif xieraq għaż-żoni ta' ħdura fl-ibliet li qed jikbru;
   jippreservaw strutturi ġeomorfoloġiċi ta' valur tal-ħamrija, il-pajsaġġi karatteristiċi u ż-żoni tal-kosta;
   jippreservaw siti arkeoloġiċi, għerien preistoriċi u siti storiċi;
   jevitaw l-impatt viżiv ta' l-industriji ta' l-estrazzjoni;
   jiffaċilitaw pjanar spazjali industrijali u urban fuq żoni li diġà huma affettwati minn pjanar industrijali u urban; u
   jippromwovu investimenti f'siti industrijali żdingati (brownfields).

Artikolu 7

Metodoloġija

1.  L-istat tal-ħamrija għandu jkun immonitorjat filwaqt li titqies l-informazzjoni disponibbli u, fejn ikun meħtieġ, tiġi ġenerata informazzjoni ġdida permezz ta' l-użu ta' teknoloġiji ġodda bħall-GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurta') u l-INSPIRE(13). B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' teknoloġiji diġitali u l-kartografija diġitali.

2.  Għall-identifikazzjoni ta' żoni ta' prijorità skond l-Artikolu 8, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu fuq evidenza empirika eżistenti jew fuq il-mudelli. Jekk jintużaw il-mudelli, għandhom isiru sforzi biex dawn jiġu validati permezz tat-tqabbil tar-riżultati fuq il-bażi ta' data empirika, li ma tkunx intużat għall-iżvilupp tal-mudell innifsu. Għandu jkun permess li l-Istati Membri jużaw l-informazzjoni miġbura bit-teknoloġiji l-ġodda imsemmija fil-paragrafu 1 għall-identifikazzjoni ta' żoni ta' prijorità.

3.  L-iskala tal-monitoraġġ għandha tiġi determinata skond id-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri.

Kapitolu II

Il-prevenzjoni tar-riskju, il-mitigazzjoni u r-ristawr

l-ewwel sezzjoni

L-identifikazzjoni taż-żoni ta' prijorita'

Artikolu 8

L-identifikazzjoni taż-żoni ta' prijorità li għandhom bżonn ta' ħarsien speċjali kontra l-erożjoni, it-tnaqqis fil-materja organika, it-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija, il-kompattazzjoni, is-salinizzazzjoni, iż-żerżiq minn ġnub l-għoljiet, id-deżertifikazzjoni jew l-aċidifikazzjoni

1.  Sa...(14), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni ta' prijorità ▐fit-territorju nazzjonali tagħhom, iż-żoni ta' prijorità kif definiti fl-Artikolu 2(6), li skond stimi tagħhom jirrikjedu ħarsien speċjali kontra wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin tat-tħarbit tal-ħamrija:

   a) erożjoni ▐;
   b) it-tnaqqis fil-materja organika ▐;

(c)  ▐żieda fid-densità tal-massa u tnaqqis fil-porożità tal-ħamrija (kompattazzjoni);

   ( d) is-salinizzazzjoni ▐;
   ( e) żerżiq minn ġnub l-għoljiet ▐;
   f) ċediment ta" l-art;
   g) deżertifikazzjoni;
   h) effetti ħżiena tal-bidla fil-klima fuq il-ħamrija;
   i) telf tal-bijodiverità tal-ħamrija;
   j) aċidifikazzjoni.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell amministrattiv u d-daqs ġeografiku xierqa, iwettqu evalwazzjonijiet, fejn xieraq skond l-evalwazzjonijiet tagħhom, skond il-kriterji fl-Anness II u jipprovdu informazzjoni dwar il-metodi ta" evalwazzjoni użati, permezz ta' proċedura skond l-Artikolu 19.

Fl-identifikazzjoni taż-żoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-effetti ta' dawk il-proċessi ta' degradazzjoni tal-ħamrija, fl-iggravar ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta' serra u d-deżertifikazzjoni, it-telf tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u l-ħsara lill-wirt kulturali. Fl-identifikazzjoni ta' dawn iż-żoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prattiki attwali ta' l-użu ta' l-art li diġà qed jimmiraw li jiġġieldu dawn il-proċessi ta' tħarbit.

2.  Iż-żoni ▐identifikati skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati u riveduti talanqas darba kull għaxar snin.

3.  Sa ...(15), il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija f'Artikolu 22(3), toħloq linji ta" gwida, bbażati fuq l-aqwa prattiki, għad-definizzjoni u l-identifikazzjoni ta' żoni ta' prijorità.

it-tieni sezzjoni

L-istabbiliment ta' miri u programmi ta' miżuri

Artikolu 9

Programmi ta' miżuri kontra l-erożjoni, it-tnaqqis fil-materja organika, il-kompattazzjoni, is-salinizzazzjoni u ż-żerżiq minn ġnub l-għoljiet

1.  Għall-finijiet tal-konservazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli 1(1), fir-rigward taż-żoni ta' prijorità li jkunu ġew identifikati skond l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom, fil-livell li jkun f'loku, jiżguraw li fejn huma jqisu l-aktar xieraq bħala livell ġeografiku u amministrattiv, jifformulaw miri għat-tnaqqis tar-riskju biex jiġġieldu kontra l-proċessi ta' degradazzjoni, u li l-miżuri meħtieġa jittieħdu, fosthom l-istrateġiji jew programmi ta' miżuri ta' kura integrata territorjali, u fejn huwa possibbli, miri ta' restawr fejn hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jissuspetta li proċess wieħed jew aktar ta' degradazzjoni qed iseħħ jew probabbli jseħħ fil-ġejjieni qrib, skeda għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri u stima ta' l-allokazzjoni tal-mezzi privati jew pubbliċi għall-finanzjament ta' dawk il-miżuri.

2.  Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforzi, il-programmi ta' miżuri skond il-paragrafu 1 jistgħu jkunu mibnija fuq l-obbligi, il-pjanijiet u l-programmi diġà mwaqqfa skond leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja, inklużi dawk stipulati skond il-Politika Agrikola Komuni, inkluż Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa(16), u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)(17), jew ftehimiet internazzjonali, u jistgħu jqisu l-miżuri elenkati fl-Anness III għal din id-Direttiva.

3.  Għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritizzazzjoni ta' azzjoni skond l-iskala tal-proċess tad-degradazzjoni fit-territorju nazzjonali tagħhom u l-effetti ta' tali tħarbit fuq il-bidla fil-klima u d-deżertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri jkunu ta' spiża effikaċi u teknikament fattibbli, u għandhom iwettqu evalwazzjonijiet ta' l-impatt, inkluża l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji, qabel l-introduzzjoni tal-programmi ta' miżuri.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni, skond l-Artikolu 19, dwar l-għanijiet tal-konservazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1) u dwar il-miżuri meħuda.

L-għażla tal-miżuri għandha titħalla f'idejn l-Istati Membri.

4.  B'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-kunsiderazzjoni mistħoqqa lill-impatti soċjali u ekonomiċi

5.  Meta żoni li jkunu jeħtieġu ħarsien speċjali kontra proċessi differenti tat-tħarbit tal-ħamrija li jseħħu fl-istess ħin, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tar-riskju ▐għar-riskji kollha li jkunu ġew identifikati, flimkien mal-miżuri xierqa għall-ilħiq ta' dawk il-miri.

6.  Il-programmi ta' miżuri għandhom jitfasslu sa...(18), u għandu jiġi applikat mhux aktar tard minn ...(19)*.

Il-programmi ta' miżuri għandhom jiġu ppubblikati u riveduti talanqas darba kull ħames snin.

7.  L-Istati Membri li diġà għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika fis-seħħ biex jipproteġu l-ħamrija tagħhom għandhom ikunu eżentati mill-obbligi skond dan l-Artikolu, bil-kundizzjoni li l-leġiżlazzjoni tagħhom tiżgura mill-inqas livell ta" protezzjoni ekwivalenti.

Artikolu 10

L-użu agrikolu tal-ħamrija

1.  Kull Stat Membru, skond il-klima, il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-agrikoltura tiegħu, kif ukoll skond l-aqwa prattiki agrikoli tiegħu, għandu jiddeċiedi dwar il-politika agrikola tiegħu stess f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħamrija.

2.  Rigward l-użu agrikolu tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għażla ta' l-uċuh tar-raba' u ta' metodi jew programmi ta' afforestazzjoni li għandhom effett ta' benefiċċju fuq il-materja organika fil-ħamrija u fuq il-fertilità tal-ħamrija u li jistgħu jevitaw żerżiq minn ġnub l-għoljiet u deżertifikazzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ukoll il-prattiki agrikoli li jiffavorixxu l-kapaċità tal-ħamrija li tiffiltra u żżomm l-ilma, bl-għan li tkun evitata l-kompattazzjoni u l-erożjoni.

4.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jisfruttaw ir-riċerka b'mod partikulari rigward il-funzjonijiet ta' l-uċuh tar-raba' differenti fir-rigward tal-bidla fil-klima u l-iżolament tal-karbonju bl-għan li jkun integrat dan l-għarfien b'bażi xjentifika fl-iżvilupp tal-politika dwar il-ħamrija.

5.  L-użu tal-kompost għandu jkun inkoraġġit bl-għan li tinżamm il-fertilità tal-ħamrija, jittejbu l-livelli ta' materja organika fil-ħamrija u tkun miġġielda l-erożjoni. Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jadottaw standards ta' kwalità għall-kompost.

6.  6. Sa...(20), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal direttiva dwar skart bijoloġiku fejn ikunu mfassla standards ta" kwalità għall-użu ta" l-iskart bijoloġiku sabiex tittejjeb il-ħamrija.

7.  L-iżvilupp ta' standards skond il-'cross compliance' u l-miżuri agri-ambjentali skond l-iżvilupp rurali li għandhom l-għan li jħarsu l-ħamrija fiż-żoni identifikati skond l-Artikolu 8 għandhom iqisu l-isforzi u l-piż possibbli li jistgħu jinvolvu.

Kapitolu III

Il-kontaminazzjoni tal-ħamrija

l-ewwel sezzjoni

il-prevenzjoni u l-inventarju

Artikolu 11

Il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija

1.  Għall-finijiet tal-konservazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu fil-livell amministrattiv xieraq miżuri xierqa u proporzjonati li:▐

   a) (a) għandhom l-għan li jevitaw l-introduzzjoni b'intenzjoni jew mingħajr intenzjoni ta' sustanzi perikolużi fuq jew fil-ħamrija permezz ta' rimi illegali, tnixxija jew ħruġ. Il-miżuri għandhom ikunu ibbażati fuq evalwazzjoni tal-probabiltà ta' jekk l-attivitajiet li jinvolvu sustanzi perikolużi fuq jew fil-ħamrija jistgħux iwasslu għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija;
   b) (b) jillimitaw it-tqegħid b'mod intenzjonat jew mhux intenzjonat ta' sustanzi perikolużi fuq jew fil-ħamrija, ħlief għal dawk li jiġu ddepożitati mill-arja u dawk ikkawżati minn fenomeni naturali ta' karattru eċċezzjonali, inevitabbli u mhux reżistibbli, jew li jieħdu sehem fit-trattament jew fit-titjib tal-ħamrija, sabiex jevitaw l-akkumulazzjoni tant qawwija li ttelleff il-funzjonijiet tal-ħamrija jew twassal għal riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

2.  Biex ikunu konformi ma" dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jillimitaw it-tfigħ ta" sustanzi perikolużi fl-art permezz ta" ilma użat għat-tisqija, użu ta" fertilizzanti, u skart mifrux fuq l-art skond il-leġiżlazzjoni attwali Komunitarja f'dawn l-oqsma.

3.  Il-miżuri favur il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija adottati mill-Komunità jew minn proċeduri nazzjonali ta' approvazzjoni bil-għan li jħarsu l-ħamrija huma meqjusa bħala miżuri ta' prekawzjoni b'konformità mal-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħamrija kontaminata tiġi tranġata filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-prekawzjoni, tas-sostenibiltà, tal-proporzjonalità u li min iniġġes iħallas.

5.  Bil-għan li jiġu ppreservati l-funzjonijiet tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati l-ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, l-attivitajiet ekonomiċi sostenibbli, is-sikurezza ta' l-ikel, l-istandards ta' kwalità għolja u/jew prodotti tal-biedja u sistemi ta' produzzjoni ċertifikati, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex:

   a) (a) jippromwovu prattiki tal-ġestjoni ta' l-art xierqa u sostenibbli;
   b) (b) inaqqsu l-periklu tal-kontaminazzjoni fil-ħamrija tal-foresta u ta' l-għelieqi;
   c) (c) jintegraw u jaġġornaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki;
   d) (d) jippromwovu kampanji speċifiċi ta' monitoraġġ f'żoni pilota li jirrappreżentaw sistemi speċifiċi ta' ħamrija u ta' produzzjoni.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex iwaqqfu ġerarkija ta' miżuri li jipproteġu l-ħamrija mit-tniġġis, u għandha tingħata l-prijorità lill-prevenzjoni.

Mhux aktar tard minn...(21), il-Kummissjoni għandha, b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3), tadotta lista prijoritarja ta' sustanzi perikolużi fuq jew fil-ħamrija li jista' jkollhom proprjetajiet tossiċi persistenti u bijo-komulattivi, jew persistenti u bijo-kumilattivi ħafna, jista' jkollhom effetti negattivi fuq żmien twil u li ma jistgħux jitranġaw jew ifixklu l-funzjonijiet endokrini. Għandhom jiġu stabbiliti valuri ta' referenza Ewropej ibbażati fuq l-evalwazzjoni tar-riskju għal dawn is-sustanzi.

Artikolu 12

Proċedura għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-evalwazzjoni ta' siti potenzjalment kontaminati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti kontaminati fit-territorji tagħhom jiġu identifikati.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom.

▐.

   a) jinnominaw awtorità jew awtoritajiet kompetenti biex ikunu responsabbli għall-identifikazzjoni kemm ta' siti kontaminati kif ukoll ta' siti li jistgħu jiġi kontaminati u għall-immaniġġjar ta' l-inventarju relatat;
  b) sa...(22),▐ ikunu identifikaw il-post talanqas ta' dawk is-siti li fihom ikunu qed isseħħu jew ikunu seħħew fl-imgħoddi l-attivitajiet li jniġġsu l-ħamrija li ġejjin:
   - stabbilimenti fejn ikunu jew kienu preżenti sustanzi perikolużi fi kwantitajiet daqs jew aktar mill-ammonti indikati fil-Partijiet 1 u 2, il-kolonna 2, ta' l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll il-perikoli ta' aċċidenti maġġuri li jinvolvu sustanzi perikolużi(23) (Seveso),
   - l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis(24). Dawn l-attivitajiet għandhom jitqiesu kif speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva ║96/61/KE, ħlief għall-attivitajiet imwettqa minn mikroimpriżi, kif definiti fil-punt 3 ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ║(25), u dawk li jirrigwardaw it-trobbija tal-bhejjem;
   - stallazzjonijiet tal-minjieri, inklużi faċilitajiet għall-iskart ta' estrazzjoni kif kopert mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26),
   - landfills ta' skart kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE(27).

Fit-twettiq ta' l-investigazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-proċeduri ta' identifikazzjoni stallazzjonijiet li jkunu qed joperaw li jkun inħarġilhom permess biex joperaw li jkun jinkludi obbligi għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u biex perjodikament jimmonitorjaw l-istat tal-ħamrija. Informazzjoni dwar dawn l-eżenzjonijiet għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

Għall-identifikazzjoni l-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-lista ta" attivitajiet fl-Anness IV.

L-identifikazzjoni għandha tiġi aġġornata kull tant żmien;

   c) għas-siti identifikati skond il-punt (b), għandhom ikejlu l-livelli ta' konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi, li għandhom jiġu ristretti għal sustanzi ttrattati fis-siti, identifikati skond il-punt (b);
   d) iwettqu evalwazzjoni tar-riskju fuq is-siti fejn il-livelli ta' sustanzi perikolużi jistgħu jirrappreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent filwaqt li jqisu l-użu attwali u l-użu approvat għall-ġejjieni tas-sit.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jibbażaw l-evalwazzjoni tar-riskji li s-sustanzi fuq jew fil-ħamrija jirrappreżentaw għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fuq metodoloġiji li jqisu:

   - il-konċentrazzjoni ta' sustanzi perikolużi,
   - il-preżenza konfermata ta' rotta jew mod kif is-sustanza perikoluża tista' tilħaq lil xi ħadd jew lil xi ħaġa li tista' tikkawżalhom xi ħsara,
   - il-preżenza konfermata ta' riċevitur, li tista' ssirlu xi ħsara;
   e) jirrappurtaw dwar l-investigazzjoni u l-metodi ta' evalwazzjoni użati minnhom għall-evalwazzjoni tar-riskju skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18.

3.  Il-passi għall-identifikazzjoni stipulati fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu, jekk ikunu għadhom ma twettqux, skond l-iskeda li ġejja ▐:

   a) sa...(28), għal talanqas 10% tas-siti;
   b) sa...(29)*, għal talqas 60% tas-siti;
   c) sa...(30)**, għall-bqija tas-siti.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji nazzjonali jew reġjonali ta' siti kontaminati. L-inventarju għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u jiġi aġġornat mill-inqas kull seba" snin fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija lilhom jew iġġenerat f'isimhom, b'mod partikulari biex jinkludi siti kontaminati ġodda li ġew identifikati u biex jeskludi siti li ġew rimedjati u m'għadhomx ta' riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

Fit-tfassil ta' l-inventarju, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data u l-informazzjoni li hija diġà disponibli fuq livell nazzjonali.

5.  Fejn ikun jixraq, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lid-distinzjoni bejn it-tniġġis antropoġeniku u l-kontaminazzjoni ġeoġenika. It-tipi differenti ta" ħamrija li jkunu kkontaminati ġeoġenikament kif iddefinit fl-Artikolu 2(7) għandhom jiġu evalwati mil-lat tar-riskji li għandhom għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

6.  Fejn sit se jinbiegħ u fejn iseħħ tibdil fl-użu ta' l-art ta' sit li fih tkun qed titwettaq attività stipulata fil-paragrafu 2(b) jew li għalih id-dokumenti uffiċjali, bħal reġistri, juru li dan seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

   a) il-pussessur jew ix-xerrej prospettiv għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 2(a) u l-parti l-oħra fit-tranżazzjoni dwar l-attivitajiet attwali u dawk tal-passat fis-sit u jipprovdu kull informazzjoni fil-pussess tagħhom dwar il-livelli ta" konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi fil-ħamrija. L-Istati Membri jistgħu jitolbu analiżi kimika li tiddermina dawn il-livelli ta" konċentrazzjoni;
   b) l-investigazzjoni u l-evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi deċiż jekk sit huwa riskju għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent huwa dejjem komplut qabel ma tibda l-kostruzzjoni ta' kwalunkwe żvilupp ġdid.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni li tirriżulta mill-paragrafi 4 u 5 sabiex jidentifikaw is-siti kontaminati.

Fejn mitlub, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli lill-proprjetarju tas-sit jew lix-xerrej prospettiv l-informazzjoni diġa' eżistenti fuq is-siti msemmija fil-paragrafu 1.

7.  Ir-rapporti ta" l-investigazzjonijiet skond il-paragrafi 3 u 6(a) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta" l-awtorità kompetenti.

Artikolu 13

Rapport dwar il-qagħda tal-ħamrija

1.  Meta jkun se jinbigħ sit li fih tkun qed isseħħ attività li potenzjalment tniġġes elenkata fl-Anness IV, jew li fih, skond ir-reġistri uffiċjali, bħalma huma reġistri nazzjonali, tkun seħħet fl-imgħoddi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetarju tas-sit jew ix-xerrej prospettiv jagħmel disponibbli għall-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 12 kif ukoll għall-parti l-oħra fit-tranżazzjoni rapport dwar il-qagħda tal-ħamrija.

2.  Ir-rapport dwar il-qagħda tal-ħamrija għandu jinħareġ minn korp awtorizzat jew minn persuna maħtura mill-Istat Membru. Għandu jinkludi d-dettalji li ġejjin:

   a) l-isfond storiku tas-sit, kif ikun disponibbli mir-reġistri uffiċjali;
   b) analiżi kimika li tiddetermina l-livelli ta' konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi fil-ħamrija, li tillimita ruħha għal dawk is-sustanzi li jkunu marbuta ma' l-attività b'potenzjal ta' tniġġis fis-sit;
   c) il-livelli ta' konċentrazzjoni li fihom ikun hemm raġunijiet suffiċjenti għall-fehma li s-sustanzi perikolużi kkonċernati jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodoloġija meħtieġa għad-determinazzjoni tal-livelli ta' konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b).

4.  L-informazzjoni fir-rapport dwar il-qagħda tal-ħamrija għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' l-identifikazzjoni tas-siti kontaminati skond l-Artikolu 12(1).

it-tieni sezzjoni

It-Tranġar

Artikolu 14

It-Tranġar

1.  L-Istati Membri għandhom sa ...(31), jiżguraw li strateġija jew strateġiji ta" tranġar jkunu mfassla u jkunu pubblikati fil-livell amministrattiv li huma jqisu li huwa xieraq, anke mill-inqas miri ta" tranġar ġenerali, sens ta" prijorità, kalendarju għal implimentazzjoni ta" miżuri ta" tranġar għas-siti kontaminati u l-mekkaniżmu ta" ffinanzjar skond il-paragrafu 6.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 18 ta" l-istrateġija jew strateġiji ta' tranġar.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti kontaminati fit-territorju tagħhom jiġu rranġati, b'konformità mal-prijoritajiet li jridu jitwaqqfu, jew li diġà twaqqfu, mill-Istati Membri nfushom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li miżuri ta' sigurta' temporanji u urġenti huma adottati fejn hemm riskju serju ta' tixrid ta' kontaminazzjoni, li jhedded kemm is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

3.  It-tranġar għandu jikkonsisti f'azzjonijiet fuq il-ħamrija bil-għan tat-tneħħija, il-kontroll, it-trażżin jew it-tnaqqis ta' kontaminanti b'tali mod li s-sit kontaminat, fil-qies ta' l-użu kurrenti u dak futur approvat tiegħu, ma jibqax jirrappreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta' l-aħjar tekniki disponibbli għall-azzjoni ta' rranġar.

4.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miżura adattata filwaqt li jqisu, inter alia, l-ispejjeż u l-benefiċċji ta" dik il-miżura.

5.  Jekk il-mezzi meħtieġa għat-tranġar m'humiex teknikament disponibbli, jew jirrappreżentaw spiża sproporzjonata fir-rigward tal-benefiċċji ambjentali mistennija, is-siti jistgħu jiġu kkundizzjonati b'tali mod li ma jippreżentawx riskju sinifikattiv lill-ambjent jew lis-saħħa umana, inkluż billi jiġi ristrett l-aċċess għalihom jew billi jitħalla li jseħħ l-irkuprar naturali. Jekk l-Istati Membri jagħżlu waħda minn dawn l-għażliet, għandhom jimmoniterjaw ir-riskju li jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

6.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa fuq livell nazzjonali (li jinkludu pereżempju fondi, għajnuna għall-investiment, eżenzjonijiet jew tnaqqis mit-taxxa, skemi ta' appoġġ dirett tal-prezz) biex jiffinanzjaw it-tranġar, jew jipprovdu għat-tranġar ta" dawk iż-żoni kkontaminati li għalihom, suġġett għall-prinċipju li min iniġġes għandu jħallas, ma tkunx tista' tiġi identifikata l-persuna responsabbli għat-tniġġis, jew ma tkunx tista' tinżamm responsabbli skond il-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali, jew ma tkunx tista' tiġi mġiegħla tħallas l-ispejjeż tat-tranġar. Bil-għan li jieħdu ħsieb it-tranġar, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dawn il-mekkaniżmi jaħdmu kif xieraq sabiex iżommu l-fiduċja ta' l-investitur u jiksbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi biex jimmaniġġjaw każijiet fejn ir-responabiltà għall-iffinanzjar tat-tranġar (jew parti mit-tranġar) trid tiġi trasferita minn persuna li tkun potenzjalment responsabbli għal oħra. Il-mekkaniżmi eżistenti ta' ffinanzjar fl-Istati Membri għandhom jinżammu jekk kienu effettivi.

Artikolu 15

Strateġija Nazzjonali għat-Tranġar

1.  L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi ta' l-inventarju msemmi fl-Artikolu 12(4) u sa...(32), ifasslu Strateġija Nazzjonali għat-Tranġar, li jkunu jinkludu talanqas il-miri tat-tranġar, prijoritizzazzjoni, bl-ewwel dawk is-siti li jirrappreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, kalendarju għall-implimentazzjoni, u l-fondi allokati mill-awtoritajiet responsabbli għad-deċiżjonijiet tal-baġit fl-Istati Membri skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom.

Meta jiġu applikati t-trażżin jew l-irkupru naturali, għandha tiġi ssorveljata l-evoluzzjoni tar-riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem.

2.  L-Istrateġija Nazzjonali għat-Tranġar għandha tiġi applikata u ppubblikata mhux sa...(33)*. Għandha tiġi riveduta talanqas darba kull ħames snin.

Kapitolu IV

It-tkattir tal-kuxjenza, ir-rappurtar u l-iskambju ta' l-informazzjoni

Artikolu 16

It-tkattir tal-kuxjenza u l-parteċipazzjoni pubblika

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex ikattru l-kuxjenza dwar l-importanza tal-ħamrija għas-sopravivenza tal-bniedem u ta' l-ekosistemi, u biex jippromwovu t-trasferiment ta' l-għarfien u l-esperjenza għall-użu sostenibbli tal-ħamrija.

2.  L-Artikolu 2(1), (2), (3) u (5) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fir-rigward tat-tfassil ta' ċerti pjanijiet u programmi li jirrelataw ma' l-ambjent(34) għandha tapplika għall-preparazzjoni, tibdil u reviżjoni tal-programmi ta' miżuri dwar iż-żoni ta' prijorita msemmija fl-Artikolu 9 u l-Istrateġiji ▐għat-Tranġar msemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 17

Koperazzjoni bejn l-Istati Membri

Fejn Stat Membru huwa konxju li xi wieħed mill-oqsma ta' prijorità jew mis-siti kontaminati tiegħu jista' jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor, jew f'każ li Stat Membru li għandu l-probabiltà li jiġi affettwat b'dan il-mod jitlob dan, l-Istat Membru li fih jinsabu ż-żoni ta' prijorita' jew is-siti kontaminati għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor u jikkonsultah dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta' effetti negattivi ta' dan it-tip.

Artikolu 18

Ir-Rappurtar

1.  Permezz ta' proċedura b'konformità ma' l-Artikolu 19, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-possibiltà lill-Kummissjoni biex ikollha aċċess għal data li jkun fiha informazzjoni skond l-Artikoli 6, 8, 12 u 14, u għal sommarju ta' inizjattivi meħuda biex ikattru l-kuxjenza fuq il-bażi ta' l-Artkolu 16.

2.  L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll is-sistemi tagħhom stess biex jiġbru l-informazzjoni, b'konformità mal-paragrafu 1.

3.  Il-miżuri li jiksbu suċċess u l-programmi ta' miżuri evalwati u magħmula disponibbli skond dan l-Artikolu jistgħu jiġu inklużi fl-Anness I.

Artikolu 19

L-iskambju ta' l-informazzjoni

1.  Sa...(35), il-Kummissjoni għandha tistabbilxxi pjattaforma għall-iskambju ta' l-informazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati dwar:

   a) (a) l-aħjar prattiki dwar il-preservazzjoni u t-titjib tal-funzjoni tal-ħamrija biex taġixxi bħala ħażna tal-karbonju, skond l-Artikolu 3;
   b) (b) l-identifikazzjoni ta' tipi prezzjużi ta' ħamrija u l-aħjar prattiki biex jiġu protetti, preżervati u mtejba l-karatterisitiċi u l-funzjonijiet tagħhom;
   c) (c) kodiċi ta' prattika tajba skond l-Artikolu 4(2), inklużi l-aħjar prattiki biex jiġu evitati u miġġielda l-erożjoni, it-tnaqqis fil-materja organika, il-kompatazzjoni, is-salinizzazzjoni, iż-żerżiq minn ġnub l-għoljiet (valangi), l-effetti kuntrarji mill-bidla fil-klima, id-deżertifikazzjoni u t-tnaqqis tal-bijodiversità li tirriżulta mill-proċess tat-tħarbit tal-ħamrija;
   d) (d) id-diversi kodiċi ta' prattika tajba għas-siġillar skond l-Artikolu 6(3);
   e) (e) l-identifikazzjoni taż-żoni ta' prijorità skond l-Artikolu 8;
   f) (f) il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni tar-riskji għas-siti mniġġsa li jkunu qed jintużaw jew qed jiġu żviluppati;
   g) (g) informazzjoni xjentifika dwar il-ħarsien tal-ħamrija minn, fost oħrajn, is-Seba' Programm ta' Qafas u programmi oħra, u fuq l-esperjenza tal-prevenzjoni tat-tħarbit tal-ħamrija u t-trattament tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3), linji ta' gwida għall-metodi ta' l-evalwazzjoni ta' riskji għas-siti kontaminati.

2.  Fit-twaqqif tal-pjattaforma, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistemi eżistenti fl-Istati Membri u l-kompatibiltà mas-sistemi nazzjonali ta' informazzjoni. Ir-regoli tad-Direttiva 2007/2/KE m'għandhomx jinbidlu. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-Kummissjoni dwar il-kwalità tad-data u tal-metadata u l-użu tad-data mill-imgħoddi.

3.  Jekk ikun jidher ċar, fuq il-bażi ta' l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, li l-metodi użati għall-evalwazzjoni tat-theddida tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija b'konformità ma' l-Artikolu 12 jridu jiġu armonizzati jew li d-Direttiva trid tiġi adattata skond l-avvanzi tekniċi u xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha, skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, tipproponi kriterji komuni għall-evalwazzjoni tar-riskju tal-kontaminazzjoni jew għall-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa.

Artikolu 20

Finanzjament

Il-miżuri li, skond din id-Direttiva, għandhom jittieħdu mill-Istati Membri, għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istati Membri. Il-kofinanzjament mill-Komunità għandu jkun possibbli biss meta dan ikun permess mill-kundizzjonijiet eżistenti tal-programmi attwali.

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

L-implimentazzjoni u l-adattament għall-progress tekniku

1.  Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3), tadatta l-Anness II għall-progress tekniku u xjentifiku.

2.  Fejn, fuq il-bażi ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 19, tiġi identifikata ħtieġa għall-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji għall-evalwazzjoni tar-riskji ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija, il-Kumissjoni għandha tadotta kriterji komuni għall-evalwazzjoni tar-riskji ta' kontaminazzjoni skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

3.  Sa...(36), il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2), id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-kwalità tad-data u l-metadata, l-użu tad-data storika, il-metodi, l-aċċess, u l-formati għall-iskambju tad-data għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonjiet ta' l-Artikolu 18.

Artikolu 22

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat, minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat".

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Ir-regoli għandhom iħallu lir-rappreżentanti tal-partijiet interessati jieħdu sehem fil-deliberazzjonijiet tal-Kumitat.

5.   Il-Kumitat għandu jikkonsulta lill-partijiet ekonomiċi interessati affettwati u lill-assoċjazzjonijiet ambjentali qabel ma jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.

Artikolu 23

Ir-rapport tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien sentejn mill-wasla tal-programmi ta' miżuri u ta' l-Istrateġiji Nazzjonali għat-Tranġar.

Minn dak iż-żmien 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapporti ulterjuri kull ħames snin.

Għandha tressaq ir-rapporti quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

2.  Ir-rapporti li dwarhom jipprovdi il-paragrafu 1 għandhom jinkludu reviżjoni tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 18.

Artikolu 24

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn ...(37) u, fejn dan ikun f'loku, tipproponi kwalunkwe emenda meħtieġa.

Artikolu 25

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati. Il-penali stabbiliti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 26, u jinnotifikawha wkoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 26

It-traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa ...(38)*. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif ikun għandha ssir din ir-referenza.

Fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti jibqgħu fis-seħħ mingħajr tibdil, avviż ta' konformità jkun biżżejjed.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 27

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Elementi possibbli fil-kodiċijiet ta' prattika tajba għall-protezzjoni jew it-titjib tal-ħamrija

Kodiċijiet ta' prattika tajba għall-attivitajiet differenti ta' użu ta' l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2) jista' jkun fihom l-elementi li ġejjin:

   1. deskrizzjoni ta' l-impatti fuq il-funzjonijiet tal-ħamrija li jistgħu jkunu mistennija (iridu jiġu kkunsidrati dawk il-funzjonijiet biss li x'aktarx jiġu mxekkla b'mod sinifikanti);
   2. tekniki, metodi u prattiki ta' ġestjoni ta' l-art li jistgħu jimminimizzaw it-tħarbit tal-funzjonijiet tal-ħamrija, filwaqt li jkun jista' jsir użu sostenibbli tal-ħamrija;
   3. lista ta' sorsi ta' informazzjoni u awtoritajiet kompetenti li jistgħu jagħtu pariri lill-utent ta' l-art dwar kif wieħed juża l-ħamrija bl-inqas tħarbit tal-ħamrija;
   4. lista ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Komunità relevanti għall-ħarsien tal-ħamrija u applikabbli għall-attività speċifika;
   5. gwida għall-metodoloġiji ta' l-evalwazzjoni tar-riskju.

ANNESS II

SEZZJONI 1

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TAŻ-ŻONI F'RISKJU TA' EROŻJONI

Unità tipoloġika tal-ħamrija (STU) (it-tip ta' ħamrija)

In-nisġa (texture) tal-ħamrija

Id-densità u l-karatteristiċi idrawliċi tal-ħamrija (livell STU)

Kontentut tal-materja organika

It-topografija, bl-inklużjoni tal-grad u t-tul tal-pendil

Kopertura ta' l-art

L-użu ta' l-art (inklużi l-ġestjoni ta' l-artijiet, is-sistemi agrikoli u l-koltivazzjoni tal-foresti)

Il-klima (inkluża d-distribuzzjoni tax-xita u l-karatteristiċi tar-rjieħ)

Il-kundizzjonjiet idroloġiċi u idroġeoloġiċi

Żona agroekoloġika

Fatturi antropoġeniċi (pereżempju xogħlijiet idrawliċi, eċċ.)

pH

SEZZJONI 2

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TAŻ-ŻONI F'RISKJU

TA' TNAQQIS TAL-MATERJA ORGANIKA

Unità tipoloġika tal-ħamrija (STU) (it-tip ta' ħamrija)

In-nisġa (texture) tal-ħamrija/il-kontenut ta' tafal

Karbonju organiku fil-ħamrija (it-total u l-konċentrazzjoni tal-ħumus)

Karbonju organiku fil-ħamrija (stokk)

Il-klima (inkluża d-distribuzzjoni tax-xita u l-karatteristiċi tar-rjieħ)

It-topografija

Kopertura ta' l-art

L-użu ta' l-art (inklużi l-ġestjoni ta' l-artijiet, is-sistemi agrikoli u l-koltivazzjoni tal-foresti)

SEZZJONI 3

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TAŻ-ŻONI F'RISKJU

TA' KOMPATTAZZJONI

Unità tipoloġika tal-ħamrija (STU) (it-tip ta' ħamrija)

In-nisġa (texture) tal-ħamrija tal-wiċċ u tal-qiegħ (livell STU)

Id-densità tal-massa tal-ħamrija tal-wiċċ u tal-qiegħ (livell STU)

Il-materja organika fil-ħamrija (livell STU)

Il-klima

Kopertura ta' l-art

L-użu ta' l-art (inklużi l-ġestjoni ta' l-artijiet, is-sistemi agrikoli u l-koltivazzjoni tal-foresti)

It-topografija

SEZZJONI 4

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TAŻ-ŻONI F'RISKJU

TA' SALINIZZAZZJONI

Unità tipoloġika tal-ħamrija (STU) (it-tip ta' ħamrija)

In-nisġa (texture) tal-ħamrija

Il-karatteristiċi idrawliċi tal-ħamrija

Iż-żoni tas-saqi, il-karatteristiċi kimiċi ta' l-ilma tas-saqi u t-tipi ta' metodi ta' saqi użati

Qagħda qrib tat-toroq

Tagħrif dwar l-ilma tal-pjan

Il-klima

SEZZJONI 5

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TAŻ-ŻONI F'RISKJU

TA' ŻERŻIQ MINN ĠNUB L-GĦOLJIET

Unità tipoloġika tal-ħamrija (STU) (it-tip ta' ħamrija)

Okkorrenza/densità taż-żerżiq eżistenti

Il-blat tal-qiegħa

It-topografija

Kopertura ta' l-art

L-użu ta' l-art (inklużi l-ġestjoni ta' l-artijiet, is-sistemi agrikoli u l-koltivazzjoni tal-foresti)

Il-klima

Ir-riskju siżmiku

SEZZJONI 6

ELEMENTI KOMUNI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TAŻ-ŻONI F'RISKJU TA' AĊIDIFIKAZZJONI

pH

Unità tipoloġika tal-ħamrija (STU) (it-tip ta' ħamrija)

In-nisġa (texture) tal-ħamrija

Il-klima

L-użu ta' l-art

Materja organika fil-ħamrija

Il-kapaċità ta' l-iskambju katjoniku (CEC)

ANNESS III

Miżuri possibbli skond l-Artikolu 9

MIŻURI POSSIBBLI KONTRA L-EROŻJONI

Bdil ta' art koltivabbli għal mergħat tal-ħaxix

Tħawwil ta' sisien tal-ħaxix, gruppi ta' siġar u afforestazzjoni

Restrizzjoni ta' xogħol ta' kostruzzjoni f'siti vulnerabbli ħafna

Newb adegwat tal-wiċċ/ ta' l-uċuħ tar-raba' u uċuħ tar-raba li jikbru bejn uċuħ oħra u uċuħ interim

Applikazzjoni tal-kompost

Tkabbir inqas ta' l-uċuħ

Kisi ta' l-għeruq tas-siġar bil-ħuxlief

Użu ta' koperturi għax-Xitwa, strixex marġinali ta' protezzjoni u sisien tal-ħaxix

Użu xieraq tal-makkinarju

Kostruzzjoni u żamma tal-wesgħat imtarrġa

Prevenzjoni ta' nirien

Restrizzjoni ta' prattiki mhux xierqa fuq il-ġnub ta' l-għoljiet

Tekniki ta' ġestjoni kostali

MIŻURI POSSIBBLI KONTRA T-TNAQQIS TAL-MATERJA ORGANIKA

Bdil ta' art koltivabbli għal mergħat tal-ħaxix

Tħawwil tas-siġar

Applikazzjoni tal-kompost

Restrizzjoni ta' xogħol ta' kostruzzjoni f'siti vulnerabbli ħafna

Newb adegwat tal-wiċċ/ ta' l-uċuħ tar-raba' u uċuħ tar-raba li jikbru bejn uċuħ oħra u uċuħ interim

Introduzzjoni mill-ġdid tar-residwi ta' l-uċuħ tar-raba fil-ħamrija

Tkabbir inqas ta' l-uċuħ

Kisi ta' l-għeruq tas-siġar bil-ħuxlief

Li jiġi evitat li jitneħħa l-ilma mill-artijiet mistagħdra sabiex tiġi mħarsa l-ħamrija tal-pit

MIŻURI POSSIBBLI KONTRA L-KOMPATTAZZJONI

Bdil ta' art koltivabbli għal mergħat tal-ħaxix

Tkabbir inqas ta' l-uċuħ

Applikazzjoni tal-kompost

Kultivazzjoni f'ħamrija bl-aqwa umdità

Restrizzjoni ta' l-użu ta' makkinarju kbir

Użu ta' tajers bi pressjoni baxxa ta' kuntatt u tajers bi pressjoni baxxa

Tneħħija xierqa ta' l-ilma

Rati xierqa ta' bhejjem u tat-tul tar-regħi

MIŻURI POSSIBBLI KONTRA S-SALINAZZJONI

Bdil ta' art koltivabbli għal mergħat tal-ħaxix

Newb adegwat tal-wiċċ/ ta' l-uċuħ tar-raba'

Applikazzjoni ta' tagħmir u tekniki ta' irrigazzjoni xierqa

Użu ta' ilma ta' kwalità xierqa

Tneħħija xierqa ta' ilma minn art saqwija

Użu ta' fertilizzanti organiċi (eż. kompost, demel)

Ħasil tal-ħamrija

MIŻURI POSSIBBLI KONTRA ż-żerżiq minn ġnub l-għoljiet

Restrizzjoni tal-kostruzzjonijiet li jżidu r-riskji ta' żerżiq minn ġnub l-għoljiet, speċjalment f'inħawi mżerżqa ħafna

Li tiġi evitata d-deforestazzjoni u li jitħawlu siġar biex il-ħamrija tinżamm f'posta

Prevenzjoni ta' l-abbandun ta' l-art

Twaqqif u żamma ta' elementi tal-pajsaġġ bħall-wesgħat imtarrġa, is-sisien tal-ħaxix, u l-ortijiet

ANNESS IV

L-Attivitajiet stipulati fl-Artikolu 12

1.  Żoni f'ajruporti fejn iseħħu jew fejn seħħew l-użu, l-immaniġġjar u l-ħażna ta' sustanzji perikolużi.

2.  Zoni bbażati fuq l-art f'portijiet fejn iseħħ jew fejn seħħew l-użu, l-immaniġġjar u l-ħażna ta' sustanzji perikolużi.

3.  Zoni f'siti li kienu militari fejn iseħħu jew ikunu seħħew l-użu, l-immaniġġjar u l-ħażna ta' sustanzji perikolużi.

4.  Stazzjonijiet tal-petrol u l-mili tal-fjuwil.

5.  Dry cleaners industrijali.

6.  Stallazzjonijiet tat-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart "il fuq minn ekwivalenti ta" popolazzjoni ta" 2 000 ruħ.

7.  Pipelines għat-trasport tas-sustanzi perikolużi.

(1) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 29.
(2) ĠU C 146, 30.6.2007, p.34.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2007.
(4) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(5) COM(2002)0179.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(7)* Data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
(8) ĠU 196, 16.8.1967, p. l. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850).
(9) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(10)* 7 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(11)** 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(12) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
(13) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għal Informazzjoni Ġeografika fil-Komunita' Ewropea (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(14)* 7 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(15)* 4 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(16) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).
(17) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).
(18)* 9 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(19)** 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(20)* Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(21)* Tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(22)* 8 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(23) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(24) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(25) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(26)3 ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
(27)4 ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(28)* 9 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(29)** 17-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(30)*** 27 sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(31)* 9 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(32)* 9 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(33)** 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(34) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
(35)* Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(36)* 4 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(37)* 15-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(38)** Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


Kumitat ta" l-assigurazzjonijiet u tal-pensjonijiet tax-xogħol Ewropej (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 283kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE li tistabbilixxi kumitat ta" assigurazzjoniu tal-pensjonijiet tax-xogħol Ewropej, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0925 – C6-0008/2007 - 2006/0292(COD))
P6_TA(2007)0510A6-0236/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2006)0925),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 47(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0008/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0236/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE li tistabbilixxi Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0292


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/21/KE.)


Ir-rekwiżiti ta' trasparenza fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar dawk li joħorġu t-titoli (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 283kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0909 – C6-0026/2007 – 2006/0282(COD))
P6_TA(2007)0511A6-0418/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0909),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 44 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0026/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0418/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0282


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/22/KE.)


L-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 282kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu, fir-rigward tal-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0901 – C6-0001/2007 – 2006/0283(COD))
P6_TA(2007)0512A6-0419/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0901),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0001/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0419/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' l-kumpanniji ta' l-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0283


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/23/KE.)


L-aċċess għall-attivita' ta" istituzzjonijiet ta" kreditu u l-eżerċizzju tagħha (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 284kWORD 30k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/48/KE dwar l-aċċess għall-attivita' ta" istituzzjonijiet ta" kreditu u għall-eżerċizzju tagħha, rigward is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0902 – C6-0023/2007 – 2006/0284(COD))
P6_TA(2007)0513A6-0420/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0902),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-ewwel u t-tielet sentenza ta" l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0023/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0420/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/48/KE dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju ta' l-attività ta" istituzzjonijiet ta" kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta" implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0284


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/24/KE.)


Assigurazzjoni fuq il-ħajja (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 283kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 2002/83/KE li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0917 – C6-0028/2007 – 2006/0299(COD))
P6_TA(2007)0514A6-0421/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0917),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0028/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0421/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0299


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/19/KE.)


Is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 282kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva Nru 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0916 – C6-0014/2007 – 2006/0300(COD))
P6_TA(2007)0515A6-0422/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0916),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0014/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0422/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0300


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/25/KE.)


L-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-swieq (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 282kWORD 28k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-swieq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0913 – C6-0016/2007 – 2006/0301(COD))
P6_TA(2007)0516A6-0423/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0913),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0016/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0423/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-swieq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0301


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/26/KE.)


Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 281kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0910 – C6-0018/2007 – 2006/0305(COD))
P6_TA(2007)0517A6-0424/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0910),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0018/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0424/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0305


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/10/KE.)


Il-prospett rigward titoli (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 282kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ fir-rigward tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0911 – C6-0020/2007 – 2006/0306(COD))
P6_TA(2007)0518A6-0425/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0911),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 44 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0020/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0425/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwixxiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, fir-rigward tas-setgħat ta" implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0306


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/11/KE.)


Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta" persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 287kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta" persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), fir-rigward ta' l-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0904 – C6-0015/2007 – 2006/0279(COD))
P6_TA(2007)0519A6-0289/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0904),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 62(1) u 2(a) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0015/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0289/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta" persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0279


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 296/2008.)


Ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi mmodifikati ġenetikament (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 283kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi mmodifikati ġenetikament, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0920 – C6-0031/2007 – 2006/0296(COD))
P6_TA(2007)0520A6-0292/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0920),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0031/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0292/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pozizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi mmodifikati ġenetikament, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0296


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/27/KE.)


It-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 283kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0923 – C6-0007/2007 – 2006/0288(COD))
P6_TA(2007)0521A6-0344/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0923),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0007/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0344/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0288


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/31/KE.)


L-awditjar statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 282kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar l-awditjar statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, rigward is-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0903 – C6-0024/2007 – 2006/0285(COD))
P6_TA(2007)0522A6-0374/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0903),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0024/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0374/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar l-awditjar statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, rigward is-setgħat ta" implimentazzjoni konferitilill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0285


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/30/KE.)


L-applikazzjoni ta' l-istandards tal-kontabilità internazzjonali fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 284kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-istandards tal-kontabilità internazzjonali fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (COM(2006)0918 – C6-0029/2007 – 2006/0298(COD))
P6_TA(2007)0523A6-0370/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0918),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0029/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0370/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0298


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 297/2008.)


Il-moneylaundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 283kWORD 29k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-moneylaundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0906 – C6-0022/2007 – 2006/0281(COD))
P6_TA(2007)0524A6-0225/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2006)0906),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) l-ewwel u t-tielet sentenza u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0022/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0225/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill- Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

P6_TC1-COD(2006)0281


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/20/KE.)


1-benzylpiperazine (BZP) *
PDF 287kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' 1-benzylpiperazine (BZP) bħala droga sintetika ġdida li għandha tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll u dispożizzjonijiet kriminali (COM(2007)0430 – 11974/2007 – C6-0285/2007 – 2007/0811(CNS))
P6_TA(2007)0525A6-0417/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0430),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0285/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0417/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel it-test tagħha skond dan, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar nuqqas ta' evidenza xjentifika konklussiva fir-rapport dwar stima tar-riskju li fuqu hi bbażata l-proposta tal-Kummissjoni, partikolarment rigward riskji globali u ħsara kkawżata minn din is-sustanza, u jisħaq li hemm bżonn isiru aktar studji;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emendi 3 u 6
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex jissottomettu l-1-benzylpiperazine (magħrufa wkoll bħala 1-benzyl-1,4-diazacyclohexane, N-benzylpiperazine jew – b'mod inqas preċiż - bħala benzylpiperazine jew BZP) għal miżuri ta' kontroll, proporzjonali għar-riskji tas-sustanza, u penalitajiet kriminali, kif previst fil-leġiżlazzjoni tagħhom f'konformità ma' l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex jissottomettu l-1-benzylpiperazine (magħrufa wkoll bħala 1-benzyl-1,4-diazacyclohexane, N-benzylpiperazine jew – b'mod inqas preċiż - bħala benzylpiperazine jew BZP) għal sempliċi miżuri ta' kontroll, proporzjonali għar-riskji tas-sustanza li huma żgħar u li għad iridu jiġu riċerkati u ppruvati,

Applikazzjoni ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IFRS 8)
PDF 214kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament(KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' L-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 rigward informazzjoni dwar oqsma operattivi
P6_TA(2007)0526B6-0437/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità(1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament(KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta': L-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 rigward informazzjoni dwar oqsma operattivi,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(2),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza(4) u d-Direttiva dwar il-Prospetti(5),

–   wara li kkunsidra d-dibattitu tas-sessjoni plenarja tal-25 ta' April 2007 li fih ġie deċiż li jkun aġġornat il-vot dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni rigward l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 għaliex is-servizzi tal-Kummissjoni qablu li jagħmlu evalwazzjoni ta' l-impatt u li jippreżentawha lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monentarji fl-10 ta' Settembru 2007,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu "Approvazzjoni ta' l-Oqsma Operattivi ta' l-IFRS 8 - Analiżi ta' Effetti Potenzjali" tat-3 ta' Settembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi għall-kontijiet konsolidati ta' kumpanniji mill-UE kkwotati fil-borża fl-UE, l-Unjoni Ewropea iddeċidiet li tapplika standards internazzjonali tal-kontabilità; billi dawn l-istandards tal-kontabilità huma inkorporati fil-liġi ta' l-UE permezz tal-proċedura tal-kumitati,

B.  Billi l-konverġenza ta' standars ta' rappurtaġġ finanzjarju għandha tagħmilha possibbli li jiġu prodotti dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' livell għola,

C.   billi r-rappurtaġġ ta' oqsma operattivi skond il-mudell tan-negozju kif qed isir bħalissa hu importanti biex id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jiftehmu aħjar, kif ukoll tingħata informazzjoni ġeografika xierqa,

D.   billi informazzjoni dwar l-oqsma operattivi għandha tkun paragonabbli,

E.   billi sentejn wara l-implimentazzjoni ta' l-IFRS 8, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għandha tagħmel evalwazzjoni,

F.   billi l-kumpanniji kollha mill-UE kkwotati fil-borża fl-Unjoni Ewropea, ikun xi jkun id-daqs tagħhom, għandhom isegwu l-liġi ta' l-UE inkluż l-IFRS kif approvata mill-UE,

G.   billi l-Kummissjoni kienet impenjat lilha nnifisha li tagħmel evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-IFRS 8,

1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tapprova l-IFRS 8, waqt li tinkorpora fil-ligi ta' l-UE id-Dikjarazzjoni ta' Standard ta' Kontabilità Finanzjarja Nru 131 ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li jkun jeħtieġ li l-kumpaniji mill-UE kkwotati fil-borża fl-Unjoni Ewropea jkollhom jiżvelaw informazzjoni ta' oqsma operattivi skond l-approċċ ta' "minn għajnejn min qiegħed imexxi";

2.  Jiddispjaċih li l-evalwazzjoni ta' l-impatt magħmula mill-Kummissjoni ma ħaditx biżżejjed konsiderazzjoni ta' l-interessi ta' l-utenti kif ukoll tal-ħtiġijiet ta' kumpaniji żgħar u ta' daqs medju li jinsabu f'iżjed minn Stat Membru wieħed u ta' kumpaniji li joperaw biss lokalment;

3.  Ifakkar li l-konverġenza tar-regoli tal-kontabilità mhix proċess unilaterali fejn parti minnhom sempliċement tikkopja l-istandards tar-rappurtaġġ finanzjarju tal-parti l-oħra;

4.  Jesprimi riserva dwar l-analiżi tal-Kummissjoni li l-iżvelar ta' informazzjoni ġeografika fuq il-bażi ta' l-IFRS 8 ma tkunx imnaqqsa fil-prattika meta mqabbla mas-sitwazzjoni taħt l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 14, u jqis bħala vitali li l-amministrazzjoni tkompli tipprovdi informazzjoni suffiċjenti dwar oqsma operattivi biex tippermetti lill-utenti li jagħmlu evalwazzjoni tar-riskji u tal-forzi li jmexxu l-kummerċ f'termini ġeografiċi, fejn relevanti pajjiż pajjiż, u tas-settur kummerċjali u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirraporta lura lill-Parlament dwar l-eżitu tad-diskussjoni ma' l-IASB dwar din il-kwistjoni sa żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jinnota li l-kunċett ta' 'Chief Operating Decision Maker' jista' jidher bħala funzjoni, u għalhekk jidħol fil-kunċett ta' bord b'responsabiltà kollettiva kif stipulat fil-liġi ta' l-UE;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni li ssegwi mill-qrib l-applikazzjoni ta' l-IFRS 8 u li tagħti rapport lill-Parlament mhux aktar tard mill-2011, fost l-oħrajn rapport ta' oqsma ġeografiċi, oqsma ta' profitt jew telf, ta' użu ta' miżuri li mhumiex IFRS; jenfasizza li jekk il-Kummissjoni tiskopri nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' l-IFRS 8 għandha d-dmir li tikkorreġi dawn in-nuqqasijiet;

7.  Jenfasizza li l-Parlament se juża b'mod attiv id-dritt tiegħu ta' skrutinju; jisħaq għalhekk li l-IASB/l-Fondazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-Kummissjoni b'mod partikolari għandhom jimpenjaw irwieħhom aktar mill-qrib mal-Parlament u mal-Partijiet Interessati ta' l-UE kif għamlu s'issa, għaliex meta ma sarx hekk inħolqu problemi serji bħal, per eżempju, fil-każ ta' l-IFRS 8; iqis li l-Parlament għandu jkun involut sa mill-ewwel stadji tal-proċess ta' ffissar ta' standards sabiex jiġi evitat dewmien sinifikanti fil-proċess ta' konferma;

8.  Jitlob għalhekk li l-Kummissjoni tmur lil hinn mil-linji gwida volontarji u tappoġġja l-iżvilupp ta' standard tal-kontabilità xieraq li jirrikjedi mill-kumpaniji ta' estrazzjoni rappurtaġġ pajjiż pajjiż ;

9.  Jenfasizza li l-Kummissjoni f'kull każ għandha ssegwi l-prinċipji tagħha ta' regolamentazzjoni aħjar, u li, partikolarment rigward standard internazzjonali tal-kontabilità, għandha tiżgura li l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt isiru fil-bidu nett ta' l-iżvilupp ta' dawk l-standards jew interpretazzjoni internazzjonali tal-kontabilità, u li tipprovdi l-appoġġ meħtieġ; jenfasizza li evalwazzjonijiet ta' l-impatt bħal dawn għandhom jinkorporaw informazzjoni kwantitattiva u jirriflettu bilanċ ta' l-interessi bejn il-partijiet interessati;

10.  Jenfasizza l-importanza ta' infurzar xieraq ta' standards tal-kontabilità, fosthom il-kapaċità tal-Parlament li jeżerċita kif xieraq id-dritt tiegħu ta' skrutinju;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p 23.
(3) ĠU L 200, 22.7.2006, p.11.
(4) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p.114.
(5) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p.116.


Applikazzjoni ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità
PDF 303kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta" regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti dwar l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu minn entitajiet ta" pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ppreparata skond standards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment
P6_TA(2007)0527B6-0438/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-4 ta" Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għan-negozjar(1), u b'mod partikolari għall-Artikolu 7(1) tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar entitajiet li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għan-negozjar f'suq regolat(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4)(i) tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' l-istandards internazzjonali tal-kontabilità(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti,

–   wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu mill-entitajiet ta" pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta" informazzjoni mħejjija skond l-istandards tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Trasparenza(4) u d-Direttiva dwar Prospetti(5),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(6),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li l-President tal-Kummissjoni Prodi għamel lill-Parlament fil-5 ta" Frar 2002,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta" Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Fir-rigward ta' l-abbozz tar-regolament ta' implimentazzjoni

1.  Jinnota l-progress miksub mill-Kummissjoni fl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti ta" rikonċiljazzjoni għall-entitatjiet ta" l-UE li joħorġu t-titoli f'pajjiżi terzi; jappoġġja l-passi lejn ir-rikonoxximent ta" l-istandards ta' l-UE ibbażati fuq il-Prinċipji Ġeneralment Rikonoxxuti tal-Kontabilità (GAAP) ta" l-Istati Uniti u l-Istandards Internazzjonali dwar Rappurtar Finanzjarju (IFRS) fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet sa l-2009;

2.  Huwa tal-fehma li l-GAAP ta" pajjiżi terzi għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-IFRS biex l-investituri jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu deċiżjoni simili irrispettivament minn jekk ikunux ġew ipprovduti b'rendikonti finanzjarji bbażati fuq l-IFRS jew fuq il-GAAP ta" pajjiż terz u jekk l-assigurazzjoni u l-infurzar tal-verifika fuq il-livelli ta' entità humiex biżżejjed biex l-investituri joqogħdu fuqhom;

3.  Jirrimarka li l-IFRS huma standards ta' kwalità għolja bbażati fuq prinċipji; jemmen li r-regolaturi għandhom iżommu djalogu attiv għaddej mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom fir-rigward ta" l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti ta" l-IFRS u jsaħħu l-koperazzjoni u l-qsim ta" l-informazzjoni;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob lill-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej (CESR) sabiex jipprovdi parir tekniku fuq mekkaniżmu xieraq li jiddetermina l-ekwivalenza tal-GAAP ta" pajjiż terz u/jew il-kundizzjonijiet xierqa għar-rikonoxximent reċiproku ta' l-istandards tal- kontabilità; jitlob lill-Kummissjoni sabiex testendi l-mandat tas-CESR biex jinkorpora pariri tekniċi dwar il-kundizzjonijiet xierqa għar-rikonoxximent reċiproku ta" l-istandards;

5.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-għajnuna tas-CESR lill-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ta" l-evalwazzjoni ta" l-ekwivalenza fir-rigward tal-GAAP ta" pajjiżi individwali;

6.  Jinnota li l-IFRS approvati mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) jipprovdu bażi soda biex ir-regolaturi jaħdmu fuq il-konverġenza ta" l-istandards tal-kontabilità globalment; huwa tal-fehma li l-użu ta" l-istandards tal-kontabilità aċċettati fid-dinja kollha jtejjeb it-trasparenza u t-tqabbil tar-rendikonti finanzjarji u b'hekk joffri benefiċċji sostanzjali kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-investituri;

7.  Jemmen li l-konverġenza ta" l-istandards tal-kontabilità m'għandhiex issir b'mod mgħaġġel iżda għandha ssir permezz tal-firma ta" ftehima ta" qafas ma" l-IASB dwar it-tneħħija tad-differenzi; jenfasizza li l-modifika inkonsistenti ta" l-IFRS rikonoxxuti mill-UE tirrappreżenta investiment importanti fl-investimenti ta" flus u dawk intellettwali għal kumpaniji kkwotati fl-Unjoni Ewropea, l-aktar għal kumpaniji żgħar u ta" daqs medju u tirriżulta f'konfużjoni fost l-investituri fis-swieq finanzjarji ta" l-Unjoni Ewropea;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li d-deroga għal entititajiet ta" pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli sabiex jużaw l-IFRS sa l-2011 ma tippermettix li jkun hemm dewmien fil-proċeduri attwali ta" ekwivalenza stabbiliti, jekk tkun diġà ġiet spċifikata data ta' bidu aktar kmieni;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkonsulta kmieni kemm jista' jkun lir-rappreżentanti ta" l-industrija u lil dawk li jfasslu l-politiki dwar il-konverġenza ta" l-istandards tal-kontabilità u sabiex tanalizza jekk l-Unjoni Ewropea hix rappreżentata kif jixraq fl-IASB;

10.  Jipproponi li l-abbozz tar-Regolament ikun modifikat kif ġej:"

Premessa 3

(3)  Sabiex jiġi żgurat li determinazzjoni ta" l-ekwivalenza ta" standards tal-kontabilità ta" pajjiż terz isseħħ fil-każijiet kollha li huma relevanti għas-swieq Komunitarji, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ekwivalenza ta" l-istandards tal-kontabilita ta" pajjiż terz jew fuq talba minn Stat Membru jew minn entità ta" pajjiż terz li toħroġ it-titoli , jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikkonsulta l-Kumitat ta" Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR) rigward l-evalwazzjoni ta" l-ekwivalenza ta" l-istandards tal-kontabilità kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkontrolla b'mod attiv il-progress li jkun qed isir fix-xogħol ta' awtorità tal-pajjiż terz relevanti biex tneħħi kwalunkwe rekwiżit għal dawk l-entitajiet Komunitarji li joħorġu t-titoli biex ikollhom aċċess għas-swieq finanzjarji ta' pajjiż terz biex jikkonċiljaw ir-rendikonti finanzjarji preparati bl-użu ta' IFRS kif adottat mill-Unjoni Ewropea. Deċiżjoni tal-Kummissjoni, f'kull każ, se timplika d-dritt ta' dawk l-entitajiet ta' l-UE li joħorġu t-titoli li jużaw l-IFRS f'kull pajjiż terz, hekk kif rikonoxxuti fl-Unjoni Ewropea.

Premessa 3a

(3a)  Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi meħuda mill-Kummissjoni biex tiżgura ftehima ma' l-Istati Uniti għar-rikonoxximent ta' kumpaniji ta' l-UE li jirreġistraw taħt l-IFRS bħala kumpaniji ekwivalenti u b'hekk jitneħħew ir-rekwiżiti għaljin ta' konċiljazzjoni li ma japplikawx għal kumpaniji ta' l-Istati Uniti fl-Unjoni Ewropea. Iħeġġeġ/jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li qabel l-aħħar ta" l-2008 jkun hemm arranġamenti simili ma" pajjiżi terzi li għandhom kumpaniji ta" l-UE kkwotati fil-boroż tagħhom;

Artikolu 2

Ekwivalenza

Il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati b'mod Ġenerali ta" pajjiż terz jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS maħruħa mill-Unjoni Ewropea jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mfassla skond il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati b'mod Ġenerali tal-pajjiż terz ikkonċernat jippermettu lill-investituri li jagħmlu evalwazzjoni simili ta" l-assi u r-responsabbiltajiet, tal-qagħda finanzjarja, tal-qligħ u t-telf u tal-prospetti ta" l-entità li toħroġ it-titoli bħar-rendikonti finanzjarji mfassla skond l-IFRS, bir-riżultat li l-investituri x'aktarx jagħmlu l-istess deċiżjonijiet dwar l-akkwist, iż-żamma jew l-għoti ta" titoli ta" enitità li toħroġ it-titoli.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta" standards ta" kontabilità ta" pajjiż terz għal perjodu limitat

1.  L-entitajiet ta' pajjiż terz li joħorġu t-titoli jistgħu jitħallew jużaw dikjarazzjonijiet finanzjarji mfassla skond l-istandards tal-kontabilità ta" pajjiż terz sabiex jikkonformaw ma" l-obbligi skond id-Direttiva 2004/109/KE u, b'deroga mill-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004, biex jipprovdu tagħrif finanzjarju storiku skond dak ir-Regolament għal perjodu li jibda fi kwalunkwe żmien wara l-31 ta" Diċembru 2008 u li jispiċċa l-aktar tard sal-31 ta" Diċembru 2011 fejn:

  1) l-awtorità tal-pajjiż terz responsabbli mill-istandards nazzjonali tal-kontabilità kkonċernati tkun ħadet impenn pubbliku qabel it-30 ta" Ġunju 2008 li tgħaqqad dawk l-istandards sal-31 ta" Diċembru 2011 u ż-żewġ kondizzjonijiet jkunu ġew sodisfatti;
   a) l-awtorità ta" pajjiż terz responsabbli mill-istandards tal-kontabilità nazzjonali kkonċernati qabel it-31 ta" Diċembru 2008 tkun ħolqot programm ta" konverġenza li jkun komprensiv u kapaċi jintemm sal-31 ta" Diċembru 2011; u
   b) il-programm ta" konverġenza jiġi implimentat effettivament, mingħajr dewmien, u r-riżorsi meħtieġa għat-tmiem tiegħu jiġu allokati għall-implimentazzjoni tiegħu.
   2) l-awtorità tal-pajjiż terz responsabbli mill-istandards tal-kontabilità nazzjonali kkonċernati tkun għamlet impenn pubbliku qabel it-30 ta" Ġunju 2008 biex tadotta sal-31 ta" Diċembru 2011 u jkunu ttieħdu miżuri effettivi fil-pajjiż terz biex jiżguraw tranżizzjoni fil-ħin u kompleta sa dik id-data, jew ikun intlaħaq ftehim ta" rikonoxximent reċiproku ma' l-Unjoni Ewropea qabel il-31 ta' Diċembru 2008.

2.  Kwalunkwe deċiżjoni skond il-paragrafu 1 li tippermeti l-użu kontinwu tar-rendikonti finanzjarji mfassla skond l-istandards ta" kontabilità ta" pajjiż terz għandna tittieħed bi qbil mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/109/KE.

3.  Meta l-Kummissjoni tippermetti l-aċċettazzjoni kontinwa ta" rendikonti finanzjarji mfassla skond l-standards ta" kontabilità ta' pajjiżi terzi bi qbil mal-paragrafu 1, hi għandha tirrevedi regolarment jekk il-kundizzjonijiet sepċifikati fil-punti (a) jew (b) (skond il-każ) ikunu għadhom qed jiġu sodisfatti, u għandha tirrapporta r-riżultat lill-Kumitat Ewropew għat-Titoli u lill-Parlament Ewropew.

4.  Jekk il-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunux qed jiġu aktar sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/109/KE li temenda d-deċiżjoni tagħha skond il-Paragrafu1 fir-rigward ta" dawk l-istandards ta" kontabilità.

5.  Qabel ma tikkonforma ma" dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikkonsulta s-CESR dwar il-programm ta" konverġenza jew dwar il-progress ta" adozzjoni ta" l-IFRS, skond il-każ.

"

o
o   o

11.  Jaċċetta l-miżuri ta" implimentazzjoni, sakemm il-punti msemmija hawn fuq jitqiesu mill-Kummissjoni;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(3) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(4) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p.114.
(5) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p.116.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).
(7) ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115.


EU-Russia Summit
PDF 247kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar il-Laqgħa Għolja UE-Russja
P6_TA(2007)0528RC-B6-0434/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Sħubija u Koperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra(1), li daħlet fis-seħħ fl-1997 u tiskadi fl-2007,

–   wara li kkunsidra l-objettiv ta' l-UE u r-Russja, stabbilit fid-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara il-Ħdax-il Laqgħa Għolja UE-Russja, li saret fil-31 ta" Mejju 2003 f'San Petroburgu, biex tiġi stabbilita zona ekonomika komuni, zona komuni ta" libertà, sigurtà u ġustizzja, zona komuni ta" koperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà esterna u zona komuni ta" riċerka u edukazzjoni, inklużi aspetti kulturali,

–   wara li kkunsidra r-riżultat ta" l-Għoxrin Laqgħa Għolja UE-Russja, li saret fis-26 ta" Ottubru 2007 f'Mafra, il-Portugall,

–   wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet ta" l-UE mar-Russja, b'mod partikulari ir-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-10 ta" Mejju 2007 dwar il-Laqgħa Għolja UE-Russja f'Samara fit-18 ta' Mejju 2007(2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta" Ġunju 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta" l-UE mar-Russja(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  A billi koperazzjoni msaħħa u relazzjonijiet tal-viċinat tajbin bejn l-UE u r-Russja huma ta' importanza ewlenija għall-istabilità, is-sigurtà u l-prosperità ta" l-Ewropa kollha,

B.   billi l-Federazzjoni Russa hi membru sħiħ tal-Kunsill ta" l-Ewropa u ta" l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u għalhekk impenjat ruħha għall-prinċipji tad-demokrazija u ta" elezzjonijiet demokratiċi stipulati minn dawk l-organizzazzjonijiet,

C.   billi hemm tħassib serju dwar l-iżviluppi fil-Federazzjoni Russa fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tagħhom u għar-rispett għall-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri demokratiċi li ġew miftiehma b'mod komuni, b'mod partikulari meta wieħed iqis l-elezzjonijiet li ġejjin għad-Duma ta" l-Istat (2 ta' Diċembru 2007) u għalll-Uffiċju ta' President tal-Federazzjoni Russa (Marzu 2008),

D.  D billi l-elezzjonijiet parlamentari (Duma) u presidenzjali li ġejjin huma ta' importanza kruċjali għall-iżvilupp tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt fir-Russja;

E.   billi f'dawn l-aħħar xhur ir-Russja wettqet kampanja bil-vuċi dejjem iżjed qawwija kontra l-osservaturi elettorali ta' l-OSCE, u akkużathom b'imparzjalità u li jiffukaw kważi għal kollox fuq l-elezzjonijiet fuq in-naħa, 'tal-Lvant ta' Vjenna'; billi x-xahar li għadda d-delegazzjoni diplomatika tar-Russja fil-kwartieri ta' l-OSCE fi Vjenna ċċirkolat proposti biex tillimita l-missjonijiet ta' l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-OSCE (ODIHR) għal 50 ruħ u biex twaqqafhom milli jagħmlu evalwazzjonijiet pubbliċi immedjatament wara l-elezzjonijiet; billi, skond Vladimir Churov, il-kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, ir-Russja se tistieden 'minn 300 sa 400 osservatur barrani' għall-elezzjoni tat-2 ta' Diċembru 2007 - parti żgħira mill-1,165 osservatur li kienu preżenti waqt l-aħħar elezzjonijiet parlamentari f'Marzu 2003,

F.   billi l-konklużjoni tal-PCA bejn l-UE u l-Federazjoni Russa tibqa" ta" importanza kbira għall-iżvilupp u l-intensifikazzjoni addizzjonali tal-koperazzjoni bejn iż-żewġ imsieħba,

G.   billi l-bidu tan-negozjati dwar il-PCA ġiet posposta u saret tiddependi fuq it-tneħħija mill-Gvern Russu tal-projbizzjoni li ddaħħlet fl-2005 fuq l-importazzjonijiet agrikoli tal-Polonja; billi qegħdin isiru sforzi mill-UE u mir-Russja biex jinstab kompromess dwar il-kwistjoni ta' l-importazzjonijiet tal-Polonja, sabiex jintemm dan l-impass politiku, u dwar l-għeluq tal-linja ta' pajpijiet 'Druzhba' għal-Litwanja, li deher li kien politikament motivat,

H.   billi kien hemm impenn ċar min-naħa tar-Russja fis-Samit UE-Russja li sar f'Samara fit-18 ta' Mejju 2007 biex tiffirma ftehima dwar l-'over flights' Siberjani; billi l-prospetti li dan jiġri fil-ġejjieni jidhru remoti ħafna; billi reċentement kien hemm problemi bid-drittijiet tal-Lufthansa Cargo biex ittir fuq territorju Russu fuq rotot mill-Ewropa għax-xlokk ta" l-Ażja

I.   billi l-adeżjoni rapida tal-Federazzjoni Russa fid-WTO tagħti kontribut sostanzjali għal titjib ulterjuri tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn ir-Russja u l-UE, dejjem jekk ir-Russja tikkonforma bis-sħiħ ma' l-impenji u l-obbligi tad-WTO u timplimentahom,

J.   billi l-implimentazzjoni rapida ta" l-erba" Spazji Komuni, bi Spazju Ekonomiku Komuni (CES), Spazju Komuni ta" Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, Spazju Komuni ta" Sigurtà Esterna u Spazju Komuni ta" Riċerka, Edukazzjoni u Kultura, għandha tkun fil-qalba tan-negozjati dwar il-Ftehima ta" Sħubija Strateġika l-ġdida,

K.   billi reċentement ir-Russja inkludiet xi wħud mill-akbar kumpaniji ta' l-enerġija ta' l-UE fi rwol ta' sħubija strateġika f'bosta proġetti ta' l-enerġija ewlenin jew ippermettiet lill-kumpaniji ta' l-UE li jixtru ammont strateġiku ta' ishma minn kumpaniji Russi; jinnota madankollu, li ż-żarmar ta' Yukos u l-irkant ta' l-assi tagħha ma jipprovdux ambjent kummerċjali trasparenti; jinnota ulterjorment, id-deċiżjoni riċenti tat-13 ta' Awissu 2007 tat-Tribunal Federali Żvizzeru, li qatagħha li l-prosekuzzjoni ta' l-awtoritajiet Russi ta' Mikhail Khodorkovsky u ta' Yukos kienet illegali u motivata politikament,

L.   billi s-sigurtà tal-forniment ta' l-enerġija hija waħda mill-ikbar sfidi għall-Ewropa u waħda mill-oqsma ewlenin ta' koperazzjoni mar-Russja, u billi sforzi konġunti huma meħtieġa biex isir użu sħiħ u effiċjenti mis-sistemi ta' trasport ta' l-enerġija, kemm dawk li diġà jeżistu kif ukoll dawk li għadhom iridu jiġu żviluppati,

M.   billi l-kwistjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta" forniment u trasport ta" l-enerġija għandhom jiġu riżolti permezz ta' negozjati, b'mod mhux diskriminatorju u trasparenti u m'għandhom qatt jintużaw bħala mezz ta" pressjoni politika fuq l-Istati Membri ta" l-UE jew fuq il-pajjiżi tal-viċinat komuni,

N.   billi ftehima fil-futur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa għandha għalhekk tinkludi l-prinċipji tat-Trattat tal-Karta ta" l-Enerġija,

O.   billi l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa jistgħu u għandu jkollhom irwol attiv flimkien fil-ħolqien tal-paċi u ta" l-istabilità fil-kontinent Ewropew, b'mod partikulari fil-viċinat komuni, u f'partijiet oħra tad-dinja, inkluż fl-Iran u fil-Lvant Nofsani; billi nibtu tensjonijiet ġodda fl-Abkażja u fl-Ossettja tan-Nofsinhar u ma sar l-ebda progress lejn is-soluzzjoni tal-"kunflitti ffriżati" l-oħra bħal fit-Transnistria;

P.   billi għandha tingħata prijorità assoluta miż-żewġ imsieħba biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta' l-istatus futur tal-Kosovo li tista" tiġi aċċettata miż-żewġ partijiet involuti fil-konflitt,

Q.   billi d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Russi b'reazzjoni għall-pjanijiet ta' l-Istati Uniti li jistabbilixxu parti mis-sistema ta' difiża tagħha bit-tqegħid ta' missili fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka u t-theddida xejn xierqa tar-Russja li toħroġ mit-Trattat dwar il-Forzi Konvenzjonali fl-Ewropa (Trattat CFE) ħolqu tħassib serju dwar iż-żamma tal-paċi u ta" l-istabilità fil-kontinent Ewropew,

R.   billi huwa importanti li l-UE titkellem b'vuċi waħda, li turi solidarjetà u unità fir-relazzjonijiet tagħha mal-Federazzjoni Russa, u li tibbaża dawk ir-relazzjonijiet fuq interessi reċiproċi u valuri komuni,

1.  Jafferma l-konvinzjoni tiegħu li r-Russja għadha sieħba importanti għall-iskop tal-bini ta" koperazzjoni strateġika bbażata fuq valuri komuni, li magħha l-UE għandha mhux biss interessi ekonomiċi u kummerċjali, iżda anki l-objettiv komuni ta' koperazzjoni mill-qrib fl-arena internazzjonali;

2.  Jistieden lill-Gvern Russu biex joħloq flimkien ma' l-UE l-kundizzjoni meħtieġa għal bidu rapidu tan-negozjati dwar PCA ġdida bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza l-importanza ta" unità u solidarjetà fost l-Istati Membri ta" l-UE fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Russja; jenfasizza għal darba oħra, f'din ir-rabta, li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem iridu jkunu fil-qalba ta' kull ftehima futura mal-Federazzjoni Russa;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward, minkejja r-riżultati limitati li nkisbu fil-Laqgħa Għolja ta' Mafra, l-atmosfera tal-laqgħa u l-istqarrijiet inkoraġġanti li ħarġu wara li jistgħu jwasslu biex fil-ġejjieni qarib is-sitwazzjoni ma tibqax staġnata; jinnota d-dinamiċi pożittivi fix-xogħol li għadu għaddej fuq l-implimentazzjoni prattika tal-pjanijiet direzzjonali għall-erba' Spazji Komuni, imsemmija hawn fuq, u jisħaq li l-approfondiment ulterjuri tas-sħubija jkun ta' benefiċċju għat-tnejn;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fil-Laqgħa Għolja ta' Mafra rigward l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO li se jpoġġi lill-komunitajiet tan-negozju taż-żewġ naħat fuq livell indaqs u li se jgħin ħafna lill-isforzi tar-Russja biex din tibni ekonomija moderna, diversifikata u li jkollha teknoloġija għolja; jistieden lir-Russja biex din tieħu l-passi meħtieġa biex tneħħi l-ostakoli li fadal għall-proċess ta' adeżjoni, liema proċess jinsab fi stadju kritiku, u biex tkun tista' tikkonforma b'mod sħiħ u timplimenta l-impenji u l-obbligi tas-sħubija mad-WTO;

5.  Jesprimi t-tama li ftehima tkun tista' tintlaħaq malajr dwar il-kundizzjonijiet għal adeżjoni rapida tal-Federazzjoni Russa mad-WTO;

6.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-iskambju kontinwu ta" opinjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja bħala parti mill-konsultazzjonijiet ta' l-UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, iżda, li s-sitwazzjoni attwali fir-Russja toħloq tħassib serju f'termini tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija, tal-libertà ta" l-espressjoni u tad-drittijiet tas-soċjetà ċivili u ta" individwi li jisfidaw lill-awtoritajiet u jżommuhom responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom; huwa inkwetat ħafna dwar in-nuqqas ta' risposta sostantiva mill-awtoritajiet Russi għad-diversi stqarrijiet dwar dan it-tħassib; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-liġi attwali dwar l-NGOs kellha impatt negattiv fuq ix-xogħol ta' bosta NGOs u jappoġġja l-inizjattivi kontinwi biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' l-NGOs;

7.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni taċ-Ċeċnja qed tkompli tkun punt ta' diżgwid tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; jerġa" jtenni l-kritika qawwija tiegħu tal-politika tar-Russja fiċ-Ċeċnja u l-kundanna tiegħu tal-ħafna ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċnja; jistieden lill-Federazzjoni Russa bħala kwistjoni ta" urġenza sabiex tieħu passi konkreti sabiex teqred it-tortura u trattament ħażin ieħor, id-detenzjoni arbitrarja u "l-għajbien" fir-Repubblika taċ-Ċeċnja, u sabiex taffronta l-impunità ta" dan il-ksur ta" drittijiet;

8.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jistiednu lill-Federazzjoni Russa biex tirratifika l-Protokoll Addizzjonali 14 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

9.  Jitlob li jiżdied il-djalogu UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem u li dan il-proċess ikun miftuħ għal kontribut effettiv mill-Parlament Ewropew, mid-Duma ta" l-Istat u mis-soċjetà ċivili u minn organizzazzjonijiet ghad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li s-sitwazzjoni tal-minoritajiet fir-Russja tkun inkluża fl-aġenda tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-Russja biex tirrispetta bi sħiħ l-obbligi tagħha bħala membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa, inkluż ir-rispett tad-dritt ta' assoċjazzjoni u d-dritt għal demostrazzjoni paċifika;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet iebsa ta' xogħol, pressjoni u intimidazzjoni tal-ġurnalisti, inklużi korrispondenti barranin, fil-Federazzjoni Russa;

11.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-restrizzjoni tal-libertajiet demokratiċi fiż-żmien ta" qabel l-elezzjonijiet tad-Duma f'Diċembru 2007 u ta' l-elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2008; jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jiggarantixxu proċess ħieles u ġust fiż-żewġ elezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-partiti ta" l-oppożizzjoni jkollhom il-possibilità li jipparteċipaw f'dawn l-elezzjonijiet u l-opportunità li jagħmlu kampanja elettorali kompetittiva, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipju tal-libertà ta" l-espressjoni; jenfasizza li l-libertà tal-midja se tkun ta' importanza ewlenija sabiex l-elezzjonijiet ikunu jistgħu jitqiesu bħala ħielsa u ġusti; jenfasizza l-importanza ta" NGOs indipendenti minn gvernijiet nazzjonali għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili;

12.  Jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, minħabba d-dewmien ta" l-awtoritajiet Russi biex joħorġu stedina lill-OSCE biex tosserva l-elezzjoni, ħaġa li se żżomm lura milli ssir missjoni fuq medda twila ta" żmien, u minħabba li ppermettew biss għadd ristrett ta" osservaturi ta" l-OSCE biex jissorveljaw l-elezzjonijiet parlamentari; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għadd limitat ta" osservaturi jdgħajjef b'mod qawwi l-kwalità tal-ħidma li trid titwettaq u l-kredibilità ġenerali tal-missjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex malajr kemm jista' jkun jagħtu l-visas meħtieġa lill-osservaturi internazzjonali;

13.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu għall-isforzi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa biex tirrestrinġi l-attivitajiet ta" l-ODHIR billi ressqet proposti lill-OSCE biex iċċekken id-daqs tal-missjonijiet ta' osservazzjoni u billi ċaħdu l-pubblikazzjoni tar-rapporti tagħhom immedjatament wara elezzjoni; jenfasizza l-irwol essenzjali u li ma jistax jinbidel li għandha din l-organizzazzjoni fit-tranżizzjoni minn reġimi totalitarji għal sistemi demokratiċi; jisħaq li proċess elettorali ħieles u ġust huwa fil-qalba ta" demokrazija operattiva, ġenwina u żviluppata għal kollox u li l-missjonijiet ta" osservazzjoni ta" l-OSCE jistgħu jagħtu kontribut deċiżiv f'din id-direzzjoni;

14.  Itenni, iktar u iktar, l-importanza li tiġi stabbilita Zona Ekonomika Komuni (CES) fuq imsemmija u li jiġu żviluppati iktar l-objettivi miftiehma fuq il-pjan direzzjonali CES, speċjalment fir-rigward tal-ħolqien ta" suq miftuħ bejn l-UE u r-Russja;

15.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm titjib fil-klima għall-investiment Ewropew fir-Russja, liema titjib jista" jseħħ biss billi jiġu promossi u ffaċilitati kundizzjonijiet ta' negozju mhux diskriminatorji u trasparenti, inqas burokrazija u investiment miż-żewġ naħat; hu mħasseb dwar in-nuqqas ta" prevedibilità fl-applikazzjoni tar-regoli mill-awtoritajiet;

16.  Jilqa" b'sodisfazzjon id-djalogu intensifikat UE-Russja dwar kwistjonijiet ta" l-enerġija; jenfasizza l-importanza ta" importazzjonijiet ta" l-enerġija għall-ekonomiji Ewropej, li fil-fatt jirrappreżentaw opportunità potenzjali għal iktar koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn l-UE u r-Russja; jenfasizza li l-prinċipji ta" interdipendenza u trasparenza għandhom ikunu l-bażi ta" tali koperazzjoni, flimkien ma" aċċess ugwali għal swieq, infrastruttura u investiment; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-prinċipji tat-Trattat tal-Karta ta" l-Enerġija, li, skond l-Artikolu 45 tiegħu, jorbot lir-Russja anki qabel ma jiġi ratifikat mid-Duma ta' l-Istat Russu, il-Protokoll ta" Tranżitu anness miegħu u l-konklużjonijiet tal-G8 ikunu inklużi f'PCA ġdida bejn l-UE u r-Russja, inkluża koperazzjoni ulterjuri dwar l-użu ta" l-enerġija, fl-iffrankar ta" l-enerġija u fl-enerġija li tiġġedded; jirrimarka li dawn il-prinċipji għandhom ikunu applikati għal proġetti ewlenin ta" infrastruttura ta" l-enerġija, bħal-linja ta' pajpijiet tal-gass fiż-żona tal-Baltiku; jistieden lill-UE biex tikkomunika mar-Russja b'vuċi waħda dwar dawn il-kwistjonijiet sensittivi ta" l-enerġija;

17.  Jistieden lill-Federazzjoni Russa sabiex tinvesti bil-kbir f'miżuri ta' effiċjenza enerġetika, minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-problema tal-bidla fil-klima u l-benefiċċji soċjali li jġib miegħu investiment bħal dan; f'dan ir-rigward, ifakkar li l-mekkaniżmu ta' flessibilità previst fil-Protokoll ta' Kyoto jista' jiġbed lejh investimenti sabiex jimmodernizzaw is-settur Russu ta' l-enerġija u tal-prodotti enerġetiċi maħsuba għall-użu aħħari;

18.  Jilqa' t-tisħiħ tal-koperazzjoni UE-Russja fil-qasam ta' l-ispazju fil-qafas tad-Djalogu dwar l-Ispazju fi Tliet Partijiet li ġie stabbilit f'Marzu 2006 bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u r-Roscosmos, li jinkludi l-applikazzjonijiet spazjali (navigazzjoni bis-satellita, osservazzjoni tad-dinja, u komunikazzjonijiet bis-satellita), l-aċċess għall-ispazju (launchers u sistemi ta' trasport spazjali futuri), ix-xjenza spazjali u l-iżvilupp tat-teknoloġija spazjali; jinnota li fi ħdan is-CES, il-koperazzjoni fl-ispazju ġiet identifikata bħala settur ta' prijorità;

19.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar li sar fil-Laqgħa Għolja ta' Mafra ta' ftehima dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar, li żiedet il-kwoti għal prodotti ċatti u twal ta' l-azzar (flat steel and long steel products) sabiex jitqies it-tkabbir ta' l-UE li jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija u biex ikopri konsenji lil ċentri ta' servizzi ta' l-azzar fl-Istati Membri ta' l-UE;

20.  Jistieden liż-żewġ partijiet sabiex isibu soluzzjoni għall-problema tad-dazju fuq l-esportazzjoni ta' l-injam skond ir-regoli tad-WTO;

21.  Jilqa' l-progress li sar f'termini ta' l-implimentazzjoni tal-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali bbażati fuq il-prinċipju tal-finanzjament konġunt u ta' l-istatus ugwali fl-għażla tal-proġetti ta' prijorità; jilqa' b'mod partikulari t-tħabbira magħmula min-naħa Russa fis-Samit ta' Mafra li tgħid li lesta talloka l-fondi meħtieġa għal dawn il-programmi, billi tibda bl-ewwel somma ta' EUR 122 000 000;

22.  Jenfasizza li kjuwijiet ta' 50 km ta' trakkijiet tul in-naħa tal-fruntiera ta' l-UE m'humiex aċċettabbli u għalhekk jistieden lir-Russja biex tissimplifika l-proċeduri tagħha fil-fruntieri u biex timplimenta l-miżuri li qablet dwarhom ma' l-UE biex jitnaqqsu dawn il-konġestjonijiet;

23.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isolvu l-problemi fil-qsim tal-fruntieri bejn l-UE u r-Russja, biex jinvolvu ruħhom fi proġetti konkreti u biex jagħmlu użu sħiħ mill-Istrument tal-Viċinat u tas-Sħubija l-ġdid u l-fondi INTERREG għall-koperazzjoni transkonfinali;

24.  Jiddispjaċih mill-fatt li r-Russja ma onortax l-impenn tagħha biex tnaqqas bil-mod il-mod il-ħlasijiet ta' l-'overflights' Siberjani, jistieden lir-Russja biex tiffirma l-ftehima li ntlaħqet fuq din il-kwistjoni fl-aħħar Samit u jenfasizza li mossa pożittiva mir-Russja tippermetti lill-UE biex tmexxi 'l quddiem is-Samit ta' l-Avjazzjoni li hu ppjanat li jsir f'Moska fir-rebbiegħa ta' l-2008 biex jiġi identifikat il-potenzjal enormi għal koperazzjoni f'dan is-settur prinċipali;

25.  Jappella lill-Gvernijiet tar-Russja u ta" l-Istati Uniti biex jintensifikaw id-diskussjonijiet dwar kwistjonijiet ta" difiża u sigurtà li jinvolvu b'mod dirett jew indirett lill-Istati Membri ta" l-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Gvernijiet taż-żewġ stati biex jinvolvu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b'mod sħiħ f'dawn id-diskussjonijiet u biex ma jieħdu l-ebda pass jew deċiżjoni li jista' jitqies bħala theddida għall-paċi u l-istabilità fil-kontinent Ewropew;

26.   iħeġġeġ lir-Russja biex terġa" tqis il-pjanijiet biex ma tibqax konformi mat-Trattat CFE u biex tagħżel it-triq tan-negozjati sabiex tħares l-interessi leġittimi tagħha u tevita li jiddgħajjef it-Trattat CFE, billi dan jista' jwassal għal tiġrija ġdida għall-armi u għal linji ġodda ta" konfrontazzjoni;

27.  Jistieden lill-Gvern Russu biex jagħmel kontribut pożittiv għall-isforzi tal-Grupp ta' Kuntatt għall-Kosovo u ta' l-UE biex tinstab soluzzjoni politika sostenibbli għall-istatus futur tal-Kosovo li tista" tiġi aċċettata mill-partijiet involuti fil-konflitt;

28.  Jistieden lill-UE u lir-Russja, bħala membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex isibu soluzzjoni għall-kwistjoni nukleari Iranjana;

29.  Jilqa' t-tqegħid fis-seħħ ta' l-ewwel Kunsill tas-Sħubija Permanenti dwar il-Kultura; jenfasizza l-importanza tal-kuntatti bejn in-nies; jinnota li l-ftehima riċenti dwar faċilitazzjoni għall-ksib ta' viża bejn l-UE u r-Russja ikkontribwiet sa ċertu punt biex jingħelbu d-diffikultajiet eżistenti f'dan il-qasam, imma jenfasizza li teżisti l-ħtieġa għal faċilitazzjoni aktar ambizzjuża tal-viża li tkopri wkoll lil vjaġġaturi ordinarji bona fide li ma jiffurmaw parti minn ebda kategorija stabbilita minn qabel, u għal-liberalizzazzjoni fuq medda twila ta" żmien;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattivi biex ikun hemm vjaġġar mingħajr viża bejn l-UE u r-Russja; jitlob li jkun hemm iktar koperazzjoni dwar l-immigrazzjoni illegali, kontrolli mtejba ta' dokumenti ta' l-identità u skambju aħjar ta' informazzjoni dwar it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; jenfasizza li l-Kunsill u l-Kummissjoni jridu jiżguraw li r-Russja tkun konformi mal-kundizzjonijiet kollha stipulati fi kwalunkwe ftehima nnegozjata dwar l-eliminazzjoni tal-viżi bejn iż-żewġ naħat, sabiex ikun evitat kwalunkwe ksur tas-sigurtà u tad-demokrazija fl-Ewropa;

31.  Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontinwa kontra l-korruzzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni, tal-Kunsill ta' l-Ewropa, iżda jenfasizza li l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kodiċi ta' kondotta mhumiex biżżejjed jekk ma jiġux segwiti minn implimentazzjoni effettiva;

32.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-iffirmar ta" memorandum ta" ftehim bejn is-Servizz Federali Russu għall-Kontroll tad-Drogi u ċ-Ċentru Ewropew ta" Monitoraġġ għad-Drogi u l-Vizzju tad-Droga li jitlob it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-UE u r-Russja fl-oqsma kollha tal-ġlieda kontra d-drogi, mill-għajnuna medika għad-drogati sal-ħidma għal miżuri preventivi mal-midja u l-organizzazzjonijiet pubbliċi;

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u lil dak tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

(1) ĠU L 327, 28.11.1997, p. 1.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0178.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2007)0262.


Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet matul is-sena 2006
PDF 233kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet matul is-sena 2006 (2007/2132(INI))
P6_TA(2007)0529A6-0392/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 194 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 192(6) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet (A6-0392/2007),

A.   billi d-dritt ta" petizzjoni hu dritt fundamentali marbut maċ-ċittadinanza ta" l-Unjoni Ewropea, b'mod li ma jistax jinħall.

B.   billi d-dritt ta" petizzjoni ġie mħaddan fit-Trattat KE sa mill-1992 u huwa kkonfermat fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 191 tar-Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew,

C.   billi l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma kollha marbuta bid-dispożizzjonijiet fit-Trattati dwar id-dritt ta" petizzjoni u qablu li jiggarantixxu s-segwitu interistituzzjonali għall-petizzjonijiet,

D.   billi l-eżerċitar ta" dan id-dritt jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-isforzi ta" l-Unjoni Ewropea biex jerġa" jkun hemm kollegament maċ-ċittadini tagħha u toffri għarfien rigward l-aspettattivi tal-pubbliku Ewropew,

E.   billi l-petizzjonijiet huma mezz li bih iċ-ċittadini jistgħu jagħmlu l-kontribut tagħhom għall-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali,

F.   billi l-petizzjonijiet jirrappreżentaw għodda biex ikun evalwat l-impatt tal-liġijiet u l-politiki Ewropej fuq individwi u biex twissi lill-Parlament Ewropew rigward l-ambigwitajiet u l-applikazzjonijiet ħżiena ta" dawn il-liġijiet u l-politiki b'impatt dirett fuq l-għanijiet proprji tagħhom,

G.   billi l-għadd ta" petizzjonijiet iddikjarati bħala inammissibbli baqa" kostanti fl-2006, f'livell ta" kważi terz ta" l-ammont totali, li jirrifletti bżonn kontinwu li jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta" l-UE jkunu infurmati sew dwar il-kompetenzi ta" l-Unjoni Ewropea u dawk ta" l-istituzzjonijiet tagħha,

H.   billi jrid ikun indikat li, naturalment, mhux il-petizzjonijiet ammissibbli kollha li jkunu waslu u jkunu ġew investigati jagħtu sodisfazzjon liċ-ċittadini ta" l-UE iżda li proporzjon raġonevoli ta" petizzjonijiet fil-fatt iwasslu għas-soluzzjoni ta" problema partikulari, jew jenfasizzaw tħassib partikulari li iktar tard jista" jservi lill-Parlament meta jinnegozja leġiżlazzjoni Komunitarja ġdida,

I.   billi l-eżami tal-petizzjonijiet baqa' juri nuqqasijiet persistenti fl-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja mill-Istati Membri, u billi jidher li hemm problemi strutturali relatati ma" l-implimentazzjoni ta" ċerti normi ambjentali, partikolarment, l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora(1) salvaġġi (id-Direttiva dwar il-Habitats) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni ta" l-effetti li ċerti proġetti pubbliċi u privati għandhom fuq l-ambjent(2), kif emendat mid-Direttiva 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997(3),

J.   billi s-segwitu għal petizzjonijiet kontra ċerti proġetti infrastrutturali ewlenin urew il-bżonn għal konsistenza akbar fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni għall-konformità ta' l-Istati Membri mad-Direttiva dwar il-Habitats, b'mod partikulari f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' l-Artikolu 6(4) ta' din id-Direttiva u biex żoni protetti jkunu salvagwardjati meta jeżistu alternattivi għal proġetti li, skond l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, x'aktarx se jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-integrità ta' sit protett mid-Direttiva dwar il-Habitats jew mid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta" l-għasafar salvaġġi(4),

K.   billi, f'każijiet oħra, il-passi meħuda mill-Kummissjoni fit-twettiq tad-doveri tagħha skond l-Artikolu 211 tat-Trattat KE bħala 'gwardjana tat-Trattati' - bħad-deċiżjoni f'waqtha li tiftaħ proċedimenti kontra Spanja għall-ksur tar-regoli tal-liġi Komunitarja dwar ix-xiri pubbliku u l-azzjoni pronta meħuda biex tiġi evitata ħsara irriversibbli għall-ambjent fil-Polonja - kienu ta' min ifaħħarhom,

L.   billi l-koperazzjoni bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kummissjoni Ewropea tibqa" kruċjali biex il-petizzjonijiet ikunu ttrattati b'mod effettiv u biex min ressaq il-petizzjoni jingħata l-aħjar rimedju għall-problemi tiegħu,

M.   billi rimedju immedjat f'każijiet ta" applikazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità hija importanti ħafna u billi għandha titqies l-ispeċifiċità ta" kull każ meta jiġu rakkomandati soluzzjonijiet,

N.   billi, skond l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu d-dritt li jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-Kunsill u l-Kummissjoni, u billi skond l-Artikolu 201 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni u b'hekk għandu disponibbli l-istrumenti legali u politiċi meħtieġa biex jirreaġixxi b'mod iktar effettiv għat-tħassib leġittimu taċ-ċittadini,

O.   billi l-Parlament, madankollu, dejjem ippromwova koperazzjoni leali, partikolarment mal-Kummissjoni bħala l-gwardjana tat-Trattati, bħala mezz effettiv biex ikun hemm rimedju għall-problemi li wasslu liċ-ċittadini biex ifittxu l-għajnuna tiegħu,

P.   billi l-Parlament baqa" jirċievi petizzjonijiet li jallegaw ksur persistenti mill-Istati Membri tad-drittijiet umani u fundamentali ta' min ressaq il-petizzjonijiet, billi skond l-Artikolu 6(1) tat-Trattat ta" l-UE l-Unjoni hi mibnija fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt, u billi l-Artikolu 7(1) tat-Trattat UE jagħti lill-Parlament id-dritt li jibda proċedura biex jiddetermina jekk ikunx hemm riskju ċar ta" ksur serju minn Stat Membru tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6(1),

Q.   billi l-Parlament jirrikonoxxi s-sensittività ta" ċerti każijiet u hu determinat li jieħu l-passi neċessarji kollha biex ikunu protetti d-drittijiet ta' min iressaq l-petizzjoni u l-kunfidenzjalità tad-dejta personali tagħhom mingħajr ma tkun mhedda t-trasparenza tal-proċess stess tal-petizzjonijiet,

1.  Jenfasizza l-importanza tal-proċess tal-petizzjonijiet li jiżgura li t-tħassib individwali taċ-ċittadini Ewropej dwar ir-rispett għad-drittijiet tagħhom skond it-Trattat u l-leġiżlazzjoni tal-Komunità jirċievi risposti u soluzzjonijiet xierqa;

2.  Jenfasizza l-kontribut ewlieni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għall-ħidma tal-Parlament Ewropew bil-għan li jkun ta' kollegament mill-ġdid maċ-ċittadini ta' l-UE u jsaħħaħ il-leġittimità, it-trasparenza u r-responsabilità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE;

3.  Jemmen li l-petizzjonijiet joffru strument li bih jista' jitkejjel x'jistenna l-pubbliku Ewropew mill-Unjoni Ewropea u kemm jirnexxielha tirrendi l-Unjoni Ewropea;

4.  Ifakkar fl-irwol tal-petizzjonijiet bħala għodda li tippermetti liċ-ċittadini ta' l-UE kemm sabiex iwissu dwar xi vojt fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità li minnha wieħed ikun jista' jaħrab mil-liġi u kemm sabiex iwissu lill-istituzzjonijiet Ewropej dwar kwalunkwe ksur jew applikazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni;

5.  Jenfasizza l-opportunità li l-petizzjonijiet joffru lill-Parlament Ewropew sabiex jevalwa u, jekk meħtieġ, jieħu azzjoni sabiex jegħleb, l-ambigwitajiet fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Komunità fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

6.  Jenfasizza l-importanza ta" koperazzjoni mal-Kummissjoni biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet ta' tħassib li ċ-ċittadini Ewropej iressqu għall-attenzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, peress li huma jirriflettu l-impatt dirett tal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-attivitajiet tal-Komunità fuq l-individwi;

7.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas komuni mill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod korrett in-normi ambjentali tal-Komunità u jqis li hemm bżonn ta" konsistenza aħjar fil-monitoraġġ partikolarment tar-rispett tar-regoli tal-liġi Komunitarja dwar il-ħarsien tal-bijodiversità u dwar l-evalwazzjoni ta" l-impatt ta" ċerti proġetti u pjanijiet pubbliċi u privati fuq l-ambjent;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-23 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja (COM(2006)0416), li jagħraf l-irwol tal-proċedura tal-petizzjonijiet biex jiġu identifikati l-vjolazzjonijiet;

9.  Jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni biex tinnotifika d-deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta' proċeduri ta' ksur hekk kif tieħu din id-deċiżjoni, u anki deċiżjonijiet rilevanti mill-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikulari meta l-Parlament ikun irċieva petizzjonijiet rigward il-kwistjoni kkonċernata, u josserva li l-Kummissjoni ma ħaditx passi dwar sejħiet ripetuti mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'dan il-qasam;

10.  Jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jinnotifika, bil-miktub u fi żmien qasir, id-deċiżjonijiet tiegħu relatati ma" petizzjonijiet li hu jittratta fil-laqgħat tiegħu, sabiex jiġu evitati nuqqas ta" ftehim u interpretazzjonijiet ħżiena mill-mezzi ta' komunikazzjoni tal-massa u minn min iressaq il-petizzjoni;

11.  Itenni l-importanza tal-kordinazzjoni fit-trattament ta' kwistjonijiet li huma suġġetti kemm għal petizzjoni lill-Parlament kif ukoll għal ilment lill-Kummissjoni, ladarba d-dritt li wieħed jippreżenta petizzjoni huwa dritt fundamentali, issalvagwardjat mit-Trattat, li l-Parlament jipprovdi qafas trasparenti għal dibattiti, li huwa prerekwiżit għal responsabilizzazzjoni pubblika msaħħa, u li f'dan il-kuntest il-prijorità trid tingħata lill-proċess tal-petizzjonijiet;

12.  Jerġa′ jfisser it-tħassib tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-ammont mhux ġustifikat u eċċessiv ta' żmien - li spiss ikun ta′ diversi snin - sabiex il-Kummissjoni tmexxi u tikkonkludi proċeduri ta' ksur u d-diżappunt tiegħu għall-eżempji frekwenti ta' nuqqas ta' konformità min-naħa ta' l-Istati Membri mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja; iqis li dan l-aġir idgħajjef il-kredibilità tat-tfassil u l-applikazzjoni koerenti tal-liġi tal-Komunità u li jservi sabiex jiskredita l-għanijiet ta' l-UE;

13.  Jerġa' jafferma l-ħtieġa li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-possibilità li ttella' lill-Istati Membri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 228 tat-Trattat KE, sabiex multi fil-forma ta' somom f'daqqa u ħlasijiet ta' penali jkunu jistgħu jiġu imposti kull darba li Stati Membri jdumu ma jimplimentaw is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċeduri ta' ksur;

14.  Huwa ta' l-opinjoni li, sabiex tkun żgurata l-kredibilità tal-liġi Komunitarja u jkun hemm kundizzjonijiet ugwali fis-suq intern, jeħtieġ li l-Kummissjoni tieħu azzjoni soda kontra l-ksur tal-liġi Komunitarja, mill-anqas f'każijiet ta' importanza nazzjonali li joħolqu preċedent fil-każistika nazzjonali, u li tali azzjoni tista' tnaqqas b'mod sinifikanti kwalunkwe bżonn sussegwenti taċ-ċittadini li jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem il-Kummissjoni u jagħmlu petizzjonijiet fil-Parlament dwar kwistjonijiet analogi;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-djalogu kostanti bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Ombudsman Ewropew; jirrimarka li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet appoġġja r-Rapporti Speċjali dwar l-Iskejjel Ewropej u dwar it-trasparenza tal-laqgħat tal-Kunsill, u laqa" b'sodisfazzjon is-soluzzjoni b'suċċess dwar il-mod kif il-Kummissjoni qed taħdem fuq l-ilmenti li jallegaw xi vjolazzjoni, u appoġġja t-talba ta' l-Ombudsman għal żieda fil-baġit tiegħu;

16.  Jinnota li, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza ta' l-4 ta' Ottubru 2006 fil-każ T-193/04 Tillack vs Kummissjoni(5) li ddeċidiet li ma kienx hemm l-ebda ksur tal-liġi fir-rigward ta' l-azzjoni meħuda mill-OLAF, il-proċedimenti tal-Parlament dwar ir-Rapport Speċjali, li għadu pendenti, ta' l-Ombudsman li jagħmel referenza għall-ilment 2485/2004/GG, jeħtieġ li jingħalqu;

17.  Jikkonferma l-ħtieġa għal aktar involviment min-naħa tal-Kunsill, bħala Istituzzjoni, fl-attivitajiet tal-Kumitat, u jinkuraġġixxi l-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħat tal-kumitat fil-livell xieraq, kif imsemmi fil-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(6), adottata fis-16 ta' Diċembru 2003 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni;

18.  Itenni l-proposta li l-Kunsill jaħtar uffiċjal għoli biex jikkordina l-kwistjonijiet marbuta mal-petizzjonijiet, peress li ħafna petizzjonijiet jinvolvu kwistjonijiet politiċi sensittivi li jikkonċernaw it-traspożizzjoni mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

19.  Għal darb'oħra jenfasizza l-irwol importanti ta' l-Istati Membri li jimplimentaw b'mod korrett il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u jenfasizza li l-applikazzjoni prattika tagħha hija deċiżiva għall-għanijiet taż-żieda tar-relevanza ta' l-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tagħha; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar parteċipazzjoni mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tal-parlamenti tagħhom fid-dibattiti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

20.  Ifakkar li t-Trattat dwar l-UE jagħti lill-Parlament is-setgħa li jagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-UE, li jista' jwassal għall-ħatra ta' persuni indipendenti biex jirrappurtaw dwar ir-riskju ta' ksur serju min-naħa ta' Stat Membru tal-prinċipji li fuqhom hija mwaqqfha l-Unjoni Ewropea, inkuż b'mod partikulari l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-attività tal-Kumitat Temporanju ta' Inkjesta fil-Kriżi ta' l-'Equitable Life Assurance Society' u tal-kontribut magħmul mill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-segretarjat tiegħu li ħadu sehem dirett fil-ħidma tiegħu; iqis li d-deċiżjoni li jitwaqqaf dan il-kumitat bħala segwitu għall-petizzjonijiet li waslu żiedet l-isforzi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri kollha;

22.  Jinkuraġġixxi l-prattika li jintbagħtu missjonijiet ta' tiftix ta' fatti skond l-Artikolu 192 tar-Regoli ta' Proċedura lil diversi Stati Membri ta' l-UE sabiex jinvestigaw kwistjonijiet imqajma minn min iressaq il-petizzjoni bħala mezz kif ikunu ffaċilitati soluzzjonijiet effettivi u pragmatiċi, fl-interess taċ-ċittadin;

23.  Jenfasizza l-importanza ta' dawn il-missjonijiet fl-isforzi sabiex titjieb il-komunikazzjoni maċ-ċittadini u sabiex iqajmu kuxjenza fl-Istati Membri dwar l-attivitajiet tal-Parlament Ewropew, b'mod ġenerali, u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b'mod partikolari;

24.  Jenfasizza li fehim aħjar tal-funzjoni tal-petizzjonijiet bħala għodda li tippermetti liċ-ċittadini li jfittxu rimedju hija marbuta mill-qrib mal-kwalità ta' l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ġenerali fl-Ewropa dwar il-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-objettivi tal-Komunità;

25.  Jinnota li, matul it-tieni sena mit-tkabbit ta' l-UE għal 25 Stat Membru, in-numru ta' petizzjonijiet li rċieva l-Parlament baqa' relattivament kostanti; josserva, madankollu, li l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija f'Jannar 2007 x'aktarx se twassal għal għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet miċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi;

26.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim fi ħdan il-kumitat li wassal għal żieda fil-membri tiegħu għal 40 membru sħiħ, u jqis li dan x'aktarx jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej u n-nies li qed jgħixu fit-territorju ta' l-UE jiksbu saħansitra fehim aħjar tal-każ tagħhom fil-kumitat, u b'hekk jippermetti lill-Parlament biex jirrispondi aħjar għall-aspettattivi ta' min iressaq il-petizzjoni;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ is-segretarjat tal-kumitat sabiex tiġi koperta l-ħtieġa għal kompetenza lingwistika, legali u politika, biex iż-żmien għal risposta jiqsar u l-investigazzjonijiet isiru aktar effettivi u biex is-servizz li huwa jipprovdi jkun disponibbli b'mod indaqs għaċ-ċittadini kollha ta' l-UE;

28.  Itenni l-ħtieġa li jinstabu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jitkompla l-iżvilupp tas-sistema tas-softwer għall-petizzjoni elettronika (E-petition software system), li tiffunzjona kemm bħala bażi ta" dejta kif ukoll bħala għodda ta' mmaniġġjar li tipprovdi informazzjoni dwar il-fluss tal-petizzjonijiet, b'hekk issaħħaħ it-trasparenza u l-effiċjenza ta' l-attività tal-Kumitat;

29.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex iwettaq reviżjoni urġenti tal-"portal taċ-Ċittadini" fil-websajt tal-Parlament Ewropew bil-għan li tiżdied il-viżibilità tal-portal relatat mad-dritt tal-petizzjonijiet, u li titjieb il-preżentazzjoni tiegħu sabiex ikunu żgurati l-komparabilità u l-kompatibilità tiegħu mal-websajt ta" l-Ombudsman Ewropew li, b'kuntrast mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, hu kkonċernat speċifikament ma" l-ilmenti taċ-ċittadini rigward allegazzjonijiet ta" amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-istituzzjonijiet jew fl-entitajiet ta" l-UE;

30.  Ifakkar li l-Parlament ilu mill-1998 jitlob għal reviżjoni tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tisħiħ tad-dritt għall-petizzjoni(7); itenni t-talbiet urġenti tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iwettqu din ir-reviżjoni bil-għan li jistabbilixxu mezz aktar effettiv ta' rimedju u sabiex jiddefinixxu qafas ċar u koerenti għall-koperazzjoni essenzjali bejn l-Istituzzjonijiet fil-qasam ikkonċernat;

31.  Jilqa b'sodisfazzjon id-deċiżjoni li ssir reviżjoni tar-regoli attwali li jirregolaw il-proċedura tal-petizzjonijiet sabiex ikun hemm kjarifika fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ta' l-ammissibilità tal-petizzjonijiet u sabiex jissaħħu l-proċeduri relatati mal-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità mingħajr ma tiddgħajjef it-trasparenza essenzjali tal-proċess tal-petizzjonijiet innifsu;

32.  Jenfasizza l-importanza li jitħarsu d-drittijiet ta' min iressaq il-petizzjoni, bħala element fundamentali tal-proċess tal-petizzjonijiet, u jilqa' b'sodisfazzjon il-qbil fi ħdan il-kumitat dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-petizzjonijiet pendenti dwar Lloyd's, speċjalment fir-rigward ta' l-għoti ta' appoġġ sħiħ lis-Sinjura X, li isimha ġie ppubblikat kontra x-xewqa tagħha;

33.  Jenfasizza l-importanza li jitħares l-ambjent u jilqa" b'sodisfazzjon l-interess intensiv tal-Kumitat fil-petizzjonijiet li jikkonċernaw l-ambjent li hu jittratta fil-laqgħat tiegħu;

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.

(1) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(2) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.
(3) ĠU L 73, 14.3.1997, p 5.
(4) ĠU L 103, 25.4.1979, p 1.
(5) [2006] ECR II-3995.
(6) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(7) ĠU C 120, 16.5.1989, p. 90.

Avviż legali - Politika tal-privatezza