Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2007 - Strasburgu
Ftehim KE/Marokk: servizzi bl-ajru, protocol wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija *
 Ftehimiet KE/Ġeorġja, il-Libanu, il-Maldivi, il-Moldova, Singapor u l-Urugwaj: Protokolli li jemendaw il-Ftehimiet dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru wara tal-Bulgarija u tar-Rumanija *
 Adattazzjoni ta' l-Anness VIII għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija *
 Esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu ħlas lura jew ammonti oħra *
 Mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta" tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) ***I
 Strumenti ta" l-użin mhux awtomatiċi (verżjoni kodifikata)***I
 Livelli massimi permissibli ta" kontaminazzjoni radjoattiva ta" ikel u għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta" emerġenza radjoloġika *
 Livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela (verżjoni kodifikata) *
 Kummerċjalizzjoni ta' materjal ta' tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott *
 Rati ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
 L-Impriża Komuni ARTEMIS *
 L-Impriża Komuni ENIAC *
 L-Impriża Konġunta ta' l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi *
 l-Impriża Konġunta Sema Nadif *
 Il-protezzjoni diplomatika u konsulari taċ-ċittadini ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi
 Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007
 Ambjent mingħajr dokumenti għad-dwana u għall-kummerċ ***II
 Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marin ***II
 Kwalità ta' l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa ***II
 L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja ***I
 CAP: regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett u ċerti skemi ta' appoġġ għal-bdiewa u appoġġ għall-iżvilupp rurali *
 L-immarkar ta" l-oriġini

Ftehim KE/Marokk: servizzi bl-ajru, protocol wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija *
PDF 199kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (COM(2007)0497 – C6-0329/2007 – 2007/0183(CNS))
P6_TA(2007)0578A6-0457/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0497),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80, 300(2) u 300(4) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0329/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0457/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


Ftehimiet KE/Ġeorġja, il-Libanu, il-Maldivi, il-Moldova, Singapor u l-Urugwaj: Protokolli li jemendaw il-Ftehimiet dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru wara tal-Bulgarija u tar-Rumanija *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokolli li jemendaw il-Ftehimiet dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Libanu, ir-Repubblika tal-Maldivi, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Gvern tar-Repubblika ta' Singapor u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj biex tittieħed kunsiderazzjoni ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (COM(2007)0366 – C6-0265/2007 – 2007/0125(CNS))
P6_TA(2007)0579A6-0456/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0366),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0265/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0456/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokolli;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Gvern tal-Ġeorġja, tar-Repubblika tal-Libanu, tar-Repubblika tal-Maldivi, tar-Repubblika tal-Moldova, lill-Gvern tar-Repubblika ta' Singapor u tar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj.


Adattazzjoni ta' l-Anness VIII għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija *
PDF 195kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tadatta l-Anness VIII għall-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (COM(2007)0594 – C6-0405/2007 – 2007/0217(CNS))
P6_TA(2007)0580A6-0455/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0594),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0405/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0455/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu ħlas lura jew ammonti oħra *
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 dwar is-sorveljanza mwettqa fil-waqt ta" l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu ħlas lura jew ammonti oħra (COM(2007)0489 – C6-0282/2007 – 2007/0178(CNS))
P6_TA(2007)0581A6-0478/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0489),

–   wara li kkunsidra Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0282/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0478/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta" tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta" tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (COM(2007)0319 – C6-0175/2007 – 2007/0117(COD))
P6_TA(2007)0582A6-0474/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0319),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0175/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0474/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Strumenti ta" l-użin mhux awtomatiċi (verżjoni kodifikata)***I
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strumenti ta" l-użin mhux awtomatiċi (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0446 – C6-0241/2007 – 2007/0164(COD))
P6_TA(2007)0583A6-0473/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2007)0446),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0241/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0473/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħadd l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Livelli massimi permissibli ta" kontaminazzjoni radjoattiva ta" ikel u għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta" emerġenza radjoloġika *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta" kontaminazzjoni radjoattiva ta" ikel u għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta" emerġenza radjoloġika (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0302 – C6-0205/2007 – 2007/0103(CNS))
P6_TA(2007)0584A6-0475/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2007)0302),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0205/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0475/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela (verżjoni kodifikata) *
PDF 198kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela (verżjoni kodifikata) (COM(2006)0258 – C6-0200/2006 – 2006/0097(CNS))
P6_TA(2007)0585A6-0476/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2006)0258),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0200/2006),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0476/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Kummerċjalizzjoni ta' materjal ta' tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott *
PDF 337kWORD 93k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzjoni ta' materjal ta' tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0031 – C6-0093/2007 – 2007/0014(CNS))
P6_TA(2007)0586A6-0480/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0031),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0093/2007),

–   wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali (1)

–   wara li kkunisdra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 80 a tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni favur tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0480/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 6
Huwa approprjat illi jiġu stabbiliti regoli Komunitarji għal dawk il-ġeneri u speċji ta" pjanti tal-frott li huma ta" importanza ekonomika maġġuri fil-Komunità, bi proċedura Komunitarja sabiex jiżdiedu iktar ġeneri u speċji aktar tard mal-lista ta' ġeneri u speċji li għalihom tapplika din id-Direttiva. Il-ġeneri u speċji elenkati għandhom ikunu dawk li jitkabbru b'mod wiesa' fl-Istati Membri u għall-materjal ta' propagazzjoni tagħhom hemm suq sostanzjali li jkopri iktar minn Stat Membru wieħed.
Huwa approprjat illi jiġu stabbiliti regoli Komunitarji għal dawk il-ġeneri u speċji ta" pjanti tal-frott li huma ta" importanza ekonomika maġġuri fil-Komunità, bi proċedura Komunitarja sabiex jiżdiedu iktar ġeneri u speċji aktar tard mal-lista ta' ġeneri u speċji li għalihom tapplika din id-Direttiva. Il-ġeneri u speċji elenkati għandhom ikunu dawk li jitkabbru b'mod wiesa' fl-Istati Membri u għall-materjal ta' propagazzjoni tagħhom hemm suq sostanzjali li jkopri iktar minn Stat Membru wieħed.
Emenda 2
Premessa 11
Pjanti tal-frott immodifikati ġenetikament ma għandhomx jiġu aċċettati għar-reġistrazzjoni fil-katalgu sakemm ma jkunux ittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju lil saħħet il-bniedem jew lill-ambjent kif imsemmi fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament.
(11)  Pjanti tal-frott immodifikati ġenetikament ma għandhomx jiġu aċċettati għar-reġistrazzjoni fil-katalgu, ħlief jekk ikunu riżomi li fuqhom jistgħu jitlaqqmu l-varjetajiet mixtieqa u sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju lil saħħet il-bniedem jew lill-ambjent kif imsemmi fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament. F'dan il-każ għandu jissemma' l-għan ta' l-immodifikar ġenetiku.
Emenda 4
Premessa 15
(15)  Il-fornituri li jimmarkittjaw biss pjanti tal-frott jew materjal tal-propagazzjoni lil persuni li ma jkunux involuti professjonalment fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-pjanti tal-frott jew il-materjal tal-propagazzjoni għandhom ikunu eżentati mill-obbligu tar-reġistrazzjoni.
imħassar
Emenda 5
Premessa 15 a (ġdida)
(15a)  Fornituri li jimmarkitjaw materjal ta' propagazzjoni jew pjanti tal-frott għandhom ikunu speċjalilizzati f'dan il-qasam.
Emenda 6
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  Barra minn hekk, u sabiex produttur jirċievi fondi Komunitarji għat-tħawwil tas-siġar tal-frott, il-materjal ta' propagazzjoni li jintuża għandu joriġina mingħand fornituri li huma reġistri uffiċjalment.
Emenda 7
Premessa 17
  Dak  l-għan jista" jintlaħaq l-aħjar jew permezz ta' l-għarfien komuni tal-varjetajiet , partikolarment għal varjetajiet qodma,  jew billi tkun disponibbli d-deskrizzjoni fuq il-bażi tal-protokolli ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) jew, fin-nuqqas tagħhom, ta' regoli internazzjonali jew nazzjonali oħrajn .
  Dak  l-għan jista" jintlaħaq l-aħjar jew permezz ta' l-għarfien komuni tal-varjetajiet, partikolarment għal varjetajiet qodma,  jew billi tkun disponibbli d-deskrizzjoni fuq il-bażi tal-protokolli ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) jew, fin-nuqqas tagħhom, ta' regoli internazzjonali jew nazzjonali oħrajn . Għal dan il-għan, il-varjetajiet li jitpoġġew fis-suq iridu jiddaħħlu fil-lista relevanti.
Emenda 8
Premessa 22
Għandhom jiġu stabbiliti regoli illi, fil-każ ta' diffikultajiet temporanji tal-provvista minħabba diżastri naturali, bħal nar, irwiefen u falliment tal-fjuri, jew ċirkostanzi mhux previsti , jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott bla ħsara għal ħtiġiet inqas stretti minn dawk li jinsabu f'din id-DirettivaDirective  għal perjodu limitat u soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi .
(22)  Għandhom jiġu stabbiliti regoli illi, fil-każ ta' diffikultajiet temporanji tal-provvista minħabba diżastri naturali, bħal nar u rwiefen jew ċirkostanzi mhux previsti, jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott bla ħsara għal ħtiġiet inqas stretti minn dawk li jinsabu f'din id-Direttiva għal perjodu limitat u soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi.
Emenda 9
Premessa 23
(23)  Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom isiru provvedimenti sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lil produtturi żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom ta' materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott huma maħsuba għal użu finali minn persuni fis-suq lokali li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti ('ċirkolazzjoni lokali') mill-kundizzjonijiet dwar it-tikkettar u mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali.
imħassar
Emenda 10
Premessa 25
Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq fil-Komunità tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti f'pajjiżi terzi, dejjem sakemm joffru l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u sakemm iħarsu r-regoli Komunitarji;
Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq fil-Komunità tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti f'pajjiżi terzi, dejjem sakemm joffru l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u sakemm iħarsu r-regoli Komunitarji; Il-kumpaniji li jesportaw il-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott f'pajjiżi terzi għandhom jiġu reġistrati.
Emenda 11
Artikolu 2, punt 4
(4)  Klonu: tfisser il-wild veġetattiv ta' varjetà li hija konformi għal stokk tal-pjanta tal-frott magħżul minħabba l-identità varjetali, il-karattri fenotipiċi u l-qagħda tas-saħħa tiegħu;
(4)  Klonu: tfisser il-wild veġetattiv ta' varjetà ta' speċji ta' pjanta tal-frott li hija konformi għal stokk tal-pjanta tal-frott magħżul minħabba l-identità varjetali, il-karattri fenotipiċi u l-qagħda tas-saħħa tiegħu;
Emenda 12
Artikolu 2, punt 8 (e)
E) instabu minn spezzjoni uffiċjali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet f'(a) sa (d);
(e) instabu, waqt kontrolli għall-għarrieda magħmula waqt spezzjoni uffiċjali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minn (a) sa (d);
Emenda 13
Artikolu 2, punt 11 (a)
(a)awtorità stabbilita jew innominata mill-Istat Membru taħt is-sorveljanza tal-gvern nazzjonali u responsabbli mill-mistoqsijiet dwar il-kwalità tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott :
(a) awtorità stabbilita jew innominata mill-Istat Membru taħt is-sorveljanza tal-gvern nazzjonali u responsabbli għat-twettiq ta' spezzjonijiet u ta' kontrolli fir-rigward tal-mistoqsijiet dwar il-kwalità, iċ-ċertifikazzjoni u s-saħħa tal-pjanti tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott :
Emenda 14
Artikolu 3, paragrafu 1, punt (a)
(a) il-materjal ta' propogazzjoni ikunu ġew attestati uffiċjalment bħala "materjal pre-bażiku", "materjal bażiku" jew "materjal attestat" jew jekk ikun instab li huma ta' materjal CAC minn spezzjoni uffiċjali;
(a) ikunu ġew attestati uffiċjalment bħala "materjal pre-bażiku", "materjal bażiku" jew "materjal attestat" jew li jkollhom il-preskrizzjonijiet ta' materjal CAC;
Emenda 15
Artikolu 3, paragrafu 1, punt (b)
b) il-pjanti tal-frott kienu ċċertifikati uffiċjalment bħala materjal attestat jew instabu li huma materjal CAC minn spezzjoni uffiċjali.
imħassar
Emenda 16
L-Artikolu 3(2)
Fil-każ ta' varjetà li tikkonsisti minn organiżmu mmodifikat ġenetikament fi ħdan it-tifsira tal-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss għar-reġistrazzjoni fil-katalgu jekk kienet awtorizzata skond dik id-Direttiva jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
2.  Fil-każ ta' varjetà li tikkonsisti minn organiżmu mmodifikat ġenetikament fi ħdan it-tifsira tal-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss għar-reġistrazzjoni fil-katalgu jekk kienet awtorizzata skond dik id-Direttiva jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u suġġetta għall-prekundizzjoni li se tintuża bħala stokk li fuqha se titlaqqam il-varjetà mixtieqa.
Emenda 17
Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid)
2 bis.  F'każ li tkun varjetà modifikata ġenetikament skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2, il-punti 1 u 2 tad-Direttiva 2001/18/KE, għandha ssir evalwazzjoni speċjali tar-riskju, b'mod partikulari dwar is-saħħa tal-bniedem u dwar l-ambjent u għandha tkun ittikkettata b'mod xieraq sabiex il-konsumatur ikun infurmat li qed jiġi pprovdut materjal modifikat ġenetikament u għandu jissemma' l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika.
Emenda 18
Artikolu 3, paragrafu 3 a (ġdid).
3a.  It-tqegħid fis-suq, minn fornituri rreġistrati b'mod uffiċjali, ta' materjal għall-propagazzjoni u ta' pjanti tal-frott, dokumentati kif suppost, għandu jitqies bħala kundizzjoni indispensabbli għall-inklużjoni ta' produttur fi programmi għat-tħawwil tas-siġar tal-frott iffinanzjati b'mod konġunt.
Emenda 19
Artikolu 4 punt (ca) (ġdid)
(ca) kundizzjonijiet supplimentari jew aktar stretti għall-materjal ta' propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott li l-Istati Membri jistgħu jistipulaw għall-produzzjoni domestika proprja tagħhom,
Emenda 20
L-Artikolu 5(1)
1.  Il-fornituri għandhom jiġu rreġistrati uffiċjalment skond l-attivitajiet li jwettqu taħt din id-Direttiva.
1.  Il-fornituri għandhom jiġu rreġistrati uffiċjalment skond l-attivitajiet li jwettqu taħt din id-Direttiva u għandu jkollhom liċenzja għat-tqegħid fis-suq tal-materjal ta' propagazzjoni skond dispożizzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru.
Emenda 21
Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Il-fornituri li jikkummerċjalizzaw materjal ta' propogazzjoni jew pjanti tal-frott għandu jkollhom speċjalizzazzjoni fis-settur u jkunu agronomisti jew impriżi li jimpjegaw persuni li jkollhom dawn l-ispeċjalizzazzjonijiet.
Emenda 22
Artikolu 5, paragrafu 1 b (ġdid)
1b)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jikkontrollaw li l-fornituri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità ma' l-istandards ta' din id-direttiva fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta' propogazzjoni u tal-pjanti tal-frott.
Emenda 23
L-Artikolu 5(2)
2.  Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal fornituri li jimmarkitjaw biss lil persuni li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni, ir-riproduzzjoni jew il-bejgħ ta' materjal ta' propagazzjoni jew pjanti tal-frott.
imħassar
Emenda 24
Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1
3.  Meta materjal għall-propagazzjoni jew pjanti tal-frott jitqiegħdu fis-suq, il-fornituri għandhom iżommu reġistru tal-bejgħ jew ix-xiri tagħhom għallinqas għal tnax-il xahar.
3.  Meta materjal għall-propagazzjoni jew pjanti tal-frott jitqiegħdu fis-suq, il-fornituri għandhom iżommu reġistru tal-bejgħ jew ix-xiri tagħhom għallinqas għal ħames snin.
Amendement 25
L-Artikolu 7(2)
2.  Fil-każ ta' materjal ta' propagazzjoni ta' varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kwalunkwe tikketta jew dokument, sew jekk uffiċjali u sew jekk le, li jkun imwaħħal mal-materjal, jew li jakkumpanjah, skond din id-Direttiva għandu jindika b'mod ċar li l-varjetà kienet ġenetikament modifikata u għandu jsemmi l-organiżmi ġenetikament modifikati.
2.  Fil-każ ta' materjal ta' propagazzjoni ta' varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kwalunkwe tikketta jew dokument, sew jekk uffiċjali u sew jekk le, li jkun imwaħħal mal-materjal, jew li jakkumpanjah, skond din id-Direttiva għandu jindika b'mod ċar li l-varjetà kienet ġenetikament modifikata u għandu jsemmi l-organiżmi ġenetikament modifikati u jindika wkoll l-għan tal-modifikazzjoni ġenetika..
Emenda 26
Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-intrapriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jesportaw materjal ta' propagazzjoni u pjanti tal-frott għandhom jiġu rreġistrati sabiex tiġi żgurata t-traċċabilita f'kull fażi.
Emenda 28
Artikolu 19 a (ġdid)
Artikolu 19a
Evalwazzjoni ta' Applikazzjoni
Fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina r-riżultati ta' l-applikazzjoni tagħha u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' kwalunkwe proposti għall-emendi meħtieġa.
Emenda 29
Artikolu 21
L-Istati Membri jistgħu, bħala miżura tranżizzjonali sa l-1 ta' Jannar XXXX, jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom stess ta' materjal attestat u CAC meħud minn pjanti ġenituri li jkun jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Sa 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva, l-Istati Membri jistgħu, bħala miżura tranżizzjonali, jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom stess ta' materjal attestat u CAC meħud minn pjanti ġenituri li jkunu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 30
Artikolu 22, paragrafu 2 a (ġdid)
Id-dispożizzjonijiet ta' l- implimentazzjoni tad-Direttiva 92/34/KEE li se tiġi abolita għandhom jibqgħu japplikaw sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni ġodda.

(1) ĠU C 77 tat- 28.3.2002, p. 1.


Rati ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
PDF 305kWORD 55k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward ċerti dispożizzjonijiet temporanji dwar rati ta' taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2007)0381 – C6-0253/2007 – 2007/0136(CNS))
P6_TA(2007)0587A6-0469/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0381),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu gie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0253/2007),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rati tal-VAT minbarra r-rati standard tal-VAT (COM(2007)0380),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0469/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 1
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, tipprovdi għal ċerti derogi fil-qasam tar-rati tal-VAT. Xi wħud minn dawn id-derogi jiskadu f'data preċiża, waqt li oħrajn iservu sa l-adozzjoni ta' l-arranġamenti definittivi.
(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, tipprovdi għal ċerti derogi fil-qasam tar-rati tal-VAT. Xi wħud minn dawn id-derogi jiskadu f'data preċiża, waqt li oħrajn iservu sa l-adozzjoni ta' l-arranġamenti definittivi għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.
Emenda 2
PREMESSA 1 A (ġdida)
(1a)  Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Komunità m'għandhiex tidħol fuq il-kompetenza ta" l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni indiretta lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat l-iffunzjonar xieraq tas-suq intern fir-rigward ta" l-iffissar tar-rati tal-VAT. B'mod partikulari, servizzi pprovduti lokalment, sakemm ma jinvolvux attivitajiet transkonfinali, m'għandhom l-ebda effett fuq l-iffunzjonar tas-suq intern.
Emenda 3
Premessa 2
(2)  Sabiex jiżguraw aktar ugwaljanza fit-trattament fost l-Istati Membri, id-derogi li m'għandhomx kunflitt mat-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern u ma' politika Komunitarja oħra għandhom jiġu estiżi sa l-aħħar ta' l-2010, id-data ta' skadenza tal-minimu ta' 15% għar-rata standard u għall-esperiment dwar l-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa għas-servizzi li jinvolvu xogħol intensiv. Għall-kuntrarju, ċerti derogi m'għandhomx jiġu estiżi.
(2)  Sabiex jiżguraw ugwaljanza fit-trattament fost l-Istati Membri, id-derogi li m'għandhomx kunflitt mat-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern u ma' politika Komunitarja oħra għandhom jiġu estiżi sa l-aħħar ta' l-2010, id-data ta' skadenza tal-minimu ta' 15% għar-rata standard u għall-esperiment dwar l-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa għas-servizzi li jinvolvu xogħol intensiv. Għal raġunijiet speċifiċi, ċerti derogi m'għandhomx jiġu estiżi.
Emenda 4
PREMESSA 2 A (ġdida)
(2a)  Il-perjodu sal-31 ta" Diċembru 2010 għandu jkun twil biżżejjed sabiex jippermetti lill-Kunsill li jasal għal konklużjoni dwar l-abbandun tal-mira tiegħu li jintroduċi sistema definittiva għat-tassazzjoni ta" tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, ibbażata fuq il-prinċipju ta" tassazzjoni fil-pajjiż ta" oriġini u fuq approċċ lejn l-approssimazzjoni tar-rati tal-VAT.
Emenda 5
Premessa 2 b (ġdida)
(2a)  Il-perjodu sal-31 ta" Diċembru 2010 għandu jkun twil biżżejjed sabiex jippermetti lill-Kunsill li jasal għal konklużjoni dwar l-istruttura finali tar-rati tal-VAT, li għandha tinkludi għażliet li jippermettu lill-Istati Membri li japplikaw rati tal-VAT differenti sakemm ikun żgurat l-iffunzjonar tajjeb tas-suq intern u ta" politiki Komunitarji oħra. Tul dan il-perjodu, ir-regoli attwali għandhom jiġu applikati b'mod prudenti, filwaqt li jiġi meħud kont tal-każijiet li jaqgħu fil-linja tal-limitu, sabiex l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jaħdmu fuq objettivi leġittimi tal-politika qabel jew wara li l-Kunsill jiddeċiedi l-istruttura finali tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
Emenda 6
Premessa 2 c (ġdida)
(2c)  Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar sistema definittiva għat-tassazzjoni ta" tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw rati mnaqqsa, jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, anke rata zero għal prodotti u servizzi bażiċi, bħal ikel u medikazzjoni, għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali definiti b'mod ċar u għall-benefiċċju tal-konsumatur finali.
Emenda 7
PREMESSA 2 D (ġdida)
(2d)  Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar sistema definittiva għat-tassazzjoni ta" tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw rati mnaqqsa, jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, possibilment anke rata zero għall-provvediment ta" servizzi pprovduti lokalment, inklużi servizzi u provvediment ta' oġġetti marbuta ma' l-edukazzjoni, mal-welfare, mas-sigurtà soċjali u mal-kultura.
Emenda 8
PREMESSA 2 E (ġdida)
(2e)  Kwalunkwe sistema ġejjiena għat-tassazzjoni ta" tranżazzjonijiet intra-Komunitarji għandha tkun trasparenti u bbażata fuq is-sempliċità amministrattiva.
Emenda 9
PREMESSA 6
(6)   Id-derogi li ġew mogħtija lill-Ungerija u s-Slovakkja m'għandhomx jiġu estiżi għax dawk l-Istati Membri ma applikawx jew ma baqgħux japplikaw ir-rata mnaqqsa.
(6)  Għandu jiġi enfasizzat li dawk l-Istati Membri li ma applikawx jew mhumiex qed japplikaw aktar derogi temporanji tal-VAT, li skadew fl-2007, għandhom jingħataw, sal-31 ta' Diċembru 2010, l-opportunità li jagħmlu użu minn tali derogi temporanji.

L-Impriża Komuni ARTEMIS *
PDF 590kWORD 193k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-"Impriża Komuni ARTEMIS" biex timplimenta Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fis-Sistemi Integrati tal-Kompjuter Impriża Komuni ARTEMIS (COM(2007)0243 – C6-0172/2007 – 2007/0088(CNS))
P6_TA(2007)0588A6-0484/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0243),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) (Regolament Finanzjarju)], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(2) (IIA), u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0172/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0484/2007),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 ta'l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lilhinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;

3.  Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 119, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 11
(11)  L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, hu neċessarju li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "Impriża Komuni ARTEMIS") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar is-"Sistemi Integrati tal-Kompjuter ". Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż.
L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, hu neċessarju li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "Impriża Komuni ARTEMIS") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar is-"Sistemi Integrati tal-Kompjuter ". Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.
Jekk tiġi adottata, din l-emenda għandha tapplika matul it-test kollu
Emenda 2
Premessa 12
(12)  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun organu mwaqqaf mill-Komunitajiet u għandha tingħata r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mill-Parlament Ewropew1, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li madankollu jitqiesu l-ispeċifitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala partenarjati pubbliċi-privati u b'mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit.
____________
1 Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p.72; corrigendum f' ĠU L 2, 7.1.2003, p.39).
(12)  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tirrispetta l-kompetenza tal-Qorti ta" l-Awdituri li teżamina l-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ ta" l-entitajiet kollha mwaqqfa mill-Komunitajiet u għandha tagħraf l-ispeċifitajiet ta" l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħala mekkaniżmi ġodda sabiex jimplimentaw sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tinsab soluzzjoni aktar effettiva għall-kwittanza tal-baġit ġenerali ta'l-Unjoni Ewropea.
Emenda 3
Premessa 21
(21)  Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament tal-Persunal") lill-impjegati kollha impjegati rreklutati mill-Impriża Komuni ARTEMIS.
(21)  Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex ikunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tissekonda kemm hemm bżonn uffiċjali għall-Impriża Komuni ARTEMIS. Il-bqija ta'l-persunal għandu jiġi impjegat mill-Impriża Komuni ARTEMIS skond ir-regolamenti ta' l-impjieg tal-pajjiż ospitanti.
Emenda 4
Premessa 25
(25)  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha jkollha, suġġett għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, regolament finanzjarju separat ibbażat fuq il-prinċipji tar-regolament dwar il-qafas finanzjarju1 li jikkunsidra l-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin.
____________________________
1 Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002  dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39)
(25)  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ARTEMIS ma għandhomx jitbegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-bżonnijiet operattivi tagħha, b'mod partikolari l-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Huwa meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta" kull regola li titbiegħed mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi.
_____________________
1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39
Emenda 5
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "l-Impriża Komuni ARTEMIS" titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
1.  Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "l-Impriża Komuni ARTEMIS" titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Ikun żgurat li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.
Emenda 6
Artikolu 2, punt d)
(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabilità tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter;
imħassar
Emenda 7
Artikolu 2, punt (d a) (ġdid)
(da) tippromwovi l-involviment ta" impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-attivitajiet tagħha;
Emenda 8
Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR [30] miljun;
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun;
Emenda 9
Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1a (ġdid)
It-total tal-kontribuzzjonijiet imsemmija f'punti (a) u (b) m'għandiex taqbes 5% tal-baġit totali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS.
Emenda 10
Artikolu 4, paragrafu 3, punt b
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ARTEMIS magħmula f'forma ta' impenji annwali biex jintefqu direttament fuq l-Organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jipparteċipaw fil-Proġetti ta' l-R&D;
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ARTEMIS magħmula f'forma ta' impenji annwali biex jintefqu direttament fuq l-Organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jipparteċipaw fil-Proġetti ta' l-R&D; l-Istati Membri ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jiżguraw li l-fondi nazzjonali jiġu allokati fl-iqsar dewmien possibbli.
Emenda 11
Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż tal-Proġetti mill-fondi pubbliċi għandhom ikunukondizzjonati mill-kontribuzzjonijiet in natura lill-Proġetti ppreżentati bir-riċerka u l-organizzazzjonijiet ta' żvilupp biex ikopru s-sehem tagħhom ta' l-ispejjeż biex jitwettqu l-Proġetti.
Emenda 12
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Ir-Regolament finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas. Tista' tiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.
1.  Ir-regoli finanzjarji ta" l-Impriża Komuni ARTEMIS m'għandhomx jitbegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ mill-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha, u suġġett għal kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi.
Emenda 13
Artikolu 7, paragrafu 5, punt (c)
(c)  Il-valutazzjoni u l-proċess ta' għażla għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS isegwu l-prinċipji ta' livelli eċċellenti u kompetizzjoni.
c)  L-evalwazzjoni u l-proċess ta' għażla, li jitwettqu bl-assistenza ta" esperti barranin, għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS issegwi l-prinċipji ta' livelli eċċellenti u kompetizzjoni
Emenda 14
Artikolu 8, paragrafu 1
1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-iskopijiet biex ikunu applikati dawn ir-Regolamenti tal-persunal u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u d-Direttur Eżekuttiv tagħha.
1.   L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha timpjega l-persunal tagħha skond ir-regolamenti applikabbli tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni tista' tissekonda kemm meħtieġ uffiċjali lill-Impriża Komuni ARTEMIS.
Emenda 15
Artikolu 8, paragrafu 2
2.  Fir-rispett tal-persunal, l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità li tinnomina mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità mogħtija l-poter li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
imħassar
Emenda 16
Artikolu 8, paragrafu 3
3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni skond l-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni rigward l-issekondar ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Emenda 17
Artikolu 9
Artikolu 9
Il-Privileġġi u l-Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għall-Impriża Komuni ARTEMIS u l-impjegati tagħha.
imħassar
Emenda 18
Artikolu 10, paragrafu 1
1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti.
1.  Ir-responsabiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt in kwistjoni.
Emenda 19
Artikolu 10, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun unikament responsabbli għall-twettieq ta' l-obbligazzjonijiet tagħha.
Emenda 20
Artikolu 10 paragrafu 3 b (ġdid)
3b.  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-Membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' Stat Membru ARTEMIS li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-sejħiet għall-proposti mniedija mill-Impriża Komuni ARTEMIS.
Emenda 21
Artikolu 10, paragrafu 3 c (ġdid)
3c.  Il-Membri ma jkunux responsabbli għal ebda mill-obbligi finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-responsabiltà finanzjarja tal-Membri tkun responsabiltà interna lejn l-Impriża Komuni ARTEMIS biss, limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stabbilit fl-Artikolu 4.
Emenda 22
Artikolu 12, paragrafu 2
2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni interim ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill imħejji bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-progress lejn l-għanijiet stipulati.
Emenda 23
Artikolu 12, paragrafu 3
3.  Sal-31 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
imħassar
Emenda 24
Artikolu 12, paragrafu 4
4.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS.
4.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, filwaqt li tkun irrispettata l-kompetenza tal-Qorti ta" l-Awdituri li teżamina l-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ ta" l-entitajiet kollha mwaqqfa mill-Komunitajiet Ewropej u li jingħarfu l-ispeċifitajiet ta" l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħala mekkaniżmi ġodda sabiex jimplimentaw sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tinsab soluzzjoni aktar effettiva għall-kwittanza tal-baġitta'l-Unjoni Ewropea.
Emenda 25
Artikolu 17
Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-Istat ospitanti fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ARTEMIS
Ftehim dwar is-sede għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-Istat ospitanti fir-rigward ta' assistenza li tikkonċerna akkomodazzjoni f' uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ARTEMIS
Emenda 26
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3
3.  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017.
3.  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Ikun żgurat li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.
Emenda 28
Anness, Artikolu 1, paragrafu 4
4.  Il-perjodu jista' jiġi estiż billi dawn l-Istatuti jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23, billi jitqies il-progress li sar lejn il-kisba ta' l-għanijiet ta' Impriża Komuni ARTEMIS u sakemm tkun żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja.
imħassar
Emenda 27
Anness, Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  L-Impriża Komuni ARTEMIS hija entità kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006.
Emenda 29
Anness, Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d)
(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabilità tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter ;
imħassar
Emenda 30
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (d a) (ġdid)
(da) tippromwovi l-involviment ta" l-SMEs fl-attivitajiet tagħha;
Emenda 31
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (h)
(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ARTEMIS;
(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont kull parteċipant tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ARTEMIS;
Emenda 32
Anness, Artikolu 4, paragrafu 4
4.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS .
4.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS . Fl-eventwalità ta" applikazzjoi għas-sħubija, il-Bord tat-Tmexxija jipprovdi lill-Kunsill b'informazzjoni f'waqtha dwar l-evalwazzjonijiet ta" l-applikant u, fejn applikabbli, dwar ir-rakkomandazzjoni jew id-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Kunsill.
Emenda 33
Anness, Artikolu 4, paragrafu 5
5.  Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ARTEMIS. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà kienu jeżistu qabel l-irtirar tiegħu.
5.  Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ARTEMIS. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà impenja ruħu għalihom permezz tad-deċiżjonijiet ta" l-Impriża Komuni ARTEMIS b'konformità ma' dawn l-Istatuti, qabel l-irtirar tal-Membru. L-obbligu li jingħata avviż ta' sitt xhur m'għandux japplika meta l-irtirar ta' Membru jkun ibbażat fuq l-emendi ta' dawn l-Istatuti jew ikun konsegwenza diretta ta' dawn l-istess Statuti.
Emenda 34
Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c)
(c) japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti;
(c) japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti, wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni;
Emenda 35
Anness, Artikolu 7, paragrafu 2, punt (e)
(e) japprova t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti;
(e) japprova l-kontenut, l-għanijiet u t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti;
Emenda 36
Anness, Artikolu 7 paragrafu 3, punt (b)
(b)  Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu.
(b)  Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu kull sentejn. L-istess Chairperson ma jistax jerġa jiġi elett aktar minn darbtejn.
Emenda 37
Anness, Artikolu 9, paragrafu 2
2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tar-rendiment tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn erba' snin.
2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija skond lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara sejħa għall-espressjoni ta' interess ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea u fl-istampa jew fuq siti ta" l-Internet, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tar-rendiment tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn tliet snin.
Emenda 38
Anness, Artikolu 10 paragrafu 2, punt (b)
(b) kontribuzzjoni Komunitarja għall-finanzjament ta' l-Attivitajiet R&D;
(b) kontribuzzjoni Komunitarja għall-finanzjament tal-Proġetti;
Emenda 39
Anness, Artikolu 10 paragrafu 4, punt (a)
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun;
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun; Bi spejjeż globali wieħed ifisser is-somma ta" l-ispejjeż totali (kif iddefinit fin-nota tal-qiegħ 32) tal-Proġetti kollha;
Emenda 40
Anness, Artikolu 10, paragrafu 4, punt (d a) (ġdid)
(da)  It-total tal-kontribuzzjonijiet imsemmija f'punti (a) u (b) m'għandhomx jaqbżu 5% tal-baġit totali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS.
Emenda 41
Anness, Artikolu 10, paragrafu 5, punt (c)
(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jerfgħu s-sehem tagħhom ta' l-ispiża neċessarja biex jitwettqu l-Proġetti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tul l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi.
(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li qed jieħdu sehem fil-Proġetti, li jkunu soġġetti għal evalwazzjoni tal-valur u tar-relevanza tagħhom għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u għall-aċċettazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Il-proċedura għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mhux bi flus għandha tiġi adottata mill-Bord tat-Tmexxija. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
- l-approċċ globali għandu jkun ibbażat fuq il-modus operandi tas-Seba' Programm ta' Qafas, fejn dak li jaqa' taħt il-kontribuzzjonijiet mhux bi flus għal proġetti jiġi assessjat fil-livell ta' reviżjoni
- ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jintużaw bħala gwida;
- oġġetti addizzjonali għandhom jiġu koperti minn Standards tal-Verifika Internazzjonali;
- l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha ssir f'konformità mal-valuri li jkunu ġeneralment aċċettati fis-suq ikkonċernat (Artikolu 172(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej*).
Il-verifika għandha ssir minn awditur indipendenti.
__________________
* ĠU L 357, 31.12.2002, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir.Regolament tal-Kummissjoni (KE,Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).
Emenda 42
Anness, Artikolu 10, paragrafu 7
7.  Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ARTEMIS, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk il-Membri li jkun fadal għandhomx jirrevokaw is-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.
7.  Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ARTEMIS, id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf bil-miktub lil dan il-Membru b'dan u jistipula perjodu raġonevoli sabiex dan in-nuqqas jitranġa. Jekk dan in-nuqqas ma jkunx tranġa f'dan il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi rrevokata s-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.
Emenda 43
Anness, Artikolu 13, titolu u paragrafi (1) sa (3)
Regolament Finanzjarju
1.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija.
Regoli finanzjarji
1.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
2.  L-għan tar-Regolament Finanzjarju huwa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS.
2.  L-għan tar-regoli finanzjarji huwa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS.
3.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.
3.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI m' għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan mhux neċessarju għall-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tiegħu. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kull regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi.
Emenda 44
Anness, Artikolu 13, paragrafu 4
4.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS.
4.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, filwaqt li tkun irrispettata l-kompetenza tal-Qorti ta" l-Awdituri li teżamina l-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ ta" l-entitajiet kollha mwaqqfa mill-Komunitajiet Ewropej u li jingħarfu l-ispeċifitajiet ta" l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħala mekkaniżmi ġodda sabiex jimplimentaw sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tinsab soluzzjoni aktar effettiva għall-kwittanza tal-baġitta'l-Unjoni Ewropea.
Emenda 45
Anness, Artikolu 14, paragrafu 1
1.  Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka.
1.  Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka. Ladarba approvat mil-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Strateġiku Multiannwali jiġi ppubblikat.
Emenda 46
Anness, Artikolu 14, paragrafu 2
2.  Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari.
2.  Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari. Meta jiġi approvat mil-Bord tat-Tmexxija, il-Programm ta' Ħidma Annwali jiġi ppubblikat.
Emenda 47
Anness, Artikolu 14, paragrafu 3
3.  Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit.
3.  Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit. Meta jiġi approvat mil-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Annwali ta" Implimentazzjoni jiġi ppubblikat.
Emenda 48
Anness, Artikolu 14, paragrafu 5, subparagrafu 2
Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ.
5.  Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. Dan ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta" l-SMEs fl-attivitajiet R&D ta" l-Impriża Komuni ARTEMIS.
Emenda 49
Anness, Artikolu 14, paragrafu 6
6.  Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ: fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressq mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressqu lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri.
6.  Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ: fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressq mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressqu lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u lill-awtorità baġitarja.
Emenda 50
Anness, Artikolu 15, paragrafu 2
2.  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tikkonkludi ftehimiet ta' għoti mal-parteċipanti fil-Proġett għall-implimentazzjoni tal-Proġetti. Il-ftehimiet ta' l-għoti għandhom jirreferu għal u, fejn xieraq, jistrieħu fuq ftehimiet nazzjonali ta' l-għoti korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(5)(b).
2.  L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tikkonkludi ftehim ta' għoti mal-parteċipanti fil-Proġett għall-implimentazzjoni tal-Proġetti. It-termini u l-kundizzjonijiet ta" dan il-ftehim ta" l-għoti għandu jkun skond ir-Regolament Fianzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u jirreferi għal u, fejn xieraq, jistrieħ fuq ftehim nazzjonali ta' l-għoti korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(5)(b).
Emenda 51
Anness, Artikolu 16 paragrafu 4, punt (a)
(a)  Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ARTEMIS u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat.
a)  Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ARTEMIS u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. Is-sejħiet għall-proposti għandhom ikunu ppubblikati kemm jista" jkun permezz ta" rivisti, Internet eċċ.
Emenda 52
Anness, Artikolu 18, paragrafu 1
1.  In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit.
1.  In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit u jiġi mgħoddi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 53
Anness, Artikolu 18, paragrafu 2
2.  Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandhom ikollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darba biss sa perjodu massimu totali ta' seba' snin.
imħassar
Emenda 54
Anness, Artikolu 19, paragrafu 6
6.  Il-Membri mhumiex responabbli għal ebda mill-obbligi finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri hija responsabbiltà interna lejn l-Impriża Komuni ARTEMIS biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 10(2).
6.  Il-Membri mhumiex responsabbli għal ebda mill-obbligi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-responsabiltà finanzjarja tal-Membri hija responsabiltà interna lejn l-Impriża Komuni ARTEMIS biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 10(2).
Emenda 55
Anness, Artikolu 19, paragrafu 7
7.  Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għad-djun tagħha hija limitata għall-kontribuzzjonijiet li għamlu l-Membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10(2).
7.  Bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji dovuti lill-parteċipanti fil-Proġett skond l-Artikolu 16(5)(a), ir-responsabiltà finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għad-djun tagħha hija limitata għall-kontribuzzjonijiet li għamlu l-Membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10(2).
Emenda 56
Anness, Artikolu 22, paragrafu 5
5.  Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ jew żbilanċ għandu jitqassam fost jew jiġġarrab mill-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ARTEMIS.
5.  Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 4, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ favorevoli għandu jitqassam fost il-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ARTEMIS.
Emenda 57
Anness, Artikolu 23, paragrafu 3
3.  Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni.
3.  Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
Emenda 58
Anness, Artikolu 23, paragrafu 4
4.  Minkejja l-paragrfau 2, kull emenda proposta għall-Artikolu 1(3), Artikolu 4(3), Artikolu 10(4)(b), u Artikolu 10(50(a) għandha titqies bħala aspett essenzjali u għalhekk soġġetta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
4.  Minkejja l-paragrfau 3, kull emenda proposta għall-Artikolu 1(3), Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2), Artikolu 10(4)(b), u Artikolu 10(5)(a) u l-Artikolu 19 għandha titqies bħala aspett essenzjali u għalhekk soġġetta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 60
Anness, Artikolu 24, paragrafu 2, punt (i)
(i)  "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett;
(i)  "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub li għandhom jingħataw skond il-Ftehim tal-Proġett, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk miftiehem mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett;
Emenda 61
Anness, Artikolu 24, paragrafu 2, punt (j)
(j)  "Meħtieġ" għandha tfisser "teknikament essenzjali" għall-implimentazzjoni tal-Proġett u/jew fir-rigward tat-Tagħrif Eżistenti u, fejn huma kkonċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-Drittijiet ta' l-Aċċess;
(j)  "Meħtieġ" għandha tfisser "teknikament essenzjali" għall-implimentazzjoni tal-Proġett u/jew fir-rigward ta'l-Użu ta'Tagħrif Eżistenti u, fejn huma kkonċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-Drittijiet ta' l-Aċċess;
Emenda 62
Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, punt 3.2.1.
3.2.1.  Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku.
3.2.1.  Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fil-proġett jistgħu jiddeċiedu li jagħtu Drittijiet ta" l-Aċċess aktar wesgħin minn dawk meħtieġa minn dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku.
Emenda 63
Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, punt 3.2.4.
3.2.4.  Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.
3.2.4.  Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva, mhux trasferibbli b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.
Emenda 65
Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, punt 3.4.1.
3.4.1.  Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu.
3.4.1.  Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferitarju, b'mod partikolari lil dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu tagħhom. Ma' kull trasferiment bħal dan, il-parteċipant ikkonċernat għandu javża lill-parteċipanti l-oħra fl-istess Proġett dwar l-isem u d-dettalji li jistgħu jintużaw biex jiġi kkuntattjat it-trasferatarju.
Emenda 66
Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, punt 3.4.2.
3.4.2.  Soġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi Proġett ikun meħtieġ jgħaddi l-obbligi tiegħu biex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti mill-inqas 45 jum avviż minn qabel lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment ippjanat, flimkien ma' biżżejjed informazzjoni dwar dak li jkun maħsub li se jkun is-sid il-ġdid tat-Tagħrif Miksub, sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti maqbul bil-miktub, għal kull trasferiment ta' sjieda ppjanat fuq il-bażi li jeffettwa b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu effettwati b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti kkonċernati.
imħassar

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.


L-Impriża Komuni ENIAC *
PDF 602kWORD 200k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC" (COM(2007)0356 – C6-0275/2007 – 2007/0122(CNS))
P6_TA(2007)0589A6-0486/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0356),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(2)(IIA), u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0275/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0486/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 ta'l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lilhinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;

3.  Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE ;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 8
(8)  Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha toħloq sħubija pubblika privata sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tan-nanoelettronika fl-Ewropa, li għall-iskop ta' dan ir-Regolament jinkludi l-Istati Membri u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru. Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha ġġib ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, l-industrija, l-programmi nazzjonali ta' l-R&D u l-iskemi intergovernattivi ta' l-R&D, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-ġejjieni fl-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-għan tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati bħalma huma l-industrija, l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ta' riċerka li jiġbru flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.
(8)  Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha toħloq sħubija pubblika-privata sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tan-nanoelettronika fl-Ewropa, li għall-iskop ta' dan ir-Regolament jinkludi l-Istati Membri u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru. Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha ġġib ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, l-industrija, l-programmi nazzjonali ta' l-R&D u l-iskemi intergovernattivi ta' l-R&D, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-ġejjieni fl-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-għan tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati bħalma huma l-industrija, inklużi intrapriżi żgħar u ta" daqs medju (SMEs), l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ċ-ċentri ta' riċerka billi jiġbdu flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.
Emenda 2
Premessa 11
(11)  L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem "Impriża Komuni ENIAC") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika. Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ENIAC għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż.
L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem "Impriża Komuni ENIAC") taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika. Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Komuni ENIAC għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.
Emenda 3
Premessa 12
(12)  L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Iridu madankollu jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubijiet privati-pubbliċi u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat għall-baġit.
(12)  L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill.
Emenda 4
Premessa 12 a (ġdid)
(12a)  Il-Komunità u l-partijiet interessati pubbliċi għandhom jippruvaw jirrikonoxxu l-opportunitajiet ippreżentati mill-Inizjattivi Komuni għat-Teknoloġija bħala mekkaniżmi ġodda għall-implimentazzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati, u jaħdmu flimkien ma' partijiet interessatiprivati biex tinstab soluzzjoni aktar effiċjenti bil-għan li jkun hemm kwittanza tal-baġit ġenerali ta'l-Unjoni EwropeaKomunitarju.
Emenda 5
Premessa 14
(14)  L-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitwettqu billi jinġabru r-riżorsi mis-setturi pubbliċi u privati biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' l-R&D fil-forma ta' proġetti. Għal dan l-iskop, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għall-proposti għall-proġetti biex jimplimentaw l-Aġenda ta' Riċerka. L-Attivitajiet R&D għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.
(14)  L-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitwettqu billi jinġabru r-riżorsi mis-setturi pubbliċi u privati biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta' l-R&D u ta" prototipi fil-forma ta' proġetti. Għal dan l-iskop, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għall-proposti għall-proġetti biex ikunu implimentati partijiet mill-Aġenda ta' Riċerka. L-Attivitajiet R&D għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.
Emenda 6
Premessa 22
(22)  Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament tal-Persunal") lill-impjegati kollha impjegati rreklutati mill-Impriża Komuni ENIAC.
(22)  Il-bżonn li jkun żgurat funzjonament effiċjenti ta' l-Impriża Komuni ENIAC u li jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jirrikjedi li, bi qbil mal-Bord tat-Tmexxija ta" l-Impriża Komuni ENIAC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti jkunu jistgħu jissekondaw numru kemm ikun hemm bżonn ta" uffiċjali ma" l-Impriża Komuni ENIAC u jirreklutaw il-bqija ta l-persunal meħtieġ permezz ta" kuntratt, filwaqt li jieħdu kont tal-fatt li l-ispejjeż tal-persunal għandhom jinżammu baxxi u li ż-żmien biex tiġi stabbilita l-Impriża Komuni ENIAC hu qasir.
Emenda 7
Premessa 26
(26)  L-Impriża Komuni ENIAC għandha jkollha, suġġett għal kunsensi minn qabel mal-Kummissjoni, regoli finanzjarji separati bbażati li jikkunsidraw il-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1.
(26)  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ENIAC m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta" qafas għall-entitajiet msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm il-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunux jeħtieġu dan, b'mod partikolari l-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u dak nazzjonali biex ikunu appoġġjati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Hu meħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kwalunkwe regola li titbiegħed mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe deroga bħal din.
_____________________
1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72
_____________________
1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.
Emenda 8
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat) minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
1.  Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (minn hawn "il quddiem JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017. L-Impriża Komuni ENIAC hi entità kif hemm imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u fil-Punt 47 ta" l-IIA tas-17 ta" Mejju 2006.
Emenda 9
Artikolu 2, punt (b)
(b) tappoġġa l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka (minn hawn 'il quddiem Attivitajiet R&D), notevolment biex tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għall-proposti;
(b) tappoġġja l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka (minn hawn 'il quddiem Attivitajiet R&D), notevolment biex tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għall-proposti għal attivitajiet ta" R&D u ta" prototipi;
Emenda 10
Artikolu 2, punt (c)
(c) tippromwovi sħubijiet pubbliku-privati bil-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li jżid l-investimenti globali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, u trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati;
(c) tippromwovi sħubija pubblika-privata bil-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li żżid l-investimenti totali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati u toħloq sinerġiji fost il-partijiet interessati fl-industrija tan-Nanoelettronika, inklużi l-atturi korporattivi, l-SMEs u l-istituti ta" l-R&D;
Emenda 11
Artikolu 2, punt (d)
(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabbiltà tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ;
imħassar
Emenda 12
Artikolu 3, paragrafu 2, punt (b)
(b) kwalunkwe pajjiż li mhux membru, kandidat jew assoċjat ta' l-UE (minn hawn 'il quddiem "Pajjiż Terz") li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika ;
imħassar
Emenda 13
Artikolu 4, paragrafu 2, punt (b)
(b) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 10 miljun;
(b) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 10 miljun, pagabbli bi ħlas bin-nifs sa massimu ta" EUR 1.5 miljun fis-sena jew permezz ta'somma ugwali għal 50% tal-kontribuzzjoni mill-AENEAS, skond liema figura tkun iktar baxxa; kwalunkwe parti ta" din il-kontribuzzjoni li ma tintefaqx matul is-sena għandha tkun disponibbli fis-snin ta" wara għall-attivitajiet R&D;
Emenda 14
Artikolu 4, paragrafu 3, punt (a)
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 440 miljun biex jiffinanzjaw il-Proġetti;
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 440 miljun biex ikunu ffinanzjati l-Proġetti, li jistgħu jiżdiedu bi kwalunkwe parti li ma tkunx intefqet tal-kontribuzzjoni mill-Komunità għall-ispejjeżoperattivi, kif stipulat fil-paragrafu 2(b);
Emenda 15
Artikolu 6, titolu u paragrafu 1
Regolament Finanzjarju
1.  L-Impriża Komuni ENIAC għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. Tista' tiddevja minn dak ir-Regolament meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.
Regoli finanzjarji
1.  Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Impriża Komuni ENIAC m' għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx meħtieġ minħabba l-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha u sakemm dan ikun suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata bi kwalunkwe deroga bħal din.
Emenda 16
Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, bi ftehim mal-Bord tat-Tmexxija, jistgħu jissekondaw numru ta" uffiċjali ma" l-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 17
Artikolu 8, paragrafu 3
3.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni skond l-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
3.  Il-Bord tat-Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni biex jiġu ssekondati uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Istati Membri parteċipanti u biex jiġi impjegat staff addizzjonali.
Emenda 18
Artikolu 10, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun unikament responsabbli biex twettaq l-obbligi tagħha.
Emenda 19
Artikolu 10, paragrafu 1 b (ġdid)
1b.  L-Impriża Komuni ENIAC m'għandhiex tkun responsabbli biex twettaq l-obbligi finanzjarji tal-Membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' kwalunkwe Stat Membru ta" l-ENIAC li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn sejħiet għal proposti mibdija mill-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 20
Artikolu 10, paragrafu 1 c (ġdid)
1c.  Il-Membri m'għandhom ikunu responsabbli għall-ebda obbligu ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-responsabilità finanzjarja tal-Membri għandha tkun responsabilità interna lejn l-Impriża Komuni ENIAC biss, u tkun limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 4.
Emenda 21
Artikolu 12, paragrafu 2
2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Komuni ENIAC bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC ippreparata bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għandu jittieħed kont tar-riżultati ta" l-evalwazzjoni sabiex terġa" tiġi orjentata, jekk ikun hemm il-bżonn, l-Aġenda ta" Riċerka.
Emenda 22
Artikolu 12, paragrafu 4
4.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
4.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill.
Emenda 23
Artikolu 16
Il-Kummissjoni u l-AENEAS għandhom jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa kollha biex iwaqqfu l-Impriża Komuni ENIAC sakemm l-Entitajiet tagħha jkunu saru għal kollox operattivi.
Il-Kummissjoni u l-AENEAS għandhom jieħdu l-miżuri preparatorji kollha neċessarji biex iwaqqfu l-Impriża Komuni ENIAC sakemm l-Entitajiet tagħha jkunu saru għal kollox operattivi u għandhom jiżguraw li l-Impriża Komuni ENIAC tkun qed topera bi sħiħ fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 24
Artikolu 17
Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC
Ftehim dwar is-sede għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju li jikkonċerna l-għajnuna fir-rigward ta" postijiet għall-akkomodazzjoni f' uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 25
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.
Emenda 26
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3
3.  L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017.
3.  L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea għal perjodu li jintemm sal-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.
Emenda 28
Anness, Artikolu 1, paragrafu 4
4.  Il-perjodu jista' jiġi estiż billi dawn l-Istatuti jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, billi jitqies il-progress li sar lejn l-ilħiq ta' l-għanijiet ta' Impriża Komuni ENIAC u sakemm tkun żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja.
imħassar
Emenda 27
Anness, Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  L-Impriża Komuni ENIAC hi entità kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u fil-Punt 47 ta" l-IIA tas-17 ta" Mejju 2006.
Emenda 29
Anness, Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c)
(c) tippromwovi parternarjat pubbliku privat bil-għan li jkunu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li jżid l-investimenti globali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, u jrawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati;
(c) tippromwovi sħubija pubblika-privata bil-għan li jkunu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li żżid l-investimenti totali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati u toħloq sinerġiji fost il-partijiet interessati kollha ta' l-industrija tan-Nanoelettronika, inklużi l-atturi korporattivi, l-SMEs u l-istituti ta' l-R&D;
Emenda 30
Anness, Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d)
(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabbiltà tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ;
imħassar
Emenda 31
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (e a) (ġdid)
(ea) tiżgura l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs sabiex ikun possibbli li mill-inqas 15% tal-fondi disponibbli jingħataw lilhom.
Emenda 32
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (g)
(g) tmexxi l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC soġġett għall-obbligi ta' kunfidenzjalità;
(g) tmexxi l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-obbligi ta' kunfidenzjalità, b'enfasi speċjali fuq il-komunikazzjoni u t-tixrid lill-SMEs u liċ-ċentri ta' riċerka;
Emenda 33
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (h)
(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ENIAC
(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż l-ismijiet tal-parteċipanti, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta" kull parteċipant ta" l-Impriża Komuni ENIAC u informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta" l-SMEs;
Emenda 34
Anness, Artikolu 3, paragrafu 2, punt (b)
(b) kwalunkwe pajjiż li mhux membru, kandidat jew assoċjat ta' l-UE (minn hawn 'il quddiem "Pajjiż Terz") li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika;
imħassar
Emenda 35
Anness, Artikolu 4, paragrafu 3
3.  Kull applikazzjoni għall-isħubija fl-Impriża Komuni ENIAC minn Pajjiżi Terzi għandha tkun titqies mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament dwar l-adeżjoni tal-Pajjiż Terz, soġġett għat-tlestija b'suċċess tan-negozjati ma' l-Impriża Komuni ENIAC.
imħassar
Emenda 36
Anness, Artikolu 4, paragrafu 4
4.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC .
4.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġurdika oħra għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC .
Emenda 37
Anness, Artikolu 4, paragrafu 5
5.  Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ENIAC. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà kienu jeżistu qabel l-irtirar tiegħu.
5.  Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ENIAC. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Istati Membri l-oħra, li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà jkun impenja ruħhu għalihom qabel l-irtirar tiegħu permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond dawn l-Istatuti.
Emenda 38
Anness, Artikolu 6, paragrafu 1, punt (g)
(g)  Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollu dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
(g)  Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollha dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-regoli finanżjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 39
Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c)
(c) japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti;
(c) japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni;
Emenda 40
Anness, Artikolu 7, paragrafu 1, punt (f a) (ġdid)
(fa)  Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi jista' jippermetti lil Stati Membri oħra li m'humiex Stati Membri ta' l-ENIAC li jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha bħala osservaturi.
Emenda 41
Anness, Artikolu 7 paragrafu 3, punt (b)
(b)  Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu.
(b)  Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu kull sentejn.
Emenda 42
Anness, Artikolu 9, paragrafu 2
2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn erba' snin.
2.  Id-Direttur Eżektuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara sejħa għal espressjoni ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fuq l-internet u fl-istampa fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu għal perjodu ulterjuri ta' mhux aktar minn tliet snin, u wara t-tmien tal-perjodu tiġi ppublikata sejħa għal espressjoni ta' interess bl-istess mod.
Emenda 43
Anness, Artikolu 9, paragrafu 3, punt (k)
(k) iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC;
(k) iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC;
Emenda 44
Anness, Artikolu 9, paragrafu 4, punt (f)
(f) il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet għal oġġetti/servizzi għall-Impriża Komuni ENIAC skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
(f) il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet għal oġġetti/servizzi għall-Impriża Komuni ENIAC skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 45
Anness, Artikolu 9, paragrafu 5
5.  Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jitqabbdu mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
5.  Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jitqabbdu mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 46
Anness, Artikolu 10, paragrafu 5, punt (c)
(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jerfgħu s-sehem tagħhom ta' l-ispiża neċessarja biex jitwettqu l-Proġetti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tul l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi.
(c) kontribuzzjonijiet in natura li għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni tal-valur u tar-relevanza tagħhom għall-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC kif ukoll li jkunu aċċettati mill-Bord tat-Tmexxija. Il-proċedura għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura għandha tkun adottata mill-Bord tat-Tmexxija u għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
- l-approċċ globali għandu jkun ibbażat fuq il-modus operandi tas-Seba' Programm ta' Qafas, fejn il-kontribuzzjonijiet in natura għal proġetti jiġu evalwati fil-livell ta' reviżjoni;
- ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-regolamenti finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jintużaw bħala linji gwida;
- elementi addizzjonali għandhom ikunu koperti bl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità;
- l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet titwettaq skond l-ispejjeż aċċettati ġeneralment fis-suq konċernat (Artikolu 172(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej*).
- li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej*)
Il-verifika għandha titwettaq minn awditur indipendenti.
________________
* ĠU L 357, 31.12.2002, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir.Regolament tal-Kummissjoni (KE,Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).
Emenda 47
Anness, Artikolu 10, paragrafu 7
7.  Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ENIAC, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk il-Membri li jkun fadal għandhomx jirrevokaw is-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.
7.  Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ENIAC, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika bil-miktub lil tali Membru u għandu jisttabbilixxi perjodu raġonevoli fejn dan in-nuqqas ikun jista' jiġi rrimedjat. Jekk dan in-nuqqas ma jkunx ġie rrimedjat f'dan il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi rrevokata s-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.
Emenda 48
Anness, Artikolu 12
Regolament Finanzjarju
1.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija.
Regoli finanzjarji
1.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni.
2.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.
2.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC m' għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan mhux meħtieġ għall-bżonnijiet operattivi speċifiċi tiegħu u soġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi.
3.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
3.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, b'kont meħud għar- rakkomandazzjoni mill-Kunsill.
Emenda 49
Anness, Artikolu 13, paragrafu 1
1.  Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka.
1.  Il-Pjan Strateġiku Plurijennali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka. Meta jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Strateġiku Plurijennali għandu jsir pubbliku.
Emenda 50
Anness, Artikolu 13, paragrafu 2
2.  Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari.
2.  Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari. Meta jkun appovat mill-Bord tat-Tmexxija, il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jsir pubbliku.
Emenda 51
Anness, Artikolu 13, paragrafu 3
3.  Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit.
3.  Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit. Meta jkun appovat mill-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jsir pubbliku.
Emenda 52
Anness, Artikolu 13, paragrafu 5, subparagrafu 2
Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ.
Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. Ir-Rapport Annwali dwar l-Attività għandu jidentifika l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fl-Impriża Komuni ENIAC u fl-attivitajiet ta' R&D.
Emenda 53
Anness, Artikolu 13, paragrafu 6
6.  Fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri'). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni.
6.  Fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri') u lill-awtorità baġitarja. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni.
Emenda 54
Anness, Artikolu 14, paragrafu 3
3.  Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'Konformità mar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
3.  Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'Konformità mar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 55
Anness, Artikolu 15, paragrafu 4, punt (a)
(a)  Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat.
(a)  Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. Sejħiet għal proposti għandhom isiru b'mod pubbliku sa fejn huwa possibbli, inkluż fuq l-Internet u fl-istampa fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 56
Anness, Artikolu 17, paragrafu 1
1.  In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit.
1.  In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit u jiġi mgħoddi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 57
Anness, Artikolu 17, paragrafu 2
2.  Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandhom ikollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darba biss sa perjodu massimu totali ta' seba' snin.
2.  Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandu jkollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darbtejn sa perjodu massimu totali ta' għaxar snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista', bi ftehim mal-Bord tat-Tmexxija, tissekonda uffiċjali għall-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 58
Anness, Artikolu 21, paragrafu 5
5.  Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ jew żbilanċ għandu jitqassam fost jew jiġġarrab mill-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ENIAC.
5.  Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġie ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabiltajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ għandu jitqassam fost il-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ENIAC.
Emenda 59.
Anness, Artikolu 22, paragrafu 3
3.  Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni.
3.  Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.
Emenda 61
Anness, Artikolu 23, paragrafu 2, punt (i)
(i)  "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett;
(i) "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, mogħtija mill-Ftehim tal-Proġett, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett;
Emenda 62
Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.2.1
3.2.1.  Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-Tagħrif Eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu Tagħrif Eżistenti speċifiku.
3.2.1.  Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddeċiedu li jagħtu Drittijiet ta' l-Aċċess usa' minn dawk mitluba minn dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-Tagħrif Eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu Tagħrif Eżistenti speċifiku.
Emenda 63
Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.2.4
3.2.4.  Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.
3.2.4.  Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva u mhux trasferibbli, b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.
Emenda 64
Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.3.1
3.3.1.  Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, billi jikkunsidra sew l-interessi leġittimi ta' dan it-tagħrif, partikolarment l-interessi kummerċjali, u dawk tal-parteċipanti l-oħra fil-Proġett ikkonċernat u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża.
3.3.1.  Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, u (ii) għandu jużah, jew jagħti liċenzja għall-użu tiegħu fuq bażi ta' bla ħlas jew fuq termini ġusti, raġjonevoli u mhux diskriminatorji, billi jikkunsidra sew l-interessi leġittimi ta' dan it-tagħrif, partikolarment l-interessi kummerċjali, u dawk tal-parteċipanti l-oħra fil-Proġett ikkonċernat.
Emenda 65
Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.4.1
3.4.1.  Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu.
3.4.1.  Meta parteċipant jittrasferixxi l-pussess tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwenti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu. Fil-każ ta' tali trasferiment, il-parteċipant ikkonċernat għandu jinnotifika bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess Proġett dwar l-isem u d-dettalji tal-kuntratt tat-trasferatarju.
Emenda 66
Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.4.2
3.4.2.  Soġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi Proġett ikun meħtieġ jgħaddi l-obbligi tiegħu biex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti mill-inqas 45 jum avviż minn qabel lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment ippjanat, flimkien ma' biżżejjed informazzjoni dwar dak li jkun maħsub li se jkun is-sid il-ġdid tat-Tagħrif Miksub, sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti maqbul bil-miktub, għal kull trasferiment ta' sjieda ppjanat fuq il-bażi li jeffettwa b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu effettwati b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti kkonċernati.
imħassar

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


L-Impriża Konġunta ta' l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi *
PDF 564kWORD 181k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Impriża Konġunta ta' l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (COM(2007)0241 – C6-0171/2007 – 2007/0089(CNS))
P6_TA(2007)0590A6-0479/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0241),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) (Regolament Finanzjarju)], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (2) (IIA), u b'mod partikolari il-Punt 47 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0171/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit kif ukoll tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0479/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 ta'l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lilhinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;

3.  Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

5.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 10
(10)  L-għan ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-"Mediċini Innovattivi" għandu jkun it-trawwim tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha bħall-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi (inklużi r-regolaturi), l-organizzazzjonijiet ta' pazjenti, il-qasam akkademiku u ċ-ċentri kliniċi. L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-"Mediċini Innovattivi" għandha tiddefinixxi aġenda ta' riċerka li dwarha jaqbel kulħadd (minn hawn il quddiem imsejħa "L-Aġenda tar-Riċerka") li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Aġenda tar-Riċerka Strateġika żviluppata mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar "Mediċini Innovattivi".
(10)  L-għan ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-"Mediċini Innovattivi" għandu jkun it-trawwim tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha bħall-industrija, inklużi l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), l-awtoritajiet pubbliċi (inklużi l-awtoritajiet li jirregolaw), l-organizzazzjonijiet ta' pazjenti, il-qasam akkademiku u ċ-ċentri kliniċi. L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-"Mediċini Innovattivi" għandha tiddefinixxi aġenda ta' riċerka li dwarha jaqbel kulħadd (minn hawn il quddiem imsejħa "L-Aġenda tar-Riċerka") li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Aġenda tar-Riċerka Strateġika żviluppata mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar "Mediċini Innovattivi".
Emenda 2
Premessa 11
(11)  L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-"Mediċini Innovattivi" għandha tipproponi strateġija koordinata biex jingħelbu l-ostakoli fir-riċerka identifikati fil-proċess ta' l-izvilupp tal-mediċina, u biex tappoġġa 'ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi', sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' mediċini sikuri u iktar effettivi għal pazjenti. F'dan il-kuntest 'ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi' għandha tinftiehem bħala riċerka dwar l-għodod u l-metodoloġiji li jintużaw fil-proċess ta' l-iżvilupp tad-droga.
(11)  L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-"Mediċini Innovattivi" għandha tipproponi strateġija koordinata biex jingħelbu l-ostakoli fir-riċerka identifikati fil-proċess ta' l-izvilupp tal-mediċina, u biex tappoġġa 'ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi', sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' mediċini sikuri u iktar effettivi għall-pazjenti. F'dan il-kuntest 'ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi' għandha tinftiehem bħala riċerka dwar l-għodod u l-metodoloġiji li jintużaw fil-proċess ta' l-iżvilupp tad-droga in ġenerali, pjuttost milli il-proċess ta' l-iżvilupp ta' mediċina partikulari. Il-proprjetà intelletwali li toriġina minn proġett ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar ''Mediċini Innovattivi'' għandha tiġi liċenzjata lil partijiet terzi b'termini ġusti u raġjonevoli.
Emenda 3
Premessa 13 a (ġdida)
(13a)  Sabiex tilħaq l-għanijiet tal-Programm Speċifiku Koperazzjoni, l-Impriża Konġunta IMI għandha tikkunsidra id-dinamizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, fost affarijiet oħra permezz tat-titjib tal-proċeduri amministrattivi, billi tikkunsidra aktar il-bżonnijiet tagħhom kif ukoll timplimenta azzjonijiet ta' appoġġ.
Emenda 4
Premessa 13 b (ġdida)
Sabiex tilħaq l-għanijiet tad-Deċiżjoni 2006/974/KE tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Kapaċitajiet li jimplimentaw is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013), l-Impriża Konġunta IMI għandha tikkunsidra l-investimenti fir-riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs, u ssaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jisfruttaw ir-riċerka.
____________________
ĠU L 400, 30.12.2006, p. 298-366, corrigendum tal-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 101.
Emenda 5
Premessa 14
(14)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 biex tiżgura t-tmexxija xierqa ta' l-attivitajiet ta' riċerka li tniedu iżda li ma ġewx konklużi matul is-Seba' Programm Kwadru (2007-2013).
(14)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013. Biex tiżgura t-tmexxija xierqa ta' l-attivitajiet ta' riċerka li tniedu iżda li ma ġewx konklużi matul is-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013), ix-xogħol li qed isir bħalissa, jekk ikun hemm bżonn, għandu jitkompla sal-31 ta' Diċembru 2017.
Emenda 6
Premessa 16
(16)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet li tirċievi l-awtorizzazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mingħand il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li tikkunsidra l-ispeċifitajiet ġejjin min-natura tal-JTIs bħala partenarjati pubbliċi-privati u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat lill-baġit.
(16)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet li tirċievi l-awtorizzazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mingħand il-Parlament Ewropew, b'kont meħud tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
Emenda 7
Premessa 17
(17)  Il-Membri Fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandhom ikunu l-Komunità Ewropea u l-EFPIA.
(17)  Il-Membri Fundaturi ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI huma l-Komunità Ewropea u l-EFPIA.
Emenda 8
Premessa 26
(26)  Il-kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri sħaħ ta' l-attivitajiet ta' l-EFPIA mhumiex se jkunu eliġibbli li jirċievu appoġġ sħiħ mill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
(26)  Il-kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri sħaħ ta' l-attivitajiet ta' l-EFPIA mhumiex se jkunu eliġibbli li jirċievu appoġġ sħiħ, dirett jew indirett, mill-Impriża Konġunta IMI.
Emenda 9
Premessa 27
(27)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandu jkollha, suġġett għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, Regolament Finanzjarju distint ibbażat fuq il-prinċipji tar-regolament finanzjarju kwadru1 li jqis il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi li ġejjin, b'mod partikolari mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament Komunitarju ma' dak privat biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp b'mod effiċjenti u f'waqtu.
_______________________
1 Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill, (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitàjiet Ewropej, ĠU, L 357, 31.12.2002, p.72. Korriġendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39
(27)  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta IMI ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill, (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitàjiet Ewropej1, sakemm dan mhux meħtieġ minħabba l-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha, b'mod partikolari l-ħtieġa li jingħaqad l-finanzjament Komunitarju ma' dak privat biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp b'mod effiċjenti u f'waqtu. Hemm bżonn tal-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' kwalunkwe regoli li ma jikkonformax mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi.
_______________________
1 ĠU, L 357, 31.12.2002, p.72. Korriġendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39
Emenda 10
Premessa 28
(28)  Biex tiġi sodisfatta l-eżiġenza biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta' impjieg stabbli u trattament ugwali tal-persunal, u sabiex jiġi attirat persunal xjentifiku u tekniku ta' l-ogħla kalibru, tinħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament tal-Persunal") għall-persunal kollu inkarigat mill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
(28)  Biex jiġi sodisfat ir-rekwiżit biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta' impjieg stabbli u trattament ugwali tal-persunal, u d-domanda għal persunal xjentifiku u tekniku u ta' l-ogħla kalibru, tinħtieġ ċerta flessibilità fir-reklutaġġ tal-persunal ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI. Is-sħubija għandha thun ekwilibrata u kull membru fundatur għandu jkun jista' jirrekluta l-persunal. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tkun libera li tissekonda l-uffiċjali kollha li tikkunsidra li hemm bżonn ma' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u din ta' l-aħħar li timpjega persunal fuq bażi kuntrattwali skond il-liġi ta' l-impjieg fis-seħħ f'dak l-istat fejn għanha s-sede tagħha.
Emenda 11
Premessa 33
(33)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell, il-Belġju. Ftehim dwar is-sede għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u l-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandha tipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
(33)  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell, il-Belġju. Ftehim dwar is-sede għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u l-Belġju dwar l-assistenza fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni f'uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 12
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi, qed titwaqqaf Impriża Konġunta għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Impriża Konġunta ta' l-IMI"). Dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-Kunsill.
1.  Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi, qed titwaqqaf Impriża Konġunta għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Impriża Konġunta ta' l-IMI"). Ix-xogħol li jkun għadu qed isir jista' madankollu jitkompla sal-31 ta' Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta ta' l-IMI hija entità mwaqqfa b'konformità ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.
Emenda 13
Artikolu 3, punt (b)
(b) appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' riċerka kif stabbiliti bl-Aġenda tar-riċerka ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "Mediċini Innovattivi" (minn hawn il-quddiem imsejħa "Attivitajiet ta' Riċerka"), l-iktar permezz ta' għotjiet b'segwitu għas-sejħiet kompetittivi għal proposti;
(b) appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' riċerka kif stabbiliti bl-Aġenda tar-Riċerka ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "Mediċini Innovattivi" (minn hawn il-quddiem imsejħa "Attivitajiet ta' Riċerka"), l-iktar permezz ta' għotjiet b'segwitu għas-sejħiet kompetittivi għal proposti marbuta mar-riċerka li għandha sseħħ esklussivament fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati fis-Seba Programm ta' Qafas;
Emenda 14
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Il-Membri ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandhom ikopru l-ispejjeż għall-operazzjoni tagħha. Il-Komunità u l-EFPIA għandhom jikkontribwiu b'mod ugwali għal spejjeż operattivi bħal dawn.
2.  Il-Membri ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandhom ikopru l-ispejjeż għall-operazzjoni tagħha. Il-Komunità u l-EFPIA għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għal spejjeż operattivi bħal dawn. L-ispejjez operattivi m'għandhomx jaqbżu l-4% tal-baġit totali ta'l-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 15
Artikolu 7 punt (a)
(a) mikro, żgħar u ta" daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
(a) mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta" daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, f'konformita' ma' l-għanijiet speċifiċi mfassla għalihom mis-Seba' Programm ta' Qafas;
Emenda 16
Artikolu 7 punt (g)
(g) organizzazzjonijiet ta' pazjenti li ma jaħdmux għal profitt li jikkwalifikaw.
(g) organizzazzjonijiet ta' pazjenti stabbiliti legalment li ma jaħdmux għal profitt.
Emenda 17
Artikolu 8, titolu u paragrafu 1
Regolament Finanzjarju
1.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju Kwadru. Jista' jmur lil hinn mir-Regolament Finanzjarju Kwadru fejn il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI jirrikjedu dan u sakemm, ikun hemm konsulenza minn qabel mal-Kummissjoni.
Regoli Finanzjarji
1.  Ir-regolii finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta ta' l-IMI m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il- ħtiġijiet operattivi speċifiċi ma jirrikjedux dan u sakemm ikun hemm kunsens minn qabel mill-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi.
Emenda 18
Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-Impriża Konġunta IMI tista' tqabbad awditur estern sabiex jivverifika li l-kontijiet annwali mfassla mill-Impriża Konġunta IMI jkunu ġusti u preċiżi.
Emenda 19
Artikolu 8, paragrafu 2 b (ġdid)
2b.  L-awditur estern għandu jkun responsabbli biex jiżgura kontroll sodisfaċenti tal-kontijiet annwali u evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet magħmula mill-membri u mill-parteċipanti tal-proġetti tar-riċerka.
Emenda 21
Artikolu 8, paragrafu 2 c (ġdid)
2c.  L-Impriża Konġunta IMI tista' tagħmel użu ad hoc mill-verifiki esterni .
Emenda 22
Artikolu 8, paragrafu 2 d (ġdid)
2d.  Il-Parlament Ewropew għandu d-dritt ta' skrutinju tal-kontijiet annwali ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 23
Artikolu 9, paragrafu 1
1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti dwar il-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal inkarigat mill-Impriża Konġunta ta' l-IMI u d-Direttur Eżekuttiv tagħha.
1.  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha timpjega l-perunal tagħha skond r-regolamenti applikabbli tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni tista' tissekonda ma' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI l-uffiċjali kollha li jkun hemm bżonn.
Emenda 24
Artikolu 9, paragrafu 2
2.  Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha teżerċita l-poteri li ngħataw lill-awtorità li taħtar bir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunità Ewropea u lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti mill-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
Imħassar
Emenda 25
Artikolu 9, paragrafu 3
3.  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha, bi ftehim mal-Kummissjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni, skond l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunità Ewropea, il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
3.  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha, bi ftehim mal-Kummissjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni fir-rigward ta' l-issekondar ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Emenda 26
Artikolu 13, paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-progress li jkun inkiseb mill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jinkludi b'mod partikulari l-progress li jkun inkiseb mill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 27
Artikolu 13, paragrafu 2
2.  Sentejn wara t-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI, iżda f'kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2.  Mhux aktar tard mill--31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni interim ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI mfassla bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti.
Emenda 28
Artikolu 13, paragrafu 3
3.  Fi tmiem l-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni aħħarija għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3.  Sal-31 ta' Diċembru 2013 jew jekk ix-xogħol li jkun qed jitwettaq jibqa' jsir sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni aħħarija għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 29
Artikolu 13, paragrafu 4
4.  Ir-rilaxx ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, bi qbil mal-proċedura prevista fir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
4.  Ir-rilaxx ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, b'kont meħud tar- rakkomandazzjoni mill-Kunsill
Emenda 30
Artikolu 16
L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tadotta regoli dwar l-użu u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka li jiżguraw li, fejn ikun jixraq, il-proprjetà intellettwali ġġenerata fl-Attivitajiet ta' Riċerka skond dan ir-Regolament hija protetta, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jinxterrdu.
L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tadotta regoli dwar l-użu u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka li jiżguraw li, fejn ikun jixraq, il-proprjetà intellettwali ġġenerata fl-Attivitajiet ta' Riċerka skond dan ir-Regolament hija protetta, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jiġu pubblikati mill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 31
Artikolu 18
Ftehim dwar is-sede għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u l-Belġju dwar l-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandha tipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Ftehim dwar is-sede tagħha għandha tiġi konkluża bejn l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u l-Belġju u għandha titratta l-assistenza fir-rigward ta' l-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 32
Artikolu 19, paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Emenda 33
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3
3.  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tiġi stabbilita mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017.
3.  L-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tiġi stabbilita mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.
Emenda 34
Anness, Artikolu 1, paragrafu 4
4.  Il-perjodu inizjali jista' jiġi estiż permezz ta' emenda ta' dawn l-Istatuti fi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 21, sakemm ikun sar progress għall-ksib ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u sakemm tkun żgurata s-sostennibilità finanzjarja.
Imħassar
Emenda 36
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (i)
(i) organizzazzjoni ta' laqgħa annwali, minn hawn il-quddiem imsejħa l-Forum tal-Partijiet Interessati mal-gruppi ta' interess biex jiżguraw ftuħ u trasparenza ta' l-Attivitajiet ta' Riċerka ta' l-Impriza Konġunta ta' l-IMI mal-partijiet interessati tagħha;
(i) organizzazzjoni ta' laqgħa annwali tal-Forum tal-Partijiet Interessati, laqgħa miftuħa għall-organizzazzjonijiet rilevanti b'interess fir-riċerka bijomedika biex jipprovdu feedback dwar l-attivitajiet IMI, mal-gruppi ta' interess biex jiżguraw ftuħ u trasparenza ta' l-Attivitajiet ta' Riċerka ta' l-Impriza Konġunta ta' l-IMI mal-partijiet interessati tagħha;
Emenda 35
Anness, Artikolu 2, paragrafu 2 (k)
(k) biex tiġi ppubblikata informazzjoni fuq proġetti li jinkludu l-isem tal-parteċipanti, u l-ammont tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriza Konġunta ta' l-IMI.
(k) biex tiġi ppubblikata, inter alia fis-sit ta' l-Internet tagħha, informazzjoni fuq proġetti li jinkludu l-isem tal-parteċipanti, u l-ammont tal-kontribut finanzjarju ta' l-Impriza Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 37
Anness, Artikolu 4
L-entitajiet ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandhom ikunu l-Bord, l-Uffiċċju Eżekuttiv u l-Kumitat Xjentifiku.
L-entitajiet ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandhom ikunu l-Bord, id-Direttur Eżekuttiv u l-Kumitat Xjentifiku.
Emenda 38
Anness, Artikolu 5, paragrafu 1 punt (b)
(b) id-dritt tal-vot ta' kwalunkwe Membru ġdid għandu jiġi ddeterminat fi proporzjon mal-kontribut tiegħu lejn il-kontributi totali għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
(b) id-dritt tal-vot ta' kwalunkwe Membru ġdid għandu jiġi ddeterminat fi proporzjon mal-kontribut tiegħu lejn il-kontributi totali għall-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI. Madankollu, in-numru totali ta' voti tal-membri l-ġodda ma jistax ikun ikbar mill-voti tal-Membri Fundaturi;
Emenda 39
Anness, Artikolu 5, paragrafu 1 punt (c)
(c) il-vot ta' kull Membru għandu jkun indiviżibbli;
(c) il-vot ta' kull Membru għandu jkun indiviżibbli; ma jistax ikun hemm vot bil-prokura;
Emenda 40
Anness, Artikolu 5, paragrafu 2, punt (c), inċiżi minn 9 sa 13
-approva l-linji ta' gwida dwar l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti ta' proġetti kif proposti mill-Uffiċċju Eżekuttiv;
-approva l-linji ta' gwida dwar l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti ta' proġetti kif proposti mid-Direttur Eżekuttiv;
− japprova l-lista tal-proposti ta' proġetti magħżula;
− japprova l-lista tal-proposti ta' proġetti magħżula;
− jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, jipprovdi gwida u direzzjoni lid-Direttur Eżekuttiv, jissorvelja l-prestazzjoni tal-ħidma tad-Direttur Eżekuttiv u jekk meħtieġ, jissostitwixxi lid-Direttur Eżekuttiv;
− jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, jipprovdi gwida u direzzjoni lid-Direttur Eżekuttiv, jissorvelja l-prestazzjoni tal-ħidma tad-Direttur Eżekuttiv u jekk meħtieġ, jissostitwixxi lid-Direttur Eżekuttiv;
- japprova l-istruttura organizzattiva ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv;
- japprova r-regolament finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI skond l-Artikolu 11,
-japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI skond l-Artikolu 11, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;
Emenda 41
Anness, Artikolu 5, Paragrafu 3, subparagrafu c a (ġdid)
(ca)  Tlett Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jattendu għal-laqgħa bħala osservaturi u għandhom jiġu mistiedna mill-Bord.
Emenda 42
Anness, Artikolu 5, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Il-Bord għandu jinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjonijiet relatati ma' l-Aġenda ta' Riċerka ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI dwar "Mediċini innovattivi".
Emenda 43
Anness, Artikolu 6, titolu u paragrafu 1
Uffiċċju Eżekuttiv
1.  L-Uffiċċju Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn Direttur Eżekuttiv u persunal ta' appoġġ.
Direttur Eżekuttiv
Emenda 44
Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, parti introduttorja, punti (a) sa (d) u punt (e), parti introduttorja
2.  Il-kompiti prinċipali ta' l-uffiċċju eżekuttiv għandhom ikunu dawn li ġej:
2.  Il-kompiti prinċipali tad-Direttur eżekuttiv għandhom ikunu dawn li ġej:
(a)  L-Uffiċċju Eżekuttiv għandu jkun inkarigat mit-tmexxija ta' kuljum ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
(b)  L-Uffiċċju Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-aspetti operattivi ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
(b)  Id-Direttur Eżekuttiv, megħjun mis-segretarjat tiegħu, għandu jkun responsabbli għall-aspetti operattivi relatati ma' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
(c)  L-Uffiċċju Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni relatati ma' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
(c)  Id-Direttur Eżekuttiv, megħjun mis-segretarjat tiegħu, għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni relatati ma' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
(d)  L-Uffiċċju Eżekuttiv għandu jiġġestixxi sew il-fondi pubbliċi u privati;
(d)  Id-Direttur Eżekuttiv, megħjun mis-segretarjat, għandu jamministra sew il-fondi pubbliċi u privati;
(e)  L-Uffiċċju Eżekuttiv għandu b'mod partikolari:
(e)  Id-Direttur Eżekuttiv, flimkien mas-segretarjat tiegħu, għandhom b'mod partikolari:
Emenda 45
Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (e), inċiż 6
- iħejji l-proposta annwali tal-baġit, inkluża l-organigramma tal-persunal;
- iħejji l-proposta annwali tal-baġit, inkluża l-organigramma tal-persunal, wara konsultazzjoni mall-Kumitat Xjentifiku u l-Forum tal-Partijiet Interessati;
Emenda 46
Anness, Artikolu 6, paragrafu 7, punt (g)
(g) iressaq/tressaq lil-Bord il-proposta tiegħu/tagħha dwar l-istruttura ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv u jorganizza/torganizza, jidderieġi/tidderieġi u jissorvelja/tissorvelja l-persunal ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
(g) jidderieġi/tidderieġi u jissorvelja/tissorvelja l-persunal ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI;
Emenda 47
Anness, Artikolu 7, paragrafu 1
Il-Kumitat Xjentifiku huwa entità konsultattiva għall-Bord u għandu jikkonduċi l-attivitajiet tiegħu mill-qrib ma' u bl-appoġġ ta' l-Uffiċċju Eżekuttiv.
1.  Il-Kumitat Xjentifiku huwa entità konsultattiva għall-Bord u għandu jikkonduċi l-attivitajiet tiegħu mill-qrib ma' u bl-appoġġ tad-Direttur Eżekuttiv.
Emenda 48
Anness, Artikolu 7, paragrafu 6 punt (c)
(c) jagħti l-parir tiegħu lill-Bord u l-Uffiċċju Eżekuttiv dwar is-suċċessi xjentifiċi deskritti fir-rapport ta' attività annwali;
(c) jagħti l-parir tiegħu lill-Bord u lid-Direttur Eżekuttiv dwar is-suċċessi xjentifiċi deskritti fir-rapport annwali ta' attività;
Emenda 49
Anness, Artikolu 8, paragrafu 6 a (ġdid)
6a.  L-evalwazzjoni tal-proposti għandhom jistabbilixxu jekk il-fondi rikjesti humiex proporzjonati max-xogħol involut fit-twettieq tal-proġett.
Emenda 50
Anness, Artikolu 11, titolu u paragrafu 1
Regolament finanzjarju
1.  Ir-regolament finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandu jiġi miftiehem u adottat mill-Bord.
Ir-Regoli Finanzjarji
1.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandu jiġi adottat mill-Bord wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni.
Emenda 51
Anness, Artikolu 11, paragrafu 2
2.  L-għan tar-regolament finanzjarj huwa li tiġi assigurata l-ġestjoni finanzjarja soda ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
2.  L-għan tar-regoli finanzjari huwa li tiġi assigurata l-ġestjoni finanzjarja soda ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI.
Emenda 52
Anness, Artikolu 11, paragrafu 3
3.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju Kwadru. Jista' jmur lil hinn mir-Regolament Finanzjarju Kwadru fejn il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI jirrikjedu dan u sakemm, ikun hemm konsulenza minn qabel mal-Kummissjoni.
3.  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta ta' l-IMI m' għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm mhux għall-ħtiġijiet operattivi speċifiċi u sakemm ikun hemm kunsens minn qabel mill-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi.
Emenda 53
Anness, Artikolu 12, paragrafu 5
5.  Il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej. Il-verifika tista' jsir mill-Qorti ta' l-Awdituri skond il-proċeduri standard tiegħu.
5.  Il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità baġitarja. Tista' ssir verifika mill-Qorti ta' l-Awdituri skond il-proċeduri standard tagħha.
Emenda 54
Anness, Artikolu 13, paragrafu 2, subparagrafu 1 a (ġdid)
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta r-rapport annwali ta' l-attività lill-Parlament Ewropew.
Emenda 55
Anness, Artikolu 14, paragrafu 1
1.  Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti skond il-pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-baġit annwali.
1.  Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti skond il-pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-baġit annwali u għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 56
Anness, Artikolu 14, paragrafu 2
2.  Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI għandhom ikunu aġenti temporanji jew aġenti kuntrattwali u għandhom ikollhom kuntratti b'terminu fiss li jistgħu jiġġeddu darba sa perjodu totali ta' mhux iktar minn seba' snin.
Imħassar
Emenda 57
Anness, Artikolu 17, paragrafu 5, punt (a)
(a) mikro, żgħar u ta" daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
(a) mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta" daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, b'konformita' ma' l-għanijiet speċifiċi stabbiliti għalihom mis-Seba' Programm ta' Qafas;
Emenda 20
Anness, Artikolu 17 a (ġdid)
Artikolu 17a
Rapporti Xjentifiċi u finanzjarji
Rapporti xjentifiċi u finanzjarji dwar il-proġetti appoġġjati jingħataw lill-Impriża Konġunta ta' l-IMI mill-parteċipanti. Dawn ir-rapporti għandhom jagħtu dettalji ta' l-attivitajiet ta' riċerka mwettqa u ta' l-ispejjeż ta' dawn l-attivitajiet. Dawn id-dettalji dwar l-ispejjeż ikollhom magħhom ċertifikat ta' verifika. L-awditur estern għandu jeżamina ċ-ċertifikati ta' verifika u jiddetermina jekk il-kontribuzzjonijiet in natura jaqblux mal-kontribuzzjonijiet mill-fondi pubbliċi għall-proġett.
Emenda 59
Anness, Artikolu 21, paragrafu 2
2.  L-emenda għal dawn l-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord. Jekk emenda bħal din taffettwa l-prinċipji u l-għanijiet kumplessivi ta' dawn l-Istatuti, b'mod partikolari xi emenda għall-Artikolu 1, l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 21 għandhom ikunu suġġetti għal approvazzjoni mill-Kunsill bbażat fuq proposta mill-Kummissjoni.
2.  L-emenda għal dawn l-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord. Jekk emenda bħal din taffettwa l-prinċipji u l-għanijiet ġenerali ta' dawn l-Istatuti, b'mod partikolari xi emenda għall-Artikolu 1, l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5(2)(c), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 21 għandhom ikunu suġġetti għal approvazzjoni mill-Kunsill ibbażata fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
Emenda 60
Anness, Artikolu 22, paragrafu 3, punt (a)
(a)  Kull parteċipant fi proġett għandu jibqa' s-sid ta' proprjetà intellettwali li jintroduċi huwa stess fil-proġett u għandu jibqa' l-propjretarju tal-proprjetà intellettwali li din tiġġenera fil-proġett sakemm ma jkunx inftiehem mod ieħor fost il-parteċipanti tal-proġett. It-termini u l-kondizzjonijiet tad-drittijiet ta' aċċess u l-liċenzji fir-rigward tal-proprjetà intellettwali introdotta jew iġġenerata mill-parteċipanti fi proġett, għandhom jiġu definiti fil-Ftehim ta' l-Għajnuna Finanzjarja u fil-Ftehim dwar il-Proġett tal-proġett ikkonċernat.
(a)  Kull parteċipant fi proġett għandu jibqa' s-sid ta' proprjetà intellettwali li jintroduċi huwa stess fil-proġett u għandu jibqa' l-propjretarju tal-proprjetà intellettwali li din tiġġenera fil-proġett sakemm ma jkunx inftiehem mod ieħor fost il-parteċipanti tal-proġett. It-termini u l-kondizzjonijiet tad-drittijiet ta' aċċess u l-liċenzji fir-rigward tal-proprjetà intellettwali introdotta jew iġġenerata mill-parteċipanti fi proġett, għandhom jiġu definiti fil-Ftehim ta' l-Għajnuna Finanzjarja u fil-Ftehim dwar il-Proġett tal-proġett ikkonċernat. Il-parteċipanti tal-Proġett għandhom jistabbilixxu kwalunkwe każ ta' koproprjetà intellettwali li tinħoloq mill-proġetti.
Emenda 61
Anness, Artikolu 23 a (ġdid)
Artikolu 23a
Ftehim dwar is-sede
Għandha tiġi konkuża ftehim bejn l-Impriża Konġunta ta' l-IMI u r-Renju tal-Belġju.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


l-Impriża Konġunta Sema Nadif *
PDF 497kWORD 155k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif (COM(2007)0315 – C6-0226/2007 – 2007/0118(CNS))
P6_TA(2007)0591A6-0483/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0315),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Konġuntatajiet Ewropej(1) (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(2) (IIA) u b'mod partikolari l-Punt 47 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0226/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0483/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 ta'l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lilhinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;

3.  Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali ;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 12
(12)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali li jispiċċa fil-31 ta" Diċembru 2017 biex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-attivitajiet ta" riċerka mibdija iżda mhux konklużi waqt is-Seba" Programm Kwadru (2007-2013);
(12)  L-Impriża Konġunta 'Clean Sky' għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali li jispiċċa fil-31 ta" Diċembru 2017 biex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-attivitajiet ta" riċerka mibdija iżda mhux konklużi waqt is-Seba" Programm Kwadru (2007-2013), inkluż l-isfruttar tar-riżultati ta' attivitajiet ta' riċerka bħal dawn.
Emenda 2
Premessa 16
(16)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tkun korp stabbilit mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħħa għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, madankollu bil-kunsiderazzjoni ta' l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubijiet pubbliċi-privati, u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat fi-baġit.
(16)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tkun organu mwaqqaf mill-Komunitajiet u għandha tingħata r-responsabilità għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mill-Parlament Ewropew, b'kont meħud tar-rakkomandazzjoni mill-Kunsill.
Emenda 3
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-parteċipanti pubbliċi għandhom jipprovaw jirrikonoxxu l-opportunitajiet ippreżentati mill-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, bħala mekkaniżmi ġodda biex jiġu implimentati sħubijiet pubbliċi-privati, u biex jaħdmu flimkien mal-partijiet interessati privati biex tinstab soluzzjoni iktar effettiva għall-kwittanza tal-baġit Komunitarju.
Emenda 4
Premessa 19
(19)  L-ispejjeż rikorrenti ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandhom jitħallsu b'ammonti ugwali mill-Komunità Ewropea u mill-membri l-oħra;
L-ispejjeż operattivi ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandhom jitħallsu b'ammonti ugwali mill-Komunità Ewropea u mill-membri l-oħra; L-ispejjeż operattivi m'għandhomx jaqbżu 3% tal-baġit totali ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Emenda 5
Premessa 23
(23)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha jkollha, bi ftehim minn qabel mal-Kummissjoni, Regolazzjoni Finanzjarja distinta ibbażata fuq il-prinċipji tar-regolament finanzjarju strutturali1 li tikkunsidra il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha li joħorġu, b'mod partikolari, mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità u privat biex jingħata appoġġ lill-attivitajiet ta" riċerka u ta" l-iżvilupp b'mod effiċjenti u fil-ħin.
(23)  Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Impriża Konġunta Sema Nadif ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 , sakemm dan mhux speċifikament meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tagħha b'mod partikolari l-ħtieġa li l-finanzjament Komunitarju jingħaqad ma' dak privat biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp b'mod effiċjenti u fil-ħin. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kull regola li titbiegħed mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata dwar kwalunkwe deroga bħal din.
_________
1 Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; rettifika fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39).
_____________________
1ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Rettifika fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.
Emenda 6
Premessa 24
(24)  Il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta" l-impjieg stabbli u trattament ugwali għall-persunal, u sabiex jiġi mħajjar Persunal speċjalizzat xjentifiku u tekniku ta" l-ogħla kalibru, teħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Persunal ta" Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta" l-Impjieg ta" Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament dwar il-Persunal") għall-persunal kollu mpjegat mill-Impriża Konġunta Sema Nadif.
(24)  Minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta" l-impjieg stabbli u trattament ugwali għall-persunal, u sabiex jiġi mħajjar persunal speċjalizzat xjentifiku u tekniku ta" l-ogħla kalibru, hemm bżonn li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tissekonda uffiċjali daqs kemm jidhrilha li jkun hemm bżonn fl-Impriża Konġunta. Il-bqija ta l-persunal għandhom jiġi rreklutat mill-Impriża Konġunta Sema Nadif skond ir-regolamenti ta' l-impjieg tal-pajjiżospitanti.
Emenda 7
Premessa 25
(25)  Filwaqt li jitqies li l-Impriża Konġunta Sema Nadif mhijiex imfassla biex tissodisfa skop ekonomiku u hija responsabbli għall-ġestjoni ta" l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "it-teknoloġiji ambjentali fit-Trasport bl-Ajru", huwa neċessarju għat-twettieq tax-xogħol tagħha li l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 t'April 1965 japplika għall- Impriża Konġunta Sema Nadif u il-persunal tagħha.
imħassar
Emenda 8
Premessa 27
(27)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tirraporta regolarment dwar il-progress tagħha.
(27)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif trid tirraporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tagħha.
Emenda 9
Premessa 32
(32)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tiġi stabbilita fi Brussell, il-Belġju. Ftehim ta" ospitant għandu jiġi ffirmat bejn l-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-Belġju dwar akkomodazzjoni f'uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta Sema Nadif.
(32)  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tiġi stabbilita fi Brussell, il-Belġju. Ftehim dwar is-sede għandu jiġi ffirmat bejn l-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-Belġju dwar l-assistenza fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni f'uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Emenda 10
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  Għall-implimentazzjoni ta" l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "Sema Nadif", Impriża Konġunta fit-tifsira ta" l-Artikolu 171 tat-Trattat, li jisimħa "L-Impriża Konġunta Sema Nadif", b'dan qed tiġi stabbilita għal perjodu sal-31 ta" Diċembru 2017 (minn hawn "il quddiem imsejjħa "l-Impriża Konġunta Sema Nadif"). Dan il-perjodu jista" jiġi mtawwal b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
1.  Għall-implimentazzjoni ta" l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar "Sema Nadif", Impriża Konġunta fit-tifsira ta" l-Artikolu 171 tat-Trattat, li jisimha "L-Impriża Konġunta Sema Nadif", b'dan qed tiġi stabbilita għal perjodu sal-31 ta" Diċembru 2017 (minn hawn "il quddiem imsejħa "l-Impriża Konġunta Sema Nadif"). Għandu jiġi żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 l-proġetti li għadhom qed jiġu mwettqa jkunu implimentati, issorveljati u ffinanzjati sa l-2017. L-Impriża Konġunta Sema Nadif hija korp kif msemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 ta'l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.
Emenda 11
Artikolu 3, inċiż -1 (ġdid)
• li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba" Programm ta" Qafas u b'mod partikulari għat-Tema 'Trasport' (inkluża l-Aeronawtika) tal-Programm Speċifiku "Koperazzjoni";
Emenda 12
Artikolu 3, inċiż 2 a (ġdid)
• li tiżgura l-implimentazzjoni koerenti ta" l-isforzi tar-riċerka bil-għan li jinkised it- titjib ambjentali fil-qasam tat-trasport bl-ajru;
Emenda 13
Artikolu 3, inċiż 2 b (ġdid)
• il-promozzjoni ta" l-involviment ta" l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju(SMEs) fl-attivitajiet tagħha sabiex ikun possibbli li mill-inqas 15% tal-finanzjament disponibbli jingħata lill-SMEs;
Emenda 14
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  L-ispiża rikorrenti ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tinqasam ugwalment fi flus kontanti bejn l-Komunità Ewropea min-naħa l-waħda, li se tikkontribwixxi 50% ta" l-ispiża totali, u min-naħa l-oħra mill-bqija tal-Membri, li se jikkontribwixxu l-50% li jkun fadal.
2.  L-ispiża operattivata" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tinqasam ugwalment fi flus kontanti bejn l-Komunità Ewropea min-naħa l-waħda, li se tikkontribwixxi 50% ta" l-ispiża totali, u min-naħa l-oħra mill-bqija tal-Membri, li se jikkontribwixxu l-50% li jkun fadal. L-ispejjeż operattivim'għandhomx jaqbżu t-3% tal-baġit totali ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Emenda 15
Artikolu 6, paragrafu 5
5.  Mexxejja u Assoċjati ta" l-ITD għandhom jikkontribwixxu riżorsi mill-inqas ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-Komunità minbarra dawk allokati permezz ta" Sejħiet għal Proposti sabiex jitwettqu l-attivitajiet ta" riċerka ta" Sema Nadif.
5.  Il-Mexxejja u Assoċjati ta" l-ITD għandhom jikkontribwixxu riżorsi evalwati skond il-prattiki stabbiliti fis-Seba" Programm ta" Qafas li jkunu mill-inqas ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-Komunità minbarra dawk allokati permezz ta" Sejħiet għal Proposti sabiex jitwettqu l-attivitajiet ta" riċerka ta" Sema Nadif.
Emenda 16
Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid)
Il-proċess ta' evalwazzjoni u ta' selezzjoni, li għandu jitwettaq bl-għajnuna ta' esperti esterni, għandu jassigura li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Konġunta 'Clean Sky' issegwi l-prinċipji ta' l-eċċellenza u tal-kompetizzjoni.
Emenda 17
Artikolu 8, titolu u paragrafu 1
Ir-Regolament Finanzjarju
Regoli finanzjarji
1.  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tadotta Regolament Finanzjarju distint, ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju Qafas. Jista' jitbiegħed mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas fejn ikunu jirrikjedu hekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif, u soġġett għall-qbil minn qabel tal-Kummissjoni.
1.  Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta Sema Nadif m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunx jeħtieġu hekk, u soġġett għal qbil minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata dwar kwalunkwe deroga bħal din.
Emenda 18
Artikolu 9, paragrafu 1
1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal ta" l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta" l-Impjieg ta" Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-iskop ta" l-applikazzjoni ta" dawn ir-Regolamenti ta" il-persunal u tal-Kundizzjonijiet ta" l-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif u għad-Direttur tagħha.
1.  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tirrekluta l-persunal tagħha b'konformità mar-regoli ta' l/impjieg fis-seħħ fil-pajjiż li jospitaha. Fl-Impriża Konġunta Konġunta Sema Nadif, il-Kummissjoni tista' tissekonda uffiċjali daqs kemm jidhrilha li jkun hemm bżonn.
Emenda 19
Artikolu 9, paragrafu 2
2.  Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità li taħtar mir-Regolamenti tal-Persunal ta" l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità awtorizzata biex tikkonkludi kuntratti mill-Kundizzjonijiet ta" l-Impjieg ta" Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
imħassar
Emenda 20
Artikolu 9, paragrafu 3
3.  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha, bi ftehim mal-Kummissjoni, tadotta l-miżuri ta" implimentazzjoni neċessarji, skond l-arranġamenti stabbiliti fl-artikolu 110 tar-Regolamenti tal-persunal ta" Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta" l-Impjieg ta" Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
3.  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha, bi ftehim mal-Kummissjoni, tadotta l-miżuri ta" implimentazzjoni neċessarji li jirrigwardaw is-sekondar ta" uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Emenda 21
Artikolu 10
Artikolu 10
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta Sema Nadif Protocol u il-persunal tagħha.
imħassar
Emenda 22
Artikolu 11, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tkun responsabbli unikament biex tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha.
Emenda 23
Artikolu 13, paragrafu 3
3.  Sa tliet snin wara l-bidu ta" l-Impriża Konġunta, imma fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni abbażi tat-termini ta" referenza li għandhom jiġu miftiehma mal-Bord Eżekuttiv. Fuq il-bażi tal-progress miksub lejn il-kisba ta" l-għanijiet ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif, l-għan ta" din l-evalwazzjoni hu li tistabbilixxi jekk it-tul ta" żmien ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandux jiġi estiż lil hinn mill-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1(1), u jiġu adottati tibdiliet adattati f'dan ir-Regolament u fl-Istatuti ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
3.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ikopru l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-progress tagħha lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjonijiet, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, il-proposti għall-emendar ta' dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 24
Artikolu 13, paragrafu 4
4.  Fl-aħħar ta" l-2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif bl-għajnuna ta" esperti indipendenti. Ir-riżultati ta" l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4.  Fl-aħħar ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif bl-għajnuna ta" esperti indipendenti. Ir-riżultati ta" l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 25
Artikolu 13, paragrafu 5
5.  L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura pprovduta bir-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
5.  Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, b' kont meħud tar-rakkomandazzjoni mill-Kunsill.
Emenda 26
Artikolu 17
L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tadotta regoli li jirregolaw it-tixrid ta" riżultati ta" riċerka li jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-proprjetà intellettwali ġġenerata minn Attivitajiet ta" Riċerka skond dan ir-Regolament tkun protetta, u li riżultati ta" riċerka jintużaw u jiġu mxerrda.
L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tadotta regoli li jirregolaw it-tixrid ta" riżultati ta" riċerka, ibbażati fuq ir-regoli tas-Seba' Programm ta' Qafas, li jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-proprjetà intellettwali ġġenerata minn Attivitajiet ta" Riċerka skond dan ir-Regolament tkun protetta, u li riżultati ta" riċerka jintużaw u jiġu mxerrda.
Emenda 27
Artikolu 19
Għandu jiġi konkluż ftehim ta" l-ospitant bejn l-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-Belġju dwar akkomodazzjoni f'uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Għandu jiġi konkluż ftehim dwar is-sede bejn l-Impriża Konġunta Sema Nadif u l-Belġju dwar l-assistenza fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni f'uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Emenda 28
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jiġi żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 l-proġetti li jkunu fis-seħħ ikunu implimentati, issorveljati u ffinanzjati sa l-2017.
Emenda 29
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 1
3.  It-tul ta" żmien: L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha titwaqqaf minn dakinhar tal-pubblikazzjoni ta" dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali sal-31 ta" Diċembru 2017.
3.  Tul: L-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha titwaqqaf minn dakinhar tal-pubblikazzjoni ta" dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għal perjodu sal-31 ta" Diċembru 2017. Għandu jiġi żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 l-proġetti li jkunu fis-seħħ ikunu implimentati, issorveljati u ffinanzjati sa l-2017.
Emenda 30
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 1 a (ġdid)
L-Impriża Konġunta Sema Nadif hija entità stabbilita kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 ta'l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.
Emenda 31
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 2
Il-perjodu inizjali jista" jiġi estiż billi jiġu emendati dawn l-Istatuti skond id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 23, waqt li jitqies il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-għanijiet ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif u sakemm tkun żgurata is-sostenibbiltà finanzjarja.
imħassar
Emenda 32
Anness, Artikolu 2, paragrafu 3, subparagrafu 1 a (ġdid)
Deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv dwar applikazzjonijiet għas-sħubija ġoddagħandhom isiru b'kont meħud tar-relevanza u tal-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għal-kisba ta' l-objettivi ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif. Għal kull applikazzjoni għal sħubija ġdida, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni f'waqtha lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv.
Emenda 33
Anness, Artikolu 2, paragrafu 4, subparagrafu 1 a (ġdid)
Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni Sema Nadif. L-irtirar isir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara li jiġu nnotifikati l-Membri l-oħra, u wara dan dak li kien Membru jinħeles minn kull obbligi ħlief dawk diġà impenjat għalihom permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif b'konformità ma' dawn l-Istatuti, qabel l-irtirar tal-Membru.
Emenda 34
Anness, Artikolu 3, paragrafu 1, inċiż 8 a (ġdida)
• Tħeġġeġ l-involviment ta" l-SMEs fl-attivitajiet tagħha, f'konformità mal'mira ta" 15% fis-Seba" Programm ta" Qafas dwar ir-Riċerka;
Emenda 35
Anness, Artikolu 3, paragrafu 1, inċiż 9
• Li timplimenta l-attivitajiet ta" riċerka u ta" żvilupp meħtieġa, fejn ikun xieraq billi tagħti għotjiet wara Sejħiet għal Proposti.
• Li timplimenta l-attivitajiet ta" riċerka u ta" żvilupp meħtieġa, billi tagħti għotjiet wara Sejħiet għal Proposti.
Emenda 36
Anness, Artikolu 3, paragrafu 2, inċiż 7 a (ġdida)
· Li tippromwovi s-sehem ta' l-SMEs fl-attivitajiet tagħha;
Emenda 37
Anness, Artikolu 3, paragrafu 2, inċiż 7 b (ġdida)
· Li tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż l-ismijiet tal-parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni Clean Sky għal kull parteċipant.
Emenda 38
Anness, Artikolu 4, paragrafu 3
3.  Għandu jitwaqqaf Bord Konsultattiv kif ikun f'loku mill-Impriża Konġunta, biex jagħti pariri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta Sema Nadif dwar suġġetti ta' ġestjoni, finanzi u teknika. Il-Bord Konsultattiv għandu jinħatar mill-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 39
Anness, Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1
1.  Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord Eżekuttiv minn fost lista ta" kandidati proposta mill-Kummissjoni għal perjodu ta' massimu ta' tliet snin. Wara valutazzjoni tal-ħidma tad-Direttur, il-Bord Eżekuttiv jista' jestendi l-perjodu tal-kariga darba waħda, għal żmien adizzjonali ta' mhux aktar minn erba' snin.
1.  Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord Eżekuttiv fuq il-bażi ta' lista ta" kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa għal espressjoni ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u f'pubblikazzjonijiet perjodiċi oħra jew fuq l-Internet, għal perjodu ta' massimu ta' tliet snin. Wara valutazzjoni tal-ħidma tad-Direttur, il-Bord Eżekuttiv jista' jestendi l-perjodu tal-kariga darba waħda, għal żmien adizzjonali ta' mhux aktar minn erba' snin.
Emenda 40
Anness, Artikolu 7, paragrafu 4, inċiż 3
• Biex jiddefinixxi l-kontenut tas-Sejħiet għal Proposti kif ukoll jagħżel is-sħab esterni.
• Biex jiddefinixxi l-kontenut, l-objettivi u t-tnedija tas-Sejħiet għal Proposti kif ukoll jagħżel is-sħab esterni.
Emenda 41
Anness, Artikolu 7, paragrafu 5
5.  Il-voti: Kull Kumitat tat-Tmexxija ta" Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi bil-voti peżati skond l-impenn finanzjarju lid-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata ta" kull membru tal-Kumitat tat-Tmexxija. Il-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata se jkollhom id-dritt tal-veto fuq kwalunkwe riżoluzzjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tad-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata li tagħha jkunu l-mexxejja.
5.  Il-voti: Kull Kumitat tat-Tmexxija ta" Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi bil-voti peżati skond l-impenn finanzjarju lid-Dimostratur tat-Teknoloġija Integrata ta" kull membru tal-Kumitat tat-Tmexxija.
Emenda 42
Anness, Artikolu 11, paragrafu 2, inċiż 2
• Ammont ta' talanqas EUR 200 miljun għandu jiġi allokat għas-sħab esterni [proġetti] magħżula permezz ta" Sejħiet għal Proposti. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jkun limitat għal 50% ta' l-ispejjeż eliġibbli totali.
• Ammont ta' l-inqas EUR 200 miljun għandu jiġi allokat għas-sħab esterni [proġetti] magħżula permezz ta" Sejħiet għal Proposti. Se tingħata attenzjoni partikulari biex tkun żgurata parteċipazzjoni adegwata ta" SMEs għal ammont ugwali għall-15% tal-finanzjament Komunitarju totali. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun konformi mal-limiti ta" fuq tal-finanzjament ta" l-ispejjeż totali eliġibbli, stipulati mir-Regoli ta" parteċipazzjoni fis-Seba" Programm ta" Qafas.
Emenda 43
Anness, Artikolu 14
Ir-Regolament Finanzjarju
Regoli finanzjarji
1.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandu jiġu maqbul u adottat mill-Bord Eżekuttiv ts-Sema Nadif.
1.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv ta' Sema Nadif wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni.
2.  Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandu jibbaża fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas1. Jista' jitbiegħed mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas fejn ikunu jirrikjedu hekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif, u soġġett għall-qbil minn qabel tal-Kummissjoni.
2.  Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunx jeħtieġu hekk, u soġġett għall-qbil minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata dwar kwalunkwe deroga bħal din.
_______
ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; rettifika fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.
Emenda 44
Anness, Artikolu 16, paragrafu 5
5.  Fi żmien xahrejn wara tmiem kull sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Konġunta għandhom jiġu ppreżentati lil-Kumissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri'). Il-Qorti ta' l-Awdituri, sal-15 ta' Ġunju wara tmiem kull sena finanzjarja, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Konġunta.
5.  Fi żmien xahrejn wara tmiem kull sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Konġunta għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Konġuntatajiet Ewropej ("il-Qorti ta' l-Awdituri") kif ukoll lill-awtorità baġitarja. Il-Qorti ta' l-Awdituri, sal-15 ta' Ġunju wara tmiem kull sena finanzjarja, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Konġunta.
Emenda 45
Anness, Artikolu 17, paragrafu 1
1.  Rapport annwali għandu jiddeskrivi l-attivitajiet imwettqa matul is-sena ta" qabel u l-ispejjeż korrispondenti.
1.  Rapport annwali li għandu jippreżenta l-progress imwettaq mill-Impriża Konġunta Sema Nadif kull sena kalendarja, b'mod partikulari fir-rigward tal-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għal dik is-sena partikulari. Ir-Rapport Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur flimkien mal-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ. Dan ir-Rapport Annwali għandu jkun fih il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fl-attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Emenda 46
Anness, Artikolu 17, paragrafu 2
2.  Il-programm ta" implimentazzjoni annwali għandu jiddeskrivi l-attivitajiet ippjanati għas-sena li tkun ġejja, u r-riżorsi stmati.
2.  Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni Sema Nadif għal sena partikulari, inkluż is-Sejħiet ippjanati għall-Proposti u l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur lill-Bord Eżekuttiv flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit.
Emenda 47
Anness, Artikolu 17, paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-Sejħiet għall-Proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' riċerka għas sena li tkun ġejja.
Emenda 48
Anness, Artikolu 18, paragrafu 1
1.  Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta' l-istabbilment ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif li għandu jiġi stabbilit fil-baġit annwali.
1.  Ir-riżorsi ta l-persunal għandhom jiġu stabbiliti skond il-pjan ta' stabbiliment ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif li għandu jiġi stipulat fil-baġit annwali u għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 49
Anness, Artikolu 18, punt 2
2.  Il-membri tal-persunal ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt u għandhom ikollhom kuntratti għal żmien definit li jistgħu jiġġeddu darba sa perjodu totali massimu ta" seba' snin.
imħassar
Emenda 50
Anness, Artikolu 19, paragrafu 2
2.  Il-Membri ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà għad-djun ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
2.  Il-Membri m'għandhom jinżammu responsabbli għall-ebda obbligi ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri hija responsabilità interna lejn l-Impriża Konġunta 'Clean Sky' biss, u għandha tkun limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 11(1) ta' dan l-Anness.
Emenda 51
Anness, Artikolu 19, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Bla ħsara għall-kontribuzzjonijiet dovuti lill-parteċipanti fil-Proġett skond l-Artikolu 11(2) ta' dan l-Anness, ir-responsabilità finanzjarja ta' l-Impriża Konġunta Sema Nadif fejn jidħlu d-djun tagħha għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Membri għall-ispejjeż rikorrenti, kif stipulat fl-Artikolu 10(4) ta' dan l-Anness.
Emenda 52
Anness, Artikolu 21, l-ewwel paragrafu
Il-politika dwar il-proprjetà intellettwali ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif se tkun inkorporata fil-Ftehim dwar għotjiet konklużi mill-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Il-politika dwar il-proprjetà intellettwali ta" l-Impriża Konġunta Sema Nadif għandha tkun inkorporata fil-Ftehim dwar għotjiet konklużi mill-Impriża Konġunta Sema Nadif u se tkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fis-Seba" Programm ta" Qafas.
Emenda 53
Anness, Artikolu 23, paragrafu 2
2.  Emendi għal dawn l-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord, u jiġu deċiżi mill-Kummissjoni. Jekk emenda tolqot il-prinċipji u għanijiet ġenerali ta" dawn l-Istatuti, tkun tinħtieġ l-approvazzjoni tal-Kunsill. Kwalunkwe emenda lill-Artikolu 1(3) u lill-Artikolu 10(3) għandha tkun soġġetta għal reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
2.  L-emendi għal dawn l-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord, u jiġu deċiżi mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Jekk emenda tolqot il-prinċipji u għanijiet ġenerali ta" dawn l-Istatuti, tkun tinħtieġ l-approvazzjoni tal-Kunsill. Kwalunkwe emenda lill-Artikolu 1(3) u lill-Artikolu 10(3) għandha tkun soġġetta għal reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Sema Nadif.
Emenda 54
Anness, Artikolu 24 a (ġdid)
Artikolu 24a
Ftehim dwar is-sede
Għandha tiġi konkluża Ftehim dwar is-sede bejn l-Impriża Konġunta Sema Nadif u r-Renju tal-Belġju.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Il-protezzjoni diplomatika u konsulari taċ-ċittadini ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi
PDF 241kWORD 68k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar Green Paper: Il-protezzjoni diplomatika u konsulari taċ-ċittadini ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi (2007/2196(INI))
P6_TA(2007)0592A6-0454/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta' Novembru 2006 dwar il-protezzjoni diplomatika u konsulari taċ-ċittadini ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi (COM(2006)0712),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0454/2007),

A.   billi r-rappreżentazzjoni ta' l-Istati Membri fil-pajjiżi terzi hija inugwali ħafna;

B.   billi tliet pajjiżi biss mid-dinja kollha (iċ-Ċina, ir-Russja u l-Istati Uniti) jiddisponu minn rappreżentazzjoni diplomatika u konsulari għal kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, u billi massimu ta'10 Stati Membri huma rappreżentati f'107 pajjiż, u billi f'ċerti destinazzjonijiet iffrekwentati minn ħafna nies bħalma huma l-Maldives, din ir-rappreżentazzjoni hija non-eżistenti,

C.   billi madankollu, minħabba l-isplużjoni tan-numru ta' ċittadini ta' l-Unjoni li jivvjaġġaw - 180 miljun biljetti tat-trasport mibjugħa fl-2006 - jew li joqogħdu barra mill-Unjoni, il-preżenza Ewropea permezz tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tista' tiġi meqjusa fi sforz komuni ta' reċiprokar ta' riżorsi sabiex jiġu kumpensati l-limitazzjonijiet tan-networks konsulari u diplomatiċi fl-Istati Membri,

D.   billi f'dan il-qasam l-acquis communautaire huwa ftit żviluppat u hu limitat għad-Deċiżjoni 95/553/KE tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, fil-laqgħa fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea mir-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari(1) u għall-iskambji ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri fi ħdan il-COCON, il-grupp ta' ħidma fi ħdan il-Kunsill ta' l-Unjoni inkarigat mill-koperazzjoni konsulari u li għandu bħala objettiv l-iskambji ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiki nazzjonali,

E.   billi l-inizjattiva tal-Kummissjoni li, fil-forma ta' Green Paper, hija intenzjonata li tikkonkretizza l-Artikolu 20 tat-Trattat KE (li ġeneralment mhuwiex meqjus ) skond liema, fl-assenza ta' ambaxxata jew post konsulari ta' l-istess Stat Membru ta' ċittadin f'pajjiż terz, kull ċittadin ta' l-UE għandu jinqeda mill-protezzjoni diplomatika u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor rappreżentat f'dak il-pajjiż tertz, bi qbil mal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u taħt l-istess kundizzjonijiet bħala ċittadini ta' dak l-Istat,

F.   billi jekk tagħmel dan, il-Kummissjoni:

   - tkun qed tirrifletti l-Artikolu 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea li stabbiliet id-dritt tal-protezzjoni konsulari u diplomatika bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni,
   - tkun qed tilħaq l-obbligu għal reviżjoni mistennija wara 5 snin mid-Deċiżjoni 95/553/KE li daħlet fis-seħħ f'Mejju 2002,
   - tkun qed tantiċipa l-pubblikazzjoni tal-Ħames Rappport tal-Kummissjoni dwar iċ-ċittadinanza fl-Unjoni, okkażjoni tajba biex jiġu mħabbra inizjattivi li permezz tagħhom il-protezzjoni konsulari tkun tista' titmexxa 'l quddiem.

G.   billi madanakollu l-qafas legali eżistenti s'issa kien qed jiġi interpretat b'mod ristrett, fejn il-protezzjoni diplomatika jew konsulari kienet tinsab fil-qasam strett tar-relazzjonijiet intergovernattivi rregolat mill-Konvenzjoni ta' Vjenna ta' l-1963 iżjed milli mill-Artikolu 20 tat-Trattat,

H.   billi l-protezzjoni diplomatika u konsulari m'għandhiex titħawwad b'mod partikolari mal-funzjonijiet tar-reġistrar pubbliku jew tan-nutar li ħafna drabi jaqgħu taħt ir-responsabilità tar-rappreżentanti konsulari,

I.   billi fil-fatt hemm differenzi fin-natura, fl-istruttura u relatati ma' l-implimentazzjoni ta' dawn il-proċeduri bejn il-protezzjoni diplomatika u dik konsulari, peress li jekk dik konsulari tista' tkun, għallinqas f'ċerti każi, obbligatorja, il-protezzjoni diplomatika dejjem kienet regolata minn setgħa diskreta, u għalhekk għandha ssir distinzjoni ċara bejn il-protezzjoni konsulari u diplomatika fl-istrumenti legali rispettivi,

J.   billi, bil-kontra, it-Trattat ta' Maastricht ħoloq ċittadinanza Ewropea derivata miċ-ċittadinanza ta' l-Istati Membri, u sabiex jiġi organizzat dak il-kunċett, ikun mixtieq li tintlaħaq protezzjoni komparabbli għaċ-ċittadini kollha nisa u rġiel indipendentement miċ-ċittadinanza tagħhom,

K.   billi minn dan il-lat, għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet għal reviżjoni tad-Deċiżjoni 95/553/KE bil-għan li tiġi estiża mingħajr telf ta' żmien u l-protezzjoni diplomatika għandha tiġi inkluża fl-iskop ta' din id-Deċiżjoni b'mod mhux ambigwu,

L.   billi l-Istati Membri diġa qed jieħdu inizjattivi - bħalma huma "l-Istat Pilota" u eżerċizzji konġunti ta' simulazzjoni - li jippermettu rispons aħjar fl-eventwalita ta' kriżi u/jew ċirkostanzi eċċezzjonali u li għalihom tista' tikkontribwixxi l-Kummissjoni permezz ta' evalwazzjonijiet,

M.   wara li kkunsidra l-eżistenza ta' networks li għadhom ġew esplojtjati ftit - bħalma hija dik tal-Konsli Onorarji - li xorta waħda jirrappreżentaw riżors sinifikanti li għalihom għandha tiġi allokata l-għajnuna meħtieġa,

N.   billi permezz tat-Trattat ta' Liżbona jinħoloq Servizz ta' l-Affarijiet Barranin Ewropew bil-kompentenzi u r-responsabilitajiet tiegħu stess,

1.  Japprova bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirrifjuta interpretazzjoni mhux qawwija ta' l-Artikolu 20 tat-Trattat KE u li hija maħsuba biex tħejji l-pediment għal dritt armonizzat u ġenwin għal protezzjoni diplomatika u konsulari għal kull ċittadin Ewropew;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex titlob lis-Servizz Legali tagħha jittratta l-kwistjoni dwar jekk it-Trattat KE jew it-Trattat UE jinkludux bażi legali għall-approssimazzjoni tar-regolamenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni diplomatka u konsulari;

3.  Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex twaqqaf strateġija ambizzjuża fuq perjodu twil ta' żmien fejn l-informazzjoni u l-komunikazzjoni se jkunu elementi ewlenin;

4.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha, mingħajr ebda telf ta' żmien, tipproponi lill-Kunsill - lil hinn mill-kundizzjoni li tirraporta darba kull tliet snin dwar iċ-ċittadinanza ta' l-UE, skond l-Artikolu 22 tat-Trattat KE - li jiġu adottati kunċetti komuni u linji gwida li jorbtu li jippermettu li jinħolqu standards komuni fil-qasam tal-protezzjoni konsulari;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issa stess tibda l-ħidma fuq struttura razjonalizzata li tippermetti r-reċiprokar immedjat ta' riżorsi kif ukoll intensifikazzjoni fl-iskambju ta' l-aħjar prattiki permezz ta' twettiq immedjat ta' inventorju dwar ir-riżorsi relevanti kollha, pubbliċi u privati, li huma disponibbli u li jistgħu jiġu direzzjonati, u permezz tat-twaqqif ta' forom varji ta' koperazzjoni bejn il-ħafna partijiet li fir-rispons tagħhom għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni, taw il-kontribut tagħhom volontarjament għall-proġett (Stati Membri kif ukoll Konsli Onorarji, awtoritajiet lokali u NGOs);

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha fil-komunikazzjoni u l-informazzjoni, b'mod partikulari billi:

   • tistabbilixxi numru tat-telefown ta" emerġenza Ewropew li jkun uniku li jkun jidher fil-passaport taċ-ċttadini ta" l-Unjoni flimkien ma" l-Artikolu 20 tat-Trattat KE u li jippermetti lil kwalunkwe ċittadin Ewropew jkun konness ma' ċentru ta' l-informazzjoni li jipprovdi lilu tagħrif sħiħ fil-każ ta' sitwazzjoni kritika li tibda tmexxi l-proċess ta' protezzjoni konsulari - b'mod partikulari lista aġġornata ta' l-ambaxxati u l-konsulati ta' l-Istati Membri li huwa intitolat li jikkuntattja; dan in-numru jista" jkun ċentralizzat fi Brussell u ġestit mill-Kummissjoni;
   · tqajjem kuxjenza fost il-professjonisti involuti fiż-żjarat (għal perjodu ta' żmien qasir jew twil) ta' ċittadini ta' l-UE f'pajjiżi terzi billi tqassam fuljetti imfassla speċifikament skond il-qasam ta' l-attivita tagħhom;
   · tat-tfassil ta" rakkomandazzjoni dwar il-prattiki tajba fil-qasam tal-kitba ta" avviżi lill-vjaġġaturi, sabiex dawn ikunu miktuba b'mod ċar u mingħajr ambigwità;
   · toħloq u tkun responsabbli għal website armonizzata li tinkludi informazzjoni għal dawk li jivvjaġġaw u li tiġbor u/jew tissintesizza l-pariri minn kull Stat Membru għal min qed jivvjaġġa;
   · titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta" l-Unjoni li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-Unjoni, b'mod partikulari fl-ajruporti, fil-portijiet, permezz ta" aġenti u operaturi ta" l-ivvjaġġar, għal biljetti tas-safar u permezz ta' aġenziji nazzjonali involuti fl-ivvjaġġar u fit-turiżmu;
   · tal-ħolqien ta' grupp ta" ħidma, kompost minn rappreżentanti ta" l-isitituzzjonijiet Ewropej u ta'diplomatiċi bi kwalifiki għolja minn kull Stat Membru li jippermetti l-iskambji ta' informazzjoni dwar l-evalwazzjoni, minn kull Stat Membru, tar-riskju ta" l-ivvjaġġar f'pajjiżi terzi u sabiex jaħdem għal approċċ komuni fil-qasam ta" l-avviżi lill-vjaġġaturi;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istati Membri fejn titlobhom biex jirriproduċu l-Artikolu 20 tat-Trattat KE fil-passaporti taċ-ċittadini tagħhom;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, ladarba t-Trattat ta' Liżbona jiġi rratifikat, tippreżenta proposta għall-emendi għad-Deċiżjoni 95/553/KE lill-Parlament Ewropew sabiex din id-Deċiżjoni tinkludi:

   - il-protezzjoni diplomatika,
   - l-identifikazzjoni u r-ripatrijazzjoni tal-fdalijiet tal-mejtin,
   - simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti bil-quddiem ta' flus;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex testendi l-protezzjoni konsulari lill-membri tal-familji ta' ċittadini Ewropej li jkunu ċittadini ta" pajjiżi terzi, kif ukoll lil refuġjati rikonoxxuti u persuni bla ċittadinanza u persuni oħra li m'għandhomx nazzjonalità ta" ebda pajjiż li jgħixu fi Stat Membru u li għandhom dokument tas-safar maħruġ minn dak l-Istat Membru;

10.  Jitlob li jittieħdu l-miżuri adegwati sabiex tiġi żgurata u msaħħa l-effettività ta" l-assistenza ġuridika liċ-ċittadini Ewropej f'każ ta" arrest jew detenzjoni f'pajjiż terz;

11.  Japprova bis-sħiħ l-inizjattiva li diġa ġiet imħabbra fir-rapport Barnier rigward it-twaqqif ta' "uffiċċji konġunti" fl-erba' zoni ta' "eżaminazzjoni" (il-Karibew, il-Balkani, l-Oċeanu Indjan u l-Afrika tal-Punent) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-istess żmien li jiġu mwaqqfa l-"uffiċċji konġunti", tniedi kampanja ta' informazzjoni mmirata lejn iċ-ċittadini ta' l-UE li joqogħdu f'dawn iz-zoni sabiex ikun żgurat li dawn jagħmlu r-reġistrazzjonijiet formali kollha meħtieġa;

12.  Jikkunsidra li, sakemm jitwettqu dawn l-uffiċċji konġunti li se jirriformaw il-ħidmiet konsulari kollha li huma l-aktar importanti (ħruġ ta' visas, leġiżlazzjoni ta' dokumenti, eċċ.) il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-isforzi li qed isiru mill-Istati Membri sabiex tikber il-koperazzjoni tagħhom, b'mod partikulari:

   · fil-qasam ta" l-evalwazzjoni u l-analiżi ta' eżerċizzji u simulazzjonijiet realizzati fi ħdan il-patronaġġ ta' Stati "pilota" sabiex jinkiseb aktar titjib fil-kapaċitajiet tagħhom ta' koordinament u reazzjoni fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, b'ħidma favur viżibilità aħjar tal-proċeduri applikabbli fil-qasam ta" l-implimentazzjoni ta" din l-inizjattiva ta" Stat pilota kif ukoll favur konsultazzjoni akbar mal-partijiet terzi interessati, b'mod partikulari l-persuni li jaħdmu fil-qasam tat-trasport u tat-turiżmu;
   · fil-qasam tal-koordinament u l-provvediemnt ta' kapaċita loġistika u riżorsi ta' protezzjoni ċivili;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fejn ikun possibbli tirrikorri għat-taħriġ u t-teknoloġija sabiex tirranġa ċertu nuqqasijiet u/jew sabiex tagħmel l-aħjar użu minn ċerti riżorsi li s'issa għadhom mhux esplojtjati biżżejjed; minn dan il-lat, il-Kummissjoni għandha b'mod partikulari tiddirezzjona r-riżorsi tagħha sabiex tiffinanzja korsijiet speċifiċi ta' taħriġ mogħtija minn diplomatiċi u persunal konsulari ta' esperjenza mill-Istati Membri għall-benefiċċju ta' Konsli Onorarji li diġa huma stabbiliti f'pajjiżi terzi; dan it-tip ta' taħriġ għandu mbagħad jingħata lill-persunal ta' l-Unjoni ukoll malli l-"uffiċċji konġunti" u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni ikunu verament responsabbli għax-xogħlijiet konsulari li bħalissa huma esklussivament f'idejn ir-rappreżentazzjonijiet ta' l-Istati Membri;

14.  Jinnota li f'diversi okkażjonijiet il-proċeduri għall-għoti ta" għajnuniet ekonomiċi jiġu mxekkla mid-diversi konsultazzjonijiet li jkollhom isiru, u dan joħloq diffikultà oħra għall-faċilitazzjoni ta" għajnuna ċara għaċ-ċittadini ta" l-Unjoni li jkunu jinsabu f'sitwazzjoni ta" emerġenza f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistudja l-possibilità ta" simplifikar u unifikazzjoni ta" dawk il-proċeduri ta" għotja ta" għajnuniet;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-possibilitajiet u l-implikazzjonijiet li l-ħolqien ta' Servizz ta' l-Affarijiet Barranin Ewropew, kif inhu previst fil-qafas tat-Trattat ta' Liżbona, jista' jkollu fuq il-protezzjoni konsulari u diplomatika;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 314, 28.12.1995, p. 73.


Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007
PDF 207kWORD 38k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni (15715/2007 – C6-0434/2007 – 2007/2237(BUD))
P6_TA(2007)0593A6-0493/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, kif ġie adottat finalment fl-14 ta' Diċembru 2006(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru 2007 (COM(2007)0687), u modifikat b'ittra tat-12 ta' Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru  7/2007, imħejji mill-Kunsill fis-26 ta' Novembru 2007 (15715/2007 – C6-0434/2007)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu ,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0493/2007),

A.   billi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 għall-Baġit Ġenerali 2007 jkopri l-punti li ġejjin:

   żieda sostanzjali fit-tbassir tad-dħul, b'mod partikolari fir-reviżjonijiet tat-tbassiriet għall-bilanċi tal-VAT u tal-GNI (EUR 3 830 000 000);
   tnaqqis ulterjuri fl-approprjazzjonijiet ta' pagamenti fil-linji tal-baġit taħt l-intestaturi 1a, 1b, 2 u 3a (EUR 1 651 400 000), wara t-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment globali DEC36/2007 (EUR 425 000 000),

B.   billi l-iskop ta' l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 huwa li dawn ir-riżorsi baġitarji u l-aġġustamenti tekniċi jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2007,

1.  Jieħu nota ta' l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 7/2007;

2.  Jagħraf li l-fatt li bħalissa m'hemmx implimentazzjoni biżżejjed ta" ċerti linji jista" jkun konsegwenza ta" l-adozzjoni li saret tard tal-bażijiet legali fl-ewwel sena tal-qafas finanzjarju plurijennali; jinsisti li jsir monitoraġġ mill-qrib ta' l-implimentazzjoni tal-Baġit ta' l-2008 permezz tad-diversi għodod bħat-twissija regolari tat-tbassir baġitarju (Budgetary Forecast Alert) u l-gruppi ta' monitoraġġ; jistieden lill-kumitati speċjalizzati tiegħu biex jagħtu input bikri fir-rigward tal-fondi li huma meħtieġa u tal-problemi li jista' jkun hemm relatati ma' l-implimentazzjoni fir-rigward tal-programmi plurijennali;

3.  Jenfasizza li żgur se jkun hemm ħtieġa ta" ammont ogħla f'pagamenti fil-baġit ta" l-2008;

4.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 77, 16.3.2007, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Ambjent mingħajr dokumenti għad-dwana u għall-kummerċ ***II
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ambjent mingħajr dokumenti għad-dwana u għall-kummerċ (8520/4/2007 – C6-0267/2007 – 2005/0247(COD))
P6_TA(2007)0594A6-0466/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (8520/4/2007 – C6-0267/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0609),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0466/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 317 E, 23.12.2006, p.74.


Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marin ***II
PDF 286kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (9388/2/2007 – C6-0261/2007 – 2005/0211(COD))
P6_TA(2007)0595A6-0389/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9388/2/2007 – C6-0261/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0505),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0389/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta' Diċembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)

P6_TC2-COD(2005)0211


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Direttiva 2008/56/KE.)

(1) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 86.


Kwalità ta' l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa ***II
PDF 332kWORD 87k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (16477/1/2006 – C6-0260/2007 – 2005/0183(COD))
P6_TA(2007)0596A6-0398/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16477/1/2006 – C6-0260/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0447),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa hawnhekk,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0398/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta' Diċembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

P6_TC2-COD(2005)0183


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/50/KE.)

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LI TAKKUMPANJA L-ADOZZJONI TAD-DIRETTIVA L-ĠDIDA DWAR IL-KWALITÀ TA" L-ARJA FL-AMBJENT U ARJA AKTAR NADIFA GĦALL-EWROPA

Il-Kummissjoni tinnota t-test adottat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għad-Direttiva dwar il-kwalità ta" l-arja fl-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota l-importanza li l-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jagħtu, fl-Artikolu 22(4) u l-Premessa 15 tad-Direttiva, għall-miżuri Komunitarji għat-tnaqqis f'ras il-għajn ta" emissjonijiet li jniġġsu l-arja.

Il-Kummissjoni tagħraf li, biex jinkiseb progress sinifikanti fil-kisba ta" l-għanijiet stabbiliti fis-Sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali, jeħtieġ li li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta" ħsara li jniġġsu l-arja. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Tematika dwar it-tniġġis ta" l-arja tistabbilixxi għadd sinifikanti ta" miżuri Komunitarji possibbli. Minn meta l-Istrateġija ġiet adottata, sar progress sinifikanti kemm fuq dawn il-miżuri kif ukoll fuq miżuri oħra:

   Il-Kunsill u l-Parlament diġà adottaw liġijiet ġodda li jillimitaw l-emissjoni ta" exhaust minn vetturi ħfief (light duty);
   Il-Kummissjoni adottat proposta għal liġijiet ġodda biex ittejjeb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet industrijali li tinkludi impjanti ta" agrikoltura intensiva u miżuri għall-kontroll ta" sorsi ta" kombustjoni industrijali ta" skala iżgħar;
   Il-Kummissjoni adottat proposta għal liġijiet ġodda li jillimitaw l-emissjonijiet ta" exhaust minn magni installati fuq vetturi tqal (heavy duty);
   Għall-2008, il-Kummissjoni tipprevedi proposti leġiżlattivi ġodda li:
   ikomplu jnaqqsu l-limitu massimu nazzjonali ta' l-Istati Membri għall-emissjonijiet li l-aktar iniġġsu l-arja;
   inaqqsu l-emissjonijiet assoċjati mat-teħid tal-petrol mill-karozzi fl-istazzjonijiet tal-petrol;
   jindirizzaw il-kontenut tal-kubrit fil-fjuwils, anke fil-fjuwils għall-użu marittimu;
   Qiegħed isir xogħol ta" tħejjija biex issir magħrufa l-fattibilità ta":
   it-titjib fl-ekodisinn ta" bojlers u heaters domestiċi, u t-tnaqqis ta" emissjonijiet minnhom;
   it-tnaqqis mill-kontenut ta" solvent fiż-żebgħa, verniċ u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi;
   it-tnaqqis ta" emissjonijiet ta" exhaust minn makkinarju mobbli mhux tat-triq, liema tnaqqis iwassal biex jinkiseb l-aktar benefiċċju possibbli mill-użu ta" fjuwils b'kontenut ta" kubrit aktar baxx li ma jintużawx għat-triq, kif diġà propost mill-Kummissjoni;
   Fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-Kummissjoni ser tibqa" tinsisti wkoll għal tnaqqis sostenzjali ta" emissjonijiet mill-bastimenti, u jekk l-IMO ma jirnexxiliex twettaq il-proposti ambizzjużi previsti għas-sena 2008, il-Kummissjoni għandha l-impenn li tippromwovi proposti għal miżuri Komunitarji.

Madankollu, il-Kummissjoni hija marbuta ma' l-għanijiet ta' l-inizjattiva tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u mal-ħtieġa li l-proposti jkunu bbażati fuq valutazzjoni komprensiva ta" l-impatti u l-benefiċċji. F'dan ir-rigward, u b'konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni ser tkompli tevalwa l-ħtieġa li tressaq proposti għal leġiżlazzjoni ġdida iżda żżomm id-dritt tagħha li tiddeċiedi jekk u meta jkun xieraq li tippreżenta dawn il-proposti.

(1) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 102.


L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja ***I
PDF 282kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test
Riїoluzzjoni leġiїlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (tfassil mill-ġdid) (COM(2006)0783– C6-0474/2006 – 2006/0273(COD))
P6_TA(2007)0597A6-0345/2007

(Proċedura ta' kodeċiїjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2006)0783),–

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 156 u 71 tat-Trattat tal-KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0474/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiїmu (A6-0345/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid,

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-poїizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Poїizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid)

P6_TC1-COD(2006)0273


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-poїizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/57/KE.)


CAP: regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett u ċerti skemi ta' appoġġ għal-bdiewa u appoġġ għall-iżvilupp rurali *
PDF 446kWORD 143k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (COM(2007)0484 – C6-0283/2007 – 2007/0177(CNS))
P6_TA(2007)0598A6-0470/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0484),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37, paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0283/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0470/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill jgħarraf lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
PREMESSA 1 A (ġdida)
(1a)  Il-kundizzjonalità diġà uriet li hija strument importanti ħafna taħt il-Politika Agrikola Komuni riformata f'dak li jirrigwardja l-ġustifikazzjoni tan-nefqa. Il-kundizzjonalità la timponi obbligi ġodda fuq il-bdiewa u lanqas tintitolahom għal pagamenti ġodda wara l-konformità tagħhom. Hija sempliċament tistabilixxi rabta bejn il-pagamenti diretti magħmula lill-bdiewa u s-servizzi pubbliċi li jagħtu lis-soċjetà b'mod ġenerali billi jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam ta' l-ambjent, tas-sikurezza ta' l-ikel u tal-benesseri ta' l-annimali. Ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità ġeneralment huma stretti ħafna meta mqabbla ma" standards fil-bqija tad-dinja.
Emenda 2
PREMESSA 1 B (ġdida)
(1b)  Jekk jitqies il-valur li l-UE tpoġġi fuq dawn l-istandards għojin, il-Politika Agrikola Komuni riformata ttrasformat b'mod effettiv l-ewwel pilastru tal-politika tagħha, f' politika ta' l-iżvilupp rurali de facto, għaliex il-bdiewa qed jiġu kumpensati talli qed jipprovdu servizzi pubbliċi, minflok jirċievu pagamenti mingħajr ebda kundizzjoni marbuta mal-produzzjoni. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-sistema tal-kundizzjonalità, huma neċessarji l-għarfien sħiħ tas-sistema u l-koperazzjoni tal-bdiewa - ħaġa li attwalment nieqsa, minħabba l-biża' li ħoloq ir-reġim fuq livell ta' biedja. Tkun aktar faċli għas-settur tal-biedja biex jikkonforma jekk dan ikun aktar infurmat. Madankollu, hija problema kbira mhux biss għall-bdiewa iżda wkoll għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jifhmu d-dettalji tat-18-il Direttiva u Regolamenti speċifiċi ta' l-UE.
Emenda 3
PREMESSA 1 C (ġdida)
Il-Kundizzjonalità rabtet il-pagament ta' appoġġ għall-bdiewa mal-konformità mat-18 -il Direttiva u Regolament differenti ta' l-UE. Minħabba n-natura tagħha stess, il-monitoraġġ tal-kundizzjonalità hija kumplessa. Is-sistema tal-kundizzjonalità tirrikjedi li dawk li jwettqu l-kontrolli jkollhom għarfien sħiħ tal-biedja u jkunu familjari mas-setturi differenti tal-biedja. Huwa vitali li jkun hemm taħriġ xieraq għall-dawk li jwettqu l-kontrolli ta' l-attivitajiet tal-bdiewa. Barra minn hekk, l-ispetturi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jikkunsidraw fatturi mhux previsti u barra mill-istaġun li jnaqqsu l-konformità - bla ma jkollu ebda tort il-bidwi.
Emenda 4
PREMESSA 1 D (ġdida)
(1d)  Is-sistema ta" kundizzjonalità u/jew il-Politika Agrikola Komuni probabbilment se jkunu jeħtieġu aktar aġġustamenti fil-futur, peress li fil-preżent il-livell tal-pagamenti mhux dejjem jidher li hu bbilanċjat ma" l-isforzi ta" konformità magħmula mill-bdiewa kkonċernati, peress li l-pagamenti għadhom jiddependu ħafna fuq l-infiq storiku. B'mod partikolari, il-leġiżlazzjoni dwar il-benesseri ta" l-annimali hija ta" piż kbir għall-bdiewa li jrabbu l-annimali, li mhux rifless fil-livell tal-pagamenti tagħhom. Madankollu, jekk il-prodotti importati jilħqu l-istess standards tal-benesseri ta" l-annimali, imbagħad ma jkunx hemm il-bżonn li l-bdiewa jiġu kkumpensati għall-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni għalhekk għandha taħdem għar-rikonoxximent tal-kwistjonijiet mhux kummerċjali bħala kriterji ta' importazzjoni fi ħdan in-negozjati tad-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Emenda 5
PREMESSA 1 E (ġdida)
(1e)  Għandu jsir sforz kontinwu għas-simplifikazzjoni, għat-titjib u għall-armonizzazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità kull sentejn.
Emenda 6
PREMESSA 1 F (ġdida)
(1f)  Piżijiet amministrattivi mnaqqsa, kontrolli armonizzati, amalgamazzjoni ta' kontrolli, inkluż fi ħdan l-istituzzjonijiet, u pagamenti fil-ħin iżidu l-appoġġ ġenerali bejn il-bdiewa għas-sistema tal-kundizzjonalità u b'hekk tiżdied l-effettività tal-politika.
Emenda 7
PREMESSA 1 G (ġdida)
(1g)  Hija essenzjali notifika minn qabel, jekk wieħed jixtieq jippromwovi l-konformità. Hemm bżonn ukoll li l-bdiewa, li ħafna minnhom joperaw fuq bażi part-time, jingħataw l-għajnuna, biex jippreparaw ruħhom għall-kontrolli. Kontrolli mhux annunċjati ma tantx huma utli fis-sistema, għaliex jikkontribwixxu għal sens ta' biża barra mill-proporzjoni iżda ġustifikat, fil-bdiewa fir-rigward tar-reġim tal-kundizzjonalità in ġenerali. Fejn ikun hemm suspett ta' ''frodi intenzjonali u serja'', għandhom jintużaw mezzi ta' attakk oħra, inkluża l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru. Meta jitwettqu l-kontrolli mhux annunċjati dawn għandhom iseħħu biss jekk l-awtorità kompetenti tqis li tezisti problema serja f'razzett partikolari. Fl-istess ħin m'għandhiex titpoġġa f'periklu l-effettività ta' kontrolli fuq il-post.
Emenda 8
PREMESSA 1 H (ġdida)
(1h)  Sabiex il-piż impoġġi fuq il-bdiewa jkun limitat, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jiġu mħeġġa biex iżommu sal-minimu kemm in-numru ta' kontrolli fuq il-post u n-numru ta' aġenżiji ta' kontroll, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi r-regoli ta' l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-modulazzjoni u s-sistemi ta' kontroll imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/20031. L-Istati Membri għalhekk għandhom jitħallew jaħdmu l-persentaġġ ta" kontroll minimu fil-livell ta" l-aġenzija li tħallas. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu nkoraġġiti jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jillimitaw in-numru ta' persuni li jagħmlu l-kontrolli u jiżguraw li dawk ikunu mħarrġa kif xieraq u jillimitaw il-perjodu li matulu jista' jsir kontroll fuq il-post f'razzett partikolari għal massimu ta' ġurnata waħda. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu r-rekwiżiti għas-selezzjonijiet integrati tal-kampjun. Is-selezzjoni tal-kampjun għall-kontrolli fuq il-post għandhom isiru indipendentament mill-persentaġġi ta" kontroll minimu speċifiċi kif ipprovdut skond il-leġiżlazzjoni speċifika li taqa" fl-ambitu tal-kundizzjonalità.
--  -----------------------------------------
1ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 972/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 3).
Emenda 9
PREMESSA 1 I (ġdida)
(1i)  Il-kontrolli amministrattivi u fuq il-post kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom isiru b'mod li tiġi żgurata l-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mat-termini li permezz tagħhom jingħataw l-għajnuniet u tal-ħtiġiet u l-istandards relevanti għall-kundizzjonalità. Dawn għandhom isiru komplimentari fis-sistema integrata amministrattiva u ta' kontroll preżenti, sabiex jiġi evitat l-irduppjar u sabiex il-kontrolli kollha jkunu jistgħu jsiru waqt żjara ta' kontroll waħda.
Emenda 10
PREMESSA 1 J (ġdida)
(1j)  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bdiewa ma jiġux ikkastigati darbtejn (tnaqqis jew esklużjoni tal-pagamenti, kif ukoll multa minħabba nuqqas ta" konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti) għall-istess każ ta" nuqqas ta" konformità.
Emenda 11
PREMESSA 1 K (ġdida)
(1k)  It-tnaqqis mill-pagamenti li japplikaw f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' kundizzjonalità, ma' l-obbligi u mar-rekwiżiti jvarjaw, skond jekk in-nuqqas ta' konformità titqies bħala att intenzjonali jew riżultat ta' negliġenza. Bl-istess mod, dak it-tnaqqis għandu jkun proporzjonat ma' l-impotanza tal-qasam ta' l-attività kkonċernata min-nuqqas ta' konformità fir-razzett, b'mod partikolari meta dan ikun razzett fejn jitkabbar raba' mħallat (mixed crop) u jitrabbew il-bhejjem.
Emenda 12
PREMESSA 2
(2)  L-Artikolu 44(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li bdiewa għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tagħhom għal perjodu ta' talanqas 10 xhur il-ħbula ta" art li jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli. L-esperjenza turi li din il-kundizzjoni tista' tillimita ħafna l-funzjonament tas-suq ta' l-artijiet, u toħloq piż amministrattiv sinifikanti għall-bdiewa u għas-servizzi amministrattivi. Tnaqqis tal-perjodu msemmi ma jqegħidx fil-periklu t-tmexxija ta' l-obbligi ta' kundizzjonalità. Min-naħa l-oħra, huwa wkoll neċessarju li tiġi stabbilita data meta l-ħbula ta" art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa biex jiġu evitati talbiet doppji fuq l-istess art. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi stabbilit li l-bdiewa għandu jkollhom l-ħbula ta" art għad-dispożizzjoni tagħhom fil-15 ta" Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta" l-applikazzjoni għall-għajnuna. L-istess regola għandha tapplika fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona. Jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli rigward ir-responsabbiltajiet fil-kundizzjonalità fil-każ ta' trasferiment ta' artijiet.
(2)  L-Artikolu 44(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li bdiewa għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tagħhom għal perjodu ta' talanqas 10 xhur il-ħbula ta" art li jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli. L-esperjenza turi li din il-kundizzjoni tista' tillimita ħafna l-funzjonament tas-suq ta' l-artijiet, u toħloq piż amministrattiv sinifikanti għall-bdiewa u għas-servizzi amministrattivi. Tnaqqis tal-perjodu msemmi ma jqegħidx fil-periklu t-tmexxija ta' l-obbligi ta' kundizzjonalità. Min-naħa l-oħra, huwa wkoll neċessarju li tiġi stabbilita data meta l-ħbula ta" art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa biex jiġu evitati talbiet doppji fuq l-istess art. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi stabbilit li l-bdiewa għandu jkollhom l-ħbula ta" art għad-dispożizzjoni tagħhom fl-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat tas-sena tas-sottomissjoni ta" l-applikazzjoni għall-għajnuna. L-istess regola għandha tapplika fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona. Jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli rigward ir-responsabbiltajiet fil-kundizzjonalità fil-każ ta' trasferiment ta' artijiet.
Emenda 13
PREMESSA 7 A (ġdida)
(7a)  Fl-applikazzjoni unika tiegħu, il-bidwi jiddikjara, inter alia, iz-zona li qed juża għal skopijiet agrikoli, l-iskema jew skemi involuti u l-pagamenti li huwa intitolat għalihom, u jafferma li huwa konxju tal-kundizzjonijiet marbuta ma' l-għoti ta' l-għajnuna konċernata. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkorrispondu mhux biss mal-kriterji ta' eliġibilità għall-għajnuna iżda wkoll mal-kriterji tas-saħħa pubblika, is-saħħa ta' l-annimal u tal-pjanti, il-benesseri ta' l-annimal u r-rispett għall-ambjent li huma suġġetti għall-għoti ta' dik l-għajnuna. B'dik id-dikjarazzjoni, il-bidwi jimpenja ruħu li jikkonforma ma' dawk il-kundizzjonijiet varji, u jintrabat li se jirrispettahom.
Emenda 14
ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid)
Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(-1) Fl-Artikolu 4, paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej::
''Fil-każ ta' Direttivi, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rekwiżiti legali tat-tmexxija fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 jiġu trasposti b'mod armonizzat f'kull Stat Membru.''
Emenda 15
ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (A)
Artikolu 6 paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(a)  Il-paragrafu (1) jitbiddel b'li ġej:
"1. Meta r-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni jew il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin ma jkunux rispettati f'sena kalendarja partikolari, (hawn taħt imsejħa "is-sena kalendarja kkonċernata"), it-total ta" l-ammont tal-pagamenti diretti li għandu jingħata, wara l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 10 u 11 lill-bdiewa li ssottomettew applikazzjoni tul is-sena kalendarja kkonċernata, għandu jitnaqqas jew ikkanċellat skond ir-regoli dettaljati stipulati fl-Artikolu 7.
Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-bidwi li jkun issottometta applikazzjoni għall-għajnuna għandu jinżamm responsabbli sakemm ma jirnexxilux juri li n-nuqqas ta" konformità rilevanti ma hija la rriżultat ta" att u lanqas ta" nuqqas li jkun ħtija:
(a) tiegħu, jew
(b) fil-każ fejn l-art agrikola tkun ittrasferita tul is-sena kalendarja kkonċernata,
- ta" dak li lilu ġiet trasferita l-art, fil-każ meta t-trasferiment ikun seħħ bejn id-data msemmija fl-Artikolu 44(3) u l-1 ta" Jannar tas-sena kalendarja sussegwenti;
- tat-trasferitur, fil-każ meta t-trasferiment ikun seħħ bejn l-1 ta" Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata u d-data msemmija fl-Artikolu 44(3)."
imħassar
Emenda 31
ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (B)
Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
3.  Minkejja l-paragrafu 1 u skond il-kundizzjonjiet stipulati fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis ta" EUR 50 jew anqas kull bidwi u kull sena kalendarja.
3.  Minkejja l-paragrafu 1 u skond il-kundizzjonjiet stipulati fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis ta" EUR 100 jew anqas kull bidwi u kull sena kalendarja.
Emenda 17
ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (B)
Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
Kwalunkwe sejba ta" nuqqas ta" konformità xorta waħda għandha tkun suġġetta għal azzjoni ta' segwitu speċifika mill-awtorità kompetenti. Għal kwalunkwe sejba bħal din, il-miżuri ta" segwitu u l-azzjoni ta" rimedju li għandha tittieħed għandhom jiġu notifikati lill-bidwi.
Kwalunkwe sejba ta" nuqqas ta" konformità xorta waħda għandha tkun suġġetta għal azzjoni ta' segwitu speċifika fl-evalwazzjoni tar-riskju mill-awtorità kompetenti. Għal kwalunkwe sejba bħal din, il-miżuri ta" segwitu u l-azzjoni ta" rimedju li għandha tittieħed għandhom jiġu notifikati lill-bidwi. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fejn il-bidwi jkun ħa azzjoni ta" rimedju minnufih u jwaqqaf in-nuqqas ta" konformità misjuba."
Emenda 18
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
Kwalunkwe sejba ta" nuqqas minuri ta" konformità għandha xorta wahda tkun suġġetta għal azzjoni ta' segwitu speċifika mill-awtorità kompetenti. Għal kwalunkwe sejba bħal din, il-miżuri ta" segwitu u l-azzjoni ta" rimedju li għandha tittieħed għandhom jiġu notifikati lill-bidwi. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fejn il-bidwi jkun ħa azzjoni ta" rimedju minnufih u jwaqqaf in-nuqqas ta" konformità misjuba."
imħassra
Emenda 19
ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)
Artikolu 7, paragrafu 4, subparagrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(2a)  Fl-Artikolu 7(4) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
''Fi kwalunkwe każ, fl-Istati Membri l-ġodda, il-persentaġġ tat-tnaqqis msemmi fl-Artikolu 6(1) għandu jikkunsidra l-persentaġġ relevanti ta' l-iskeda taż-żidiet applikabbli f'sena partikolari bi qbil ma' l- Artikolu 143a''.
Emenda 20
ARTIKOLU 1, PUNT 2 B (ġdid)
Artikolu 7, paragrafu 4 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(2b)  Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"4a. Fejn ikun qed jiġi applikat tnaqqis jew esklużjoni ta' pagamenti wara nuqqas ta' konformità rreġistrat waqt kontroll fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 25, m'għandha tiġi imposta l-ebda multa taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali korrispondenti għall-istess każ ta' nuqqas ta' konformità.
Fejn ġiet imposta multa wara nuqqas ta" konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, m'għandu jiġi impost l-ebda tnaqqis jew esklużjoni ta" pagamenti għall-istess każ ta" nuqqas ta" konformità."
Emenda 21
ARTIKOLU 1, PUNT 2 C (ġdid)
Artikolu 8 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(2c)  L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Artikolu 8
Reviżjoni
Sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2007, u kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità, akkumpanjat minn, jekk meħtieġ, proposti xierqa b'mod partikolari bil-ħsieb li:
- tiġi emendata l-lista tar-rekwiżiti legali ta" tmexxija stipulati fl-Anness III,
- tiġi ssimplifikata, deregolarizzata u mtejba l-leġiżlazzjoni taħt il-lista tar-rekwiżiti legali ta" tmexxija, b'attenzjoni speċjali tingħata lil-leġiżlazzjoni dwar in-nitriti,
- jiġu ssimplifikati, imtejba u armonizzati is-sistemi ta' kontroll fis-seħħ, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-opportunitajiet offruti bl-iżvilupp ta' indikaturi u kontrolli ibbażati fuq "bottleneck", ta" kontrolli li diġà jsiru taħt skemi ta" ċertifikazzjoni privata, ta" kontrolli li diġà jsiru taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta r-rekwiżiti legali ta" tmexxija u tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni.
Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll stima ta" l-ispejjeż totali tal-kontroll taħt is-sistema tal-kundizzjonalità tas-sena ta' qabel is-sena li fiha r-rapport ikun se jiġi ppubblikat."
Emenda 22
ARTIKOLU 1, PUNT 2 D (ġdid)
Artikolu 18, paragrafu 1, punt (e) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(2d)  Fl-Artikolu 18(1), il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:
'' (e) sistema ta' kontroll integrata li tinkludi l-verifika tal-kundizzjonijiet ta' eliġibilità u tar-rekwiżiti f'termini ta' kundizzjonalità,''
Emenda 23
ARTIKOLU 1, PUNT 2 E (ġdid)
Artikolu 25 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(2e)  L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 25
Kontrolli fuq il-kundizzjonalità
1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-bidwi hux konformi ma" l-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1. Dawn il-kontrolli għandhom isiru f'perjodu ta' mhux aktar minn ġurnata waħda għal razzett partikolari.
2.  L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi amministrattivi u ta" kontroll eżistenti tagħhom biex jassiguraw il-konformità mar-rekwiżiti legali ta" tmexxija u mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba msemmija fil-Kapitolu 1.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jillimitaw in-numru ta" aġenziji ta" kontroll u n-numru ta" persuni li jagħmlu l-kontrolli fuq il-post f'razzett partikolari.
Dawn is-sistemi, u l-aktar is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali stabbilita skond id-Direttiva 92/102/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u r-Regolament (KE) Nru 21/2004 għandhom ikunu kompatibbli, fis-sens ta' l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, mas-sistema integrata.
3.  L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jippjanaw il-kontrolli b'tali mod li l-irziezet li jkunu jistgħu jiġu kkontrollati l-aħjar f'perjodu partikolari matul is-sena, minħabba raġunijiet marbuta ma' l-istaġjun, jiġu tassew ikkontrollati f'dak il-perjodu. Madankollu, jekk l-aġenzija ta' kontroll ma tkunx tista' tikkontrolla xi rekwiżit legali tat-tmexxija, jew parti minnu, jew kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba waqt kontroll fuq il-post, minħabba raġunijiet marbuta ma' l-istaġjun, dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala ssodisfati.
Emenda 24
ARTIKOLU 1, PUNT 3
Artikolu 44 paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
"Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta" art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi sal-15 ta" Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna."
"Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta" art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi fl-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna.
Emenda 25
ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (A)
Artikolu 143 b, paragrafu 5, subparagrafu 1, sentenza ġdida (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta" art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi sal-15 ta" Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna."
Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta" art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi fl-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna.
Emenda 26
ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (B)
Artikolu 143 b, paragrafu 6, subparagrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
Mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri l-ġodda, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
"Mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri l-ġodda, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2010;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011;
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011.
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.
Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta' l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta' l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014;
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016.
L-Istati l-Membri l-ġodda jistgħu japplikaw għal din l-alternattiva fil-każ meta jiddeċiedu li jwaqqfu l-applikazzjoni ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona qabel tmiem il-perjodu ta" l-applikazzjoni previst fil-paragrafu 9.
L-Istati l-Membri l-ġodda jistgħu japplikaw għal din l-alternattiva fil-każ li jiddeċiedu li jwaqqfu l-applikazzjoni ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona qabel tmiem il-perjodu ta" l-applikazzjoni previst fil-paragrafu 9.
Emenda 27
ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (C)
Artikolu 143 b, paragrafu 9, l-ewwel sentenza (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
Għal kwalunkwe Stat Membru l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandha tkun disponibbli għal perjodu ta" applikazzjoni sa tmiem l-2010.
Għal kwalunkwe Stat Membru l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandha tkun disponibbli għal perjodu ta" applikazzjoni sa tmiem l-2013.
Emenda 28
ARTIKOLU 1, PUNT 5 A (ġdid)
Artikolu 145, punt (m) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)
(5a)  Fl-Artikolu 145, il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:
'' (m) regoli fuq il-kontrolli amministrattivi u ta' fuq il-post u l-kontrolli bir-'remote sensing. Fil-każ tal-kontrolli skond it-Titolu II Kapitolu 1, ir-regoli stipulati għandhom jipprovdu għal avviz minn qabel regolari u suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post meta dan ma jkunx jipperikola l-objettiv tal-kontrolli nnifishom. Ir-regoli għandhom jipprovdu wkoll inċentivi għall-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ sistema ta' kontrolli koerenti u li jaħdmu tajjeb;''
Emenda 29
ARTIKOLU 2
Artikolu 51, paragrafu 3, subparagrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1698/2005)
Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2008. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2008. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2010;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011;
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011.
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.
Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta" l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;
(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013;
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014;
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.
(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016.

L-immarkar ta" l-oriġini
PDF 214kWORD 60k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-immarkar ta" l-oriġini
P6_TA(2007)0599P6_DCL(2007)0075

Il-Parlament Ewropew,

–   b'rispett għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-immarkar ta" l-oriġini(1),

–   b'rispett għar-regola Rule 116 tar-Regoli ta" Proċedura tagħha,

A.   filwaqt li l-Unjoni Ewropea tagħti l-ikbar importanza lit-trasparenza għall-konsumaturi u informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti hija essenzjali f'dak ir-rigward,

B.   filwaqt li każijiet ta" indikazzjonijiet ta" oriġini qarrieqa u ta" ingann fuq prodotti impurtati fl-Unjoni Ewropea qed jiżdiedu, jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-konsumatur,

C.   filwaqt li l-Aġenda Lisbona ta" l-UE timmira biex issaħħaħ l-ekonomija billi ttejjeb globalment il-kompetittività ta" l-industriji ta" l-UE,

D.   filwaqt li għadd ta" msieħba l-aktar importanti ta" l-UE fil-kummerċ, bħalma huma l-Amerka, il-Ġappun u l-Kanada, ħarġu rekwiżiti mandatorji għall-immarkar ta" l-oriġini,

1.  Itenni d-dritt tal-konsumaturi Ewropej għal aċċess immedjat għall-informazzjoni dwar dak kollu li jixtru; tenfasizza li indikazzjonijiet qarrieqa dwar l-oriġini ta" prodott huma, bħal kwalunkwe qerq, inaċċettabbli; jemmen li għandha tkun żgurata kompetizzjoni ġusta ma" l-imsieħba fil-kummerċ ta" l-UE skond aġenda ta" kummerċ ġust;

2.  Jappoġġa b'mod sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta" oriġini ta" ċerti prodotti impurtati minn pajjiżi terzi;

3.  Jappella lill-Istati Membri ta" l-Unjoni Ewropea biex jadottaw regolament mingħajr dewmien, fl-interess tal-konsumaturi, l-industrija u l-kompetittività fl-UE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma" l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti ta" l-Istati Membri.

Lista ta' firmatarji

Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Roberta Alma Anastase, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Roberta Angelilli, Alfredo Antoniozzi, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Alexandru Athanasiu, Robert Atkins, Elspeth Attwooll, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Peter Baco, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Tiberiu Bărbuleţiu, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Jean Marie Beaupuy, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Monika Beňová, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Slavi Binev, Šarūnas Birutis, Guy Bono, Vito Bonsignore, Mario Borghezio, Josep Borrell Fontelles, Umberto Bossi, Costas Botopoulos, Jean-Louis Bourlanges, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Hiltrud Breyer, André Brie, Elmar Brok, Renato Brunetta, Danutė Budreikaitė, Wolfgang Bulfon, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Milan Cabrnoch, Joan Calabuig Rull, Mogens N.J. Camre, Marco Cappato, Carlos Carnero González, Giorgio Carollo, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Pilar del Castillo Vera, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Jorgo Chatzimarkakis, Giulietto Chiesa, Desislav Chukolov, Silvia Ciornei, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Daniel Cohn-Bendit, Richard Corbett, Giovanna Corda, Thierry Cornillet, Fausto Correia, Paolo Costa, Paul Marie Coûteaux, Michael Cramer, Brian Crowley, Ryszard Czarnecki, Joseph Daul, Antonio De Blasio, Arūnas Degutis, Panayiotis Demetriou, Gianni De Michelis, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Nirj Deva, Christine De Veyrac, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Gintaras Didžiokas, Alexandra Dobolyi, Brigitte Douay, Mojca Drčar Murko, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Cristian Dumitrescu, Michl Ebner, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Carlo Fatuzzo, Claudio Fava, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Fernando Fernández Martín, Francesco Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Janelly Fourtou, Carmen Fraga Estévez, Armando França, Monica Frassoni, Ingo Friedrich, Michael Gahler, Kinga Gál, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Ovidiu Victor Ganţ, Vicente Miguel Garcés Ramón, Giuseppe Gargani, Salvador Garriga Polledo, Patrick Gaubert, Jean-Paul Gauzès, Jas Gawronski, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Maciej Marian Giertych, Béla Glattfelder, Gian Paolo Gobbo, Robert Goebbels, Lutz Goepel, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Vasco Graça Moura, Luis de Grandes Pascual, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Adeline Hazan, Eduard Raul Hellvig, Jacky Hénin, Edit Herczog, Luis Herrero-Tejedor, Jim Higgins, Stephen Hughes, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Marie Anne Isler Béguin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Anneli Jäätteenmäki, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Georg Jarzembowski, Rumiana Jeleva, Romana Jordan Cizelj, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Atilla Béla Ladislau Kelemen, Evgeni Kirilov, Timothy Kirkhope, Ewa Klamt, Dieter-Lebrecht Koch, Silvana Koch-Mehrin, Sándor Kónya-Hamar, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Guntars Krasts, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Wiesław Stefan Kuc, Barbara Kudrycka, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, André Laignel, Alain Lamassoure, Stavros Lambrinidis, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Klaus-Heiner Lehne, Jörg Leichtfried, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Marie-Noëlle Lienemann, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Raffaele Lombardo, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Patrick Louis, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Toine Manders, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Sérgio Marques, Maria Martens, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Ana Mato Adrover, Marios Matsakis, Maria Matsouka, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Dan Mihalache, Francisco José Millán Mon, Nickolay Mladenov, Javier Moreno Sánchez, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Francesco Musotto, Alessandra Mussolini, Sebastiano (Nello) Musumeci, Pasqualina Napoletano, Hartmut Nassauer, Robert Navarro, Bill Newton Dunn, Angelika Niebler, Achille Occhetto, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Ria Oomen-Ruijten, Josu Ortuondo Larrea, Miroslav Ouzký, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Doris Pack, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Aldo Patriciello, Maria Petre, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Umberto Pirilli, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Guido Podestà, Radu Podgorean, Zdzisław Zbigniew Podkański, Hans-Gert Pöttering, Samuli Pohjamo, Bernard Poignant, Adriana Poli Bortone, José Javier Pomés Ruiz, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Michel Rocard, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Wojciech Roszkowski, Dagmar Roth-Behrendt, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Tokia Saïfi, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Amalia Sartori, Jacek Saryusz-Wolski, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Elisabeth Schroedter, Andreas Schwab, Inger Segelström, Adrian Severin, Czesław Adam Siekierski, José Albino Silva Peneda, Marek Siwiec, Alyn Smith, Renate Sommer, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Francesco Enrico Speroni, Bart Staes, Margarita Starkevičiūtė, Gabriele Stauner, Dirk Sterckx, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Robert Sturdy, Margie Sudre, László Surján, Gianluca Susta, Hannes Swoboda, Károly Ferenc Szabó, József Szájer, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Ţicău, Radu Ţîrle, Patrizia Toia, Ewa Tomaszewska, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Elena Valenciano Martínez-Orozco, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Ioannis Varvitsiotis, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Marcello Vernola, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Diana Wallis, Graham Watson, Manfred Weber, Karl von Wogau, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Jan Zahradil, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Nicola Zingaretti, Tadeusz Zwiefka

(1) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 881.

Avviż legali - Politika tal-privatezza