Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 kif immodifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (15717/2007 – C6-0436/2007 – 2007/2019(BUD) - 2007/2019B(BUD)) u Ittri ta' emenda Nri 1/2008 (13659/2007 - C6-0341/2007) u 2/2008 (15716/2007 - C6-0435/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja ta' l-2008(4),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta' Lulju 2007 (C6-0287/2007 - C6-0288/2007),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni (C6-0287/2007) u l-Ittra ta' Emenda Nru 1/2008 (13659/2007 – C6-0341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti ta' l-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0288/2007)(6),
– wara li kkunsidra l-Ittra ta' emenda Nru 2/2008 (15716/2007 - C6-0435/2007)_għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra l-emendi u l-modifiki proposti tiegħu tal-25 ta" Ottubru 2007 għall-abbozz tal-baġit ġenerali(7),
– wara li kkunsidra l-modifiki tal-Kunsill għall-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament għall-abbozz tal-baġit ġenerali (15717/2007 – C6-0436/2007),
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa ta" konċiljazzjoni tal-baġit tat-23 ta" Novembru 2007,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar dak li ħareġ mid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament għall-abbozz ta" baġit ġenerali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0492/2007),
Kwistjonijiet ewlenin - Ċifri ġenerali, proposta għar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwalli (MFF), Ittri ta' emenda Nru 1 u Nru 2
1. Ifakkar li l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-baġit 2008 kienu stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija politika annwali (APS) ta' l-24 ta' April 2007, imsemmija aktar 'il fuq, li tibni fuq l-approċċi meħuda waqt il-preparazzjoni tal-baġit 2007 u n-negozjati li wasslu għall-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jenfasizza li l-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati" li ġie approvat f'dik ir-riżoluzzjoni huwa bbażat fuq il-pilastri ta' preżentazzjoni trasparenti, objettivi ċari u implimentazzjoni preċiża, b'tali mod li l-Kummissjoni tiġi ġġudikata mhux fuq il-bażi ta' proċess burokratiku, iżda fuq ir-riżultati li tikseb fl-ilħuq ta' objettivi li ġew miftiehma politikament; se jkompli jenfasizza dawn l-elementi fil-bqija tal-ħidma tiegħu fuq il-baġit 2008;
2. Fuq il-figuri ġenerali, jistabbilixxi l-livell finali ta" l-approprjazzjonijiet ta" impenn għal EUR 123 149 656 468; jiżgura li pakketti ta" programmi multiannwali li ġew miftiehma biss dan l-aħħar bejn il-Parlament u l-Kunsill ikunu rrispettati, kuntrarju għat-tnaqqis propost mill-Kunsill, b'mod partikolari fl-intestatura 1a; jiffissa l-livell ġenerali tal-ħlasijiet għal EUR 120 346.76 miljun, ammont ekwivalenti għal 0.96% tad-dħul gross nazzjonali (GNI) ta' l-UE; jinnota li dan iħalli marġini sinjifikanti ħafna ta" EUR 9 411 241 388 taħt l-ogħla limitu tal-pagamenti tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) għall-2008; jissottolinja l-importanza ta" implimentazzjoni effettiva tal-baġit u l-importanza tat-tnaqqis ta" impenji mhux imħallsa (reste à liquider - RALs), minħabba l-livell ġenerali modest tal-ħlasijiet;
3. Jilqa' r-riżultat tal-konċiljazzjoni tat-23 ta' Novembru 2007 mal-Kunsill, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-iffinanzjar tal-programm Galileo, permezz ta' reviżjoni ta' l-MFF 2007 - 2013 u l-użu ta' l-istrument ta' flessibilità, u l-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija mill-marġni tat-titolu 1a; jenfasizza li din is-soluzzjoni ta' finanzjament hija kompletament konformi ma' l-approċċ li huwa favur tiegħu l-Parlament Ewropew, b'mod partikulari peress li ma tnaqqasx l-approprjazzjonijiet ippjanati għall-programmi finanzjarji multiannwali fit-titolu 1a, hekk kif kien irrakkomanda preċedentement il-Kunsill; jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet konġunti, annessi ma' din ir-riżoluzzjoni bħala Anness 2, li jistipulaw l-arranġamenti dettaljati għall-iffinanzjar ta' Galileo u ta' l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija;
4. Jappoġġja l-ittra ta' emenda Nru 1/2008 għall-abbozz preliminari tal-baġit 2008 (PDB) adottata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Settembru 2007, u b'mod partikolari ż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn proposti għall-Kosovo (EUR 120 miljun) u għall-Palestina (EUR 142 miljun), li b'kollox jammontaw għal EUR 262 miljun iktar miċ-ċifri ta' l-abbozz preliminari tal-baġit; fil-kuntest tal-konċiljazzjoni tat-23 ta' Novembru 2007, jaqbel dwar approprjazzjonijiet ta' EUR 285 miljun għall-CFSP fil-baġit ta' l-2008, partikularment fid-dawl tal-bżonnijiet li se jkollu l-Kosovo fil-ġejjieni; jitlob bi dritt li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament involut u infurmat għal kollox fl-implimentazzjoni; jappoġġja l-ittra ta' emenda Nru 2/2008 kompletament, bħala parti mir-riżultat tal-konċiljazzjoni tat-23 ta' Novembru 2007;
5. Awtorizza t-talba DEC 36/2007 għat-trasferiment "Globali" fit-totalità tagħha u jilqa" b'sodisfazzjoni l-ammont aktar baxx ta" approprjazzjonijiet fl-2007, meta mqabbla mat-trasferimenti globali ta" l-2006 u l-2005; jagħraf li l-fatt li bħalissa m'hemmx implimentazzjoni biżżejjed ta" ċerti linji fl-2007 jista" jkun konsegwenza ta" l-adozzjoni li saret tard tal-bażijiet legali fl-ewwel sena tal-qafas finanzjarju multiannwali; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li diversi tnaqqis sinjifikanti ieħor fil-pagamenti ta" EUR 1,7 biljun fl-2007 qed jiġu proposti fil-Baġit ta' Emenda 7/2007 u fit-trasferiment "globali"; jinsisti li għandu jsir monitoraġġ mill-qrib ta' l-implimentazzjoni tal-Baġit ta' l-2008 permezz tad-diversi għodod bħal m'huma t-Twissija regolari għat-Tbassir tal-Baġit (Budget Forecast Alert) u l-Gruppi ta' Monitoraġġ; jistieden lill-kumitati speċjalizzati tiegħu biex jagħtu kontribut (input) bikri rigward il-fondi meħtieġa u dwar il-problemi li jista' jkun hemm ta" implimentazzjoni fir-rigward tal-programmi multiannwali; jenfasizza li żgur se jkun hemm bżonn ta' ammont ogħla ta' ħlasijiet fil-baġit ta' l-2008, u jistenna li jsir l-aħjar użu ta' din iż-żjieda moderata fil-ħlasijiet b'5.9% meta mqabbla ma' l-2007; b'referenza għall-istqarrija konġunta fuq din il-kwistjoni, jistenna li l-Kummissjoni tipproponi ħlasijiet ogħla fejn hu xieraq matul l-2008, jekk ikun hemm bżonn permezz ta" baġit ta" emenda;
6. Jistenna b'interess ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni mibdi mill-Kummissjoni dwar "Ir-riforma tal-baġit, it-tibdil ta' l-Ewropa" (SEC(2007)1188); jitlob li jkun hemm iktar involviment tal-Parlament kemm fir-reviżjoni ta' l-infiq ta' l-UE kif ukoll fir-reviżjoni tas-sistema ta' risorsi proprji ta' l-UE, hekk kif previst fid-Dikjarazzjoni Nru 3 dwar ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006;
It-twassil ta' baġit biex jinkisbu r-riżultati - bini fuq il-bażi tal-konċiljazzjoni ta' l-ewwel qari
7. Jirreferi għall-ftehima ta" ħames dikjarazzjonijiet konġunti, annessa mar-riżoluzzjoni tiegħu imsemmija hawn fuq tal-25 ta" Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-konċiljazzjoni ta" l-ewwel qari dwar il-baġit ta" l-2008 tat-13 ta" Lulju 2007; irrinforza l-importanza politika ta' dawn id-dikjarazzjonijiet billi kkunsidrahom fit-tħejjija tal-baġit ta" l-2008, f'konformità ma' l-approċċ ta' "baġit biex jinkisbu r-riżultati"; jieħu nota ta' l-ittra ta' eżekuzzjoni tal-Kummissjoni u jippretendi li jinstabu soluzzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-emendi proposti;
8. Jilqa" b'sodisfazzjon l-iżviluppi fl-approvazzjoni tal-programmi operazzjonali mill-Kummissjoni fil-fondi strutturali, il-fond ta" koeżjoni u l-iżvilupp rurali imma, f'konformità mad-dikjarazzjoni konġunta miftiehma mal-Kunsill fit-13 ta" Lulju 2007, jixtieq jara aktar progress b'mod sinjifikanti sabiex il-flus operazzjonali jkunu jistgħu jintefqu; jiddispjaċih li "l fuq minn 50% tal-programmi ta" l-ERDF u "l fuq minn 67% tal-programmi ta" l-ESF u l-EAFRD għad m'humiex approvati għalkemm l-ewwel sena tal-perjodu ta" programmazzjoni kważi waslet fi tmiemha; jibqa" jżomm ċerti spejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni f'riserva jissottolinja li l-ebda fondi operazzjonali m'huma mqiegħda f'riserva; se jirrilaxxa r-riservi fuq l-ispejjeż amministrattivi f'konformità ma" rata mtejba ta" approvazzjoni ta" programmi operazzjonali;
9. Jieħu nota tar-rapport ta' deskrizzjoni fornit mill-Kummissjoni dwar il-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet (ABM) qabel it-tieni qari tiegħu; fuq il-bażi ta' impenn sod ipprovdut mill-Kummissjoni biex tipproduċi studju, inklużi xi proposti għal miljoramenti li għandu jiġi ppreżentat matul seduta ta' smigħ prevista għar-Rebbiegħa ta' l-2008 fil-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament, jaqbel li jpoġġi biss EUR 5 miljun f'riserva; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jipproduċi rapport mill-inizjattiva tiegħu stess fuq it-titjib ta" l-implimentazzjoni ta" l-immaniġġjar ibbażat fuq l-attività (ABM);
10. Ifakkar li l-istudju dwar l-implimentazzjoni ta' l-immaniġġjar ibbażat fuq l-attività (ABM) għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-awtorità baġitarja:
–
kif jistgħu jiġu integrati ma" xulxin aħjar il-komponenti differenti taċ-ċiklu SPP-ABM (APS, CLWP, AMP ...)?
–
kif tista" tiġi mtejba, possibilment permezz ta" sistema integrata ta" IT, l-integrazzjoni taċ-ċiklu SPP-ABM ma" ċikli oħra (iċ-ċiklu HR, l-immaniġġjar tar-riskju, l-evalwazzjoni, eċċ.)?
–
il-komunikazzjoni ta" lista ta" indikaturi ta" prestazzjoni li jkunu ċari u ddeterminati minn qabel li jridu jigu uzati fic-ciklu kollu kemm hu sabiex jiġi mtejjeb l-immaniġġjar tal-prestazzjoni;
u jitlob:
–
impenn mingħand il-Kummissjoni li tippreżenta segwitu għar-rapport tagħha "dwar l-ippjanar u l-ottimizzazzjoni tar-risorsi umani tal-Kummissjoni biex jaqdu l-prijoritajiet ta' l-UE" sat-30 ta' April 2008 li se jinkludi b'mod partikolari lista mqassma fid-dettall ta' staff f'kull kategorija, u skond id-Direttorat Ġenerali, u l-evoluzzjoni prevista għas-snin li ġejjin,
–
komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni kurrenti u kif tkun il-qagħda rigward l-implimentazzjoni tal-Punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006;
11. Barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni:
-
pjan ta" azzjoni b'miżuri ddettaljati biex jiġi rrijorganizzat kull settur eżaminat fl-eżerċizzju ta" l-iskrining (Risorsi Umani, Teknoloġija ta" l-Informatika, Immaniġġjar/Loġistika/Sigurtà ta" Dokumenti, Verifikar Intern, Evalwazzjoni, Immaniġġjar Ibbażżat fuq l-Attività (ABM), Relazzjonijiet Interistituzzjonali, Komunikazzjoni/Informazzjoni/Pubblikazzjoni, Koordinazzjoni tal-Politiki); jitlob li l-istaff ta' l-aġenziji eżekuttivi wkoll jiġi inkluż f'dawn iċ-ċifri; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament sa Jannar 2009 dwar il-qagħda kurrenti u r-riżultati ta' dawn il-proċeduri li għadhom għaddejjin; jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra r-riżultati ta' dan is-segwitu fil-Komunikazzjoni tagħha dwar politika għall-akkomodazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni fi Brussell u fil-Lussemburgu (COM(2007)0501) u biex konsegwentement tirrevedi l-ħtiġijiet ta' spazju msemmija fiha;
-
li timpenja ruħha b'mod aktar serju għall-koperazzjoni interistituzzjonali u li tqiegħdha fil-prattika b'mod aktar tanġibbli; jappoġġja t-talbiet insistenti ifformulati fir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri 2/2007 dwar l-infiq ta" l-Istituzzjonijiet f'binjiet, u jitlob li jittieħdu passi aktar konkreti lejn arranġamenti komuni; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta b'manjiera iktar iddettaljata għand il-Parlament fuq il-fatturi li wassluha biex tikkonkludi fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2007)0501 imsemmija hawn fuq li l-Kwartieri Ewropej għandhom jibqgħu iċ-ċentru ta" l-attivitajiet tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u tippreżenta b'mod kumparabbli xenarji alternattivi tal-preżenza tal-Kummissjoni fi Brussell "il barra mill-Kwartieri Ewropej;
12. Dwar id-dħul assenjat, jinsisti fuq trasparenza mtejba; jipproponi tibdil fl-istrument tad-dħul assenjat għall-aġenziji ddeċentralizzati bit-tama li jsir tqabbil aktar qrib bejn id-dħul assenjat u aġenziji speċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-użu tad-dħul assenjat fi ħdan il-fond għar-ristrutturar taz-zokkor ħoloq "baġit ġewwa baġit" de facto li huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mal-prinċipju baġitarju ta' l-universalità li hu mnaqqax fir-Regolament Finanzjarju; jesprimi d-disponibilità tiegħu li jirrevedi r-Regolament Finanzjarju fir-rigward tad-dħul assenjat;
13. Dwar l-aġenziji ddeċentralizzati, jerġa" jġib kif kienu l-livelli ta" l-abbozz preliminari tal-baġit bl-eċċezzjoni tal-Frontex li għaliha hemm adottata żjieda ta" EUR 30 miljun u bl-eċċezzjoni ta" l-Aġenzija Ewropea ta" l-Ambjent b'daqsxejn ta" żjieda taħt it-Titolu 3; jilqa" b'sodisfazzjon il-progress li sar mill-aġenziji l-aktar ġodda billi espandew l-attivitajiet tagħhom b'manjiera effettiva u effiċjenti; jitlob ċarezza akbar fil-ġejjieni fir-rigward ta" pjanijiet ta" ħidma u ħtiġijiet ta" provvediment ta" staff fuq medda medja ta" żmien;
14. Jisħaq li sabiex jiġu stabbiliti l-Intrapriżi Konġunti, kif ukoll l-imħabbra Aġenzija ddeċentralizzata l-ġdida għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta" l-Enerġija, il-proċedura li jipprovdi għaliha l-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 trid tiġi miftuħa;
15. Dwar aġenziji eżekuttivi, ifakkar fl-obbligazzjonijiet tal-Kummissjoni stipulati mill-"Kodiċi ta" Kondotta dwar it-twaqqif ta" Aġenzija Eżekuttiva"(8); jidhirlu li aġenziji eżekuttivi m'għandhomx, la issa u l-anqas fil-ġejjieni, iwasslu għal żjieda fis-sehem ta" l-ispiża amministrattiva; jenfasizza li kwalunkwe proposta għall-ħolqien ta' aġenzija eżekuttiva ġdida, u l-espansjoni ta" aġenziji eżekuttivi eżistenti, għandhom ikunu bbażati fuq analiżi komprensiva ta' l-ispiża involuta meta mqabbla mal-benefiċċji miksuba, u li għandhom jiġu stipulati b'mod ċar fil-proposta linji ta' kontabilità u responsabilità; jilqa" b'sodisfazzjoni il-ftehima tiegħu mal-Kummissjoni dwar arranġamenti ta" ħidma rriveduti dwar aġenziji eżekuttivi tas-16 ta" Ottubru 2007 anness ma" din ir-riżoluzzjoni bħala Anness 1;
16. Jitlob bi dritt li r-rendikonti ta' l-attivitajiet u r-Rapporti Annwali ta" l-Attività iwasslu konċentrament aħjar fuq l-objettivi u l-indikaturi tar-riżultati minflok deskrizzjonijiet twal tal-proċess amministrattiv; jinnota, madankollu, li għad baqa' diskrepanza sinjifikanti bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwalità tar-Rendikonti ta' l-Attività u r-Rapporti Annwali ta" l-Attività; jistenna aktar miljoramenti fis-snin li ġejjin;
17. Jidhirlu li indikaturi ex-ante u ex-post tal-prestazzjoni huma għodod integrali fl-implimentazzjoni ta" l-immaniġġjar ibbażat fuq l-attività ABM u l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB); jitlob li l-indikaturi tal-prestazzjoni għandhom jilagħbu parti aktar b'saħħitha fl-evalwazzjoni ex-ante tal-prestazzjoni; huwa tal-fehma li d-data pprovduta fir-rendikonti ta" l-attività għandha tkun integrata aħjar mar-rapporti annwali ta' l-attività ta' kull Direttorat Ġenerali sabiex issir evalwazzjoni aħjar ta" l-effiċjenza u r-riżultati ta" l-immaniġġjar; jikkunsidra li dan għandu jgħin lill-Awtorità Baġitarja biex timmoniterja l-punt sa fejn ir-riżorsi addizzjonali mitluba jwasslu għall-ksib ta' riżultati u mhux sempliċement għall-ħolqien ta' aktar burokrazija;
18. Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżerċizzju tal-grupp ta' l-immoniterjar li tmexxa mill-Kumitat għall-Baġits matul l-2007; jittama li dan l-eżerċizzju jkun jista" jkompli jikkontribwixxi għal livell imsaħħaħ ta" moniterjar baġitarju; ikompli jappoġġja s-sistema tat-Twissija għat- Tbassir tal-Baġit bħala kontribuzzjoni għat-titjib ta' l-implimentazzjoni tal-baġit; jitlob li t-tieni dokument tat-Twissija għat-Tbassir tal-Baġit jiġi ppreżentat f'Settembru, u mhux f'Ottubru, 2008 sabiex il-Parlament ikun jista' jikkunsidra dan id-dokument fil-preparazzzjoni ta' l-ewwel qari tiegħu ta' l-abbozz tal-baġit 2009;
19.
Ifakkar li, skond l-Artiklu 53b tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, li għandhom bħala l-għan aħħari tagħhom li jiżguraw kontroll intern effettiv u integrat tal-fondi Komunitarji u dikjarazzjonijiet ta' mmaniġġjar nazzjonali, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li "jipproduċu sommarju annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli"; jinnota li, skond informazzjoni li waslet mill-Kummissjoni, s'issa kien biss numru limitat ta' Stati Membri li kkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali; jiddispjaċih li l-ebda waħda mill-proposti dwar dikjarazzjonijiet (ta" mmaniġġjar) nazzjonali mressqa mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet ta" kwittanza tiegħu ta" l-2003, l-2004 u l-2005 ma huma inkorporati fl-Istrateġija ta" Verifika tal-Kummissjoni u jitlob lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat; ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju rrivedut, li kien biss dan l-aħħar li qablu miegħu; itenni li l-Istati Membri huma barra minn hekk obbligati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali barra li huma obbligati wkoll skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE li jikkoperaw għal kollox mal-Kummissjoni skond il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda;
20.
Itenni l-importanza li tiġi ammeljorata l-implimentazzjoni tal-baġit f'konformità mad-dikjarazzjoni adottata fil-konċiljazzjoni tal-baġit f'Novembru 2006; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi tagħrif fuq l-azzjonijiet li ttieħed inkariku tagħhom jew li huma previsti sabiex din id-deċiżjoni tiġi applikata; ifakkar li dan it-tagħrif għandu jiġi ppreżentat b'mod regolari fil-laqgħat tat-trijalogu;
21.
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika kompletament ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1/1958 tal-15 ta' April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jiġu utilizzati mill-Komunità Ekonomika Ewropea u jirrifjuta bħala invalidi raġunijiet finanzjarji għal derogi, peress li ma tressqux waqt il-proċedura baġitarja;
Kwistjonijiet speċifiċi - elementi ewlenin skond l-intestatura baġitarja, il-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji
22. Dwar l-intestatura 1a, "Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi", jirrifjuta t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas li sar mill-Kunsill fl-ewwel qari tiegħu, speċjalment fejn dawn ikopru programmi multiannwali li ġew kodeċiżi reċentement mal-Parlament u li għandhom il-għan li jwettqu l-Istrateġija ta' Liżbona; jinnota li dan l-approċċ kien iffaċilitat bil-ftehim li l-programm Galileo jiġi ffinanzjat fuq il-bażi ta' reviżjoni ta' l-MFF u permezz ta' l-użu ta' l-istrument tal-flessibilità; jipproponi numru ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'konformità mal-prerogattivi baġitarji tiegħu; jenfasizza l-importanza li titnaqqas l-istigma tal-falliment kummerċjali u l-importanza ta' l-appoġġ finanzjarju għall-Aġenda ta' Oslo għall-Edukazzjoni fl-Intraprenditorija fil-kuntest tal-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP); ipoġġi ammonti f'riserva għall-programm tas-CIP sakemm isiru miljoramenti fl-implimentazzjoni;
23. Dwar l-intestatura 1b, "Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi", jiddispjaċih għad-dewmien biex issir l-eżekuzzjoni u jissottolinja li anke ż-żmien huwa flus;
24. Ifakkar fid-deċiżjoni li jiġi stabbilit iċ-Ċentru Ewropew tad-Dejta ta" Identifikazzjoni u Ttraċċar fuq Medda Twila (LRIT) imħaddem mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (EMSA) sal-31 ta' Diċembru 2008 (Pożizzjoni tal-PE tal-25 ta' April 2007(9) u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2007); jagħraf il-ħtieġa ta" finanzjament addizzjonali fl-2008 għall-EMSA sabiex tiġi koperta din il-funzjoni ġdida;
25. Jilqa" b'sodisfazzjon id-dokumentazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni u l-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) rigward Faċilitajiet Finanzjarji għall-Kondiviżjoni tar-Riskju (RSFF); huwa tal-fehma li r-riserva fuq dawn il-linji tista" tinqala" minn ġol-baġit; jitlob madanakollu li jkun mgħarraf u li d-dokumenti relevanti jiġu mgħoddija lilu meta l-linji gwida jkunu adottati għat-tieni komponent tal-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), l-istrumenti tal-kapital ta" riskju, u jitlob li jkun mgħarraf dwar xi jkun ħareġ min-negozjati bejn il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni konġunta għall-istrument ta" garanzija għas-self għat-TEN-Trasport (LGTT);
26. Dwar l-intestatura 2, "Preservazzjoni ta' risorsi naturali", jitlob bi dritt preżentazzjoni aktar ċara taċ-ċifri għall-miżuri tas-suq u l-għajnuniet diretti fil-proċeduri baġitarji ġejjiena; jinsab imħasseb b'kemm hi miexja bil-mod ir-rata ta' l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali fir-rigward tal-pilastru ta' l-iżvilupp rurali tal-politika agrikola komuni (PAK), prijorità tal-Parlament li ilha teżisti; jistenna li jara miljoramenti rapidi f'dan ir-rigward;
27. Jenfasizza l-ħtieġa li titħaffef il-proċedura rigward it-tfassil ta' programmi nazzjonali speċjali għall-irkuprar ta' l-uċuħ tar-raba' u l-produzzjoni tal-bhejjem f'zoni milquta minn nirien u forom oħra ta' diżastri naturali; jisħaq li dawk il-programmi għandhom ikunu ffinanzjati mill-EAFRD (Fond Ewropew ta' l-Agrikoltura għall-Iżvilupp Rurali) permezz ta" trasferimenti jew sussidji interni fi ħdan Stat Membru;
28. Jiċħad it-tentattiv tal-Kunsill li jerġa jikklassifika numru żgħir ta' linji bħala nefqa obbligatori fl-Intestatura 2, b'mod partikulari l-linji 17 04 05 01 u 17 04 05 02 li jikkonċernaw l-Uffiċċju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti;
29. Jirrikonoxxi l-bżonn għal finanzjament ulterjuri tal-fondi għat-tqassim tal-ħalib fl-iskejjel (biex il-varjetà ta' prodotti tiġi estiża billi jiżdiedu prodotti ġodda u innovattivi); itenni l-importanza ta' appoġġ adegwat għall-proċess ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-ħalib (billi titwaqqaf skema ta' ristrutturazzjoni tal-fondi ddestinati għas-settur tal-ħalib);
30. Jenfasizza mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-għoti adegwat ta' flus tal-baġit għall-fondi għall-frott u l-ħaxix fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel (u prodotti oħra tal-ħalib); jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress tal-Kummissjoni fil-preżentazzjoni ta' proposti minħabba li qed iddum biex twettaq l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt meħtieġa; jesprimi s-sorpriża tiegħu li l-Kunsill ma implimentax l-impenji politiċi tiegħu rigward dawn il-kwistjonijiet bil-ħolqien ta' linja ġdida u riserva fil-baġit, fin-nuqqas ta' twaqqif ta' bażi legali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġislattiva f'dan ir-rigward, kif stipulat fil-konklużjonijiet ta" Ġunju 2007 tal-Kunsill ta" l-Agrikoltura;
31. Dwar it-titolu 3a, ''Libertà, sigurtà u ġustizzja'', jenfasizza l-importanza tax-xogħol ta' l-aġenzija Frontex; jidhirlu li l-aġenzija Frontex għandha tilgħab parti aktar effettiva fit-tisħiħ tal-fruntieri esterni ta" l-UE, b'mod notevoli billi ttaffi l-piż li bħalissa qed jiffaċċjaw Stati Membri f'rabta ma" l-immigrazzjoni illegali; jistieden lill-Aġenzija tippreżenta b'mod regolari lill-kumitat kompetenti tal-Parlament rapport dwar il-qagħda kurrenti u l-operazzjonijiet skedati li jkunu se jseħħu ma jdumux; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu l-wegħdiet tagħhom u jappoġġjaw il-missjonijiet ta" l-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista" twettaq il-kompiti tagħha b'aktar effikaċja; jieħu nota tal-qbil tal-Kunsill li jiżdied il-finanzjament għall-Frontexi EUR 30 miljun, għalkemm bi tqassima ddettaljata differenti għall-infiq amministrattiv u operazzjonali; jimmodifika din it-tqassima ddettaljata b'manjiera li hu jqis l-aktar xierqa biex ikun żgurat valur miżjud massimu; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta baġit ta" emenda fil-każ li l-organigramma tiġi li tkun teħtieġ modifika wkoll;
32. Dwar l-intestatura 3b, "Ċittadinanza", jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit għal pakketti ta" programmi multiannwali u jipproponi f'dan ir-rigward approprjazzjonijiet għal numru ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda jew li għadhom għaddejjin; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-finanzjament għall-kampanja ta" tagħrif u prevenzjoni HELP jasal fi tmiemu fil-baġit għall-2008 u jistenna li l-Kummissjoni tressaq inizjattiva ta" segwitu; jappoġġja, addizzjonalment, fi ħdan l-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili, il-provvediment ta" kapaċità kumplementari fis-sura ta" forza li tkun disposta għal-lest biex tittratta diżastri naturali jew dawk magħmula mill-bniedem kif ukoll f'każijiet ta' atti ta' terroriżmu jew inċidenti ambjentali;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti rinforz ripetut għall-investiment fl-infrastruttura biex tittejjeb l-akkomodazzjoni għar-rifuġjati;
34. Ifittex li jinkoraġġixi vuċi aktar b'saħħitha għal gruppi li huma rrapreżentati inqas aħjar fis-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġu miġġielda l-forom kollha tad-diskriminazzjoni u jissaħħu d-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, ta' min għandu diżabilità u ta' l-anzjani;
35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-approprijazzjonjiet assenjati għall-informazzjoni biex tipprovdi tagħrif divers, li, inter alia, jaħseb għall-ħtiġijiet ta" informazzjoni pubblika tal-minoranzi parlamentari;
36. Fit-titolu 4, ''L-UE bħala msieħeb globali'', hija kkonċernata min-nuqqas kroniku ta' finanzjament ta' dan it-titolu fl-MFF 2007-2013; jappoġġja ż-żidiet, inkluż għall-Kosovo u l-Palestina, fl-ittra ta' emenda tal-Kummissjoni Nru 1/2008 lill-PDB tas-17 ta' Settembru 2007; jilqa' l-użu ta' l-istrument tal-flessibilità għall-iffinanzjar ta' EUR 70 miljun taż-żieda tas-CFSP; jaġġusta l-ewwel qari tiegħu għat-titolu 4 b'konformità mal-prijoritajiet tiegħu fid-dawl tar-riżultat tal-konċiljazzjoni tat-23 ta' Novembru 2007;
37. Jirrimarka li, wara l-iżviluppi li seħħew fil-konferenza reċenti ta" Annapolis, l-istimi għall-kontribuzzjoni ta" l-UE għall-Palestina hemm possibilità qawwija li jiżdiedu u jistieden lill-Kummissjoni biex tersaq b'baġit ta" emenda meta jkun meħtieġ;
38. Huwa tal-fehma li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-valuri demokratiċi għandu jkun waħda mill-kundizzjonijiet ta" l-allokazzjoni ta" fondi ta" l-UE lill-pajjiżi ġirien u lil dawk li qed jiżviluppaw;
39. Ifakkar lill-Kunsill li laqgħat regulari tal-kumitat konġunt dwar is-CFSP għandhom jippromwovu djalogu politiku ex ante reali, minflok ma jkunu użati sempliċement biex jinfurmaw lill-Parlament b'manjiera ex-post"
40. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tidħol fi djalogu politiku regolari tliet darbiet fis-sena, skond id-dikjarazzjoni mehmuża bħala Anness 3 għal din ir-riżoluzzjoni, mal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Nru 4 u 5 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;
41. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament Ewropew bl-informazzjoni kollha meħtieġa relatata ma' l-istabbiliment tal-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu ta" l-Enerġija u għall-Enerġija li Tiġġedded (GEEREF) il-ġdid, b'mod partikulari l-mandati bil-miktub li ngħataw lill-Fond Ewropew għall-Investiment, sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jevalwa l-implikazzjonijiet baġitarji u finanzjarji kollha ta' dan il-fond;
42. Jemmen li l-UE għandha tikkoordina aħjar id-diversi inizjattivi tagħha ta" min ifaħħarhom biex jiġi miġġieled u eradikat il-mard marbut mal-faqar fil-pajjiżi ġirien u dawk li qed jiżviluppaw; jipproponi li jiġu allokati risorsi baġitarji biżżejjed biex dawn il-pajjiżi jkunu pprovduti l-istrumenti meħtieġa ta" assistenza teknika; iddeċieda li joħloq linja baġitarja separata għall-Fond Globali għall-Ġlieda Kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja sabix tiġi mtejba t-trasparenza u jkun iggarantit il-finanzjament meħtieġ kemm għall-Fond Globali u kemm għall-prijoritajiet l-oħrajn tas-saħħa;
43. Dwar l-intestatura 5, "Amministrazzjoni", jikkunsidra li linji ċari ta' responsabilità u kontabilità huma komponent essenzjali biex jitkompla l-proċess ta' l-immodernizzar ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE; ifakkar li objettivi politiċi ċari u r-responsabilità individwali għat-twettiq tagħhom f'paragun ma' indikaturi li għandhom jiġu stabbiliti meta d-data mid-diversi studji mitluba mill-Kumitat tiegħu għall-Baġits dwar is-suġġett tiġi mressqsa għandhom ikunu d-direzzjoni tar-riformi ġejjiena tas-sistema;
44. F'dan il-kuntest, jiddeplora l-ineffiċjenzi inerenti f'sistema ta' kompetizzjonijiet li tista' tħalli "kandidati approvati" jinfnew f'lista ta' riżerva għal bosta snin, bl-ebda garanzija li se jiġu offruti pożizzjoni; jidhirlu li ż-żamma ta' dan l-approċċ tista' tikkontribwixxi biex jonqos l-istandard medju ta' l-uffiċjali l-ġodda ta' l-UE minħabba li l-aħjar kandidati se jfittxu impjieg f'setturi aktar dinamiċi ta' l-ekonomija ta' l-UE; jitlob li jkun hemm impenn serju mill-Kummissjoni biex terġa" tħares lejn din il-kwistjoni fil-kuntest ta' ħidma ta' segwitu għall-eżerċizzju ta' stħarriġ u tipprovdi aktar tagħrif b'lista mqassma f'aktar dettall ta' l-istaff għal kull kategorija u skond id-Direttorat Ġenerali u l-evoluzzjoni prevista għas-snin li ġejjin;
45. Jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit fir-rigward tat-tnaqqis li sar mill-Kunsill fl-approprjazzjonijiet u fl-organigrammi fl-intestatura 5; jixtieq iżomm u jiżviluppa djalogu interistituzzjonali kostruttiv fir-rigward ta' l-isforzi kontinwi biex jittejbu l-prattiki amministrattivi fl-istituzzjonijiet ta" l-UE; jenfasizza l-importanza ta' reklutaġġ adegwat mill-Istati Membri tat-"12 ta" l-UE"; hu tal-fehma li, f'rabta mat-tkabbir, dokumenti ta" relevanza għal diskussjonijiet u deċiżjonijiet, bħal m'huma, pereżempju, il-valutazzjonijiet ta" l-impatt, għandhom isiru disponibbli fil-lingwi kollha meħtieġa, peress li dawk id-dokumenti huma għodda għal leġiżlazzjoni aħjar; ifakkar f'dan ir-rigward li l-Kumitat tiegħu għall-Baġits illanċja, permezz ta" żewġ studji, proċess biex janalizza l-objettivi tar-riforma amministrattiva tal-Kummissjoni, filwaqt li jiffoka fuq l-introduzzjoni ta" ABB u ABM, l-introduzzjoni taċ-ċiklu ta" ppjanar strateġiku u l-allokazzjoni tan-nefqa amministrattiva relatata;
46. Jitlob lill-Kummissjoni li timmoniterja l-impatt li jkollha fuq is-settur tal-proprjetà immobbli l-implimentazzjoni tal-metodoloġija maħsuba biex ittejjeb il-proċeduri eżistenti meta tkun qed tiffirma kuntratti ta" bini u li tqabblu mas-sitwazzjoni kurrenti, li tkompli bl-isforzi tagħha biex tirrinforza l-koperazzjoni istituzzjonali f'din l-affari u li żżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari;
47. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar il-livelli ffissati ma" l-istaff f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħala segwitu għar-rapport tagħha fuq l-ippjanar u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi umani; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni wkoll biex tippreżenta linji gwida biex ikun aġevolat il-finanzjament ta" l-infrastruttura pubblika skond il-ftehimiet bejn is-settur pubbliku u dak privat (PPP);
48. Dwar proġetti pilota, jipproponi firxa ta" proġetti innovattivi li jirrispondu għall-isfidi ta" politika li hemm bħalissa fl-UE;
49. Dwar azzjonijiet preparatorji, jipproponi firxa ta" inizjattivi li għandhom iwittu t-triq għal azzjonijiet ġejjiena li jseddqu l-kapaċità ta" l-Unjoni Ewropea li tittratta l-ħtiġijiet veri taċ-ċittadini tagħha;
Taqsimiet oħra tal-baġit 2008
50. Jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 29 ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, li jgħid li kull Stat Membru jista' jadotta, għall-Membri li ġew eletti fih, regoli differenti mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Istatut fir-rigward tas-salarju, l-allowance tranżizzjonali u l-pensjonijiet għal perjodu tranżizzjonali li m'għandux ikun itwal minn żewġ termini parlamentari tal-Parlament Ewropew; fid-dawl tad-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut fil-bidu tal-mandat parlamentari ta' wara l-elezzjonijiet Ewropej ta' l-2009, jagħti mandat lill-Kwesturi biex jistiednu lill-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Parlament fi żmien utli, u partikularment fil-ħin għat-tfassil tat-tbassir baġitarju tiegħu għall-2009, dwar jekk għandhomx l-intenzjoni li jirrikorru għall-opzjonijiet provduti mill-Artikolu 29 u l-Artikolu 12(3) u (4) ta' l-Istatut imsemmi hawn fuq;
51. Ifakkar li l-ewwel qari tiegħu kien imsejjes fuq l-eżami tat-talbiet u l-ħtiġijiet speċifiċi ta" kull istituzzjoni; kien konsegwentement jistenna li jilħaq pożizzjoni komuni mal-Kunsill meta jkun qed jiġi deċiż it-tieni qari tiegħu;
52. Jieħu nota tal-fatt li l-Kunsill approva uffiċjalment il-pożizzjoni tiegħu f'dak li jirrigwarda l-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jidhirlu madanakollu li l-istituzzjonijiet l-oħra għamlu proposti sostanzjali biex inaqqsu l-estimi tagħhom billi pprijoritizzaw it-talbiet tagħhom; jixtieq li jinkuraġġihom biex isegwu dan l-approċċ fil-ġejjieni u jiddeċiedi li jibqa' jżomm il-pożizzjoni oriġinali tiegħu li kien ħa fl-ewwel qari u b'dan il-mod jerġa' jġib kif kien it-tnaqqis magħmul mill-Kunsill;
53. Jinnota li minkejja sinjali mogħtija lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, it-tiġdid tal-ftehima ta" koperazzjoni għadu mhux iffirmat; ifakkar li 10% ta' l-approprjazzjonijiet tas-Servizz Konġunt huma mdaħħla fir-riserva sakemm isir it-tiġdid tal-ftehima li huwa mistenni li jseħħ sa mhux aktar tard minn Diċembru 2007; jidhirlu li governanza ġdida tista" tiġi mill-ftehima ta" koperazzjoni l-ġdida li tista" tkun ta" ġid għaż-żewġ kumitati;
o o o
54. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġie finalment adottat u biex jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea;
55. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-Annessi lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta" l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u lill-korpi l-oħra kkonċernati.
ANNESS 1
Arranġamenti ta" ħidma rriveduti dwar Aġenziji Eżekuttivi
1. Skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta" Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li għandhom ikunu fdati b'ċerti kompiti fl-immaniġġjar ta" programmi Komunitarji u skond l-Artikolu 54 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-ħsieb tagħha li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva fil-memorandum ta" spjegazzjoni tal-proposta tagħha għal att legali tal-programm innifsu.
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-twaqqif ta" Aġenzija Eżekuttiva ġdida, jew il-modifikazzjoni ta" l-ambitu u l-kompetenzi ta" Aġenzija Eżekuttiva eżistenti, fuq il-bażi ta" l-evalwazzjoni tagħha tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003.
3. Il-ħolqien ta" aġenziji eżekuttivi jista" jikkostitwixxi kontribuzzjoni għall-effiċjenza tal-metodi utilizzati mill-Kummissjoni biex timplimenta l-politiki u l-programmi ta" l-UE, iżda biss jekk dan il-metodu jirrispetta għal kollox il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda u t-trasparenza totali. Dan ifisser li tali aġenziji eżekuttivi ma jridux iwasslu, kemm issa kif ukoll fil-futur, għal żieda fis-sehem ta' l-ispiża amministrattiva. Għalhekk, irid ikun hemm konformità rigoruża mal-prinċipju ta' l-iffriżar ta' postijiet kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, bħala riżultat ta' tali organizzazzjoni mill-ġdid tal-kompiti. Il-Kummissjoni għandha tressaq tagħrif komplut u ddettaljat dwar il-livelli ta" provediment ta" staff u l-utilizzazzjoni tagħhom sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista" tevalwa jekk is-sehem ta" l-ispiża amministrattiva biex jiġi implimentat programm tassew ma jkunx żdied.
Kwalunkwe proposta għall-ħolqien ta' Aġenzija Eżekuttiva ġdida għandha tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tal-qligħ meta mqabbel man-nefqa. Il-linji ta' kontabilità u responsabilità għandhom jitpoġġew b'mod ċar fil-proposta.
4. L-awtorità baġitarja għandha tiġi mgħarrfa bir-riżultati ta" l-analiżi tal-qligħ meta mqabbel man-nefqa mill-inqas sitt ġimgħat qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finali li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva. Jekk jagħti l-każ li matul dan il-perjodu jitqajmu raġunijiet iġġustifikati kif jixraq minn xi waħda jew oħra mill-fergħat ta" l-awtorità baġitarja għat-twaqqif ta" l-Aġenzija Eżekuttiva, il-Kummissjoni se tirrevedi l-proposta tagħha.
5. Meta l-Kummissjoni tikkontempla li twaqqaf Aġenzija Eżekuttiva ġdida, jew li timmodifika l-ambitu u l-kompetenzi ta" Aġenzija Eżekuttiva eżistenti, hija tinforma lill-awtorità baġitarja skond il-proċedura baġitarja filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tat-trasparenza. Għandu jkun hemm rendikont finanzjarju speċifiku għall-Aġenzija Eżekuttiva. Huwa għandu jinkludi elementi kkwantifikati fejn il-Kummissjoni tiġġustifika r-raġunijiet għala jidhrilha li hu xieraq li titwaqqaf Aġenzija biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programm ikkonċernat.
6. L-awtorità baġitarja jrid ikollha fil-pussess tagħha l-informazzjoni meħtieġa kollha biex tgħinha timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda u t-trasparenza totali kemm bħalissa kif ukoll fil-ġejjieni. L-informazzjoni fir-rendikont finanzjarju speċifiku għall-aġenzija eżekuttiva għandha għalhekk tkopri:
a.
ir-riżorsi f'dawk li huma approprjazzjonijiet u staff meħtieġa biex titmexxa l-Aġenzija Eżekuttiva, bin-nefqa għall-istaff (uffiċjali ssekondati, staff temporanju rreklutat direttament mill-Aġenzija Eżekuttiva u staff b'kuntratt) u infiq amministrattiv ieħor analizzati b'mod dettaljat;
b.
l-issekondar ippjanat ta' uffiċjali mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva;
c.
riżorsi amministrattivi meħlusin billi jkunu trasferiti kompiti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni lill-aġenzija eżekuttiva, u l-allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi umani; b'mod partikulari n-numru ta' staff (inkluż staff estern) assenjat għal kull kompitu rilevanti fi ħdan il-Kummissjoni, in-numru ta' dan l-istaff li għandu jkun ittrasferit lil Aġenzija Eżekuttiva proposta ġdida jew imkabbra, in-numru ta' postijiet tal-Kummissjoni li għandu jkun iffriżat bħala konsegwenza u n-numru ta' staff tal-Kummissjoni li għandu jkun propost li jkun imqassam mill-ġdid għal kompiti oħrajn;
d.
it-tqassim mill-ġdid konsekuttiv fi ħdan l-organigramma tal-Kummissjoni;
e.
l-impatt tal-ħolqien ta" l-Aġenzija skond l-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju plurijennali;
f.
il-vantaġġi li kompiti implimentattivi jkunu delegati lil Aġenzija Eżekuttiva minflok il-ġestjoni diretta mis-servizzi tal-Kummissjoni: kwalunkwe tqabbil ta' xenarju ta' "Ġestjoni diretta mis-servizzi tal-Kummissjoni" ma' xenarju ta' "Aġenzija Eżekuttiva" għandu jkun ibbażat fuq ir-riżorsi użati biex il-programm(i) eżistenti jkun(u) implimentat(i) fil-forma preżenti tiegħu (tagħhom) sabiex ikun hemm bażi soda u fattwali għal tqabbil; għal programmi ġodda u li qed jespandu se tiġi kkunsidrata wkoll l-evoluzzjoni tal-pakkett finanzjarju relatat li se jkun immaniġġjat mill-Aġenzija Eżekuttiva;
g.
abbozz ta' organigramma għal kull grad u għal kull kategorija kif ukoll stima b'bażi soda tan-numru ta' aġenti kuntrattwali ppjanati u bbaġitjati proviżorjament;
h.
analiżi fid-dettall ċara dwar l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-programm inkluż is-sehem li jibqa" tal-pakkett tal-programm operazzjonali li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tiegħu (Kummissjoni, Aġenziji Eżekuttivi, Uffiċċji ta" Għajnuna Teknika li jibqa", Stati Membri, aġenziji nazzjonali, eċċ.);
i.
analiżi fid-dettall ċara ta" l-ispiża ġenerali totali ta" l-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju li turi s-sehem għal kull attur involut (Kummissjoni, Aġenziji Eżekuttivi, aġenziji nazzjonali) u paragun ta" l-estimi ta' l-infiq kollu amministrattiv, ta' l-istaff u ta' l-infrastruttura marbut ma' l-implimentazzjoni tal-programm ikkonċernat u mħallsa mill-baġit ta' l-UE, tkun xi tkun l-intestatura tal-qafas finanzjarju, mas-sehem li jkun baqa" tal-pakkett tal-programm operazzjonali.
7. L-ispiża amministrattiva globali tal-programm inkluża l-ispiża interna u ta" mmaniġġjar għall-Aġenzija Eżekuttiva (Kapitolu 01) għandha tiġi eżaminata każ każ u skond il-kompiti stabbiliti fil-programm ikkonċernat.
8. Il-Kummissjoni tipproponi, bħala parti mill-proċedura annwali tal-baġit, is-sussidju annwali għall-baġit operazzjonali ta" l-Aġenzija. Dan is-sussidju jiddaħħal fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea. Il-punt fil-baġit jista" jkun akkumpanjat minn rimarki baġitarji, bħal m'huma referenzi ta" l-att bażiku u kull spjegazzjoni xierqa rigward in-natura u l-għan ta" l-approprjazzjonijiet skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
F'konformità ma" l-Artikolu 12, il-paragrafu1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, l-organigramma ta" l-Aġenzija Eżekuttiva matul is-sena finanzjarja kkonċernata għandha tkun approvata mill-awtorità baġitarja u ppubblikata f'anness għat-Taqsima III – Kummissjoni – tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea flimkien ma' stima tan-numru ta" aġenti kuntrattwali ppjanati u li jkun hemm baġit proviżorju maħsub għalihom għas-sena finanzjarja kkonċernata.
9. Il-Kummissjoni tindika l-previżjonijiet tagħha (APS, PDB) b'mod regolari għal Aġenziji Eżekuttivi ġodda.
10. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità baġitarja abbozz tal-baġit operazzjonali u rapport annwali ta" l-attività ta' l-Aġenzija Eżekuttiva kif ukoll rapport ta" evalwazzjoni wara 3 snin.
11. Dawn l-arranġamenti ta" ħidma ma jistgħu bl-ebda mod jaffettwaw il-poteri eżekuttivi tal-Kummissjoni, kif stabbilit b'mod partikulari fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill. Huma ma jistgħux jiġġudikaw minn qabel il-kompetenza tal-Kummissjoni biex tevalwa l-opportunità li toħloq aġenzija eżekuttiva u biex tadotta d-deċiżjonijiet rilevanti skond ir-rekwiżiti proċedurali. Id-deċiżjoni finali dwar il-provediment ta" staff tibqa" kwistjoni li taqa" fuq l-awtorità baġitarja.
ANNESS 2
Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-programmi Ewropej GNSS (EGNOS-GALILEO) u dwar il-finanzjament ta" l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
-
wara li ħadu nota tal-proposta magħmula mill-Kummissjoni(10) biex tkun emendata l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 fir-rigward tal-Qafas Finanzjarju Purijennali sabiex ikun ipprovdut il-finanzjament pubbliku addizzjonali meħtieġ għall-programmi Ewropej GNSS (EUR 2 400 miljun) u għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EUR 309 miljun);
-
jikkonfermaw li l-ammont totali stmat għal Kapaċità Operazzjonali Sħiħa tal-proġett GNSS Galileo hu EUR 3 400 miljun għall-perjodu 2007-2013;
-
jiddikjaraw li dan l-ammont m'għandux jinqabeż sakemm idum il-qafas finanzjarju 2007-2013.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jipprovdu dan il-finanzjament permezz ta" reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali 2007–2013 f'konformità mal-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006, kif ġej:
- EUR 400 miljun se jsiru disponibbli fi ħdan l-attivitajiet ta" riċerka relatati mat-trasport iffinanzjati taħt is-7 Programm ta" Qafas għar-Riċerka;
- EUR 200 miljun se jitqassmu mill-ġdid fis-sotto-Intestatura 1a fuq il-bażi li ġejja:
(EUR miljun)
Linja
Definizzjoni
2009-2013
02 03 04
Standardizzar u approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni
28.0
08 20
08 21
Euratom
50.0
26 02 01
Proċeduri għall-għoti u r-riklamar ta" forniment pubbliku, kuntratti ta" xogħol u servizzi
46.0
26 03 01
Servizzi elettroniċi eGovernment pan-Ewropej għall-amministrazzjoni pubblika, l-intrapriżi u ċ-ċittadini (IDAbc)
- EUR 300 miljun se jsiru disponibbli mill-marġni disponibbli taħt is-sotto-Intestatura 1a għas-snin 2008-2013.
- Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għal impenji taħt is-sotto-Intestatura 1a għas-snin mill-2008 sa l-2013 se jiżdiedu b'ammont ta" EUR 1 600 miljun. Din iż-żieda se tiġi kkumpensata billi jitnaqqas il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet għal impenji taħt l-Intestatura 2 għas-sena 2007 bl-istess ammont.
- Il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet għal ħlasijiet totali se jkun aġġustat biex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet. L-aġġustament se jkun newtrali.
- Ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju se jkun formalizzat minn Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda fir-rigward tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali.
- It-tqassim mill-ġdid miftiehem fis-sotto-Intestatura 1a se jkun inkorporat mill-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju sa Jannar 2008.
– L-impatt ta" dan ta" hawn fuq għall-baġit tas-sena 2008 se jkun kif ġej:
- Galileo: - c/a: EUR 940 miljun (EUR 151 miljun diġà inklużi fl-abbozz preliminari tal-baġit 2008), li minnhom EUR 50 miljun minn attivitajiet ta" riċerka relatati mat-trasport flimkien ma" mobilizzazzjoni ta' l-Istrument ta' Flessibilità għal dan il-għan għal ammont ta' EUR 200 miljun;
- p/a: EUR 300 miljun (EUR 100 miljun diġà inklużi fl-abbozz preliminari tal-baġit 2008).
- EIT: -c/a: EUR 2.9 miljun;
- p/a: EUR 2.9 miljun.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni:
-
jaffermaw li l-użu tar-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju u l-użu ta' fondi mill-marġni tas-sena ta" qabel huma miżura eċċezzjonali u bl-ebda mod ma huma se joħolqu preċedent għal reviżjonijiet futuri;
-
jaffermaw il-prinċipju ta" l-impenn għal kompetizzjoni b'saħħitha u ġusta fil-programm biex jgħin ħalli jkunu żgurati l-kontroll ta" l-ispejjeż, il-mitigazzjoni tar-riskju minn forniment wieħed, il-valur għall-flus u effiċjenza mtejba. Il-pakketti kollha ta" ħidma għal Galileo għandhom ikunu miftuħa għall-ikbar kompetizzjoni possibbli, skond il-prinċipji ta" l-akkwisti ta" l-UE, u biex ikun żgurat li l-akkwisti fi programmi spazjali jkunu miftuħa b'mod iktar wiesa" għal parteċipanti ġodda u għal SMEs. Dan għandu jkun bla ħsara għad-dettalji elaborati fil-Kunsill tat-Trasport;
-
jaffermaw li kwalunkwe talba oħra fuq ir-riżorsi rigward Galileo tista" biss tiġi kkunsidrata jekk tkun tista" tiġi milqugħa fil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali miftiehem u mingħajr ma jerġa" jkun hemm użu tal-Punti 21-23 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda.
Il-Kummissjoni tikkonferma li:
-
il-marġni għall-agrikoltura (Intestatura 2) fl-2007, disponibbli wara l-għeluq tas-sena finanzjarja agrikola u wara l-adozzjoni tal-Baġit ta" Emenda Nru 7/2007, hu suffiċjenti biex ikun kopert il-finanzjament addizzjonali minn dik l-Intestatura meħtieġ għal Galileo. Għalhekk, ir-reviżjoni mhix se jkollha impatt fuq il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju għall-agrikoltura jew fuq il-provediment tal-baġit għall-agrikoltura, inklużi ħlasijiet diretti, fis-snin li ġejjin;
-
l-użu ta" kwalunkwe marġni ta" l-agrikoltura (Intestatura 2) fl-2007 mhux preċedent għas-snin li ġejjin.
________________________
Dikjarazzjoni konġunta dwar trasferiment ta" approprjazzjonijiet Nru DEC50/2007
"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni:
-
itennu l-importanza tal-programm Galileo bħala prijorità għall-Unjoni Ewropea;
-
jirrikonoxxu li l-ammont inizjalment allokat għal Galileo fl-2007 (EUR 100 miljun) mhux se jintuża, sakemm ikun hemm inċertezza dwar l-adozzjoni tal-bażi legali qabel tmiem din is-sena, li tagħmilha impossibbli li jkun hemm użu ta" trasferimenti, kif stipulat fl-Artikolu 9 tar-Regolament Finanzjarju;
-
jaqblu li, sabiex jiġu mħarsa l-fondi li diġà huma mdaħħla fil-baġit 2007 għal Galileo u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fil-31 ta" Ottubru 2007, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi mhux previsti u bla ħsara għall-prinċipju ta" l-annwalità, l-ammont ta" EUR 100 miljun se jkun trasferit b'mod temporanju, bl-intenzjoni li dawn l-approprjazzjonijiet jingħataw lura lill-programm Galileo fl-2009.
-
jilqgħu b'sodisfazzjon għalhekk l-impenn tal-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal trasferiment ta" ammont ekwivalenti ta" EUR 100 miljun lura lill-programm Galileo fl-2009, f'konformità sħiħa ma" l-allokazzjonijiet finanzjarji plurijennali."
________________________
Dikjarazzjoni konġunta dwar Impriżi Konġunti
"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill irrikonoxxew il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Impriżi Konġunti ARTEMIS, Sema Nadif, ENIAC u IMI, li ġejjin mis-7 Programm ta" Qafas (EUR 2 666 miljun għall-perjodu 2008-2013 bħala massimu) kif proposta mill-Kummissjoni bl-ammont li jikkorrispondi għall-perjodu attwali tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali previst fl-ipprogrammar finanzjarju.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnutaw, iżda, li kwalunkwe finanzjament futur ta" l-Impriżi Konġunti ARTEMIS, Sema Nadif, ENIAC u IMI se jkun parti mid-diskussjonijiet fil-qafas finanzjarju li jmiss u li ma jista' jsir l-ebda impenn finanzjarju għaż-żmien wara l-2013."
________________________
Dikjarazzjoni konġunta dwar il-proċedura biex tiġi implimentata l-ftehima li ntlaħqet fit-23 ta" Novembru 2007
"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-ftehima globali li ntlaħqet fil-Konċiljazzjoni tat-23 ta" Novembru 2007 se tkun implimentata biss jekk ikun hemm qbil dwar il-bażi legali ta" Galileo.
Fil-każ li l-ftehima ma tkunx fil-ħin biex tiġi kkunsidrata mill-Parlament Ewropew fis-Sessjoni Plenarja ta" Diċembru, il-Parlament Ewropew se jivvota t-tieni qari fis-Sessjoni Plenarja fir-rispett sħiħ tal-limiti massimi stabbiliti mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom għal proċedura mgħaġġla biex il-ftehima tkun inkorporata fil-baġit 2008 fuq il-bażi ta" proposta mill-Kummissjoni kmieni kemm jista" jkun fl-2008."
ANNESS 3
Dikjarazzjoni
dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet 4 u 5
dwar
id-djalogu politiku regolari dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta" azzjonijiet esterni
Il-Parlament u l-Kummissjoni jaqblu li d-djalogu politiku regolari msemmi fid-dikjarazzjonijiet 4 u 5 tal-Ftehima Interistituzzjonali għandu jsir mill-inqas kull sena u sa tliet darbiet kull sena.
Il-parteċipazzjoni f'dawn il-laqgħat għandha tkun kif ġej:
–
iċ-Chairperson u l-Membri tal-kumitati rilevanti (AFET/DEVE/BUDG)
"Kodiċi ta" Kondotta dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Eżekuttiva" kif qablet dwaru l-Kummissjoni fl-ittra tagħha ta" l-20 ta" April 2004 (Anness mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta" April 2004 dwar l-Abbozz tal-baġit ta" emenda Nru 6 ta" l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 951)).
Ftehim KE/Montenegro: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ***
196k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa l-oħra (COM(2007)0350 – C6-0463/2007 – 2007/0123(AVC))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2007)0350),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens ippreżentata mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza u l-Artikolu 310 tat-Trattat tal-KE (C6-0463/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0498/2007),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u l-Montenegro.
Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta" l-Ewropa *
198k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta" Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta" l-Ewropa dwar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta" l-Ewropa (COM(2007)0478 – C6-0311/2007 – 2007/0173(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0478),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0311/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0443/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
Data ta' introduzzjoni għall-identifikazzjoni elettronika ta' l-annimali ovini u kaprini *
296k
46k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tad-data ta' introduzzjoni għall-identifikazzjoni elettronika ta' l-annimali ovini u kaprini (COM(2007)0710 – C6-0448/2007 – 2007/0244(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0710),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, li b'konformità miegħu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0448/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0501/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 6 PREMESSA 5 A (ġdida)
(5a)Il-Kummissjoni għandha tistħarreġ, fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa tar-Riforma tal-CAP, il-possibilità li l-bdiewa jiġu megħjuna biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż kbar biex jixtru t-tagħmir meħtieġ, billi tinħoloq il-possibilità li l-Istati Membri jdaħħlu miżuri bħal dawn fil-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali.
"3. Mid-data li trid tiġi stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2), l-identifikazzjoni elettronika skond il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Taqsima A ta' l-Anness, għandha tkun obbligatorja għall-annimali kollha li twieldu wara din id-data. Din id-data:
"3. Mill-31 ta' Diċembru 2009, identifikazzjoni elettronika skond il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Taqsima A ta' l-Anness, għandha tkun obbligatorja għall-annimali kollha li twieldu wara din id-data.
(a) għandha tiġi stabbilita abbażi tal-valutazzjoni ta' l-implikazzjonijiet tekniċi, ta' l-ispejjeż u ta' l-impatt ġenerali ta' l-użu ta' l-identifikazzjoni elettronika;
(b) għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel id-data li fiha l-użu ta' l-identifikazzjoni elettronika jsir obbligatorju."
Emenda 2 ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ĠDID) Artikolu 9 paragrafu 4 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 21/2004)
(2a)Fl-Artikolu 9, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
"4a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2009 dwar il-ġustifikazzjoni għal sistemi individwali ta' identifikazzjoni elettronika, u sistemi oħra ta' traċċabilità għall-kontroll tal-mard u dwar kif sistemi bħal dawn għandhom mnejn jiġu simplifikati iktar għall-bdiewa u għall-awtoritajiet amministrattivi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi xierqa."
Il-kompetenza u l-kooperazzjoni fil-qasam ta" obbligi ta" manteniment *
509k
218k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kompetenza, il-liġi applikabbli, l-għarfien u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fil-qasam ta" obbligi ta" manteniment (COM(2005)0649 – C6-0079/2006 – 2005/0259(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0649),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 61(c) u l-Artikolu 67(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0079/2006),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0468/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill jgħarraf lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Ċitazzjoni 1
wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikolu 61, il-punt c) tiegħu u l-Artikolu 67, il-paragrafu 2,
wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61, il-punt (c) tiegħu,
Emenda 2 Ċitazzjoni 3
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
imħassra
Emenda 3 Ċitazzjoni 4 a (ġdida)
Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,
Emenda 4 Premessa 9
(9) L-ambitu ta" l-applikazzjoni tar-Regolament irid jestendi għall-obbligi ta" manteniment kollha li ġejjin mir-relazzjonijiet ta" familja jew mir-relazzjonijiet li għandhom effetti simili, u dan, sabiex jiżgura ugwaljanza ta" trattament bejn il-kredituri ta" manteniment kollha.
(9) Il-kamp ta" l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandujestendi għall-obbligi ta" manteniment kollha li ġejjin minn relazzjoni ta" familja, nisel, żwieġ jew affinità jew mir-relazzjonijiet li għandhom effetti komparabbliskond il-liġi nazzjonali applikabbli, u dan, sabiex jiżgura ugwaljanza ta" trattament bejn il-kredituri ta" manteniment.Tali obbligi għandhom jinftiehmu fl-iktar sens wiesa" possibbli li jkopru, b'mod partikulari, l-ordnijiet kollha marbuta ma" ħlasijiet perjodiċi, ħlasijiet ta" somom f'daqqa, trasferiment tas-sjieda ta" proprjetà u aġġustamenti tal-proprjetà, imfassla fuq il-bażi tal-bżonnijiet u tar-riżorsi rispettivi tal-partijiet u li jkunu ta" manteniment fin-natura tagħhom.
Emenda 5 Premessa 10
(10) Ir-regoli relatati mal-kompetenza internazzjonali huma xi ftit differenti minn dawk attwalment applikabbli, bħal dawk li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 44/2001. Sabiex jiżguraw mill-aħjar il-ħarsien ta" l-interessi tal-kredituri ta" manteniment u biex jiffavorixxu amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni Ewropea, dawn ir-regoli jridu jiġu ċċarati u jkopru minn issa "l quddiem l-ipoteżi kollha li fihom jeżisti rapport suffiċjenti bejn is-sitwazzjoni tal-partijiet u Stat Membru. Ir-residenza abitwali tal-konvenut fi Stat mhux membru ta" l-Unjoni Ewropea ma tistax tkun aktar kawża ta" esklużjoni tan-normi Komunitarji u ma jista" jkun hemm l-ebda ħsieb li ssir referenza għal-liġi nazzjonali.
Ir-regoli relatati mal-kompetenza internazzjonali huma xi ftit differenti minn dawk attwalment applikabbli, bħal dawk li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 44/2001. Sabiex jiżguraw mill-aħjar il-ħarsien ta" l-interessi tal-kredituri ta" manteniment u biex jiffavorixxu amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni Ewropea, dawn ir-regoli jridu jiġu ċċarati u jkopru minn issa "l quddiem l-ipoteżi kollha li fihom jeżisti rapport suffiċjenti bejn is-sitwazzjoni tal-partijiet u Stat Membru.
Emenda 6 Premessa 11
(11) Il-partijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu bi qbil komuni l-qorti kompetenti, ħlief meta hemm involuti l-obbligi ta" manteniment fir-rigward tat-tfal minuri, biex ikun assigurat il-ħarsien tal-"parti dgħajfa".
(11) Il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jagħżlu bi qbil komuni l-qorti kompetenti, ħlief meta hemm involuti l-obbligi ta" manteniment fir-rigward tat-tfal minuri jew ta" adult li jkollu nuqqas ta" kapaċità legali, biex ikun assigurat il-ħarsien tal-"parti iktar dgħajfa".
Emenda 7 Premessa 14
(14) Il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur ta" manteniment trid tipprevali, bħal fl-istrumenti internazzjonali eżistenti, iżda l-liġi tal-qorti trid tiġi fit-tieni post, billi din ta" spiss tippermetti, f'dan il-qasam partikulari, li tirregola t-tilwim b'mod aktar sempliċi, aktar malajr u b'inqas spejjeż.
(14) Il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur ta" manteniment għandhatkun dominanti, bħal fl-istrumenti internazzjonali eżistenti, għalkemm il-liġi tal-qorti tista" tiġi applikata anke fejn ma tkunx il-liġi tar-residenza abitwali tal-kreditur, liema liġi tippermetti li tilwim f'dan il-qasam jissolva b'mod ġust, b'mod aktar sempliċi, aktar malajr u b'inqas spejjeż u ma jkun hemm l-ebda evidenza ta" "forum shopping".
Emenda 8 Premessa 15
(15) Meta l-ebda miż-żewġ liġijiet imsemmija hawn fuq ma jippermettu lill-kreditur biex jikseb il-mantenimenti mid-debitur, irid ikun possibbli li tiġi applikata l-liġi ta" pajjiż ieħor li miegħu l-obbligu ta" manteniment għandu rabtiet stretti. Jista" jkun, b'mod partikulari, iżda mhux waħdu, il-pajjiż ta" nazzjonalità komuni tal-partijiet.
(15) Meta l-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur ta" manteniment jew il-liġi tal-qorti li tinħatar biex tisma' l-każ ma tippermettix lill-kreditur ta" manteniment biex jikseb il-mantenimenti mid-debitur jew fejn ma jkunx ġust jew xieraq li tiġi applikata dik il-liġi, irid ikun possibbli li tiġi applikata l-liġi ta" pajjiż ieħor li miegħu l-obbligu ta" manteniment għandu konnessjonijiet stretti, b'mod partikulari, iżda mhux esklussivament, dik tal-pajjiż ta" nazzjonalità komuni tal-partijiet.
Emenda 9 Premessa 16
(16) Il-partijiet iridu jkunuawtorizzati, taħt ċerti kundizzjonijiet, biex jagħżlu l-liġi applikabbli. B'hekk huma jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi tal-qorti għall-ħtiġijiet ta" proċedura. Barra minn hekk, iridu jkunu jistgħu jiftiehmu mil-liġi applikabbli permezz ta" ftehimiet preliminari fuq kull tilwima, iżda unikament meta jkunu obbligi ta" manteniment ħlief dawk li huma dovuti lil tfal jew lil adulti vulnerabbli; barra minn hekk, l-għażla tagħhom trid tkun limitata għall-ispeċifikar ta" ċerti liġijiet biss.
(16) Il-partijiet għandhom ikunupermessi, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jagħżlu l-liġi applikabbli. B'hekk huma jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi tal-qorti għall-ħtiġijiet ta" proċedura. Barra minn hekk, iridu jkunu jistgħu jiftiehmu dwar il-liġi applikabbli permezz ta" ftehimiet preliminari fuq kull tilwima, iżda unikament meta jkunu obbligi ta" manteniment ħlief dawk li huma dovuti lil tfal jew lil adulti vulnerabbli; barra minn hekk, l-għażla tagħhom trid tkun limitata għall-ispeċifikar ta" ċerti liġijiet biss. Il-qorti li tinħatar biex tisma' l-każ trid tkun sodisfatta li jkun sar qbil dwar kull għażla ta" liġi applikabbli wara li jkun ittieħed parir legali indipendenti. Il-qbil kollu dwar l-għażla tal-liġi għandu jkun bil-miktub.
Emenda 10 Premessa 17
(17)Id-debitur irid ikun imħares mill-applikazzjoni tal-liġi speċifikata fl-ipoteżi fejn ir-relazzjoni tal-familja li tiġġustifika l-kisba ta" mantenimenti m'hijiex ikkunsidrata unanimament kif kien jistħoqq li tkun privileġġjata. Dan jista" jkun il-każ notevolment tar-relazzjonijiet bejn qraba kollaterali jew ta" parentela, ta" l-obbligi ta" manteniment għal dixxendenti fir-rigward ta" l-axxendenti tagħhom, jew tas-sosteniment tad-dmir ta" għajnuna wara t-taħlil taż-żwieġ.
imħassra
Emenda 11 Premessa 18 a (ġdida)
(18a)Kategoriji speċjali ta" data dwar oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma" partit politiku jew trade union, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju u b'mod proporzjonali għall-iskop ta" każ speċifiku u f'konformità ma" salvagwardji speċifiċi.
Emenda 12 Premessa 19
(19) Ladarba tittieħed fi Stat Membru, deċiżjoni fil-qasam ta" obbligi ta" manteniment trid tkun tista" tiġi attwata malajr u b'mod effikaċi fi kwalunkwe Stat Membru ieħor. Il-kredituri ta" manteniment, partikularment, iridu jibbenefikaw mill-ġbid ta" flus direttament mis-salarji jew il-kontijiet tal-bank tad-debituri.
(19) L-għan ta" dan ir-Regolament hu li jiġu introdotti proċeduri li jipproduċu riżultati u li jkunu aċċessibbli, fil-pront, effiċjenti, effettivi f'sens ta" nfiq, xierqa u ġusti. Ladarba tittieħed fi Stat Membru, deċiżjoni fil-qasam ta" obbligi ta" manteniment trid tkun tista" tiġi attwata malajr u b'mod effikaċi fi kwalunkwe Stat Membru ieħor. Il-kredituri ta" manteniment, partikularment, għandhom jibbenefikaw mill-ġbid ta" flus direttament mis-salarji jew il-kontijiet tal-bank tad-debituri. Mezzi ġodda u effettivi ta" infurzar ta" deċiżjonijiet ta" manteniment għandhom jiġu mħeġġa.
Emenda 13 Premessa 22
(22) Ir-Regolament preżenti jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti notevolment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea. B'mod partikulari, jimmira li jiżgura r-rispett sħiħ tal-ħajja privata u tal-familja, il-ħarsien tal-fatti personali, ir-rispett tad-drittijiet tat-tfal u l-garanziji ta" rikors effettiv quddiem qorti independenti u imparzjali, konformi ma" l-Artikoli 7, 8, 24, u 47 tal-Karta.
(22) Ir-Regolament preżenti jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti notevolment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea. B'mod partikulari, jimmira li jiżgura r-rispett sħiħ tal-ħajja privata u tal-familja, il-ħarsien tal-fatti personali, ir-rispett tad-drittijiet tat-tfal u l-garanziji ta" rikors effettiv quddiem qorti indipendenti u imparzjali, konformi ma" l-Artikoli 7, 8, 24, u 47 tal-Karta. Fl-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati l-Artikoli 3 u 27 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta" l-20 ta" Novembru 1989, li jistipulaw li:
- fl-azzjonijiet kollha rigward tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu konsiderazzjoni primarja,
- it-tfal kollha għandu jkollhom id-dritt għal livell ta" għajxien adegwat għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tagħhom,
- il-ġenitur(i) jew oħrajn responsabbli mit-tfal għandhom ir-responsabilità primarja li jiżguraw, fil-limitu ta" l-abilitajiet u tal-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom, il-kundizzjonijiet ta" għajxien neċessarji għall-iżvilupp tat-tfal, u
- l-Istati għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, inkluż il-konklużjoni ta" ftehimiet internazzjonali, biex jiżguraw l-irkupru ta" manteniment għat-tfal mill-ġenitur(i) jew persuni oħra responsabbli, b'mod partikulari fejn dawn il-persuni jgħixu fi Stat differenti minn dak tat-tfal.
Emenda 14 Premessa 23
(23) B'konformità ma" l-artikolu 2, tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-modi ta" l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta" infurzar mogħtija lill-Kummissjoni1, ikun xieraq li l-miżuri meħtieġa biex jitwettaq dan ir-Regolament preżenti ikunu stabbiliti skond il-proċedura konsultattiva stipulata fl-artikolu 3 tad-Deċiżjoni msemmija.
(23) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni1.
_______________________ 1 ĠU L 184 tas-17.7.1999, p. 23.
_______________________ 1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
Emenda 15 Premessa 24
(24) Ir-Regolament preżenti jieħu post l-istrumenti tal-Komunità adottati qabel u jkopri l-istess tema. Barra minn hekk, iridikollu prijorità fuq l-istrumenti internazzjonali l-oħrajn applikabbli fil-qasam bejn l-Istati Membri, sabiex jgħaqqad u jissemplifika n-normi ġuridiċi li hemm fis-seħħ.
(24) Ir-Regolament preżenti jieħu post l-istrumenti tal-Komunità adottati qabel u jkopri l-istess tema. Barra minn hekk, għandujkollu prijorità fuq l-istrumenti internazzjonali l-oħrajn applikabbli fil-qasam bejn l-Istati Membri, sabiex jgħaqqad u jissemplifika n-normi ġuridiċi li hemm fis-seħħ. Hu għandu jikkunsidra l-Konvenzjoni ta" L-Aja dwar l-Irkupru Internazzjonali ta' l-Appoġġ għat-Tfal u Forom Oħra ta' Manteniment tal-Familja.
Emenda 16 Artikolu 1, paragrafu 1
1. Ir-Regolament preżenti japplika għall-obbligi ta" manteniment li ġejjin mir-relazzjonijiet tal-familja jew mir-relazzjonijiet li, skond il-liġi li tapplika għalihom, għandhom effetti simili.
1. Ir-Regolament preżenti japplika għall-obbligi ta" manteniment li ġejjin minn relazzjoni tal-familja, nisel, żwieġ jew affinità jew mir-relazzjonijiet li, skond il-liġi li tapplika għalihom, għandhom effetti simili.
Emenda 17 Artikolu 2, punt (-1) (ġdid)
(-1) "obbligu ta' manteniment" għandu jfisser dmir stabbilit mil-liġi –inkluż f'każijiet fejn il-kobor ta" l-obbligu u l-mod kif wieħed ikun konformi miegħu jkunu stabbiliti minn deċiżjoni ta' Qorti jew minn kuntratt – li tkun provduta kwalunkwe forma ta" manteniment jew għall-anqas mezzi ta' għajxien fir-rigward ta" persuna li attwalment jew fil-passat kienet marbuta b'relazzjoni ta' familja mad-debitur. Tali obbligi għandhom jinftiehmu fl-iktar sens wiesa" possibbli li jkopru, b'mod partikulari, l-ordnijiet, id-deċiżjonijiet jew id-digrieti kollha ta" qorti kompetenti marbuta ma" ħlasijiet perjodiċi, ħlasijiet ta" somom f'daqqa, trasferiment tas-sjieda ta" proprjetà u aġġustamenti tal-proprjetà, imfassla fuq il-bażi tal-bżonnijiet u tar-riżorsi rispettivi tal-partijiet u li jkunu ta" manteniment fin-natura tagħhom.
Emenda 18 Artikolu 2, punt 2
(2) "imħallef' tfisser l-imħallef jew il-funzjonarju ta" kompetenzi ugwali għal dawk ta" l-imħallef fil-qasam ta" obbligi ta" manteniment;
imħassar
Emenda 19 Artikolu 2, punt 9
(9) "debitur' tfisser kull individwu li għandu jagħti mantenimenti jew lil min qiegħda ssir talba għal mantenimenti.
(9) "debitur' tfisser kull persuna fiżika li għandha tagħti mantenimenti jew lil min qiegħda ssir talba għal mantenimenti jew entità pubblika li ħadet f'idejha l-obbligu tad-debitur biex imantni lill-kreditur,
Emenda 20 Artikolu 2, punt (9 a) (ġdid)
(9a) "azzjoni relatata ma" l-istat ta" persuni" għandu jfisser kwalunkwe proċedura relatata ma' divorzju, separazzjoni legali, annullament taż-żwieġ jew affiljazzjoni.
Emenda 21 Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Applikazzjoni għal entitajiet pubbliċi
1.Suġġett għall-paragrafi 2 u 3, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal entità pubblika li tfittex ir-rimborż tal-benefiċċji tal-manteniment li tkun ħallset minflok id-debitur, sakemm il-liġi li tkun suġġetta għaliha tipprovdi għal rimborż bħal dan.
2.L-Artikolu 3(b), (c) u (d) u l-Artikolu 6 m'għandhomx japplikaw għall-proċeduri mressqa minn entità pubblika.
3.Entità pubblika li tfittex l-infurzar ta' deċiżjoni għandha tissottometti, flimkien ma' l-applikazzjoni skond il-Kapitolu VIII, kwalunkwe dokument neċessarju biex tipprova li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u li l-benefiċċji jkunu ġew ipprovduti lill-kreditur.
Emenda 22 Artikolu 3, punt (c)
c) il-qorti kompetenti biex tkun taf dwar azzjoni relatata ma" l-istat ta" persuni meta t-talba relatata ma" l-obbligu ta" manteniment tkun aċċessorja ta" din l-azzjoni, ħlief jekk din il-kompetenza tkun ibbażata unikament fuq in-nazzjonalità ta" waħda mill-partijiet,
c) il-qorti kompetenti biex tikkunsidra talbiet għal proċeduri li jikkonċernaw l-istat ta" persuni jekk il-kwistjoni relatata mal-manteniment tkun aċċessorja ta" din l-azzjoni,
Emenda 23 Artikolu 3, punt (d)
d) il-qorti kompetenti biex tkun taf dwar azzjoni relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, meta t-talba li għandha x'taqsam ma" l-obbligu ta" manteniment hija aċċessorja għal din l-azzjoni.
d) il-qorti kompetenti biex tkun taf dwar azzjoni relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, meta t-talba li għandha x'taqsam ma" l-obbligu ta" manteniment hija aċċessorja għal din l-azzjoni u proċeduri ta" responsabilità tal-ġenituri jkunu diġà pendenti quddiem dik il-qorti jew jitressqu quddiem dik il-qorti fl-istess ħin bħal applikazzjoni għal manteniment.
Emenda 24 Artikolu 3, punt (d a) (ġdid)
(da) il-qorti għall-post fejn ir-relazzjoni tal-familja jew ir-relazzjoni li jkollha effetti komparabbli tkun ġiet stabbilita uffiċjalment.
Emenda 25 Artikolu 4, paragrafu 2
2. Ftehim dwar ġurisdizzjoni jrid ikun bil-miktub. Kull trasmissjoni b'mezz elettroniku li tippermetti li tirreġistra l-ftehim għat-tul tkun ikkunsidrata li hija forma miktuba.
2. Ftehim dwar ġurisdizzjoni jrid ikun bil-miktub.
Emenda 26 Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Il-qorti li tinħatar biex tisma' l-każ trid tkun sodisfatta li jkun hemm qbil ħieles dwar kull twessigħ tal-ġurisdizzjoni wara li jkun ittieħed parir legali indipendenti u trid tikkunsidra s-sitwazzjoni tal-partijiet fil-ħin tal-proċeduri.
Emenda 27 Artikolu 4, paragrafu 4
4. L-Artikolu preżenti m'huwiex applikabbli għal tilwima li tolqot obbligu ta" manteniment fir-rigward ta" tfal taħt it-tmintax-il sena.
4. Dan l-Artikolu m'huwiex applikabbli jekk il-kreditur huwa tifel jew tifla taħt it-18-il sena jew huwa adult b' nuqqas ta" kapaċità legali.
Emenda 28 Artikolu 6, punt (b)
b) meta hemm involuti obbligi ta" manteniment bejn konjuġi jew ex-konjuġi, il-qrati ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu hemm l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi, jekk din ir-residenza abitwali kienet għadha stabbilita inqas minn sena qabel il-bidu tal-kawża.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 29 Artikolu 7, paragrafu 1
1.Meta talbiet li jolqtu l-istess obbligu ta" manteniment jittellgħu quddiem qrati ta" Stati Membri differenti, il-qorti mqabbda fit-tieni post taġġorna mingħajr konsultazzjoni sakemm il-kompetenza ta" l-ewwel qorti mqabbda tkun stabbilita.
1. Fi proċeduri li jinvolvu litis pendens u proċeduri relatati, u fil-każ ta" miżuri proviżorji – inklużi dawk protettivi – l-Artikoli 27, 28, 30 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandhom japplikaw.
Emenda 30 Artikolu 7, paragrafu 2
2.Meta l-kompetenza ta" l-ewwel qorti mqabbda tiġi stabbilita, il-qorti mqabbda fit-tieni post tirrinunzja favur din.
imħassar
Emenda 31 Artikolu 8
L-Artikolu 8 Każijiet relatati 1.Meta talbiet relatati jkunu pendenti quddiem qrati fi Stati Membri differenti, il-qorti mqabbda fit-tieni post tista" taġġorna. 2.Meta dawn it-talbiet ikunu pendenti fuq l-ewwel livell, il-qorti mqabbda fit-tieni post xorta tista" tirrinunzja, fuq it-talba ta" waħda mill-partijiet, bil-kundizzjoni li l-ewwel qorti mqabbda tkun kompetenti li tkun taf it-talbiet inkwistjoni u li l-liġi tagħha tippermetti l-konnessjoni tagħhom. 3.Fis-sens ta" l-Artikolu preżenti, huma konnessi t-talbiet marbutin ma" xulxin permezz ta" relazzjoni tant stretta li hemm interess li jiġu ppreparati u ġġudikati fl-istess ħin sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet li jistgħu jkunu rrikonċiljabbli jekk il-proċeduri legali jittellgħu l-qorti separatament.
imħassar
Emenda 32 Artikolu 9
L-Artikolu 9 Sottomissjoni ta" qorti Għall-finijiet tal-Kapitolu preżenti, qorti tkun ikkunsidrata sottomessa: fid-data meta l-att tal-bidu ta" proċedura legali jew att ekwivalenti jitressaq quddiem il-qorti, bil-kundizzjoni li l-kwerelant ma jkunx injorat minħabba li jittieħdu l-miżuri li kien marbut li jieħu biex l-att ikun notifikat jew mibgħut lill-konvenut, jew jekk l-att irid ikun innotifikat jew mibgħut qabel ma" jkun imressaq quddiem il-qorti, fid-data li fiha kien mirċievi mill-awtorità inkarigata bin-notifika jew bit-taħrika, bil-kundizzjoni li l-kwerelant ma jkunx injorat minħabba li jittieħdu l-miżuri li kien marbut li jieħu sabiex l-att ikun imressaq quddiem il-qorti.
imħassar
Emenda 33 Artikolu 10
L-Artikolu 10 Miżuri proviżorji u protettivi Il-miżuri proviżorji jew protettivi maħsuba mil-liġi ta" Stat Membru jistgħu jintalbu lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta" dan l-Istat, anke jekk, skond il-Regolament preżenti, qorti ta" Stat Membru ieħor hija kompetenti biex tkun taf fuq il-merti.
imħassar
Emenda 34 Artikolu 10, paragrafu 1 a (ġdid)
Fejn jittieħdu proċeduri ta" manteniment permezz ta" applikazzjoni għal għajnuna temporanja, l-Artikoli 7 u 8 m'għandhomx joperaw b'tali mod li jikkawżaw il-liġi applikabbli għall-applikazzjoni għal għajnuna temporanja biex neċessarjament tapplika għal kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti għal manteniment jew varjazzjoni ta" manteniment magħmula b'konnessjoni ma" proċeduri sostantivi għal divorzju, annullament ta" żwieġ/sħubija ċivili jew separazzjoni legali.
Emenda 35 Artikolu 11
L-Artikolu 11 Verifika tal-kompetenza Il-qorti ta" Stat Membru mqabbda b'każ li għalih il-kompetenza tagħha m'hijiex ibbażata fuq it-termini tar-Regolament preżenti tiddikjara ruħha, mal-ewwel, bħala inkompetenti.
imħassar
Emenda 36 Artikolu 13
1. Il-liġi tal-pajjiż fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu tmexxi l-obbligi ta" manteniment.
1. Il-liġi tal-pajjiż fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu tmexxi l-obbligi ta" manteniment.
2. Il-liġi tal-qorti tapplika:
2. Il-liġi tal-qorti tapplika:
a) meta skond il-liġi speċifikata konformi mal-paragrafu 1 il-kreditur ma jistax jikseb il-mantenimenti mid-debitur, jew
a) meta hi tkun il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur, jew
b) meta l-kreditur jagħmel it-talba għalihom u din tkun il-liġi tal-pajjiż li fih id-debitur għandu r-residenza abitwali tiegħu.
b) meta l-kreditur ma jkunx jista" jikseb manteniment mid-debitur permezz tal-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur, jew
c) sakemm il-kreditur ma jitlobx mod ieħor u l-qorti tkun sodisfatta li hu jew hi jkunu kisbu parir legali indipendenti dwar il-kwistjoni, fejn hi tkun il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tad-debitur.
3. Meta l-ebda waħda mil-liġijiet imsemmija konformi mal-paragrafi preċedenti ma tippermetti lill-kreditur biex jikseb il-mantenimenti mid-debitur u meta jirriżulta miċ-ċirkostanzi kollha li l-obbligu ta" manteniment jippreżenta rabtiet stretti ma" pajjiż ieħor, b'mod partikulari dak tan-nazzjonalità komuni tal-kreditur u tad-debitur; f'dan il-każ, tapplika l-liġi tal-pajjiż ma" liema l-obbligu ta" manteniment għandu rabtiet stretti.
3.Minkejja l-paragrafu 1, il-liġi tal-forum tista" tiġi applikata, anke fejn hi ma tkunx il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur, fejn hi tippermetti li tilwim dwar manteniment jissolva b'mod ġust, aktar sempliċi, aktar malajr u b'inqas spejjeż u fejn ma jkun hemm l-ebda evidenza ta" "forum shopping".
4.B'mod alternattiv, fejn il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-kreditur jew il-liġi tal-forum ma tippermettix lill-kreditur biex jikseb manteniment mid-debitur jew fejn ma jkunx ġust jew xieraq li tiġi applikata dik il-liġi, l-obbligi ta" manteniment għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta" pajjiż ieħor li miegħu l-obbligu ta" manteniment ikun marbut mill-qrib, b'mod partikulari, iżda mhux esklussivament, dik tal-pajjiż tan-nazzjonalità komuni tal-kreditur u tad-debitur.
Emenda 37 Artikolu 14, punt (a)
a) jispeċifikaw il-liġi tal-qorti għall-ħtiġijiet ta" proċedura, b'mod espliċitu jew b'kull mod ieħor mhux ekwivoku fil-mument tal-bidu tal-proċeduri legali;
a) jipprovdu ftehima bil-miktub li tispeċifika l-liġi tal-forum b'mod mhux ekwivoku fil-mument tal-bidu tal-proċeduri legali;
Emenda 39 Artikolu 14, punt (b) (ii a) (ġdid)
(iia) il-liġi tal-post fejn ir-relazzjoni tal-familja jew ir-relazzjoni li jkollha effetti komparabbli tkun ġiet stabbilita uffiċjalment;
Emenda 38 Artikolu 14, paragrafu 1 a (ġdid)
Il-paragrafu 1 hu suġġett għall-kundizzjoni li l-qorti li tinħatar biex tisma' l-każ tkun sodisfatta li kien hemm qbil ħieles dwar kwalunkwe għażla ta' qorti jew għażla ta' liġi.
Emenda 40 Artikolu 15
L-Artikolu 15 Non-applikazzjoni tal-liġi speċifikata fuq talba tad-debitur 1.Meta hemm involuti obbligi ta" manteniment ħlief għal dawk għat-tfal u l-adulti vulnerabbli u bejn konjuġi jew ex-konjuġi, id-debitur jista" jopponi għall-pretensjoni tal-kreditur in-nuqqas ta" obbligu ta" manteniment fir-rigward tiegħu skond il-liġi nazzjonali komuni tagħhom jew, f'nuqqas ta" nazzjonalità komuni, skond il-liġi tal-pajjiż li fih għandu r-residenza abitwali tiegħu.
imħassar
2.Meta hemm involuti obbligi ta" manteniment bejn konjuġi jew ex-konjuġi, id-debitur jista" jopponi għall-pretensjoni tal-kreditur in-nuqqas ta" obbligu ta" manteniment fir-rigward tiegħu skond il-liġi tal-pajjiż ma" liema ż-żwieġ jippreżenta l-aktar rabtiet stretti.
Emenda 41 Artikolu 17
1. Il-liġi applikabbli għal obbligu ta" manteniment tiddetermina notevolment:
1. Il-liġi applikabbli għal obbligu ta" manteniment tiddetermina notevolment:
(a) l-eżistenza u l-firxa tad-drittijiet tal-kreditur, u kontra min jista" jeżerċitahom;
(a) l-eżistenza tad-drittijiet tal-kreditur, għal liema perjodu u f'liema ammont u kontra min jista" jeżerċitahom;
(b) il-miżura li fiha l-kreditur jista" jitlob mantenimenti b'mod retroattiv;
(b) għal liema perjodu u f'liema ammont il-kreditur jista" jitlob mantenimenti b'mod retroattiv;
(c) il-mod ta" kalkolu u l-indiċi ta" l-obbligu ta" manteniment;
(c) il-mod ta" kalkolu u l-indiċi ta" l-obbligu ta" manteniment;
(d) il-preskrizzjoni u l-limiti ta" żmien biex tinbeda azzjoni;
(d) il-preskrizzjoni u l-limiti ta" żmien biex tinbeda azzjoni;
(e) id-dritt ta" l-istituzzjoni pubblika li pprovdiet mantenimenti lill-kreditur biex tikseb ir-rimborż tal-benefiċċji tagħha u l-limiti ta" l-obbligu tad-debitur.
(e) id-dritt ta" l-istituzzjoni pubblika li pprovdiet mantenimenti lill-kreditur biex tikseb ir-rimborż tal-benefiċċji tagħha u l-limiti ta" l-obbligu tad-debitur.
2. Ikun xi jkun il-kontenut tal-liġi applikabbli, iridu jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tal-kreditur u r-riżorsi tad-debitur fl-ispeċifikazzjoni ta" l-ammont tas-sussidju ta" manteniment.
2. Minkejja l-paragrafu 1, meta jiġi ddeterminat l-ammont ta" manteniment, il-qorti li tinħatar biex tisma' l-każ għandha tieħu bħala l-bażi tagħha l-bżonnijiet reali u preżenti tal-kreditur u r-riżorsi reali u preżenti tad-debitur, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet raġonevoli ta" dan ta" l-aħħar u kwalunkwe obbligu ta' manteniment ieħor li hu jew hi jistgħu jkunu suġġetti għalih.
Emenda 42 Artikolu 20
L-applikazzjoni ta" dispożizzjoni tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti ma tistax titwarrab ħlief jekk din l-applikazzjoni hija ovvjament inkompatibbli mal-politika pubblika tal-qorti. Madankollu, l-applikazzjoni ta" miżura tal-liġi ta" Stat Membru speċifikata mir-Regolament preżenti ma tistax titwarrab fuq din il-bażi.
L-applikazzjoni ta" dispożizzjoni tal-liġi speċifikata mir-Regolament preżenti ma tistax titwarrab ħlief jekk din l-applikazzjoni hija ovvjament inkompatibbli mal-politika pubblika tal-qorti.
Emenda 43 Artikolu 21
Billi Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali fejn kull waħda għandha r-regoli proprji tagħha fil-qasam ta" obbligi ta" manteniment, kull unità territorjali hija meqjusa bħala pajjiż għall-finijiet ta" l-ispeċifikazzjoni tal-liġi applikabbli skond ir-Regolament preżenti.
Stat li fih unitajiet territorjali differenti jkollhom regoli tal-liġi tagħhom stess fir-rigward ta" obbligi ta" manteniment, m'għandux ikun marbut li japplika dan ir-Regolament għal konflitti li jkunu biss bejn il-liġijiet ta" dawn l-unitajiet.
Emenda 44 Artikolu 22
1.Fi proċedura quddiem qorti ta" Stat Membru, l-att preliminari ta" proċedura legali jew att ekwivalenti jkun notifikat jew mibgħut lill-konvenut permezz ta" wieħed mill-modi li ġejjin:
In-notifika ta" dokumenti għandha titmexxa permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru XXX/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar in-notifika jew il-komunikazzjoni fl-Istati Membri ta' atti ġuridizzjarji jew extra-ġudizzjarji fuq ħwejjeġ ċivili jew kummerċjali.
taħrika jew notifika lill-persuna, fejn id-destinatarju jkun iffirma dikjarazzjoni ta" riċevuta li jkollha d-data ta" meta rċeviha;
taħrika jew notifika lill-persuna permezz ta" dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li tkun mexxiet it-taħrika jew in-notifika, li tispeċifika li d-destinatarju jkun irċieva l-att jew li rrifjuta li jirċevih mingħajr raġuni valida, kif ukoll id-data ta" meta saret it-taħrika jew in-notifika;
taħrika jew notifika bil-posta, fejn id-destinatarju jkun iffirma u bagħat lura dikjarazzjoni ta" riċevuta li jkollha d-data ta" meta rċeviha;
taħrika jew notifika b'mezzi elettroniċi bħall-fax jew l-e-mail, fejn id-destinatarju jkun iffirma u bagħat lura dikjarazzjoni ta" riċevuta li jkollha d-data ta" meta rċeviha.
2.Il-konvenut għandu għad-dispożizzjoni tiegħu limitu ta" żmien li ma jistax ikun inqas minn 30 ġurnata biex jipprepara d-difiża tiegħu minn meta jkun irċieva t-taħrika jew in-notifika konformi mal-paragrafu 1.
3.L-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, bil-modi ta" notifika u ta" taħrika li huma applikabbli. Huma jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil li jsir għal dan it-tagħrif.
Il-Kummissjoni tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Emenda 45 Artikolu 29
Il-kwerelant, li fl-Istat Membru ta" oriġini kien ibbenefika bi sħiħ jew parzjalment mill-assistenza ġudizzjarja jew minn eżenzjoni ta" spejjeż, jibbenefika, fil-proċedura ta" infurzar, mill-assistenza l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estiża kif speċifikata mil-liġi ta" l-Istat Membru ta" infurzar.
Il-kwerelant, li fl-Istat Membru ta" oriġini kien ibbenefika bi sħiħ jew parzjalment mill-assistenza legali jew minn eżenzjoni ta" spejjeż, jibbenefika, fil-proċedura ta" infurzar, mill-assistenza legali skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta" Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn1 jew mill-eżenzjoni ta" spejjeż l-aktar estiża kif speċifikata mil-liġi ta" l-Istat Membru ta" infurzar. _______________________________ 1 ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.
Emendi 61 u 46 Artikolu 33
Ir-rifjut jew is-sospensjoni, sħiħa jew parzjali, ta" l-infurzar tad-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini ma tistax tiġi deċiża, fuq it-talba tad-debitur, ħlief f'dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) id-debitur jippreżenta ċirkostanzi ġodda jew ċirkostanzi li ma kinux magħrufa mill-qorti ta" l-oriġini meta din ħadet id-deċiżjoni tagħha;
Ir-rifjut jew is-sospensjoni, sħiħa jew parzjali, ta" l-infurzar tad-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini ma tistax tiġi deċiża, fuq it-talba tad-debitur, ħlief f'dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) meta d-debitur jippreżenta ċirkostanzi ġodda sinifikanti u rilevanti jew ċirkostanzi bħal dawn li ma kinux magħrufa mill-qorti ta" l-oriġini meta din ħadet id-deċiżjoni tagħha;
(b) id-debitur talab ir-reviżjoni tad-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini konformi ma" l-Artikolu 24 u l-ebda deċiżjoni ġdida għadha ma ttieħdet;
(b) id-debitur talab ir-reviżjoni tad-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini konformi ma" l-Artikolu 24 u l-ebda deċiżjoni ġdida għadha ma ttieħdet;
(c) id-debitur diġà ħeles mid-dejn tiegħu; (d) id-dritt li jinkiseb l-infurzar tad-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini huwa totalment jew parzjalment preskritt; (e) id-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini hija inkompatibbli ma" deċiżjoni meħuda fl-Istat Membru ta" infurzar jew li tiġbor il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għarfien tagħha fl-Istat Membru ta" infurzar.
(c) id-debitur diġà ħeles mid-dejn tiegħu; (d) id-dritt li jinkiseb l-infurzar tad-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini huwa totalment jew parzjalment preskritt; (e) id-deċiżjoni tal-qorti ta" l-oriġini hija inkompatibbli ma" deċiżjoni meħuda fl-Istat Membru ta" infurzar jew li tiġbor il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għarfien tagħha fl-Istat Membru ta" infurzar.
Emenda 47 Artikolu 34, paragrafu 2
2. Ordni ta" ġbid ta" flus awtomatiku darba fix-xahar ma tistax tingħata ħlief jekk id-deċiżjoni ġiet notifikata jew mgħarrfa lid-debitur permezz ta" wieħed mill-modi speċifikati fl-Artikolu 22.
2. Ordni ta" ddebitar ta" flus awtomatiku darba fix-xahar ma tistax tingħata ħlief jekk id-deċiżjoni ġiet notifikata lid-debitur b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru XXX/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.
Emenda 48 Artikolu 35, paragrafu 1
1. Kreditur jista" jitlob lill-qorti mqabbda fuq il-merti biex tagħti ordni ta" iffriżar temporanju ta" kont bankarju ddestinat, fi Stat Membru ieħor, għall-istituzzjoni bankarja li fiha d-debitur għandu kont bankarju. It-talba u l-ordni ta" iffriżar temporanju ta" kont bankarju huma konformi mal-formoli li tagħhom hemm eżempji fl-Anness IV għar-Regolament preżenti.
1. Kreditur jista' jitlob lill-Qorti mqabbda fuq il-merti biex tagħti ordni mandat ta' sekwestru temporanju ta' kont bankarju skond l-ammont mitlub għall-manteniment ta' l-obbligu li jrid jintlaħaq, li għandu jkun indirizzat lill-bank fi Stat Membru ieħor fejn id-debitu għandu kont. It-talba u l-ordni ta" iffriżar temporanju ta" kont bankarju huma konformi mal-formoli li tagħhom hemm eżempji fl-Anness IV għar-Regolament preżenti.
Emenda 49 Artikolu 35 a (ġdid)
Artikolu 35a
Ordnijiet oħra ta' infurzar
Il-qorti li tisma' l-każ tista' tordna l-miżuri l-oħra kollha ta' infurzar kif stipulati fil-liġi nazzjonali tagħha li hi tqis xierqa.
Emenda 50 Artikolu 38, paragrafu 1
1. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI huma applikabbli, jekk ikun hemm bżonn, għall-għarfien u l-infurzar ta" l-atti awtentiċi u tal-ftehimiet bejn partijiet li huma esekutorji. L-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru li fih att awtentiku jew ftehim bejn partijiet huwa esekutorju, twassal, fuq it-talba ta" kull parti interessata, estratt ta" l-att billi tuża l-formola li tagħha jidher l-eżempju fl-Anness II għar-Regolament preżenti.
1. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI huma applikabbli, jekk ikun hemm bżonn, għall-għarfien u l-infurzar ta" l-atti awtentiċi u tal-ftehimiet bejn partijiet li huma esekutorji. L-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru li fih att awtentiku jew ftehim bejn partijiet huwa esekutorju, twassal, awtomatikament lil kull parti interessata, estratt ta" l-att billi tuża l-formola li tagħha jidher l-eżempju fl-Anness II għar-Regolament preżenti.
Emendi 51, 52, 53, 54, 55, 56 Artikolu 44
1. L-awtoritajiet ċentrali jagħtu aċċess għall-informazzjoni li tippermetti li jkun iffaċilitat l-irkupru ta" talbiet ta" manteniment fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu preżenti. Din l-informazzjoni tiġi pprovduta sabiex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin:
1. L-awtoritajiet ċentrali jagħtu aċċess għall-informazzjoni li tippermetti li, f'każ speċifiku, jkun iffaċilitat l-irkupru ta" talbiet ta" manteniment fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu preżenti. Din l-informazzjoni tiġi pprovduta sabiex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin:
a) sejba tad-debitur; b) evalwazzjoni tal-patrimonju tad-debitur, b'mod partikulari l-ammont u n-natura tad-dħul tiegħu; c) identifikazzjoni ta" min iħaddem id-debitur; d) identifikazzjoni tal-kontijiet bankarji li għandu d-debitur.
a) sejba ta" l-indirizz tad-debitur; b) evalwazzjoni tal-patrimonju tad-debitur, b'mod partikulari l-ammont u n-natura tad-dħul tiegħu; c) identifikazzjoni ta" min iħaddem id-debitur; d) identifikazzjoni tal-kontijiet bankarji li għandu d-debitur.
1a.Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta" kull każ individwali liema data personali għandha tiġi pproċessata mill-firxa ta" informazzjoni disponibbli u dan għandu jiġi permess biss jekk ikun neċessarju biex jiffaċilita l-infurzar ta" l-obbligi ta" manteniment.
1b.Data bijometrika bħall-marki tas-swaba jew id-data tad-DNA m'għandhiex tkun ipproċessata.
1c.Kategoriji speċjali ta" data dwar oriġini razzjali jew etnika, fehmiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma" partit jew trade union, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju u b'mod proporzjonali għall-iskop ta" każ speċifiku u f'konformità ma" salvagwardji speċifiċi.
2. L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 tinkludi mill-inqas dik li tinżamm mill-amministrazzjonijiet u l-awtoritajiet li huma kompetenti, fl-Istati Membri, fl-oqsma li ġejjin:
a) taxxi u dazji, b) sigurtà soċjali, inkluża l-ġabra tal-kontribuzzjonijiet soċjali ta" min iħaddem impjegati bis-salarju, c) reġistri ta" popolazzjoni, d) reġistri ta" proprjetà, e) reġistrazzjoni ta" vetturi bil-mutur, f) banek ċentrali. 3. L-aċċess għall-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu ma tistax fl-ebda każ tagħti bidu għat-twaqqif ta" skedarji ġodda fi Stat Membru.
2. L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 tinkludi mill-inqas dik li tinżamm mill-amministrazzjonijiet u l-awtoritajiet li huma kompetenti, fl-Istati Membri, fl-oqsma li ġejjin:
a) taxxi u dazji, b) sigurtà soċjali, inkluża l-ġabra tal-kontribuzzjonijiet soċjali ta" min iħaddem impjegati bis-salarju, c) reġistri ta" popolazzjoni, d) reġistri ta" proprjetà, e) reġistrazzjoni ta" vetturi bil-mutur, f) banek ċentrali. 2a.Talbiet għal informazzjoni ħlief dawk elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu b'mod proporzjonali u neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi elenkati fil-paragrafu 1.
3. L-aċċess għall-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu ma tistax fl-ebda każ tagħti bidu għat-twaqqif ta" skedarji ġodda fi Stat Membru.
Emenda 57 Artikolu 48, paragrafu 3
3. Qorti ma tistax iżżomm informazzjoni komunikata konformi mar-Regolament preżenti għal aktar minn kemm għandha bżonn biex tiffaċilita l-irkupru ta" talba ta" manteniment. Il-limitu ta" żmien għaż-żamma ma jistax jaqbeż sena.
3. Qorti ma tistax iżżomm informazzjoni komunikata konformi mar-Regolament preżenti għal aktar minn kemm għandha bżonn biex tiffaċilita l-irkupru ta" talba ta" manteniment.
Emenda 58 Artikolu 48, paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Dan ir-regolament huwa konformi mad-Direttiva 95/46/KE u jirrikjedi lill-Istati Membri biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet ta" persuni fiżiċi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali, u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, sabiex tkun żgurata ċ-ċirkolazzjoni libera ta" data personali fil-Komunità.
Emenda 59 Artikolu 50
Kull modifika ta" l-Annessi tar-Regolament preżenti tiġi adottata skond il-proċedura konsultattiva speċifikata fl-Artikolu 51, il-paragrafu 2.
(Ma jaffettwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 60 Artikolu 51
1. Il-Kummissjoni tkun megħjuna minn kumitat.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
2. Fil-każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, il-proċedura konsultattiva prevista fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tapplika fil-każ tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 7, paragrafu 3 tagħha.
2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
L-10 Anniversarju mill-Konvenzjoni ta' Ottawa
237k
86k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar l-10 Anniversarju mill-Konvenzjoni ta' Ottawa dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, tal-Ħażna, tal-Produzzjoni u tat-Trasferiment ta' Mini Antipersonell u l-Qerda Tagħhom ta' l-1997
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-mini ta' l-art, u b'mod partikulari dik tas-7 ta' Lulju 2005 dwar dinja ħielsa mill-mini(1),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ottawa dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, tal-Ħażna, tal-Produzzjoni u tat-Trasferiment ta' Mini Antipersonell u l-Qerda Tagħhom ta' l-1997,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni ta' Nairobi kif adottat f'Diċembru 2004,
– wara li kkunsidra t-Tmien Laqgħa ta' l-Istati Firmatarji għall-Konvenzjoni ta' Ottawa, li saret fil-Ġordan f'Novembru 2007, id-Disa' Laqgħa ta' l-Istati Firmatarji li għandha ssir fl-2008 u t-Tieni Konferenza ta' Reviżjoni li għandha ssir fl-2009,
– wara li kkunsidra l-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni tal-Mini ta' l-Art (ICBL) li topera f'iktar minn 70 pajjiz fid-dinja kollha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1724/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) u r-Regolament (KE) Nru 1725/2001 tal-Kunsill (3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi minn Novembru 2007, kien hemm 156 Stat Firmatarju għall-Konvenzjoni ta' Ottawa,
B. billi sensiela ta' parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew niedu inizjattivi għall-promozzjoni ta' żvilupp ulterjuri ta' azzjonijiet għall-kontroll u l-projbizzjoni tal-mini ta' l-art;
C. billi huma biss ftit pajjiżi li għadhom jipproduċu l-mini antipersonell (APM) u l-kummerċ tal-mini antipersonell prattikament waqaf; u billi sa mill-1999, madwar 41.8 miljun APM ġew distrutti mill-Partijiet Statali tal-Konvenzjoni t'Ottawa,
D. billi bejn l-1999 u l-2004, tneħħew 4 miljun APM u miljun mina antivettura (AVM) u iktar minn 2,000 km² (ekwivalenti għad-daqs tal-Lussemburgu) ta' art ikkontaminata tnaddfet mill-mini ta' l-art,
E. billi madanakollu huwa stmat li iktar minn 200 000 km² ta' territorju madwar id-dinja (ekwivalenti għad-daqs tas-Senegal) huwa kkontaminat minn mini u munizzjon li għadu ma splodiex,
F. billi dan ifisser li iktar minn 90 pajjiż għadu mgħobbi bil-piż tal-mini ta' l-art u l-munizzjon li għadu ma splodiex;
G. billi n-numru ta' vittmi rappurtati naqas minn 11 700 (fl-2002) ghal 5,751 (fl-2006),
H. billi madanakollu n-numru stmat ta' każijiet li ma jiġux irrappurtati ta' vittmi tal-mini ta' l-art u ta' munizzjon li għadu ma splodiex, għadu bejn 15 000 sa 20 000 kull sena,
I. billi għall-ewwel darba, qed jinqerdu u jitneħħew iktar mini milli qed jitpoġġew,
J. billi l-użu minn gvernijiet ta' mini antipersonell kompla jonqos u kienu biss il-Myanmar/Burma u r-Russja li komplew iqiegħdu mini ġodda u billi l-protaonisti mhux statali armati naqqsu l-użu tagħhom ta' mini antipersonell jew ta' apparat esplożiv improvviżat għalkemm għadhom jużawhom f'mill-inqas 8 stati,
K. billi minn Dicembru 2007, 35 protagonista mhux statali armat ħadu l-impenn għal projbizzjoni totali tal-mini antipersonell permezz tal-"Att ta' Impenn taħt it-Talba ta' Ġinevra għall-Adeżjoni għal Projbizzjoni Totali tal-Mini Antipersonell u għal Koperazzjoni fl-Azzjoni kontra l-Mini",
L. billi huwa stmat li 78 pajjiż għad għandhom 250 miljun mina ta' l-art maħżunin u li tlettax -il Stat mhux parti għall-Konvenzjoni ta' Ottawa għadhom jipproduċu jew iżommu d-dritt biex jipproduċu mini ta' l-art antipersonell;
M. billi l-ħażniet ta' APMs għandhom jinqerdu malajr kemm jista' jkun, u mhux iktar tard mil-limitu ta' erba' snin stipulat mill-Konvenzjoni ta' Ottawa;
N. billi hemm disa' Stati Firmatarji għall-Konvenzjoni ta' Ottawa, li għad iridu jeqirdu l-ħażniet tagħhom fi żmien erba' snin mill-adeżjoni għall-Konvenzjoni,
O. billi jrid jingħata appoġġ supplimentari lill-Istati Firmatarji għall-Konvenzjoni ta' Ottawa, sabiex in-numru massimu ta' Stati Firmatarji jitħeġġu jwettqu l-obbligu tagħhom li jneħħu l-mini kollha fi żmien 10 snin minn meta jaderixxu mal-Konvenzjoni;
P. billi sa mill-bidu tas-snin disgħin, il-komunità internazzjonali allokat iktar minn USD 3,4 biljun għall-programmi ta' azzjoni kontra l-mini (għat-tneħħija tal-mini u għall-għajnuna għall-vittmi) u l-Unjoni Ewropea nefqet kważi EUR 335 miljun,
Q. billi, madanakollu, in-nefqa għal programmi ta' dan it-tip madwar id-dinja naqset għal EUR 250 miljun fl-2005, u għalkemm żdiedet għal EUR 316-il miljun fl-2006, il-proċess qed jimxi bil-mod wisq,
R. billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata biex ikollha rwol ta' mexxejja għal żmien twil f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-azzjonijiet kontra l-mini u ma' l-iffinanzjar tagħhom sabiex jinkisbu l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni sħaħ tat-Trattat,
S. billi fl-2007 l-Kummissjoni impenjat total ta' EUR 33 miljun għal azzjoni kontra l-mini f'10 pajjiżi (il-Belarus, il-Bosnja Ħerzegovina, il-Kambodja, Ċipru, l-Etjopja, il-Ginea-Bissaw, il-Ġordan, il-Libanu, is-Senegal u s-Sudan),
T. billi d-Dokument ta' Strateġija 2005-2007 jenfasizza l-benefiċċji ta' linja baġitarja speċifika għall-mini antipersonell (APLs) sabiex tiġi provduta l-kapaċità "għal rispons għal bżonnijiet gravi u mhux pjanati","biex jissaħħu u jitqawwew l-effiċjenza u l-effettività ta' l-azzjonijiet kontra l-mini li jitwettqu fi ħdan programmi umanitarji fuq perjodu ta' żmien twil u programmi għall-iżvilupp soċjoekonomiku fuq perjodu ta' żmien twil" fil-każi meta "s-CSP (Dokument Strateġiku tal-Pajjiż), l-NIP (Programm Nazzjonali Indikattiv) jew l-istrumenti ekwivalenti ma jistgħux legalment jappoġġjaw attivitajiet relatati mal-mini antipersonell jew f'każi ta' sensittività jew interess politiċi għall-KE", u biex jiġu appoġġjati organizzazzjonijiet mhux governattivi,
U. billi madankollu, il-linja baġitarja APL tal-Kummissjoni tneħħiet mill-Istrument għall-Istabbilità fl-aħħar ta' l-2006 u l-Istrateġija u l-Ipprogrammar ta' l-Azzjoni tal-KE dwar il-Mini ta' l-Art se ssir kważi b'mod sħiħ mid-delegazzjonijiet KE fuq il-bażi tal-linji gwida li għandhom jiġu mfasslin mill-Kummissjoni u billi tiġi integrata azzjoni dwar il-mini ta' l-art fid-Dokumenti ta' Strateġija ta' Pajjiż jew Reġjun; billi barra minn hekk, se jkunu l-imsieħba tal-KE affettwati mill-mini li se jiddeċiedu l-grad ta' importanza li se jingħata lill-azzjoni kontra l-mini fil-listi globali tagħhom ta' prijoritajiet għall-assistenza fit-talbiet tagħhom lill-Kummissjoni għal għajnuna finanzjarja,
V. billi, għalkemm il-Kummissjoni tistqarr li se tibqa' impenjata fermament fl-appoġġ tagħha għall-Konvenzjoni ta' Ottowa, jista' jintwera tħassib, li fil-fatt intwera, dwar il-livelli finanzjarji futuri ta' l-azzjoni kontra l-mini ta' l-KE,
W. billi jridu jittejbu l-għajnuna għall-vittmi u l-inklużjoni soċjoekonomika tal-vittmi tal-mini kif mitlub mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Ottawa; billi huwa stmat li fid-dinja jeżistu 450,00 sa 500,000 sopravissut u n-numru ta' persuni li baqgħu jgħixu wara inċident ikkawżat minn mini ta' l-art jew munizzjon li għadu ma splodiex u li għandhom bżonn kura u rijabilitazzjoni qed jikber; billi tliet kwarti tal-vittmi rreġistrati huma nies ċivili u 34% tal-vittmi ċivili huma tfal,
X. billi hu neċessarju waqt li tissaħħaħ il-liġi umanitarja internazzjonali għax tapplika għal mini oħra minbarra l-mini antipersonnel permezz ta' Konvenzjoni Ċerti Armi Konvenzjonali (CCW), waqt li jitqies li l-mini antivettura li huma armati bi fuses sensittivi u apparat antimanipulazzjoni li jistgħu jieħdu minħabba l-att involontarju ta' persuna diġà huma pprojbiti mill-Konvenzjoni ta' Ottawa peress li huma theddida mortali għall-komunitajiet vulnerabbli u għall-ħaddiema ta' l-għajnuna umanitarja, u kif ukoll għal dawk li jkunu qed ineħħu l-mini,
Y. billi d-29 pajjiż li għandhom żmien sa l-2009 jew l-2010 biex ineħħu l-mini ta' l-art skond mandat tat-Trattat, ma tantx fadlilhom żmien biex jagħmlu dan u billi jenfasizza b'mod partikolari li Stat Membru wieħed ta' l-UE naqas milli għall-inqas jibda attivitajiet ta' tneħħija ta' mini ta' l-art minkejja l-obbligu tat-Trattat biex itemm l-attivitajiet kollha ta' tneħħija sa l-2009, filwaqt li Stat Membru ieħor beda l-attivitajiet f'Ottubru 2007 li għadda biss,
Z. billi l-iffinanzjar għall-għajnuna għal dawk li baqgħu ħajjin jinkludi biss 1% ta' l-iffinanzjar totali għal azzjoni kontra l-mini u li l-progress biex jintlaħqu l-bżonnijiet u ta' dawk li baqgħu ħajjin u biex jiġu rrispettati d-drittijiet tagħhom għandu jitqies bħala mhux biżżejjed; billi mill-inqas 13-il pajjiż għandhom ħtieġa urġenti ta' programmi ġodda jew supplimentari għall-edukazzjoni dwar ir-riskju tal-mini,
1. Iħeġġeġ lill-istati kollha biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Ottawa sabiex il-Konvenzjoni tiġi universalizzata biex jinkiseb l-għan komuni ta' dinja ħielsa mill-mini;
2. Jenfasizza b'mod partikolari l-importanza ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Uniti, ir-Russja, iċ-Ċina, il-Pakistan u l-Indja, jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Ottawa;
3. Jinkoraġġixxi liż-żewġ Stati Membri ta' l-UE li għadhom ma aderixxewx mal-Konvenzjoni jew li għadhom ma temmewx il-proċess ta' ratifikazzjoni biex jagħmlu dan qabel il-konferenza ta' reviżjoni li jmiss tal-Konvenzjoni ta' Ottawa li se ssir fl-2009;
4. Iħeġġeġ lill-protagonisti mhux statali armati kollha biex juru r-rispett tagħhom għall-istandard umanitarju stabbilit mill-Konvenzjoni ta' Ottawa billi jwaqqfu l-produzzjoni u l-użu tal-mini ta' l-art antipersonell u biex jiffirmaw il-Patt ta' Impenn taħt it-Talba ta' Ġinevra;
5. Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati biex jibdew immedjatament it-tħejjijiet għall-Konferenza ta' Reviżjoni tal-Konvenzjoni ta' Ottawa li se ssir fl-2009 u biex jagħmlu proposta għall-'azzjoni konġunta' ppjanata f'dan il-kuntest;
6. Jistieden lill-Istati Firmatarji kollha biex jimplimentaw b'mod sħiħ u malajr l-obbligi tagħhom kollha skond il-Konvenzjoni ta' Ottawa;
7. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi parti tal-Konvenzjoni t'Ottawa biex joqgħodu attenti għall-impatt possibbli ta' l-opinjoni espressa u rikonoxxuta ħafna tal-Kumitat Internazzjonali tar-Red Cross li tgħid li kull mina li tista' tieħu minħabba l-preżenza, il-viċinanza jew il-kuntatt ta' persuna tikkosttwixxi mina antipersonnel ipprojbita mill-Konvenzjoni; jirrimarka li, speċifikament, dan ikun ifisser li tripwires, break wires, tilt rods, fuses ta' pressjoni baxxa, apparat antimanipulazzjoni u fuses simili jkunu projbiti għall-Istati Firmatarji għall-Konvenzjoni;
8. Jitlob li l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati immedjatament jieħdu l-miżuri biex jiżguraw li l-mini antivettura li hemm ċans jisplodu bil-preżenza, il-viċinanza jew kuntatt ta' persuna jinqerdu bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ottawa;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm bis-sħiħ id-determinazzjoni u l-isforzi kontinwi tagħha biex tgħin finanzjarjament lill-komunitajiet u lill-individwi affettwati mill-mini antipersonnel permezz ta' l-istrumenti kollha disponibbli, inkluż fit-territorji taħt il-kontroll jew l-influwenza ta' protagonisti mhux statali armati u jistieden lill-Kummissjoni biex tidher quddiem il-Parlament fil-bidu ta' l-2008 biex tiċċara l-azzjoni tagħha f'dan il-kuntest;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' ddaħħal mill-ġdid il-linja baġitarja speċifika dwar il-mini għall-iffinanzjar ta' azzjoni kontra l-mini ta' l-art, għall-għajnuna lill-vittmi u għall-qerda tal-ħażna meħtieġa mill-Istati Firmatarji li ma jistgħux jiġu ffinanzjati permezz ta' l-istrumenti għall-iffinanzjar il-ġodda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li jsiru disponibbli biżżejjed risorsi wara l-2007;
11. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżomm biżżejjed staff biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-politika tagħha dwar il-projbizzjoni ta' mini antipersonell, u anke biex tiżgura li l-azzjoni kontra l-mini hija espliċitament inkluża fid-Dokumenti ta' Strateġija għal Pajjiżi ta' l-Istati Firmatarji affettwati mill-mini u fil-Programmi Indikattivi Nazzjonali u biex tkun tista' ssegwi l-iffinanzjar kollu għall-azzjoni kontra l-mini permezz ta' l-istrumenti differenti għall-iffinanzjar;
12. Jistieden lill-Istati Firmatarji tal-Konvenzjoni, b'mod partikolari lill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati ta' l-UE, biex jiżguraw li l-iffinanzjar tagħhom għat-tneħħija tal-mini jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kapaċità nazzjonali għat-tneħħija tal-mini biex ikun garantit li l-attivitajiet għat-tneħħija tal-mini jitkomplew sakemm jitnaddfu l-inħawi kollha magħrufa li fihom il-mini jew li huma ssuspettati li fihom;
13. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu jappoġġjaw l-isforzi biex il-protagonisti mhux statali armati jimpenjaw ruħhom għal projbizzjoni tal-mini ta' l-art, sitwazzjoni li ma timplikax appoġġ għal protagonisti mhux statali armati jew l-attivitajiet tagħhom jew rikonoxximent tal-leġittimità tagħhom;
14. Jistieden lill-pajjiżi affettwati mill-mini u lid-donaturi internazzjonali biex jagħtu prijorità ikbar lir-rijabilitazzjoni fiżika u ekonomika ta' dawk li baqgħu ħajjin, minħabba li l-bżonnijiet tagħhom m'humiex qed ikunu indirizzati b'mod xieraq;
15. Jistieden lill-kumitati kompetenti biex jimmoniterjaw mill-qrib u jipparteċipaw fil-laqgħat tas-CCW, biex jirrappurtaw dwar inizjattivi ta' Stati Membri dwar mini ta' l-art u biex jirrappurtaw dwar miżuri internazzjonali oħra li jikkonċernaw armi bħal dawn;
16. Ifakkar li kull Stat Firmatarju għall-Konvenzjoni ta' Ottawa impenja ruħu li fl-ebda ċirkostanza m'hu se jassisti, jinkoraġġixxi jew jipperswadi, bi kwalunkwe mod, lil xi ħadd biex iwettaq xi attività projbita lil Stat Firmatarju mill-Konvenzjoni;
17. Jistieden lill-Istati Firmatarji biex jiżguraw li huma ma jippermettux lill-istituzzjonijiet finanzjarji li huma attivi fit-territorju tagħhom u/jew li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tagħhom biex jinvestu f'kumpaniji involuti fil-produzzjoni, il-ħażna jew it-trasferimenti ta' mini ta' l-art antipersonnel;
18. Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati biex jipprojbixxu kull tip ta' appoġġ finanzjarju dirett jew indirett minn istituzzjonijiet finanzjarji privati jew pubbliċi li jkunu attivi fit-territorju tagħhom u/jew soġġett għal-leġiżlazzjoni tagħhom lil kumpaniji involuti fil-produzzjoni, il-ħażna jew it-trasferiment ta' mini ta' l-art antipersonnel; iqis li din il-projbizzjoni għandha tkun inkorporata fil-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali;
19. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni għas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kumitat Internazzjonali tar-Red Cross, lill-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni tal-Mini ta' l-Art, lit-Talba ta' Ġinevra, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, lill-Gvernijiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerka, lill-Federazzjoni Russa, lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Pakistan, lill-Indja u lill-President Maħtur tad-9 Laqgħa ta' l-Istati Firmatarji tal-Konvenzjoni u tat-Tieni Konferenza ta' Reviżjoni.
– wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta ta' l-10 Sammit ta' bejn l-UE u ċ-Ċina li sar f'Beijing fit-28 ta' Novembru 2007,
– wara li kkunsidra s-sessjoni ta' smigħ pubbliku li saret fis-26 ta' Novembru 2007, mis-Sottokumitat tiegħu dwar 'Id-Drittijiet tal-Bniedem fiċ-Ċina matul il-perjodu li jwassal għall-Olimpijadi',
– wara li kkunsidra r-rounds tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina li saru f'Beijing fis-17 ta' Ottubru 2007 u f'Berlin fil-15 u s-16 ta' Mejju 2007,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar it-tħaddim tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2007 dwar id-djalogu bejn il-gvern Ċiniż u r-rappreżentanti tad-Dalai Lama(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(3) u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina;
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, adottati fit-13 ta' Diċembru 2001, u l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida, adottata fid-9 ta' Diċembru 2004,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet annwali preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,
– wara li kkunsidra t-Tregwa dwar l-Olimpjadi min-NU, kif għaddiet mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-31 ta' Ottubru 2007 (A/RES/62/4), li stiednet lill-Istati Membri tan-NU biex iħarsu u jippromwovu l-paċi matul il-Logħob Olimpiku,
– wara li kkunsidra s-60 Anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi minn meta ġie stabbilit il-mekkaniżmu tas-Samit UE-Ċina fl-1998, ir-relazzjonijiet ta' bejn iċ-Ċina u l-UE żviluppaw b'mod qawwi politikament u ekonomikament,
B. billi kwalunkwe deċiżjoni sabiex jinbeda djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem tittieħed fuq il-bażi ta" ċerti kriterji adottati mill-Kunsill li jqisu t-tħassib ewlieni ta" l-UE dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż konċernat, impenn ġenwin min-naħa ta" l-awtoritajiet tal-pajjiż konċernat, fir-rigward ta" dan it-tip ta" djalogu, għat-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post, u l-impatt pożittiv li jista" jkollu djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem,
C. billi l-Logħob Olimpiku ta' l-2008 f'Beijing għandu jikkostitwixxi opportunità ideali biex l-attenzjoni tad-dinja tkun iffukata fuq is-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fiċ-Ċina;
D. billi l-UE hija bbażata u ddefinita bil-konformità tagħha għall-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt; billi l-UE tqis li l-konformità ma' dawn il-prinċipji hija kundizzjoni obbligatorja għall-paċi u l-istabilità fi kwalunkwe soċjetà,
E. billi s-sħubija strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina hija ta' importanza kbira għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, u billi sħubija ġenwina għandha tkun bbażata fuq valuri komuni għat-tnejn,
F. billi t-tisħiħ u l-approfondiment tar-relazzjonijiet ta' bejn l-UE u ċ-Ċina jistgħu jgħinu biex jiġu żviluppati opinjonijiet konverġenti dwar azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi globali bħall-bidla fil-klima, is-sigurtà, it-terroriżmu u n-nonproliferazzjoni ta' l-armi,
G. billi hemm rapporti disturbanti u kontinwi ta' ripressjoni politika, b'mod partikulari ta' ġurnalisti, attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem u membri ta' minoritajiet reliġjużi u etniċi, allegazzjonijiet ta' tortura, użu mifrux ta' xogħol sfurzat, użu frekwenti tal-piena tal-mewt u repressjoni sistematika tal-libertà tar-reliġjon, tal-libertà tal-kelma u tal-midja, inkluż l-Internet, u l-kontrolli stretti magħmula mill-Gvern Ċiniż fuq l-informazzjoni dwar iż-żoni tat-Tibet taċ-Ċina u u fuq l-aċċess għal dawn iż-żoni; billi huwa għalhekk diffiċili li wieħed jiddetermina b'mod preċiż l-ambitu ta' l-abbużi tad-drittijiet ta-bniedem,
H. billi l-involviment u l-influwenza taċ-Ċina fid-dinja żdiedu b'mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar għaxar snin, billi l-kredibilità, il-valuri demokratiċi u r-responsabilità għandhom jikkostitwixxu l-bażi fundamentali għar-relazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina,
Is-Samit UE-Ċina
1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-Istqarrija Konġunta ta' l-Għaxar Sammit bejn l-UE u ċ-Ċina li fih iż-żewġ partijiet ikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jiżviluppaw sħubija strateġika komprensiva biex jiġu indirizzati sfidi globali, u kif ukoll l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina u l-koperazzjoni aktar mill-qrib ta' bejniethom biex jindirizzaw firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet;
2. Jiddispjaċih mill-fatt li għal darba oħra l-Kunsill u l-Kummissjoni ma rnexxilhomx iqajmu b'mod ferm il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem waqt is-Samit bejn l-UE u ċ-Ċina sabiex jagħtu iżjed piż politiku lit-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem, u li l-UE ma ħaditx l-opportunità ta' l-Olimpijadi li ġejjin sabiex tindirizza t-tħassib serju dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina;
3. Jistieden liċ-Ċina u lill-UE biex jiżguraw sħubija kummerċjali u ekonomika iktar ibbilanċjata li għandha twassal għal tkabbir sostenibbli u żvilupp soċjali, b'mod partikulari fl-oqsma tal-bidla fil-klima, l-ambjent u l-enerġija;
4. Iqis li l-piraterija u l-iffalsifikar ta' prodotti u ditti Ewropej mill-industriji Ċiniżi jikkostitwixxu ksur serju tar-regoli kummerċjali internazzjonali; iħeġġeġ lill-Awtoritajiet Ċiniżi biex itejbu konsiderevolment il-ħarsien tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (IPR);
5. Jitlob, fl-istess ħin, iżjed koerenza u konsistenza bejn id-drittijiet tal-bniedem, min-naħa waħda, u l-kummerċ u s-sigurtà min-naħa l-oħra; għalhekk, iħeġġeġ l-UE biex tiżgura li relazzjoni kummerċjali aħjar maċ-Ċina tkun kontinġenti fuq riformi dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, biex jagħmel evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jiffinalizza kwalunkwe Ftehima ta' Qafas ġdida dwar Sħubija u Koperazzjoni (PCFA);
6. Għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon it-tnejida u l-bidu ta' negozjati dwar PCFA, li se tkopri l-ambitu kollu tar-relazzjoni bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina, inkluża klawżola effettiva u operazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u kif ukoll koperazzjoni msaħħa u mtejba fi kwistjonijiet politiċi; itenni t-talba tiegħu dwar l-involviment tal-Parlament Ewropew fir-relazzjonijiet bilaterali futuri kollha bejn il-partijiet, filwaqt li jitqies li, mingħajr il-kunsens formali tal-Parlament, ma jista' jkun hemm l-ebda PCFA;
7. Jinsisti li l-embargo ta' l-armi min-naħa ta' l-UE kontra ċ-Ċina wara l-avvenimenti ta' Tiananmen għandu jibqa' kif inhu sakemm isir progress sostanzjali fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar lill-Istati Membri ta' l-UE li l-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-UE dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armi jinkludi, bħala kriterju, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija ta' dawn l-esportazzjonijiet;
8. Jiddispjaċih li, minkejja l-istqarrijiet ripetuti mill-gvern Ċiniż dwar l-intenzjonijiet biex jirratifika il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), ir-ratifika għadha pendenti; għalhekk iħeġġeġ liċ-Ċina sabiex mingħajr aktar ittardjar, tirratifika u timplimenta l-Konvenzjoni;
Id-djalogu dwar id-drittijiet umani bejn l-UE u ċ-Ċina
9. Jiddispjaċih li r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina għadu kwistjoni ta' tħassib serju; għalhekk, jenfasizza l-bżonn li jissaħħaħ u jittejjeb b'mod konsiderevoli d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina; jitlob lill-Kunsill biex jipprovdi tagħrif iktar dettaljat lill-Parlament; iqis bħala relevanti li titkompla l-organizzazzjoni tas-seminar legali dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina, li kien jippreċedi d-djalogu, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti akkademiċi u tas-soċjetà ċivili, u f'dan ir-rigward jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' Network Akkademiku tad-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina taħt l-Objettiv 3 ta' l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li dan in-network jaħdem b'mod effettiv b'koperazzjoni mal-Parlament;
10. Iqis li l-kwistjonijiet diskussi fir-rounds ta' djalogu suċċessivi maċ-Ċina, bħar-ratifika ta' l-ICCPR, ir-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, inkluża l-piena tal-mewt u s-sistema ta' edukazzjoni mill-ġdid permezz tax-xogħol, il-libertà ta' espressjoni, partikolarment fuq l-Internet, il-libertà ta' l-istampa, il-libertà ta' l-aċċess għall-informazzjoni, il-libertà ta' kuxjenza, ħsieb u reliġjon, is-sitwazzjoni tal-minoritajiet fit-Tibet, il-ħelsien ta' dawk miżmuma wara l-ġrajjiet fi Pjazza Tiananmen, u d-drittijiet tal-ħaddiema u drittijiet oħra, għandhom ikomplu jitqajmu fil-kuntest tad-djalogu, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn djalogi preċedenti li kien hemm qbil reċiproku dwarhom miż-żewġ partijiet u minn seminars dwar kwistjonijiet legali; għal dan il-għan, jistieden lill-Kunsill biex iqis li jestendi l-perjodu ta' żmien tad-djalogu u jippermetti aktar żmien għad-diskussjoni għall-kwistjonijiet imqajma; barra dan, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-konformità mal-konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b'mod partikulari fir-rigward tat-tradeunions indipendenti u tat-tħaddim tal-minuri;
11. Jinnota l-impenn taċ-Ċina fl-appoġġ tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-twettiq tal-funzjoni tagħha li tindirizza l-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem b'mod kredibbli, objettiv u b'mod mhux selettiv u jitlob koperazzjoni msaħħa fi ħdan is-sistema tan-NU u jistieden liċ-Ċina biex tikkopera mal-mekkaniżmi favur id-drittijiet tal-bniedem tan-NU u r-rispett tagħhom għall-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem previsti fi strumenti internazzjonali rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoritajiet;
12. Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li ċ-Ċina tippermetti l-libertà ta' l-espressjoni, tal-ħsieb, u tar-reliġjon; jafferma l-bżonn, partikolarment fid-dawl tad-diskussjonijiet fost l-uffiċjali Ċiniżi fir-rigward tad-definizzjoni ta' 'reliġjon' u speċjalment ta' 'reliġjon legali', jafferma l-bżonn ta' liġi komprensiva dwar ir-reliġjon, li tissodisfa l-istandards internazzjonali u li tiggarantixxi libertà reliġjuża ġenwina; jiddeplora l-kontradizzjoni bejn il-libertà kostituzzjonali tat-twemmin (imħaddna fl-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni Ċiniża) u l-indħil li jseħħ min-naħa ta' l-istat fl-affarijiet tal-komunitajiet reliġjużi, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ, ta' l-għażla, tal-ħatra u ta' l-indottrinazzjoni politika ta' ministri reliġjużi;
13. Jiddispjaċih li s-sitt round ta' taħdidiet Sino-Tibetan ma kellu l-ebda riżultat; jistieden lill-partijiet biex jagħmlu kull sforz sabiex jitkompla d-djalogu u jistieden lill-gvern Ċiniż biex jinvolvi ruħu f'negozjati sostantivi li jqisu kif jixraq it-talbiet tad-Dalai Lama għall-awtonomija tat-Tibet; jitlob liċ-Ċina biex tieqaf milli titfa' pressjoni fuq l-istati li għandhom relazzjonijiet tajbin mad-Dalai Lama;
14. Itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rapporti dwar il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet u fi provinċji oħrajn abitati mill-poplu Tibetan inklużi t-tortura, l-arrest arbitrarju u d-detenzjoni, ir-ripressjoni tal-libertà tal-kult, ir-restrizzjonijiet arbitrarji tal-moviment ħieles u r-rijabilitazzjoni permezz tal-kampijiet tax-xogħol sfurzat; jikkundanna l-intensifikazzjoni ta' l-hekk imsejħa 'kampanja għall-edukazzjoni patrijottika' minn Ottubru 2005 fil-monasteri u l-kunventi tas-sorijiet, li qegħdin jisfurzaw lit-Tibetani biex jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jikkundannaw lid-Dalai Lama bħala separatist perikoluż; jitlob liċ-Ċina biex tippermetti li jkun hemm korp indipendenti li jkollu aċċess għal Choekyi Nyima, il-Panchen Lama tat-Tibet, u għall-ġenituri tiegħu, kif mitlub mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
15. Jistieden liċ-Ċina, bħala membru tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur speċjali tan-NU li jirrigwardaw it-tortura u biex tagħmel stedina miftuħa għall-esperti tan-NU biex imorru fiċ-Ċina;
16. Huwa tal-fehma li t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jirċievi ħafna iżjed attenzjoni matul it-tħejjijiet għal-Logħob Olimpiku ta' Beijing, u jtenni l-ħtieġa "tar-rispett tal-prinċipji etiċi fundamentali universali" u l-promozzjoni ta' soċjetà paċifika li timpenja ruħha "fil-preservazzjoni tad-dinjità tal-bniedem", kif imħaddna fil-prinċipji 1 u 2 tal-Karta Olimpika;
17. Jitlob lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jippubblika l-evalwazzjoni tiegħu dwar kemm iċ-Ċina hija konformi ma' l-impenji meħuda fl-2001, qabel ma' Beijing ġiet magħżula biex tospita l-Logħob Olimpiku; jenfasizza r-responsabilità ta' l-UE biex tieħu nota ta' din l-evalwazzjoni u sabiex taħdem man-Network Olimpiku tagħha u biex toħloq bażi għal imġiba responsabbli fit-tħejjija, matul u wara l-Olimpijadi;
18. Huwa mħasseb ħafna biż-żieda riċenti ta' persekuzzjonijiet politiċi konnessi ma' l-Olimpijadi ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, avukati, persuni li jressqu petizzjonijiet, attivisti tas-soċjetà ċivili, gruppi etniċi bħall-Uighurs, u nies reliġjużi ta' kull twemmin, speċjalment il-prattikanti tal-Falun Gong; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jilliberaw lil dawn in-nies immedjatament u biex itemmu kemm dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u kif ukoll it-twaqqigħ mingħajr kumpens ta' numru sostanzjali ta' djar sabiex ikunu jistgħu jinbnew l-infrastrutturi għal-Logħob Olimpiku;
19. Huwa mħasseb bl-istess mod dwar is-sorveljanza u ċ-ċensura ta' l-informazzjoni fuq l-Internet, u jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex itemmu l-ibblukkjar ta' eluf ta' websajts, inklużi websajts tal-midja Ewropea; jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jilliberaw lill-kittieb Yang Maodong u lill-50 persuna dissidenti u utenti tal-web miżmuma l-ħabs fiċ-Ċina;
20. Jistieden liċ-Ċina biex tieħu passi konkreti biex tippermetti l-libertà ta' l-espressjoni u r-rispett għall-libertà ta' l-istampa, kemm għall-ġurnalisti Ċiniżi u kif ukoll għal dawk barranin; hu imħasseb b'mod partikulari dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-regolament il-ġdid rigward ġurnalisti internazzjonali attivi fiċ-Ċina, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex iwaqqfu immedjatament iċ-ċensura u l-imblukkar - speċjalment bl-għajnuna ta' kumpaniji multinazzjonali - ta' eluf ta' websites ibbażati barra l-pajjiż; jitlob għall-ħelsien tal-ġurnalisti, ta' l-utenti ta' l-Internet u tad-dissidenti taċ-ċibernetika li jinsabu miżmuma fiċ-Ċina talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-informazzjoni; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jistabbilixxu moratorja fuq l-eżekuzzjonijiet matul il-Logħob Olimpiku fl-2008, u biex jirtiraw il-lista tal-projbizzjoni ta' 42 kategorija ta' nies;
21. Jiġbed l-attenzjoni għall-konklużjonijiet tas-17-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Nazzjonali Ċiniż, li sar f'nofs Ottubru 2007, li matulu ħarġu diversi perspettivi u gradi ta' ftuħ fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali ogħla fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina;
22. Iħeġġeġ liċ-Ċina biex ittemm l-appoġġ li qed tagħti bħalissa lir-reġimi fil-Myanmar u fid-Darfur;
o o o
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Bord Eżekuttiv Olimpiku Internazzjonali.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-estremiżmu, b'mod partikolari dik ta' l-20 ta' Frar 1997 dwar ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-lemin estrem(1), dik tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar iż-żieda fil-vjolenza razzista u omofobika fl-Ewropa(2) u l-pożizzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet razzisti u ksenofobiċi permezz tal-liġi kriminali(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Jannar 2005 dwar l-Olakawstu, l-anti-Semitiżmu u r-Razziżmu(4),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7 u 29 tat-Trattat dwar l-UE u l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, li jorbtu lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jappoġġjaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprovduha b'mezzi biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskriminazzjoni, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5) (l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali),
– wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni bbażata fuq oriġini razzjali u etnika, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR), it-tnejn li huma ffirmati mill-Istati Membri kollha u numru kbir ta' Stati oħra,
– wara li kkunsidra l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea biex tiġġieled kontra r-razziżmu, il-ksenofobija, l-anti-Semitiżmu u l-omofobija, b'mod partikolari ż-żewġ direttivi ta' anti-diskriminazzjoni (Direttivi 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali tal-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika(6) u d-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u l-okkupazzjoni(7), kif ukoll id-Deċiżjoni ta' Qafas imsemmija hawn fuq dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1344 tad-29 ta' Settembru 2003 ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar 'It-theddida għad-demokrazija li tiġi minn partiti u movimenti estremisti fl-Ewropa',
– wara li kkunsidra r-Rapport dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija fl-Istati Membri ta' l-UE, ippubblikat fl-2007 mill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Organizzazzjoni għas-Sigurta' u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) intitolat OSCE 'L-isfidi u t-tweġibiet għall-inċidenti kkawżati mill-mibgħeda fir-Reġjun OSCE' ta' Ottubru 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. jinsab imħasseb sew dwar il-qawmien ta', u l-appoġġ li qed jikber fl-Ewropa lejn movimenti, gruppi paramilitari u partiti estremisti li wħud minnhom għandhom responsabilitajiet governattivi li jibbażaw l-ideoloġija, ir-retorika u l-prattiki politiċi u l-kondotta tagħhom fuq id-diskriminazzjoni li tinkludi r-razziżmu, l-intolleranza, l-inċitament tal-mibgħeda reliġjuża, l-esklużjoni, il-ksenofobija, l-anti-Semitiżmu, l-anti-Roma, l-omofobija, il-misoġenija u l-ultra-nazzjonaliżmu, u billi diversi pajjiżi Ewropej reċentement għaddew minn esperjenzi ta' mibgħeda, ġrajjiet vjolenti u qtil,
B. jinsab serjament allarmat sew dwar ir-reklutaġġ tal-fundamentalisti Iżlamiċi u dwar il-kampanja ta' propoganda vjolenti, flimkien ma' attakki terroristiċi fl-Unjoni Ewropea, ibbażati fuq il-mibgħeda tal-valuri Ewropew u fuq l-anti-Semitiżmu,
C. billi dawn l-ideoloġiji estremi huma inkompatibbli mal-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt kif imniżżla fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-EU li jirrifletti l-valuri tad-diversità u l-ugwaljanza li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea;
D. billi l-ebda Stat Membru ma jkollu immunita' mit-theddid intrinsiku li l-estremiżmu joħloq għad-demokrazija u għalhekk il-ġlieda kontra t-tifrix ta' l-attitudnijiet ksenofobiċi u tal-movimenti politiċi tal-lemin estrem hija sfida Ewropea li teħtieġ approċċ konġunt u kkoordinat,
E. billi ċerti partiti u movimenti politiċi, inklużi dawk attwalment fil-poter f'numru ta' pajjiżi jew dawk li huma rappreżentati fil-livell lokali, nazzjonali jew Ewropew, konxjament poġġew fiċ-ċentru ta' l-aġenda tagħhom l-intolleranza u/jew il-vjolenza bbażata fuq ir-razez, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali,
F. billi l-estremisti neo-Nazi, paramilitari u oħrajn qed jimmiraw l-attakki vjolenti tagħhom kontra firxa wiesgħa ta' gruppi vulnerabbli fil-popolazzjoni, inklużi migranti, ir-Roma, l-omosesswali, l-attivisti kontra r-razziżmu u n-nies bla dar,
G. billi l-eżistenza ta' websajts pubbliċi u faċilment aċċessibbli li jinċitaw il-mibgħeda iqajmu tħassib serju dwar kif tista' tiġi kkontrobattuta din il-problema mingħajr ma jinkiser id-dritt tal-libertà ta' l-espressjoni,
1. Jikkundanna bil-qawwa kull attakk razzist u ta' mibgħeda u jistieden lill-awtoritajiet kollha sabiex jużaw il-poter tagħhom kollu biex jikkastigaw lil dawk responsabbli; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha ta' attakki bħal dawn u mal-familji tagħhom;
2. Ifakkar li l-ġlieda kontra l-estremiżmu m'għandhiex ikollha effetti negattivi fuq l-obbligazzjoni permanenti lejn ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali, inklużi l-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-assoċjazzjoni, kif miġbura fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-UE;
3. Jikkundanna l-fatt li xi partiti stabbiliti rawha f'lokha li jagħtu l-kredibilità u l-approvazzjoni lil partiti estremisti billi daħlu magħhom fi ftehimiet ta' koalizzjoni, u b'hekk issagrifikaw l-integrità morali tagħhom minħabba l-gwadann malajr u l-konvenjenzi politiċi;
4. Jinnota li n-numru dejjem jikber ta' organizzazzjonijiet estremisti, li ħafna drabi jesprimu elementi neo-faxxisti, jistgħu jipprovokaw biża' fis-soċjetà li twassal għal manifestazzjonijiet ta' razziżmu f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inklużi l-impjiegi, is-sistema tad-djar, l-edukazzjoni, is-sistemi ta' kontroll, l-aċċess għall-oġġetti u servizzi u tal-midja;
5. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jibdew il-mixja ħalli jinstabu r-risponsi politiċi u legali xierqa, speċjalment fl-istadju ta' prevenzjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni taż-żgħażagħ u ta' l-informazzjoni pubblika, waqt li jsir tagħlim kontra t-totalitariżmu, u jixterdu l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali sabiex tinżamm ħajja l-memorja ta' l-Istorja Ewropea; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw politiki ta' edukazzjoni għaċ-ċittadinanza demokratika bbażata fuq id-drittijiet u r-responsabilitajiet taċ-ċittadini;
6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti li hi mfassla biex tipprojbixxi t-tixwix favur il-vjolenza politika u reliġjuża, ir-razziżmu u l-ksenofobija; jistieden lill-Istati Membri biex jissorveljaw l-implimentazzjoni stretta u t-titjib kostanti ta' liġijiet kontra r-razziżmu, kampanji ta' informazzjoni u biex iqajmu l-kuxjenza fil-midja u fl-istabbilimenti edukattivi;
7. Iħeġġeġ lill-forzi politiċi demokratiċi kollha, kemm jekk tax-xellug u kemm tal-lemin, biex jevitaw kwalunkwe għajnuna, kemm espliċita u kemm impliċita, minn partiti estremisti ta' natura razzista jew ksenofobika, u għalhekk ukoll kwalunkwe alleanza, tkun xi tkun, mar-rappreżentanti eletti tagħhom;
8. Iwiddeb, billi jħares 'il quddiem lejn l-elezzjonijiet Ewropej 2009, dwar il-possibilità li partiti estremisti jistgħu jiżguraw ir-rappreżentazzjoni fil-Parlament Ewropew, u jistieden lill-gruppi politiċi biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li istituzzjoni demokratika ma tintużax bħala pjattaforma għall-finanzjament u t-tleħħin ta' messaġġi anti-demokratiċi;
9. Jistieden lill-Istituzzjonijiet ta' l-UE sabiex jagħtu mandat ċar lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tinvestiga l-istrutturi ta' gruppi estremisti sabiex jiġi evalwat jekk xi wħud minnhom qed jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom fil-gruppi tagħhom fl-Unjoni Ewropea jew f'livell reġjonali;
10. Itenni t-twemmin tiegħu li l-personalitajiet pubbliċi għandhom iżommu lura minn dikjarazzjonijiet li jinkoraġġixxu jew jinċitaw il-mibgħeda jew l-għoti ta' stigma lill-gruppi ta' persuni fuq il-bażi tar-razza, oriġini etnika, reliġjon, diżabilità, orjentazzjoni sesswali jew nazzjonalità tagħhom; jemmen li meta personalitajiet pubbliċi jinċitaw il-mibgħeda, din għandha titqies bħala ċirkustanza aggravanti ta' diskors ta' mibgħeda, jikkundanna b'mod partikulari l-prevalenza ta' l-anti-Semitiżmu;
11. Jitlob lill-midja biex tinforma dwar il-perikli tad-diskors tal-mibgħeda u biex tgħin fil-promozzjoni tal-prinċipji u tal-valuri tad-demokrazija, l-ugwaljanza u t-tolleranza;
12. Jitlob lill-Istati Membri kollha biex għall-inqas jipprevedu - wara deċiżjoni tal-qorti - għall-possibilità li jiġi rtirat l-iffinanzjar pubbliku mill-partiti politiċi li ma jikkundannawx il-vjolenza u t-terroriżmu u li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif stipulat fl-ECHR u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; u jitlob lil dawk li diġà jgawdu minn din il-possibilità biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-ebda finanzjament ta' l-UE li jkun disponibbli għall-mezzi tal-midja ma jintuża bħala pjattaforma għall-promozzjoni fuq skala kbira ta' ideat razzisti, ksenofobiċi u omofobiċi;;
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-NGOs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, tad-dinjità umana, tas-solidarjetà, ta' l-inklużjoni soċjali, tad-djalogu interkulturali u tal-kuxjenza soċjali dwar il-perikli tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti, u li huma kommessi fil-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-Kunsill ta' l-Ewropa.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa waħda, u l-Montenegro min-naħa l-oħra
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2005 biex jibdew in-negozjati mas-Serbja u l-Montenegro fid-dawl tal-konklużjoni tal-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA),
– wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill fl-24 ta' Lulju 2006, wara d-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Parlament tal-Montenegro, ta' mandat ta' negozjar speċifiku għall-Montenegro,
– wara li kkunsidra l-għeluq tan-negozjati dwar l-FSA fl-1 ta' Diċembru 2006 u l-iffirmar tal-Ftehima fil-15 ta' Marzu 2007,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika tal-Montenegro f'isem il-Komunità Ewropea (COM(2007)0350),
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finalizzazzjoni tal-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, COM(2007)0350),
– wara li kkunsidra l-iffirmar tal-ftehimiet bejn l-UE u l-Montenegro fit-18 ta' Settembru 2007 dwar is-simplifikar biex jinkisbu viżi għal żmien qasir u dħul mill-ġdid(1),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tal-Kummissjoni ta' l-2007 dwar il-Montenegro (SEC 2007)1434,
– wara li kkunsidra d-dokument indikattiv ta' programmazzjoni finanzjarja multiannwali għall-Montenegro skond l-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni (2007-2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi l-Montenegro huwa wieħed mill-partijiet firmatarji tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija,
B. billi l-Montenegro kkonferma r-ratifika ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) fit-23 ta' Ottubru 2006,
C. billi l-ġejjieni tal-Montenegro jinsab fl-Unjoni Ewropea,
D. billi l-Montenegro huwa firmatarju ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA); billi l-adeżjoni tal-Montenegro mad-WTO tista' tiġi ffinalizzata fl-2008,
E. billi fil-laqgħat tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 f'Thessaloniki l-Kunsill Ewropew irrikonoxxa li l-ġejjieni tal-Montenegro huwa fl-Unjoni Ewropea, u billi li dan ġie kkonfermat f'bosta okkażjonijiet mill-Kunsill u l-Parlament,
F. billi l-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tistabbilixxi relazzjoni kontrattwali bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Montenegro f'oqsma vitali tal-ħajja istituzzjonali, soċjali u ekonomika ta' dan il-pajjiż,
G. billi d-dimensjoni ambjentali hija importanti fil-ħajja ekonomika u soċjali tar-Repubblika tal-Montenegro, importanza rikonoxxuta mill-Kostituzzjoni tagħha, li tiddikjara li l-Montenegro huwa repubblika ekoloġika, u billi għandu jiġi enfasizzat li tali dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni għandhom jiġu appoġġati minn miżuri prattiċi u strutturi effikaċi,
H. billi ġudikatura indipendenti, kompetenti u responsabbli ħielsa mill-korruzzjoni għandha rwol essenzjali fil-ħajja ta' pajjiż demokratiku,
I. billi l-assistenza Komunitarja lill-Montenegro għandha tkun proporzjonata ma' l-impenji kuntrattwali li joħorġu mill-FSA,
J. billi, wara ftehima bejn il-koalizzjoni li qed tiggverna u sezzjonijiet importanti ta' l-oppożizzjoni, il-Parlament tal-Montenegro adotta fid-19 ta' Ottubru 2007, Kostituzzjoni ġdida għall-Montenegro, bil-maġġoranza meħtieġa ta' żewġ terzi,
K. billi fl-2007 l-ekonomija tal-Montenegro qed turi tkabbir sod (kważi 8%) u volum dejjem akbar ta' investiment dirett barrani (EUR 707 000 000); billi r-rata tal-qgħad bħalissa hija baxxa u għall-ewwel darba niżlet taħt it-12%; billi, madankollu, għad baqa' tħassib dwar id-defiċit tal-kont kurrenti tal-bilanċ tal-ħlasijiet,
L. billi l-korruzzjoni għadha problema serja fil-Montenegro, u billi fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta' l-2007 ta' Trasparenza Internazzjonali, il-Montenegro kellu l-punteġġ medju ta' 3.3 (fuq skala li tvarja minn 0, li tfisser "korrott ħafna" sa 10, li tfisser "onest ħafna"),
1. Jifraħ lill-gvern tal-Montenegro dwar il-konklużjoni mħaffa tan-negozjati dwar il-Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u l-iffirmar reċenti ta' dan id-dokument importanti;
2. Iqis l-FSA bħala l-ewwel pass, iżda wieħed importanti, mill-Montenegro biex jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea u jemmen li l-ftehima tipprovdi eżempju ulterjuri tal-bidliet pożittivi fil-Balkani tal-Punent li l-prospettiva għal sħubija ma' l-UE tista' tikseb; ifakkar lill-awtorità tal-Montenegro, madankollu, li l-prospettiva ta' adeżjoni għandha tkun evalwata b'mod realistiku, mhux biss fuq il-bażi tat-transpożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' regoli u standards Komunitarji imma wkoll fuq il-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja effettiva tal-pajjiż u l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi, li huma essenzjali għal qafas leġiżlattiv sod fil-Montenegro u l-implimentazzjoni effettiva tiegħu u huwa rekwiżit fundamentali għall-iżvilupp demokratiku u ekonomiku tal-pajjiż;
3. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tqis l-esperjenzi uniċi tar-riformi marbuta mat-tranżizzjoni ta' l-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-UE fis-seklu 21 sabiex tibni fuq il-mekkaniżmi operattivi l-ġodda li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-Montenegro;
4. Jirrakkomanda tisħiħ fl-irwol tal-Parlament tal-Montenegro, bħala l-qofol tad-demokrazija parlamentari, u josserva li għaldaqstant għandu jaġixxi bħala korp ta' skrutinju, per eżempju fil-qasam tal-finanzi pubbliċi;
5. Jistieden lill-Parlament tal-Montenegro, skond kif iħares lejn l-irwol tiegħu, sabiex jikkontribwixxi b'mod attiv fil-proċess ta' tqarrib ma' l-UE; ifakkar lill-Gvern li għandu jinvolvi lill-Parlament tal-Montenegro b'mod attiv fil-proċess tat-tfassil ta' l-opinjonijiet;
6. Iħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro sabiex jagħtu effett prattiku lill-objettivi mniżżla fl-Artikolu 80 ta' l-FSA, bl-introduzzjoni ta' liġijiet u regolamenti meħtieġa sabiex tkun ġarantita l-indipendenza u r-responsabilizzazzjoni tal-ġudikatura; iqis, f'dan ir-rigward, li d-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni l-ġdida dwar ir-responsabilità fil-ħatra ta' l-imħallfin inaqqsu s-setgħat ta' għażla tal-Parlament tal-Montenegro u jżidu l-awtonomija tal-korp ġudizzjarju li jirregola lilu nnifsu; ifakkar li huwa essenzjali li ġudikatura indipendenti, effikaċi u ħielsa mill-korruzzjoni tkun fis-seħħ biex tieħu ħsieb l-implimentazzjoni sħiħa u irriversibbli ta' l-istat ta' dritt;
7. Iħeġġeġ lill-gvern tal-Montenegro u lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jipprovdu l-għajnuna u l-koperazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani rigward il-konklużjoni ta' l-inkjesta dwar il-kriminalità organizzata u l-kuntrabandu tas-sigaretti li tinvolvi politiċi prominenti tal-Montenegro u tista' tiġi segwita b'mandat ta' arrest internazzjonali;
8. Jinnota b'sodisfazzjon il-koperazzjoni kontinwa tal-Montenegro mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) u jenfasizza li din il-koperazzjoni hija marbuta ħafna mal-progress tal-Montenegro lejn sħubija ma' l-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Montenegro biex itemmu l-investigazzjonijiet tagħhom fuq Sreten Glendza, kmandant tad-distrett tal-pulizija ta' l-Ulcinj, u fuq ħames ex uffiċjali tal-pulizija li ġew akkużati li wettqu reati tal-gwerra fl-1992; jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar fis-6 ta Diċembru 2007 ta' ftehima ma' l-ICTY dwar il-provvista ta' għajnuna teknika, kif ukoll passi oħra meħuda mill-istess awtoritajiet minħabba l-iskadenza ta' l-2008 għall-konklużjoni tal-ġurijiet kollha fl-ICTY;
9. Jilqa' b'sodisfazzjon l-arrest li seħħ aktar kmieni fl-2007 fit-territorju tal-Montenegro ta' l-akkużat maħrub għar-reati tal-gwerra Vlastimir Dordević u jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro biex jikkoperaw mas-Serbja u ma' pajjiżi ġara oħra fil-lokalizzazzjoni u fl-arrest tas-suspettati tar-reati tal-gwerra li fadal, b'mod partikolari ta' Ratko Mladić u ta' Radovan Karadžić;
10. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Montenegro sabiex jadottaw u jimplimentaw politiki proattivi kontra l-korruzzjoni, bil-għan li titjieb l-effiċjenza ta' l-amministrazzjoni pubblika, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, armi, sigarretti u drogi, ladarba dawn huma rekwiżiti għal aktar integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea; ifakkar l-importanza li tiġi stabbilita klima ta' sikurezza għaċ-ċittadini tal-Montenegro, għat-turisti u l-investituri barranin u jistieden f'dan ir-rigward li korpi indipendenti li jissorveljaw il-korruzzjoni jiġu msaħħa.
11. Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-Ftehima ta' Faċilitazzjoni tal-Viża u tal-Ftehima ta' Rijammissjoni mal-Montenegro fit-18 ta' Settembru 2007 bħala l-ewwel pass lejn reġim ħieles mill-viża, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu rotta programmata konkreta u jadottaw miżuri maħsuba biex iżidu l-opportunitajiet ta' vvjaġġar għal proporzjon akbar ta' ċittadini, partikolarment ta' żgħażagħ u ta' studenti;
12. Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-ftuħ taċ-Ċentru ta' l-Applikazzjoni tal-Viża Komuni ta' l-UE f'Podgorica sabiex jiffaċilita l-proċeduri għal ħruġ ta' viżi għal perjodu qasir u jistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw f'dan il-proġett taċ-Ċentru ta' l-Applikazzjoni tal-Viża Komuni sabiex iċ-ċittadini tal-Montenegro jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-ftehima ffirmata f'dak ir-rigward;
13. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro biex jieħdu l-iffirmar tal-ftehima bħala opportunità biex jiksbu riformi qawwija f'oqsma bħall-istat ta' dritt, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, it-tisħiħ tal-kontrolli fuq il-fruntiera, u ż-żieda fil-kapaċità amministrattiva tal-Montenegro;
14. Jenfasizza l-importanza ta' l-Artikolu 114 ta' l-FSA li fih impenn għal "aktar żvilupp ta' politika amministrattiva effiċjenti u ta' responsabilizzazzjoni fil-Montenegro" u jħeġġeġ lill-Gvern sabiex jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa bil-għan li tkun garantita trasparenza fir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-karrieri fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika kif ukoll sabiex isir użu sħiħ, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, mill-istrumenti Komunitarji ta' assistenza u ta' ġemellaġġ għall-korpi pubbliċi;
15. Jiddispjaċih dwar l-iffirmar ta' ftehima bejn l-Istati Uniti u l-Montenegro, li fiha l-Montenegro jwiegħed li ma jgħaddix persunal ta' l-Istati Uniti lill-ICC bil-patt u l-kundizzjoni li l-Istati Uniti tipprovdi għajnuna militari lill-Montenegro (l-hekk imsejħa "ftehima ta' l-Artikolu 98"); ifakkar li l-UE topponi dawn il-ftehimiet għaliex idgħajfu l-awtorità ta' l-ICC; jistenna li l-Montenegro iqis il-pożizzjoni ta' l-UE f'dan ir-rigward u jadotta l-miżuri xierqa;
16. Jenfasizza li l-iżvilupp ta' turiżmu eko-sostenibbli huwa ta' importanza kbira għall-futur ekonomiku tal-Montenegro; jinsisti dwar il-bżonn li l-Montenegro jadotta qafas ta' leġiżlazzjoni ambjentali koerenti u pjan ewlieni għall-ħarsien tal-kosta u jħeġġeġ lill-Gvern biex il-korpi indipendenti responsabbli biex jiżguraw li jkun hemm rispett b'mod partikolari għall-bilanċ ekoloġiku delikat fiz-zoni kostali, iżda anki għall-parks nazzjonali fin-naħa ta' ġewwa tal-pajjiż isiru operattivi, u jikkundanna l-fatt li l-Artikolu 96 ta' l-FSA ma fih ebda impenn ċar f'dan ir-rigward.
17. Jiddispjaċih dwar l-ispekulazzjonijiet fuq il-proprjetà u l-beni immobbli li għaddejjin bħalissa u l-impatt negattiv tagħhom fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż, primarjament minħabba l-kontroll dgħajjef jew mhux biżżejjed ta' l-awtoritajiet statali jew lokali;
18. Jinnota li de facto l-Montenegro juża l-euro bħala l-munita uffiċjali; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-użu attwali ta' l-euro, li ġie deċiż mill-awtoritajiet tal-Montenegro f'ċirkustanzi eċċezzjonali, ma għandu x'jaqsam xejn mas-sħubija fiz-zona euro; ifakkar li sabiex pajjiż jingħaqad maz-zona euro jridu jiġu sodisfatti l-kriterji kollha definiti fit-Trattat, li jinkludu l-kisba ta' livell għoli ta' konverġenza sostenibbli;
19. Iħeġġeġ għalhekk lill-Gvern u lill-Parlament tal-Montenegro sabiex jimplimentaw ma' l-ewwel opportunità li jkollhom il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pajsaġġi - partikolarment taz-zoni kostali - u ta' l-ilmijiet u ta' l-ambjent tal-baħar, kif ukoll jimplimentaw il-pjanijiet ewlenin għall-ġestjoni integrata ta' l-iskart u t-trattament tad-drenaġġ, b'iffukar partikolari fuq il-promozzjoni tal-ġbir differenzjat ta' l-iskart fil-lokalitajiet turistiċi tal-kosta u billi jipprovdu għall-bini ta' impjanti għall-irkupru termali; jigbed l-attenzjoni b'mod partikolari lejn il-bilanċ ekoloġiku delikat tal-Bajja ta' Kotor u l-ħtieġa urġenti li jkun hemm intervent kollettiv bil-għan li dan il-patrimonju ta' sbuħija naturali u arkitettonika rari jiġi ppreservat;
20. Jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-Montenegro jagħtu effett prattiku lill-objettivi mniżżla fl-Artikolu 109 tal-FSA billi joħloqu, mill-aktar fis, impjanti li jużaw enerġija li tiġġedded; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Gvern tal-Montenegro fit-tfittxija tal-finanzjamenti pubbliċi jew pubbliċi-privati meħtieġa sabiex jinbnew dawn l-impjanti; jinnota li l-Abbozz ta' l-Istrateġija dwar l-Enerġija tal-Montenegro 2025 tipprovdi l-opportunità li tittrasforma s-settur ta' l-enerġija tal-Montenegro f'wieħed li jagħmel anqas ħsara lill-ambjent u jenfasizza l-importanza tiegħu għall-iżvilupp tal-pajjiż;
21. Jinnota li l-investiment dirett barrani fil-Montenegro huwa maħkum minn investimenti fil-proprjetà immobbli; jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-pjan li jissalvagwardja l-art min-naħa tal-gvern tal-Montenegro, u jistieden għall-implimentazzjoni sħiħa tiegħu sabiex il-kosta tiġi mħarsa kontra l-possibilità li tinbena; josserva li, fl-istess ħin, il-kontrolli fuq il-bini għandhom rwol importanti f'din il-kwistjoni u li, f'zoni sensittivi għandhom jiġu kkunsidrati moratorji fuq il-bini;
22. Imħasseb dwar in-nuqqas ta' trasparenza u l-kultura ta' monopolji fi ħdan l-istrutturi politiċi u ekonomiċi li qed ifixklu l-iżvilupp tal-Montenegro bħala soċjetà demokratika tas-suq ħieles;
23. Huwa ta' l-opinjoni li l-ifformular u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' żvilupp ekonomiku fuq medda twila ta' żmien kif ukoll l-indirizzar ta' l-'ekonomija moħbija' mdaqqsa tal-Montenegro huwa essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' l-FSA; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet tal-Montenegro sabiex jieħdu impenn aktar sod favur il-ħolqien ta' l-impjiegi, waħda mill-akbar problemi ekonomiċi u soċjali li qed taffronta s-soċjetà tal-Montenegro, u biex jistabbilixxu politiki ekonomiċi sabiex joħolqu klima ta' negozju miftuħ, kompettitiv u trasparenti;
24. Jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza ta' l-iżvilupp ta' netwerk ta' trasport intermodali li ma jiffokax biss fuq it-trasport fuq it-toroq; iqis li dan l-objettiv jista' jiġi segwit permezz ta' sħubijiet mas-settur privat u bil-ħruġ ta' bonds governattivi; jirrakkomanda li jitkompla t-tiġdid tal-linji tal-ferrovija u jerġgħu jinbnew dawk li qed jintużaw parzjalment minn Podgorica lejn il-belt ta' Nikšić u lejn Shkoder, belt fuq il-fruntiera Albaniża:
25. Jistieden lill-Gvern tal-Montenegro sabiex ifittex soluzzjonijiet fit-tul fir-rigward tal-problemi ta' l-akkomodazzjoni u tan-nazzjonalità tar-refuġjati li ġejjin mill-pajjiż ġar tal-Kosovo, fuq il-bażi tal-Konvenzjoni Ewropea ta' l-1997 dwar in-Nazzjonalità u l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa adottata dan l-aħħar dwar il-Prevenzjoni ta' Nuqqas ta' rikonoxximent taċ-ċittadinanza marbuta mal-ħolqien ta' Stati ġodda;
26. Iħeġġeġ lill-awtoritàjiet tal-Montenegro sabiex jikkordinaw b'mod aktar effiċjenti l-parteċipazzjoni tal-Montenegro fil-programmi Komunitarji, partikolarment fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li programmi bħal dawn jistgħu jkunu strument effikaċi biex titjieb il-kwalità ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ disponibbli u sabiex jiġu offruti opportunitajiet ġodda ta' studju, inkluża l-possibilità għaż-żgħażagħ tal-Montenegro li jagħmlu żmien jistudjaw barra minn pajjiżhom; iqis xieraq li flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, ikunu studjati modi biex ikunu promossi ftehimiet ta' ġemellaġġi u sħubijiet bejn l-istrutturi tal-Montenegro u l-istrutturi ekwivalenti fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea; jikkunsidra li l-liberazzjoni tal-viża tista' tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Montenegro fil-programmi Komunitarji;
27. Jistieden lill-Gvern tal-Montenegro sabiex jimplimenta r-riformi tal-liġijiet dwar il-midja, b'mod partikolari l-Liġi dwar it-Trasparenza tal-Midja u l-Prevenzjoni tal-Konċentrazzjoni tal-Midja, sabiex ikun hemm aktar trasparenza u jiġu evitati l-monopolji tal-midja, kemm fil-midja stampata, kif ukoll f'dik elettronika; jistieden lill-Parlament tal-Montenegro biex jiżgura l-indipendenza tal-Kunsill tax-Xandir mir-Radju Televiżjoni tal-Montenegro (RTCG), inkluża rappreżentanza ġenwina mis-setturi kollha tas-soċjetà, biex b'hekk tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni sħiħa ta' l-RTCG f'servizz tax-xandir pubbliku professjonali;
28. Josserva li huwa essenzjali li tissaħħaħ u tinżamm midja indipendenti b'rappurtaġġ bilanċjat;
29. Jiddispjaċih ħafna li għadu ma ssolviex il-każ li involva l-qtil tal-ġurnalist Duško Jovanović, li, fiż-żmien li ġie maqtul kien wasal biex jippubblika serje ta' artikli dwar il-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta' kriminalità organizzata fil-Montenegro;
30. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Montenegro sabiex jiggarantixxi l-libertà ta' l-istampa u jitlob investigazzjoni dwar l-aggressjoni fuq Željko Ivanović, editur tal-ġurnal indipendenti ta' kuljum 'Vijesti', li seħħet f'Podgorica fl-1 ta' Settembru 2007;
31. Jenfasizza l-importanza ta' l-irwol li s-soċjetà ċivili jista' jkollha fl-iżvilupp tad-demokrazija u l-istat tad-dritt billi tiġbed l-attenzjoni fuq il-problemi soċjali u fuq kwistjonijiet politiċi sensittivi; jistieden f'dan il-kuntest għal salvagwardji aktar b'saħħithom u kundizzjonijiet aħjar għall-partijiet kollha interessati tas-soċjetà ċivili;
32. Jinnota l-impenn meħud mill-gvern tal-Montenegro sabiex jippromwovi l-koperazzjoni kulturali u jitlob għal aktar parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fis-settur kulturali, inter alia permezz tad-dispożizzjoni għal inċentivi għal diversi forom ta' assoċjazzjoni u bil-promozzjoni tal-kuntatt fost il-persuni;
33. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi biex l-istudenti tal-Montenegro jingħatawlhom opportunitajiet ta' studju fil-pajjiżi ta' l-UE; jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex isibu mezzi ġodda ta' interazzjoni mal-poplu tal-Montenegro;
34. Jiddeplora l-ittardjar fil-ftuħ ta' l-uffiċċju tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Montenegro; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-preżenza viżibbli ta' l-Unjoni Ewropea fil-Montenegro, partikolarment fid-dawl tad-dħul fis-seħħ ta' l-FSA; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni nidiet il-proċeduri għar-reklutaġġ ta' l-istaff għall-uffiċċju tad-delegazzjoni f'Podgorica u temmen li dawn se jitlestew kemm jista' jkun malajr;
35. Jilqa' b'sodisfazzjoni l-inawgurazzjoni ta' punt ġdid ta' qsim tal-fruntiera f'Šćepan Polje fl-1 ta' Ottubru 2007 u b'rabta ma' dan, it-tħabbir tal-bini ta' aktar punti ġodda ta' qsim tal-frunitiera; jilqa' f'dan ir-rigward l-iżvilupp ta' relazzjonijiet tajba mal-viċinat;
36. Jinnota li l-ftehima permanenti dwar il-fruntiera bejn il-Kroazja u l-Montenegro se jkollha tieħu post il-ftehima interim li ntemmet bejn il-Kroazja u dik li qabel kienet l-Unjoni Statali tas-Serbja u l-Montenegro; huwa ta' l-opinjoni li l-ftehima interim attwali li ġiet implimentata fil-Peniżula Prevlaka kienet bażi eċċellenti għall-ftehima permanenti l-ġdida;
37. Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Parlament tal-Montenegro ta' test kostituzzjonali ġdid; jemmen li l-Kostituzzjoni l-ġdida tintroduċi separazzjoni tas-setgħat aktar ċara bejn il-leġiżlatura, l-eżekuttiv u l-ġudikatura u tistabbilixxi biżżejjed salvagwardji għall-minoritajiet nazzjonali;
38. Huwa ta' l-opinjoni li t-test kostituzzjonali l-ġdid huwa pass fit-triq it-tajba li jipprovdi evidenza ulterjuri tar-rieda tal-Montenegro li jintegra bis-sħiħ fl-UE; huwa ta' l-opinjoni, madankollu, li ladarba jkunu ttieħdu passi xierqa biex titjieb ir-responsabilizzazzjoni ta' l-imħallfin u titneħħa l-korruzzjoni endemika li tħammeġ l-immaġini tal-ġudikatura tal-Montenegro, id-dispożizzjonijiet rigward il-ħatra u t-tneħħija ta' awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jitjiebu bil-għan li l-ġudikatura tkun issalvagwardjata aktar;
39. Iqis li koperazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent tista' sservi ta' strument effikaċi biex jissolvew il-problemi politiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom; jilqa' l-adeżjoni tal-Montenegro mal-ftehima tas-CEFTA li se tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-awtoritajiet tal-Montenegro fit-tisħiħ tal-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat fil-qasam ta' l-enerġija, l-ambjent u t-trasport; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni tal-Montenegro fl-Unjoni Ewropea;
40. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Gvern tal-Montenegro.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar id-diżastri navali fl-Istress ta' Kerch fil-Baħar l-Iswed u t-tniġġiż miż-żejt li rriżulta
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sikurezza marittima, b'mod partikulari ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta" Novembru 2002 dwar id-diżastru tat-tanker taż-żejt Prestige 'il barra mill-kosta ta' Galizja(1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Settembru 2003 dwar it-titjib tas-sikurezza marittima b'rispons għall-inċident Prestige(2);
– wara li kkunsidra l-ewwel u t-tieni pakketti ta' sikurezza marittima "Erika I u II",
– wara li kkunsidra s-seba" proposti leġiżlattivi dwar is-sikurezza marittima (it-tielet pakkett ta' sikurezza marittima) imressaq lill-Parlament mill-Kummissjoni f'Novembru 2005 (COM(2005)0586 - 0593),
– wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet tiegħu adottati fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2007(3) u fil-25 ta' April 2007(4) dwar it-tielet pakkett ta' sikurezza marittima,
– wara li kkunsidra s-sensiela ta" miżuri ta" prijorità stabbiliti fl-2005 mill-Grupp ta" Livell Għoli tat-Trasport, li tiffoka fuq 5 pernijiet transnazzjonali ewlenin li jgħaqqdu lill-UE mal-pajjiżi ġirien fit-Tramuntana, fil-Lvant u fix-Xlokk kif ukoll madwar ir-reġjuni tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed;
– wara li kkunsidra d-diżastru navali fl-Istrett ta" Kerch fil-Baħar l-Iswed, li seħħ fil-11 ta" Novembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 71, 80 u 251 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura,
A. billi għaxar bastimenti (tankers u bastimenti tal-merkanzija), inkluż il-Volganeft-139, li ma kienx iddisinjat biex jiffaċċja maltemp kbir tal-baħar, għerqu jew inkaljaw fl-Istrett ta' Kerch u fit-Tramuntana tal-Baħar l-Iswed waqt maltempata kbira,
B. billi, skond informazzjoni proviżorja, sitt baħħara mietu u aktar minn 2000 tunnellata ta" żejt karburanti u kubrit spiċċaw fil-baħar, filwaqt li kkawżaw diżastru ambjentali u l-mewt ta" aktar minn 15 000 tajra,
C. billi maltempati vjolenti ferrxu s-sustanza niġġiesa taż-żejt li affettwaw lill-komunitajiet tar-reġjun kif ukoll l-ambjent, u billi t-tniġġis taż-żejt u l-kubrit, flimkien ma" l-imwiet tal-bnedmin, affettwa wkoll b'mod dirett lill-fawna u lill-flora, b'impatti potenzjali fuq medda twila ta' żmien fuq il-kwalità ekoloġika ta' l-ambjenti naturali affettwati,
D. billi l-Baħar l-Iswed qed isir wieħed mir-rotot prinċipali għal aktar esportazzjonijiet taż-żejt fir-reġjun,
E. billi din it-telfa umana u diżastru ekoloġiku fil-Baħar l-Iswed jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffu d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-atti leġiżlattivi li baqgħu dwar "it-tielet pakkett ta' sikurezza marittima",
F. billi wara l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija, l-UE saret protagonista ewlenija fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li għandu importanza ġeo-strateġika għas-sigurtà ta' l-enerġija u għad-diversifikazzjoni tar-rotot ta' provvista ta' enerġija fl-UE, meta wieħed iqis kemm hu qrib tal-Baħar tal-Kaspju, tal-Lvant Nofsani u ta' l-Asja Ċentrali;
1. Jesprimi s-solidarjetà tiegħu u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-vittmi ta" dan id-diżastru;
2. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Baħar l-Iswed u jieħdu azzjoni konkreta sabiex jgħinu ħalli jonqos l-impatt ekoloġiku tad-diżastru;
3. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni rigoruża ta" leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, b'mod speċjali dik li tirrigwarda l-istandards tal-bastimenti, pereżempju dwar il-Kontroll ta" l-Istat tal-Port;
4. Jinnota li diversi miżuri, bħal projbizzjoni temporanja tal-bastimenti tax-xmajjar għall-ibħra (river-to-sea vessels) mill-ibħra internazzjonali, ittieħdu mill-awtoritajiet Russi b'riżultat tas-sensiela ta" nawfraġji riċenti fl-Istrett ta" Kerch, u jenfasizza l-fatt li dawn il-miżuri m'għandhomx jitneħħew ħlief wara li jsiru investigazzjonijiet dettaljati u tkun tlestiet evalwazzjoni tas-sitwazzjoni;
5. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-prinċipji tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, kif propost fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan (COM(2007)0575;
6. Jenfasizza li l-aktar osservanza stretta tar-regoli tan-navigazzjoni marittima hija fattur essenzjali tas-sikurezza marittima u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiżi ġirien ta" l-UE sabiex jiżguraw li l-baħħara u l-amministrazzjoni marittima f'ebda ċirkustanza ma tinjora l-avviżi jew it-twissijiet ta" maltempati;
7. Jenfasizza l-fatt li d-diżastru fil-Baħar l-Iswed għandu jiġbed l-attenzjoni tal-pajjiżi ġirien ta" l-UE - b'mod ewlieni r-Russja, li ddikjarat pjanijiet li tkabbar għal ħafna drabi l-kapaċitajiet tagħha ta" trażbord u esportazzjoni taż-żejt fix-xatt tal-Baħar l-Iswed - dwar il-kwistjoni ta' l-immodernizzar tal-flotta marittima u l-projbizzjoni ta" l-użu ta" tankers antiki li għandhom buq wieħed.
8. Jirrikonoxxi l-irwol pro-attiv tal-Kummissjoni sa minn Novembru 2005, meta ppreżentat it-tielet pakkett ta' sikurezza marittima sabiex issaħħaħ il-leġiżlazzjoni Ewropea tas-sikurezza marittima, mingħajr ma tistenna li jseħħ inċident marittimu ieħor, u jkunu evitati aktar diżastri ambjentali u tniġġis marittimu;
9. Jirrimarka li hu temm l-ewwel qari tiegħu tas-seba' proposti dwar it-tielet pakkett ta' sikurezza marittima f'April 2007, u jqis li s-seba" proposti leġiżlattivi huma marbuta ħafna ma" xulxin u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu approvati bħala pakkett;
10. Jenfasizza li inċidenti bħal dak li seħħ fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandu jħaffef ir-ritmu tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill, u jistiednu sabiex jadotta pożizzjonijiet komuni dwar kull waħda mis-seba" proposti leġiżlattivi immedjatament;
11. Jenfasizza l-importanza tal-Memorandum ta" Ftehim ta" Pariġi u l-Memorandum ta" Ftehim tal-Baħar l-Iswed, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ il-koperazzjoni ma" stati ta" kostali li mhumiex parti mill-UE dwar l-implimentazzjoni ta" miżuri li jnaqqsu t-theddida ta' tniġġis ambjentali minn inċidenti marittimi, fosthom permezz ta" azzjoni meħuda fil-kuntest ta" l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u l-Memorandum ta" Ftehim ta" Pariġi;
12. 12 Jenfasizza l-irwol ewlieni li jista" jkollhom organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikulari l-Organizzazzjoni ta" Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed, sabiex jiżguraw li jitjieb l-immaniġġjar u l-koperazzjoni tat-tbaħħir fil-Baħar l-Iswed;
13. Isemmi l-fatt li t-tniġġis ambjentali, kif ġie kkawżat mit-tixrid riċenti taż-żejt, hi problema li qed tikber fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li tista" tiġi trattata biss permezz ta" sforzi konġunti mill-istati kollha tar-reġjun; jistieden għaldaqstant lill-istati tar-reġjun sabiex irawmu l-mudelli eżistenti ta" koperazzjoni u joħolqu mekkaniżmi ġodda ta" koperazzjoni, bħall-koperazzjoni fil-qasam tat-tindif wara sitwazzjonijiet bħal dawk tat-tixrid riċenti taż-żejt;
14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu l-użu massimu possibbli ta" l-Istrument Ewropew il-ġdid ta" Viċinat u Sħubija bħala għodda sabiex jiġu indirizzati l-problemi ambjentali tal-Baħar l-Iswed kif ukoll sabiex jużaw l-Istrument il-ġdid għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni sabiex jindirizzaw kwsitjonijiet relatati ma" l-ambjent fil-pajjiżi tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
- wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/19/KE dwar l-Iskemi ta" Garanzija għal Depożiti (COM(2006)0729),
- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 87/63/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-introduzzjoni ta' skemi ta' garanzija għal depożiti fil-Komunità(1),
- wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-Koordinazzjoni ta" Liġijiet, Regolamenti u Dispożizzjonijiet Amministrattivi li jirrigwardaw skemi ta' garanzija għal depożiti tat-22 ta" Settembru 1992(2),
- wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 1993 fl-ewwel qari(3) u tad-9 ta' Marzu 1994 fit-tieni qari(4) fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija għal depożiti,
- wara li kkunsidra d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta" Mejju 1994 dwar skemi ta" garanzija għal depożiti(5),
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-klawsola ta" projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (94/19/KE) (COM(1999)0722),
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tad-dispożizzjoni rigward it-"topping-up", fl-Artikolu 4, paragrafi 2- 5 tad-Direttiva dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti (94/19/KE) (COM(2001)0595),
- wara li kkunsidra l-parir tekniku tal-Kumitat tas-Sorveljaturi Bankarji Ewropej "Parir tekniku dwar reviżjoni ta" aspetti relatati ma" skemi ta' garanzija għal depożiti" tat-30 Settembru 2005 (CEBS/05/81),
- wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru ta" Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni (JRC) li jismu "Analiżi ta" Xenarju: Stima ta" l-effetti ta" bidla fil-mekkaniżmi ta" ffinanzjar ta" Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fl-UE" ta" Frar 2007,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-livell minimu ta" garanzija tad-Direttiva dwar l-Iskemi ta' Garanzija għal Depożiti 94/19/KE,
- wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Politika tas-Servizzi Finanzjarji għas-snin 2005-2010 (COM(2005)0629) u r-riżoluzzjoni Parlamentari tal-11 ta' Lulju 2007 rigward dan(6),
- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0448/2007),
A. billi l-iskemi ta' garanzija għal depożiti huma parti importanti mix-xibka tas-sigurtà;
B. billi l-iskemi ta' garanzija għal depożiti jservu biex jipproteġu individwi u funzjonijiet u jiggarantixxu kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusti,
C. billi s-sitwazzjoni attwali fis-settur bankarju li rriżultat mill-kriżi subprime fl-Istati Uniti u r-riperkussjonijiet tagħha fis-setturi finanzjarji wrew kemm hi rilevanti l-kwistjoni ta' skemi ta' garanziji għal depożiti,
D. billi d-differenzi fil-livell nazzjonali fost l-istrutturi ta' l-iskemi ta' garanzija għal depożiti huma konsegwenza ta' differenzi fir-rekwiżiti istituzzjonali fl-Istati Membri individwali,
E. billi l-fiduċja fis-salvagwardja ta' l-istabilità tas-swieq finanzjarji u l-kundizzjonijiet ġusti għall-kompetizzjoni huma bażi importanti għas-suq intern kollu kemm hu;
F. billi l-aħħar studji jirrimarkaw li numru dejjem jikber ta' ċittadini ta' l-UE qed jikkunsidraw jixtru prodotti finanzjarji barra l-pajjiż;
G. billi, bħala riżultat ta' attivitajiet transkonfinali dejjem jiżdiedu ta' istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll bidliet fl-istruttura tas-sorveljanza bankarja Ewropea, qed jinqalgħu kwistjonijiet ġodda rigward il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-qsim ta' responsabilitajiet f'sitwazzjonijiet ta' kriżi bejn il-pajjiżi ta' oriġini u dak ospitanti,
H. billi minħabba suq finanzajrju li qed isir dejjem integrat, ix-xibka tas-sigurtà għandha taqdi l-iskopijiet tagħha f'sitwazzjonijiet ta' kriżi transkonfinali,
1. Jirrikonoxxi l-importanza ta' l-iskemi ta' garanzija għal depożiti u l-benefiċċji tad-Direttiva 94/19/KEC għall-utenti u għall-istabilità tas-suq finanzjarju; jisħaq li, fl-istess waqt, fuq l-importanza li jiġu eliminati distorzjonijiet possibbli fis-suq jekk dawn jiġu verifikati permezz ta" analiżi;
2. Jaqbel mal-Kummissjoni li emendi leġiżlattivi għad-Direttiva 94/19/KEC għandhom isiru biss wara li r-riżultati ta' aktar riċerka, b'mod partikolari fil-qasam tar-riskju transkonfinali u l-immaniġġjar f'sitwazzjoni ta' kriżi, ikunu disponibbli; jikkunsidra li huwa importanti li distorzjonijiet serji fil-kompetizzjoni jiġu trattati jekk dawn ikunu ġew verifikati permezz ta" analiżi;
3. Jikkunsidra li l-garanzija minima stipulata għandha tiġi armonizzata f'livell ogħla, iżda li kwalunkwe żieda għandha tkun marbuta mill-qrib ma' żvilupp ekonomiku korrispondenti, b'mod partikolari minħabba l-fatt li numru ta' pajjiżi, minħabba l-kundizzjonijiet makroekonomiċi tagħhom, għadhom ma laħqux il-livell minimu ta' garanzija stabbiliti fid-Direttiva 94/19/KE; f'dan il-kuntest, madankollu, jagħmilha ċara li aktar tnaqqis fil-livell ta' garanzija minħabba inflazzjoni għandu jitwaqqaf mhux aktar tardminn meta id-Direttiva terġa tiġi emendata;
4. Jappoġġa l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-iffunzjonar ta' l-iskemi ta' garanzija għal depożiti jista" jitjieb permezz ta' miżuri awtoregulatorji, partikolarment dawk transkonfinali;
5. F'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni mal-Forum Ewropew ta' l-Assiguraturi tad-Depożiti Depożit(EFDI) u l-JRC mibdija mill-Kummissjoni, u kif ukoll id-djalogu b'ambitu wiesa' immirat lejn it-tfassil ta' miżuri awtoregulatorji li ġie instigat mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjon biex tinforma lill-Parlament Ewropew bl-iskeda ta' żmien u bir-riżultati tagħha f'dan ir-rigward;
6. Huwa tal-fehma li trid tingħata aktar informazzjoni lill-klijenti biex tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati rigward l-intermedjarji li magħhom jafdaw it-tfaddil tagħhom, u li l-approċċ għandu dejjem ifittex li jkabbar il-kapaċita ta' l-intermedjarji li joperaw fuq bażi transkonfinali u li jippromwovu l-integrazzjoni tas-suq; jemmen li l-awtoregolamentazzjoni u b'mod partikulari l-kontribuzzjoni potenzjali tal-EFDepożitIjista' jkollha sehem importanti f'din il-konnessjoni;
7. Jikkunsidra li s-sistemi varji ta' ffinanzjar eżistenti ta' l-iskemi ta' garanzija għal depożiti għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest ta' distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni, inkluż it-trattament ugwali tal-konsumaturi u l-ispejjeż sussegwenti, u b'mod partikolari ta' l-effetti fuq l-iffunzjonar fil-każ ta' kriżi transkonfinali;
8. Jenfasizza l-fatt li skemi ta" garanzija għal depożiti ex-post għandhom jipprovdu sigurtà u sikurezza għall-konsumaturi kollha daqs kemm jipprovdu l-iskemi ta" garanzija għal depożiti ex-ante.
9. Jemmen li s-separazzjoni tas-superviżjoni u l-iskema ta' garanzija għal depożiti bejn il-pajjiżi se toħloq problemi regolatorji; jitlob lill-Kummissjoni biex tanalizza l-effetti ħżiena possibbli ta' sitwazzjoni bħal din;
10. Jikkunsidra li ż-żmien ta' stennija qabel ma' jiġu rimborsati id-depożitarji f'sitwazzjoni ta' kriżi jista' jitnaqqas sostanzjalment minħabba l-innovazzjonijiet kunsiderevoli fil-qasam tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni li seħħew minn mindu ġiet adottata d-Direttiva 94/19/KE; jikkunsidra li t-titjib għandu primarjament jiġi miksub permezz ta' miżuri mhux leġiżlattivi, per eżempju: permezz ta" ftehim, l-aħjar prattiki, titjib fil-kwalità tad-data, u allokazzjoni ċara tar-responsabilita' għall-ipproċessar tad-data u impenn min-naħa tal-banek;
11. Jikkunsidra li, meta rimbors jirriżulta minn żewġ skemi ta' garanzija għal depożiti, il-perjodu ta' stennija għad-depożitarju li jrid jiġi rimbursat ma għandux jkunx itwal għal rimborsi mill-iskemi tal-pajjiż tad-depożitant milli minn skemi tal-pajjiż ospitanti;
12. Jaqbel ma' l-approċċ li permezz tiegħu d-deċiżjoni dwar kwalunkwe rimborż jew trasferiment ta' kontribuzzjonijiet li saru għall-iskemi ta' garanzija minn istitutzjoni ta' kreditu għandha, fil-każ ta" membru li joħroġ mill-iskemi ta' garanzija għal depożiti, tittieħed mill-Istati Membri konċernati;
13. Jappoġġja l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li dispożizzjonijiet ġodda għat-trasferiment jew ir-rimborż ta' kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta' garanzija m'għandhom la jdgħajfu l-iffunzjonar tal-fond u lanqas jirriżultaw f'akkumulazzjoni inaċċettabbli ta' riskji;
14. Huwa ta" l-opinjoni li, fuq medda ta' żmien, il-kwistjoni ta" l-armonizzazzjoni ta" skemi ta" garanzija għal depożiti fir-rigward ta" l-iffinanzjar tagħhom u tal-kompetenza u l-irwol ta" l-awtorità superviżorja għandha tiġi indirizzata permezz ta" approċċ proattiv komuni jekk l-analiżi rikjesti juru distorzjonijiet ta" kompetizzjoni, trattament inekwu ta' konsumaturi jew konsegwenzi negattivi fuq mmaniġġjar tar-riskju transkonfinali;
15. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' gruppi ta' ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u tal-Kumitat għas-Servizzi Finanzajrji sabiex jirrevedu u jiżviluppaw arranġamenti ta' l-UE immirati sabiex tiġi żgurata stabilità fis-swieq finanzjarji u biex is-sorveljanza tiġi regolata;
16. Jiddikjara b'mod ċar li t-tendenza lejn is-sostituzzjoni ta' sussidjarji bi strutturi ta' fergħat fis-settur bankarju hija marbuta wkoll ma' rekwiżiti ġodda għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri kkonċernati f'sitwazzjonijiet ta' kriżi;
17. Jemmen li jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-ministri tal-finanzi ta' l-Istati Membri, il-banek ċentrali u l-EFDI, tanalizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi potenzjali ta' qsim tar-responsabilitajiet qabel u wara li tkun inqalgħet sitwazzjoni ta' kriżi, u li tinforma lill-Parlament bir-riżultati;
18. Jikkunsidra li jinħtieġ li l-proċeduri u l-interazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati f'sitwazzjoni ta' kriżi transkonfinali potenzjali jkunu determinati minn qabel, u li l-Kummissjoni, flimkien ma' rappreżentanti ta' l-Istati Membri, il-banek ċentrali u l-EFDI, tippjana u tiddetermina proċeduri u kooperazzjoni u tinforma lill-Parlament Ewropew dwar dawn;
19. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tfassal standards li permezz tagħhom ir-riskji jiġu identifikati minn kmieni mis-sistemi ta' garanzija għal depożiti; jara l-opportunità li s-sistema ta' identifikazzjoni tar-riskji minn kmieni tintuża biex jiġu stabbiliti kontribuzzjonijiet bbażati fuq ir-riskju;
20. Jikkunsidra li huwa xieraq li jsir studju iżjed fil-fond sabiex jiġi determinat metodu komuni ta' l-evalwazzjoni ta' riskju;
21. Jagħmilha ċara li r-responsabilità prinċipali għal-limitazzjoni tar-riskji tinsab f'idejn il-banek;
22. Jikkunsidra li jenħtieġ li jiġu żviluppati prinċipji għar-riskju transkonfinali u l-immaniġġjar ta' kriżi, sabiex il-problema tal-free-rider u r-riskju ta' perkilu morali jonqsu;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-qafas tas-suq wieħed għall-fondi ta' investiment (COM(2006)0686),
- wara li kkunsidra d-Direttivi 2001/107/KE(1) u 2001/108/KE(2), li jemendaw id-Direttiva 85/611/KEE(3) dwar intrapriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), rispettivament, bil-għan li jiġu regolati kumpaniji għall-immaniġġjar u prospetti ssimplifikati, u fir-rigward ta' l-investimenti tal-UCITS (UCITS III),
- wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji(4) (MiFID),
- wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji,
- wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta" istituzzjonijiet għall-provvista ta" irtirar okkupazzjonali(5) (Direttiva dwar il-Fondi għall-Pensjoni),
- wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni(6) (Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni) u d-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja(7),
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2004 dwar il-futur ta' hedge funds u d-derivattivi tagħhom(8),
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Immaniġġjar ta' l-Assi tas-7 ta' Mejju 2004 u r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti ta' Lulju 2006, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' April 2006 dwar l-immaniġġjar ta' l-assi(9) ,
- wara li kkunsidra l-Parir tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR) lill-Kummissjoni dwar il-Kjarifika tad-Definizzjonijiet rigward Assi Eliġibbli għal Investimenti tal-UCITS tas-26 ta' Jannar 2006 (CESR/06-005),
- wara li kkunsidra r-Rapport tal- Fond Monetarju Internazzjonali dwar l-Istabilità Finanzjarja Globali: Żviluppi u Kwistjonijiet tas-Suq, ta' April 2007, ,
- wara li kkunsidra r-rapport annwali 2006 tal-Bank Ċentrali Ewropew, Kapitolu IV: Stabilità u Integrazzjoni Finanzjarja,
- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta' l-10 ta' Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għall-organizzazzjoni u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti ta' l-investiment u li tideffinixxi t-termini għall-iskop ta' dik id-Direttiva(10) (Direttiva Implimentattiva ta' l-MiFID),
- wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet Livell 3 tas-CESR dwar Inċentivi taħt il-MiFID tad-29 ta' Mejju 2007 (CESR/07-228b),
- wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-4 ta" Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew meta jiġu ammessi għall-kummerċ(11) (Direttiva ta' Prospett),
- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u t-twettieq ta' l-attività ta' Assigurazzjoni u Rijassigurazzjoni (COM(2007)0361)(Direttiva Solvenza II tal-futur immedjat),
- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta' Mejju 2007,
- wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-qafas ta' l-UE dwar fondi ta' investiment (COM(2005)0314),
- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-mergers, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti(12) u d--Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata(13),
- wara li kkunsidra l-aġġornament tar-Rapport tal-Forum ta' Stabilità Finanzjarja dwar Istituzzjonijiet Mgħejuna Ħafna tad-19 ta' Mejju 2007,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Tmexxija OECDdwar governanza korporattiva, intitolat "L-irwol ta' ġabriet privati ta' kapital f'governanza korporattiva: dwar l-irwol ta' kumpaniji privati ta' ekwità u fondi ta' lqugħ "attivisti" ta' Mejju 2007,
- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0460/2007),
A. billi din ir-riżoluzzjoni m' għandhiex il-ħsiebli tindirizza l-ħames miżuri leġiżlattivi tal-pakkett ta' reviżjoni previsti fil-UCITS III , jiġifieri l-iffaċilitar tal-proċedura ta' notifika, it-twaqqif ta' passaport tal-kumpanija ta" l-immaniġġjar, ir-reviżjoni tal-prospett simplifikat u l-ħolqien ta' qafas għall-amalgamazzjonijiet tal-fondi u qafas għall-'pooling', u l-anqas ma huwa bi ħsiebu jiddiskuti l-modifiki ta' koperazzjoni superviżorja prevista f'dawk il-ħames oqsma,
B. billi l-Parlament bi ħsiebu jwettaq l-irwol sħiħ tiegħu fit-tfassil ta' suq Ewropew aktar integrat għal fondi ta' investiment li jmur lil hinn mir-reviżjoni limitata li ġejja tal-UCITS III,
C. billi l-fondi miftuħa ta" proprjetà immobbli (OREF) u l-fondi tal-hedge funds (FoHF) u kif ukoll fondi oħra għal investituri mhux professjonali mhux armonizzati, attwalment għadhom barra mill-qafas tal-UCITS, u minħabba dan ma jibbenefikawx minn passaport Ewropew, fatt li jillimita kemm id-diversità ta' prodotti ta' investiment disponibbli għall-investituri mhux professjonali u kif ukoll l-istrateġija ta' investiment tal-UCITS,
D. billi s-sistemi u l-prattiki nazzjonali ta' tqegħid privat (PPR) differenti huma ta' xkiel għat-tqegħid transkonfinali ta' prodotti ta' investiment għal investituri sofistikati,
E. billi r-rekwiżiti diverġenti ta' żvelar għall-UCITS u għal prodotti konkorrenti ta' investiment oħra, ir-regoli ta' tassazzjoni nazzjonali differenti dwar mergers ta" fondi transkonfinali, ix-xkiel għall-ipproċessar tal-fondi u r-responsabilitajiet diverġenti tad-depożitarji jikkostitwixxu ostaklu għal bażi komuni, għall-kompetittività mtejba u għall-konsolidazzjoni tas-suq tal-fondi Ewropew,
F. billi kien hemm ħafna kunċetti żbaljati dwar modi differenti ta' investiment alternattiv u billi strumenti bħall-hedge funds u ekwitajiet privati huma differenti, minn xulxin, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir ta' fondi, ma' l-objettivi tal-politika ta' investiment u mal-kontroll tat-tmexxija tagħhom,
Fondi għal investituri mhux professjonali mhux armonizzati
1. Jilqa' t-twaqqif ta' grupp ta' esperti dwar l-OREF, iżda jiddispjaċih mill-fatt li l-Kummissjoni ma tatx prijorità ugwali lill-kwistjoni ta' l-FoHF; jistenna bil-ħerqa li jirċievi kemm ir-rapport tal-grupp ta' esperti dwar l-OREF u kif ukoll ir-riżultati ta' l-istudju tal-Kummissjoni dwar fondi għal investituri mhux professjonali mhux armonizzati bil-għan li jkun jista' jitwaqqaf suq waħdieni intern għal dawn il-prodotti;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina estensjoni futura ta' l-Artikolu 19(1) tal UCITS III biex tkopri l-ORED u l-FoHF b' kont meħud tal-fatt li l-indiċijiet tal-hedge funds (HFI) diġà huma ikkunsidrati bħala assi eliġibili; jenfasizza l-bżonn ta' evalwazzjoni sħiħa ta' l-impatt tar-riskji u tal-benefiċċji ta' bidla bħal din, biex b'hekk tkun qed tingħata attenzjoni partikulari lill-ħarsien tal-marka UCITS; jenfasizza li din l-evalwazzjoni m'għandhiex tinterrompi r-reviżjoni tal-UCITS III;
3. Jikkunsidra li, wara li jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tal-grupp ta' esperti msemmi hawn fuq u l-istudju tal-Kummissjoni, għandha tingħata kunsiderazzjoni għat-twaqqif ta' qafas ta' suq waħdieni għall-OREF, għall-FoFH u għal fondi oħra għal investituri mhux professjonali mhux armonizzati bħala prodotti regolati fuq livell ta' UE bbażat fuq evalwazzjoni ta' l-impatt u li jikkunsidra b'mod sħiħ il-kwistjonijiet ta' diversifikazzjoni, likwidità u valutazzjoni; jenfasizza li dan m'għandux jinterrompi r-reviżjoni li hemm għaddejja attwalment tal-UCITS III;
Sistema ta" Pjazzamenti Privati
4. Jitlob li jkun hemm qafas armonizzat għall-pjazzament privat fil-livell ta' l-UE sabiex titjieb l-integrazzjoni tas-suq interni, ibbażat fuq evalwazzjoni bir-reqqa ta' l-impatt; jenfasizza li din is-sistema għandha tipprovdi ċ-ċertezza legali neċessarja għal dawk kollha involuti iżda m'għandhiex tirregola ż-żejjed u b'hekk titfa' piż żejjed fuq attivitajiet ta' pjazzament privat bejn parteċipanti sofistikati u infurmati tajjeb permezz ta' rekwiżiti dettaljati jew preskrittiv wisq; itenni li ż-żieda ta' aktar rekwiżiti għas-sistema minn dawk meħtieġa fuq livell nazzjonali m'għandhiex tkun possibbli;
5. Jemmen li għandha tapplika PPR għall-fondi ta' investiment miftuħa kollha, inklużi fondi regolati mill-UE, fondi regolati fuq livell nazzjonali u kif ukoll fondi regolati f'pajjiżi terzi; madankollu, huwa konvint li l-progress fil-kwistjoni ta' aċċess għas-suq reċiproku fejn xieraq huwa essenzjali; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim bħal dan ma' pajjiżi terzi, b'mod partikulari ma' l-Istati Uniti, u jitlob lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku;
6. Huwa konvint li definizzjoni ta' min huwa eliġibbli biex jinvesti hija kruċjali; jissuġġerixxi li kategoriji ta' investituri eżistenti fl-MiFID u fid-Direttiva ta' Prospett għandhom jiġu meqjusa; jappoġġja definizzjoni wiesgħa ta' investitur sofistikat; madankollu, jenfasizza li, minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti, hemm bosta kwistjonijiet li għad iridu jiġu indirizzati, bħall-kriterji ta' dħul annwali u kif ukoll il-ħtieġa li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet ta' trasferiment li jipprojbixxu lill-investitur sofistikat, eleġibbli għal investiment taħt PPR bħal din, milli jbiegħ il-prodott lil investituri mhux professjonali direttament jew indirettament pereżempju billi jpoġġih f'pakkett ma' prodotti oħra mibjugħa lil investituri mhux professjonali;
7. Jissuġġerixxi li, bħala l-ewwel pass, għandha tiddaħħal deroga mill-proċess ta' notifikazzjoni għall-UCITS fir-reviżjoni UCITS III, u li din id-deroga tkun limitata għal numru żgħir ta' investituri sofistikati ħafna bħall-klijent professjonali skond l-MiFID;
8. Jemmen li, bħala t-tieni pass, il-PPR għandha tiġi estiża għal prodotti oħra, għal tip ta' investitur sofistikat definit b'mod aktar wiesa' u għandu jkun fiha deroga ġenerali mid-dispożizzjonijiet lokali ta' kummerċjalizzazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tiddetermina sas-sajf ta' l-2008, jekk hemmx bżonn ta' miżuri leġiżlattivi jew le, jew jekk il-gwida CESR hijiex biżżejjed;
9. Huwa konvint li qafas Ewropew tal-PPR għandu japplika biss għal pjazzament privat transkonfinali u m'għandux jipprevali fuq ir-regoli nazzjonali eżistenti, iżda madankollu, m'għandux jieħu post ir-regoli nazzjonali li japplikaw għall-pjazzament privat domestiku; huwa favorevoli, bħala l-ewwel pass, għal sistema bbażata fuq gwida tas-CESR, iżda jenfasizza li, sabiex tinkiseb aktar ċertezza legali, għandha tiġi eżaminata l-ħtieġa ta' miżuri leġiżlattivi Ewropej;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina u tnaqqas ix-xkiel fiskali għall-pjazzament transkonfinali ta' dawk il-prodotti;
Distribuzzjoni, trasparenza u kultura finanzjarja
11. Jemmen li l-użu ta' ħlasijiet ta' kummissjoni huwa mezz aċċettabbli ta' rimunerazzjoni; fl-istess ħin, jinnota li l-informazzjoni dwar l-investitur, inkluż l-iżvelar ta' drittijiet u tal-firxa hija kruċjali biex tingħata s-setgħa lill-investituri sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati u sabiex tiżdied il-kompetizzjoni; jilqa' b'sodisfażżjon id-dispożizzjonijiet ta' l-MiFID dwar l-iżvelartad-drittijet, iżda jfakkar li l-MiFID ma tapplikax għall-prodotti ta" investiment konkorrenti kollha;
Prodotti konkorrenti
12. Jemmen li r-rekwiżiti ta' l-iżvelar ta' l-ispiża u tad-drittijiet fil-mument tal-bejgħ u kif ukoll ir-rekwiżiti dwar ir-riskju u r-rendiment fuq bażi kontinwa m'għandhomx japplikaw biss għall-UCITS iżda għandhom japplikaw bl-istess mod għall-prodotti konkorrenti kollha (jiġifieri ċertifikati, biljetti, assikurazzjoni tal-ħajja 'unit-linked'); madankollu, jirrikonoxxi li m'huwiex possibbli li jiġi pprovdut tqabbil komplut bejn tipi differenti ta' prodotti ta' investiment;
13. F'dan il-kuntest, jitlob li ssir reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-pariri u l-bejgħ tal-prodotti ta' investiment mhux professjonali kollha sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' l-2008, b'mod partikulari r-reviżjoni imminenti tadd-Direttiva Solvenza II, id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni u tal- UCITS III sabiex tinkiseb bażi ugwali u approċċ koerenti għall-ħarsien ta' l-investitur; jistieden lill-Kummissjoni biex titlob pariri tekniku lill-Kumitati ta' Livell 3 f'dan il-qasam filwaqt li tieħu kont tad-diversità tal-prodotti u s-sistemi ta' distribuzzjoni;
14. Jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina jekk kodiċi ta' mġiba ispirata mill-industrija jistax ikun ta' għajnuna biex tiżdied it-trasparenza tad-drittijiet filwaqt li jittieħed kont ta'l-impatti pożittivi u negattivi marbuta mal-kodiċi ta' mġiba fis-settur post trading ;
15. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni tas-CESR li ħlas jew benefiċċju mhux monetarju pprovdut lil entità legali jew imwettaq minnha fi ħdan l-istess grupp li joffri biss il-prodotti tiegħu stess (fondi interni) għandu jiġi trattat bl-istess mod kif jiħi trattat dak ipprovdut jew imwettaq minn entità legali oħra fil-kuntest ta' ditti bi struttura miftuħa (fondi ta' partijiet terzi);
16. Jinnota li taħt l-Artikolu 26 tad-Direttiva Implimentattiva ta' l-MiFID, id-dispożizzjonijiet dwar l-inċentivi japplikaw għal pagamenti jew benefiċċji mhux monetarji li jsiru bejn żewġ entitajiet legali separati filwaqt li prodotti li jiġu prodotti u mqassma mill-istess entità legali ma jaqgħux fl-ambitu ta' l-Artikolu 26; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-impatt preattiku ta' l-Artikolu 26 fuq it-tqassim ta' prodotti konkorrenti u għalhekk fuq struttura miftuħa;
17. Jirrikonoxxi li s-segwiment tal-kummissjonijiet, b'mod partikulari tal-ħlas ta' retroċessjoni, huwa proċess li jieħu ħafna ħin u li jiswa ħafna flus li mistenni li jintensifika b'aktar struttura miftuħa; għalhekk jistieden lill-industrija biex teżamina jekk hemmx bżonn ta' standards komuni madwar l-Unjoni Ewropea għaż-żamma adegwata tal-pożizzjoni bħal standards biex jiġu identifikati d-distributuri jew biex tiġi pprovduta data, bħal format ta' fajls tad-data, protokolli għat-trasmissjoni tad-data, u l-frekwenza tar-rapportaġġ;
18. Jistieden lill-CESR biex jirrapporta dwar l-impatt ta' l-Artikolu 26 tad-Direttiva Implimentattiva ta' l-MiFID dwar l-arranġamenti attwali ta' softing u ta' bundling fl-2008 u biex jeżamina, filwaqt li jitqiesu l-inizjattivi awtoregolatorji ta' l-industrija, kemm dawk eżistenti u kif ukoll dawk possibbli fil-futur, jekk approċċ ta' superviżjoni komuni madwar l-UE jkunx jibbenefika lill-investituri;
19. Għandu l-istess preokkupazzjoni li esprimit il-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha dwar it-titjib tal-qafas ta' l-UE għall-fondi ta' imvestiment rigward it-tfaċċar ta' fondi garantiti, li huma definiti b'mod li jista' jfixkel bħala tali, jekk ma jkunux appoġġjati minn rekwiżiti ta' adegwatezza tal-kapital; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi kif jistgħu jinkisbu dispożizzjonijiet adegwati, eż. ir-rekwiżiti ta' kapital għal dwk il-fondi fuq il-livell ta' l-UE, sabiex jinkiseb ħarsien effettiv tal-konsumatur; f'dan il-kuntest josserva li r-rekwiżiti ta' superviżjoni għandhom ikunu koerenti u stretti bl-istess mod kemm kwalitattivament, f'termini ta' standards ta' l-immaniġġjar tar-riskju, u kwantitattivament, fir-rigward tar-rekwiżiti ta' kapital li jirriżultaw;
Interazzjoni UCITS-MiFID
20. Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex issolvi konflitti possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-UCITS III u ta' l-MiFID dwar distribuzzjoni, inċentivi u regoli dwar l-mġieba tan-negozju fil-vade mecum tagħha; madankollu, jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma ppublikatx din il-gwida qabel l-implimenatazzjoni ta' l-MiFID mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu kont tal-liġijiet u r-regolamenti implimentattivi u tiċċara l-istatus legali tal-vade-mecum u r-relazzjoni tiegħu kemm mal-miżuri ta' livell 3 tas-CESR u kif ukoll mal-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet tal-Kummissjoni dwar l-MiFID;
Kultura Finanzjarja
21. Jinnota li obbligi ta' żvelar ekwivalenti dwar l-ispejjeż, ir-riskju u r-rendiment ta' prodotti konkorrenti fil-mument tal-bejgħ jgħinu lill-investitur biex jieħu deċiżjoni infurmata biss jekk l-investitur ikollu għarfien sod u fehim bażiku tat-tħaddim tal-prodotti ta' investiment differenti; għalhekk, jenfasizza l-bżonn ta' kultura finanzjarja;
22. Jinnota b'dispjaċir li, f ' ħafna ġurisdizzjonijiet, il-mergers transkonfinali għandhom suġġett għal tassazzjoni filwaqt li mergers domestiċi mhumiex taxxabbli; jemmen li ladarba l-investituri ma jistgħux jinflwenzaw avvenimenti bħal dawn u għandhom jiġu trattati b'mod ugwali, il-mergers transkonfinali u domestiċi għandhom ikunu newtrali f'sens ta' taxxa;
23. Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2008 tipproponi direttiva dwar it-tassazzjoni ta;mergers ta' fondi li ssegwi l-prinċipju ta' newtralità fiskali stabbilit fid-Direttivi 90/434/KEE u 2005/56/KE ; jenfasizza li l-objettiv ewleni m'huwiex l-armonizzazzjoni tat-taxxa iżda li jiġi stabbilit li mergers domestiċi u transkonfinali ikunu newtrali f'sens ta' taxxa jekk l-investituri iżomm l-investimenti tagħhom fil-fond qabel u wara l-merger, jew jekk jiġbdux l l-investimenti tagħhomibħala konsegwenza tal-mergerippjanat, qabel ma dan il-merger iseħħ;
24. Jemmen li għal raġunijiet prattiċi, in-newtralità fiskali għandha l-ewwel tiġi applikata biss għall-mergers tal-UCITS u mbagħad għall-fondi l-oħra kollha;
25. Jenfasizza l-importanza primarja tal-koordinazzjoni superviżorja tal-prodotti UCITS u dawk li m'humiex , u jitlob li jkun hemm sforzi kontinwi għall-iskambju ta' l-informazzjoni u koperazzjoi prattika fost l-awtoritajiet finanzjarji;
Politika ta' Investiment u Mmaniġġjar tar-Riskju
26. Jiddispjaċih li t-tfassil attwali ta' politiki ta' investiment wassal biex assi bħall-FoHF u l-OREF baqgħu barra mill-ambitu ta'assi eliġibli taħt il-UCITS II, filwaqt li assi pjuttost volatili u inqas trasparenti bħal HFI qed jiġu meqjusa bħala eliġibbli mis-CESR;
27. Jemmen li d-definizzjoni ta' l-assi eliġibbli u t-twaqqif ta' limiti ta' investiment ma jiggarantux il-kwalità ta' l-immaniġġjar ta' l-investiment u jistgħu jagħtu sens falż ta' sigurtà lill-investituri mhux professjonali; għalhekk jissuġġerixxi li fuq perjodu ta' żmien medju, għandha tiġi kkunsidrata ċaqliqa minn approċċ ibbażat fuq il-preskrizzjoni għal approċċ msejjes fuq il-prinċipju abbazi tal-immaniġġjar tar-riskju ta' l-assi bħala forma aktar sofistikata ta' diversifikazzjoni tar-riskju; jenfasizza li r-reviżjoni attwali tal-UCITS III m'għandiex tiddewwem bil-ftuħ f'dan l-istadju; ta' diskussjoni fundamentali dwar bidla bħal din jenfasizza l-bżonn li jiġi analizzat bir-reqqa l-impatt ta' bidla bħal din fuq ir-rendiment tal-UCITS u fuq il-marka UCITS;
28. Jemmen li l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipju dwar sistemi għall-immaniġġjar tar-riskju fuq il-Livell 1 se tgħin biex jiġu żgurati l-istabilità finanzjarja u il-konverġenza fil-prattiki superviżorji; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni, ladarba tkun tlestit il-ħidma leġiżlattiva fuq ir-reviżjoni tal-UCITS III, tfassal lista ta' kriterji bbażati fuq il-prinċipju għall-użu tas-sistemi għall-immaniġġjar tar-riskju, b'kont meħud tal-fatt li sistemi bħal dawn għandhom jikkorrispondu għall-profil tar-riskju speċifiku ta' kull fond; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina jekk il-kumpaniji ta' l-immaniġġjar għandhomx ikunu obbligati jispjegaw il-konvenjenza ta' sistema partikolari u jekk hemmx bżonn ta' rekwiżit ġenerali għal awtorizzazzjoni minn qabel tas-sistemi għall-immaniġġjar tar-riskju permezz ta' superviżur jew ta' rwol aktar ċar tad-depożitorju fis-superviżjoni ta' l-attività ta' investiment; jistieden lis-CESR biex ilesti l-ħidma tiegħu fuq l-armonizzazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar tar-riskju u biex jibda jeżamina l-immaniġġjar tal-likwidità;
29. Jikkunsidra li huwa neċessarju, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja ta' l-investitur, li l-kumpaniji ta' l-immaniġġjar kollha mwaqqfa bħala kumpaniji b'ishma konġunti ('joint stock companies') u l-kumpaniji ta' distribuzzjoni kollha kwotati fuq il-Borża jkunu suġġetti għar-regolamenti nazzjonali dwar governanza korporattiva applikabbli fil-pajjiż ta' reġistrazzjoni tagħhom u għad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar governanza korporattiva;
Proċessar ta' fondi
30. Jilqa' b'sodisfazzjon inizjattivi bħal dawk tal-Grupp ta' Standardizzazzjoni ta' l-Ipproċessar tal-Fondi ta'l-Assoċjazzjoni tal-Ġestjoni tal- Fondi u Assi Ewropej, il-Eurofi u inizjattivi oħrajn fuq livell nazzjonali sabiex tiżdied l-effiċjenza ta' l-ipproċessar tal-fondi; jinnota, madankollu, li l-progress li seħħ s'issa mhuwiex sodisfaċenti; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni jekk l-industrija ma tipprogressax b'mod sostanzjali f'użu akbar fl-ipproċessar elettroniku u standardizzat ta' fondi sa l-aħħar ta' l-2009;
31. Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet ta' distributuri żgħar u ta' daqs medju b'attività transkonfinali limitata meta jaqilbu għal soluzzjonijiet awtomatizzati u standardizzati;
32. Jinnota l-idea li skadenzi standardizzati għat-twettiq ta' l-iskambju miftiehem () jistgħu jipprovdu inċentiva għal aktar awtomazzjoni, jissimplifikaw u jiċċaraw l-ipproċessar ta' l-ordnijiet u jnaqqsu r-rati ta' l-iżbalji;
33. Jinnota l-idea tat-twaqqif ta' proċess standardizzat biex jiġi faċilitat l-aċċess għal data affidabbli u standardizzata dwar fondi transkonfinali, pereżempju, jekk ikun xieraq, appoġġjata b'database ta' referenza dwar fondi Ewropej kemm dwar data statika bħal prospectus u kif ukoll dwar data ta' pproċessar; jinnota l-bżonn ta' superviżjoni ġenerali biex jiġi garantit li d-data tkun aġġornata u affidabbli;
Depożitarju
34. Jiddispjaċih li mhux l-Istati Membri kollha jippermettu lill-fergħat ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' l-UE jaġixxu bħala depożitarji anki jekk dawn huma regolati fuq il-livell ta' l-UE skond il-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar is-servizzi finanzjarji; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi leġiżlattivi neċessarji fir-reviżjoni UCITS III sabiex istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawn ikunu jistgħu jaġixxu bħala depożitarju u biex jiġu ċċarati modijiet għal koperazzjoni superviżorja effettiva;
35. Jemmen li l-armonizzazzjoni ta' definizzjoni ta' funzjonijiet depożitarji tista' tikkontribwixxi għal għarfien u koperazzjoni aħjar bejn ir-regolaturi u tiżgura livell konsistenti ta' ħarsien ta' l-investitur madwar l-Ewropa; madankollu, jirrikonoxxi d-diffikultà li jingħelbu d-differenzi nazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-liġi tal-proprjetà, it-termini ta' responsabilità u r-regoli dwar il-ħarsien ta' l-insolvenza; jitlob analiżi ulterjuri tax-xkiel legali li jkollu jitneħħa sabiex tinkiseb armonizzazzjoni tal-funzjonjiet depożitorji, filwaqt li jittieħed kont tair-riċerka eżistenti dwar l-irwoli u r-responsabilitajiet differenti tad-depożitorji madwar l-Istati Membri ta' l-UE;
36. Jenfasizza li passaport depożitarju għandu jiddaħħal biss wara li tinkiseb armonizzazzjoni sħiħa ta' l-irwol u r-responsabilitajiet tad-depożitarju; jenfasizza li, qabel ma tittieħed deċiżjoni, l-interazzjoni bejn passaport depożitarju, il-passaport ta' kumpanija ta" l-immaniġġjar, il-fond u r-regolatur għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa;
37. Jitlob li l-Kummissjoni għandha teżamina l-impatt li l-użu wiesa' ta' prodotti kumplessi ħafna (jiġifieri derivattivi, inklu indiċijiet u derivattivi ta' kreditu, inklużi indiċijiet ta' hedge funds) għandu fuq l-effettività tal-funzjoni ta' superviżjoni tad-depożitarju;
Il-Proċess Lamfalussy
38. Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-għażla ta' strumenti implimentattivi fuq il-bażi tal-kontenut u l-objettivi tal-leġiżlazzjoni bażika ta' Livell 1; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi bażi legali ta' Livell 1 għall-użu kemm ta' direttivi implimentattivi u kif ukoll ta' regolazzjonijiet implimentattivi fuq Livell 2; jirrimarka li l-proċedura ġdida regolatorja bi skrutinju trid tiġi applikata għall-miżuri kollha fuq Livell 2;
Hedge funds
39. Jinnota l-evidenza li turi li investimenti alternattivi bħal attivitajiet ta' hedge funds, filwaqt li għad m'hemmx għarfien adegwat fir-rigward ta' l-impatt potenzjali sistemiku tagħhom, ta' sikwiet jirriżultaw f'likwidità tas-suq ogħla, f'tixrid tar-riskju, b'mod partikulari għal portafolli tradizzjonali, u f'kompetizzjoni akbar fost il-'market makers' u l-intermedjarji tas-suq u kif ukoll f'riċerka benefika tal-proprjetà li tikkontribwixxi għal aktar informazzjoni u aktar prezzijiet effiċjenti;
40. Jikkunsidra lit-trasparenza u liżvelar huma ta' importanza enormi għall-investituri u s- u jistenna li l-proposti imminenti ta' l-Organiżazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet dwar it-Titoli (IOSCO) joħolqu aktar ċarezza f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-industrija biex taqbel dwar kodiċi ta' mġieba dwar valutazzjoni tal-portafoll, sistemi ta' mmaniġġjar tar-riskju, it-trasparenza ta' l-istrutturi tad-drittijiet u supervizjoni mtejba fl-istrateġiji ta' l-investiment; jitlob lill-Kummissjoni biex ikollha rwol aktar attiv f'din id-diskussjoni (per eżempju fi ħdan il-G8);
41. Huwa konvint li l-aċċess ta' investituri mhux professjonali għal-hedge funds m'għandux jiġi pprojbit per se; madankollu, jinnota li minħabba r-regolamentazzjoni ta' sikwiet ħafifa tal-hedge funds u ta' l-attivitajiet tagħhom, l-aċċess ta' investituri mhux professjonali għandu jkun suġġett għal kundizzjonijiet stretti; jenfasizza li kriterji ċari ta' eleġibilità ta' l-investituri u kif ukoll ir-regolazzjoni ta' l-exposure tal-kontropartijiet huma kruċjali; fl-istess ħin, jenfasizza li l-entitajiet regolati mill-MiFID huma suġġetti għal testijiet ta' adegwatezza għal distribuzzjoni bħala dispożizzjonijiet kontra bejgħ ħażin;
42. Jikkunsidrali li hemm bżonn li l-kwistjonijiet ta' stabilità finanzjarja jiġu indirizzati fuq livell globali permezz ta' koperazzjoni mtejba ta' awtoritajiet superviżorji u banek ċentrali f'korpi internazzjonali bħall-IOSCO u kif ukoll permezz ta' djalogu regolari bejn il-gvernijiet u l-leġiżlaturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lis-CESR biex jieħdu rwol attiv biex dan id-djalogu jiġi stimulat u biex jipproponu miżuri adegwati fejn meħtieġ;
43. Jemmen li l-hedge funds jistgħu jgħinu biex isaħħu l-prattiki ta' governanza korporattiva billi jżidu n-numru ta' investituri li jagħmlu użu attiv u infurmat tad-drittijiet ta' l-azzjonisti tagħhom; madankollu, huwa mħasseb li xi hedge funds jistgħu jżidu l-qawwa tal-voti tagħhom bl-irħis permezz ta' varjetà ta' mekkaniżmi differenti bħas-self ta" l-ishma; jirrikonoxxi li s-self ta" l-ishma ma jintużax biss mill-hedge funds; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibilità u l-prattikabilità ta' dispożizzjoni li tistipula li meta l-ishma jinżammu akkont ta' l-investituri, il-ftehim ta' self ta' ishma għandu jinkludi d-dritt li min isellef ikun jista' jiġbeg immedjatament l-ishma tiegħu u li jekk ma jkun hemm l-ebda talba għalġbid, min jissellef għandu jitħalla biss li jeżerċita d-drittijiet għall-vot skond l-istruzzjonijiet ta' min jsellef;
Ekwità Privata
44. Jikkunsidra l-ekwità privata bħala sors importanti għall-start-up, u għal kapital tat-tkabbir u tar-ristrutturazzjoni, mhux biss għall-kumpaniji kbar elekati fil-Borża, iżda wkoll għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju; madankollu, huwa konxju wkoll mill-każijiet fejn livell iżjed ta' dejn ħoloq riskji konsiderevoli għall-kumpaniji u għall-impjegati tagħhom meta l-management tagħhom ma baqax f'pożizzjoni li jissodisfa l-obbligi ta' ħlas lura;
45. Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza lejn l-investituri u kif ukoll lejn l-awtoritajiet ta' superviżjoni fir-rigward ta' drittijiet u ta' ġbir ta' fondi, speċjalment meta tirriżulta fl-amplifikazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija li tkun saret privata, kif ukoll ta' l-objettivi maniġerjali tagħhom, b'mod partikulari meta jkunu qed jiġu ristrutturati kumpaniji kbar;
46. Jemmen li r-regolamentazzjoni ta' l-exposure tal-kontropartijiet u kif ukoll kriterji ċari ta' l-eleġibilità ta' l-investituri biex tiġi limitata l-iexposure ta' l-investitur mhux professjonali għall-ekwità privata huma kruċjali;
47. Jirrikonoxxi li l-effetti ta' l-impjiegi ta' sikwiet ikunu preokkupazzjoni pubblika; jinnota li d-data disponibbli hija kontradittorja fir-rigward ta' l-effett aggregat ta'l-ekwita' privata fuq il-livell ġenerali ta' l-impjieg; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi aħjar;
48. Huwa konvint li hemm bżonn ta' analiżi aktar profonda għal għarfien aħjar ta' l-impatti ta' investimenti alternattivi bħall-hedge funds u ekwità privata, fuq l-istabilità finanzjarja, il-governanza korporattiva, l-għażla u l-ħarsien tal-konsumatur u kif ukoll l-impjieg; jistenna b'ħerqa biex jevalwa dak l-impatt fir-rapporti parlamentari li ġejjin dwar il-hedge funds u l-ekwità privata, bbażati fuq ir-riżultat ta' l-istudji kkummissjonati f'Awwissu 2007, u jissuġġerixxi li dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra, eżaminazzjoni ta':
- jekk kodiċi ta' mġieba ispirat mill-industrija huwiex biżżejjed biex titjieb l-istabilità finanzjarja u l-ħarsien ta' l-investitur jew jekk hemmx bżonn ta' iktar azzjoni mil-leġiżlatur u mill-awtoritajiet ta' superviżjoni f'termini ta' obbligi ta' żvelar permezz ta' standards ta' rapportaġġ minimi u regolamentazzjoni ta' l-atturi rilevanti;
- jekk hemmx interess jew bżonn ta' tikketta Ewropea għal strumenti ta' investiment alternattivi u jekk dan ikun il-każ, x'għandhom ikunu l-kriterji biex ikun hemm distinzjoni bejn il-klassijiet ta" l-assi differenti li jkunu koperti minn dan il-qafas ta' l-UE; u
- taħt liema kundizzjonijiet jista' jiġi permess l-aċċess ta' investituri mhux professjonali għal dawn il-klassijiet ta' assi;
o o o
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta" Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar l-Esportazzjoni ta' Ċertu Tessuti Ċiniżi u Prodotti tal-Ħwejjeġ lejn l-Unjoni Ewropea, iffirmat fit-10 ta' Ġunju 2005,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni meħuda f'Ottubru 2007 mill-Kummissjoni u tal-Ministeru għall-Kummerċ Internazzjonali taċ-Ċina dwar sistema konġunta ta' sorveljanza fuq l-importazzjoni,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar din il-kwistjoni, u b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2005 dwar it-tessuti u l-ħwejjeġ wara l-2005(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-tneħħija tal-kwoti fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ kienet qed twassal għal konsegwenzi soċjali serji, primarjament f'reġjuni fejn l-akbar numru ta' kumpanji u ħaddiema - l-aktar nisa - huma kkonċentrati u fejn il-pagi jibqgħu dejjem baxxi,
B. B billi ċ-Ċina hi l-produttur ewlieni tad-dinja u l-ikbar esportatur tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea,
C. billi l-Kummissjoni u ċ-Ċina kkonkludew il-Memorandum ta' Ftehim imsemmi hawn fuq fi tmiem l-Arranġament dwar Multifibra fid-WTO fl-1 ta' Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina ta' ċerti kategoriji ta' tessuti għal perjodu tranżizzjonali li jiskadi fl-1 ta' Jannar 2008,
D. billi l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Ċiniż ftehimu dwar sistema ta' sorveljanza konġunta ta' l-importazzjonijiet għas-sena 2008,
E. billi 70% ta' l-oġġetti ffalsifikati li qed jidħlu fis-swieq Ewropej jiġu miċ-Ċina u nofs il-proċeduri tad-dwana Ewropej kontra l-iffalsifikar jirrigwardaw it-tessuti u l-ħwejjeġ,
F. billi, wara l-adeżjoni taċ-Ċina fid-WTO, membri tad-WTO tħallew jadottaw miżuri ta' salvagwardja speċjali taħt forma ta' restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi sa l-aħħar ta' l-2008 kieku s-suq kellu jiġi interrott,
G. billi l-Unjoni Ewropea hija t-tieni l-akbar esportatriċi tat-tessuti u tal-ħwejjeġ,
H. billi fl-Unjoni Ewropea, is-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ hu magħmul prinċipalment minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u billi partijiet mis-settur huma kkonċentrati f'reġjuni affettwati ħafna minn ristrutturazzjoni ekonomika,
1. Huwa konxju tal-fatt li t-tneħħija tas-sistema tal-kwoti hi riżultat ta' ftehim li jorbot legalment li sar meta ċ-Ċina issieħbet fid-WTO, imma jfakkar li l-Protokoll dwar l-adeżjoni taċ-Ċina fid-WTO tippermetti lill-membri kollha tad-WTO, inkluża l-Komunita Ewropea, sabiex japplikaw miżuri kontra importazzjonijiet miċ-Ċina sa l-aħħar ta' l-2008, jekk ikun hemm bżonn;
2. Isostni li s-sistema ta' sorveljanza ta' kontroll doppju ma sservi l-ebda skop jekk ma żżommx milli ssir repetizzjoni tas-sitwazzjoni li seħħet fl-2005, meta l-importazzjoni fl-UE żdiedet b'rata qawwija ħafna; jenfasizza li, jeħtieġ li jiġu nfurzati miżuri ġodda ta' salvagwardja, li jkopru, fost affarijiet oħra, kategoriji ta' prodotti li jridu jiġu speċifikati mill-Istati Membri, sabiex l-impjieg u l-kummerċ ta' dan is-settur jiġu salvagwardjati u promossi fl-UE;
3. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tariffi għolja jew l-ostakli mhux ta' tariffi f'bosta pajjiżi terzi; jenfasizza li l-Kummissjoni, fil-ftehimiet bilaterali, reġjonali u multilaterali tagħha ma' pajjiżi terzi, għanha tiżgura kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq aħjar fil-pajjiżi terzi, għaliex dan huwa vitali għall-futur ta' l-industrija tat-tessuti u l-ħwejjeġ ibbażata fl-UE, speċjalment l-SMEs;
4. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-opportunità ppreżentati min-negozjati tal-ftehimiet ta' kummerċ ħalli tippromwovi u ssaħħaħ l-istandards ambjentali u soċjali, bħax-xogħol deċenti f'pajjiżi terzi sabiex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta;
5. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu b'mod attiv l-immodernizzar ta' l-industrija tat-tessuti bbażata fl-UE bl-appoġġ lill-innovazzjoni teknoloġika, lir-riċerka u lill-iżvilupp permezz tas-Seba' Programm ta' Qafas, kif ukoll it-taħriġ vokazzjonali, b'mod partikolari għall-SMEs; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq investigazzjoni tajba u globali dwar din il-kwistjoni importanti;
6. Iqis li għandhom jiġu applikati regoli li jorbtu fir-rigward ta' l-indikazzjonijiet ta' l-oriġini tat-tessuti importati minn pajjiżi terzi u, f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kunsill biex jadotta l-proposta pendenti għal regolament dwar l-indikazzjoni tal- ''made in''; jinnota li dan ir-regolament jista' jgħin sabiex ikun hemm aktar ħarsien tal-konsumatur u jista' jappoġġja l-industrija Ewropea, ibbażata fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kwalità;
L-industrija tat-tessuti ta' l-UE u l-ħaddiema
7. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li parti sostanzjali mill-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jibda jintuża għar-ristrutturazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid tas-settur tesstili u, b'mod partikolari, l-SMEs li jintlaqtu l-aktar mil-liberalizzazzjoni tas-suq;
8. Itenni l-proposta tiegħu li jiġi mfassal programm tal-Komunità - appoġġjat minn mezzi xierqa - għas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ, u speċjalment għar-reġjuni l-aktar żvantaġġjati li jiddependu minnu, bil-għan li jippromwovi r-riċerka, l-innovazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-SMEs, kif ukoll għandu jimxi flimkien ma' programm tal-Komunità sabiex joħloq swieq ġodda u jinkoraġġixxi l-promozzjoni esterna tal-prodotti tas-settur, per eżempju waqt fieri internazzjonali tal-kummerċ;
9. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jgħinu lill-ħaddiema tas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ permezz ta' miżuri soċjali u ta' pjanijiet għall-kumpaniji li qed jiffaċċjaw ir-ristrutturazzjoni;
Kummerċ inġust u ffalsifikar
10. Ifakkar li l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ (partikolarment l-anti-dumping u l-anti subsidy) huma mekkaniżmi regolatorji fundamentali u għodod leġittimi sabiex jiġu indirizzati b'mod proattiv kemm l-importazzjonijiet legali u illegali minn pajjiżi terzi, speċjalment għas-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ, li issa sar suq miftuħ mingħajr ħarsien tal-kwota;
11. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Ċiniżi ħalli jallinjaw ir-rata tal-kambju u sabiex jirrevedu l-bilanċ Ewro/Dollaru, li bħal issa qed jiffaċilitaw fluss kbir ta' importazzjonijiet ta' tessuti u ħwejjeġ miċ-Ċina;
12. Huwa mħasseb dwar il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiġġieled kontra dan il-ksur, l-aktar l-iffalsifikar, fuq livell multilaterali, reġjonali u bilaterali, inkluż kull xorta ta' kummerċ inġust;
Is-sorveljanza ta' l-importazzjonijiet
13. Jilqa' b'sodisfazzjoni sistema konġunta ta' sorveljanza fuq l-importazzjoni li twettaq kontrolli doppji fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE ta' tmien prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ; madankollu, jesprimi tħassib kbir dwar il-mod kif se tiġi mwaqqfa s-sistema; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-irduppjar tal-kontrolli u sabiex tevalwa l-effettività tagħhom, ħalli tiżgura tranżizzjoni bla ostakli għall-kummerċ ħieles tat-tessuti;
14. Jenfasizza li s-sistema ta' l-irduppjar tal-kontrolli ma tistax tiġi implimentata fl-2008 biss u li sistema ta' sorveljanza effettiva għandha tiġi garantita għal perjodu ta' żmien itwal;
15. Iqis li l-Grupp ta' Livell Għoli għandu jiżgura s-superviżjoni ta' sistema ta' sorveljanza fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u l-ħwejjeġ fl-Unjoni Ewropea;
16. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Uniti sabiex jieħdu sehem f'konsultazzjonijiet dwar il-kwistjoni ta' l-importazzjonijiet miċ-Ċina;
17. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq sistema ta' monitoraġġ ħalli tevalwa r-riżultati qabel it-tmiem ta' l-ewwel kwart ta' l-2008 u b'hekk tiżgura li jiġu meqjusa mall-ewwel u fil-ħin l-effetti l-ħżiena taż-żieda fl-importazzjoni tat-tessut, u jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew;
Sigurtà u ħarsien tal-konsumatur
18. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tuża l-poteri tagħha biex tipprojbixxi prodotti mhux sikuri milli jidħlu fis-suq ta' l-UE, fil-każ tas-settur tat-tessuti u wkoll tal-ħwejjeġ;
19. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi li prodotti tat-tessuti importati li jidħlu fl-UE b'mod partikulari miċ-Ċina, ikunu suġġetti għal rekwiżiti identiċi fir-rigward tas-sigurtà u l-ħarsien tal-konsumatur bħal dawk il-prodotti tat-tessuti mmanifatturati fl-UE;
20. Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni u studju kif xieraq dwar il-kwistjoni ta' l-allegazzjoni ta' ''pass-through'' (trasferiment) tat-tnaqqis tal-prezzijiet lill-konsumaturi ta' l-UE;
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-imsieħba Mediterranji ta' l-UE
21. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-ħolqien ta' zona ta' produzzjoni Ewro-Mediterranja fis-settur tat-tessuti, u tieħu vantaġġ mill-viċinanza ġeografika tas-swieq ta l-UE ma dawk tas-sħab Mediterranji sabiex toħloq zona ta' kompetizzjoni internazzjonali li tkun tista' tiżgura li jinżammu l-livelli preżenti tal-produzzjoni industrijali u l-impjiegi;
22. Jenfasizza li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tat-tessuti ma toħloqx biss kambjamenti radikali fit-tendenzi ta' l-importazzjoni lejn is-suq ta' l-UE, iżda wkoll hemm riskju li jkollha impatt fuq is-settur tal-ħwejjeġ u tat-tessuti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi l-imsieħba Mediterraneji ta' l-UE;
23. Jitolb lill-Kummissjoni sabiex tistudja l-impatt tal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fuq il-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs); jinsab imħasseb b'mod partikulari dwar in-nuqqas ta' rispett ta" drittijiet bażiċi soċjali u tax-xogħol li xi LDCs japplikaw sabiex jibqgħu kompetittivi; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa kif il-programm "Aide-for-Trade' u programmi simili jistgħu jgħinu lill-LDCs biex jinvolvu ruħhom fi programmi settorjali li huma sostenibbli soċjalment u ambjentalment;
24. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-utilità ta" għodod ta" mmaniġġjar fil-livell tal-provvista għas-settur ta" l-ilbies, sabiex jitwittew id-differenzi fil-kompetizzjoni globali u biex jiġi evitat l-approċċ tad-denominatur l-iżjed baxx ta" l-istandards soċjali u ambjentali;
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew
25. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lill-Parlament Ewropew l-informazzjoni kollha dwar kwalunkwe żviluppi sinfikanti fil-qafas tal-kummerċ internazzjonali tat-tessuti;
o o o
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Qafas dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, fuq in-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra l-istudju 'L-Impatt Ekonomiku ta' Ftehima ta' Kummerċ Ħieles (FTA) Potenzjali Bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea tan-Nofsinhar" mill-Copenhagen Economics & Prof. J. F. Francois,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjunijiet bl-isem ta' "Ewropa Globali: Tikkompeti fid-Dinja. Kontribuzzjoni għall-Istrateġija ta" Tkabbir u ta" l-Impjiegi ta" l-UE" (COM(2006)0567),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-data ta" 13 ta" Ottubru 2005 dwar 'Prospetti għal relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina(2) u t-28 ta" Settembru 2006 dwar "Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta" l-Unjoni Ewropea ma" l-Indja'(3),
– wara li kkunsidra l-Linjigwida ta" l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) dwar Intrapriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji bejn Tliet Partijiet ta" l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Rigward Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali,
– wara li kkunsidra l-Istatistiċi ta' l-Impjiegi ta' l-OECD ta' l-2007,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Progress tar-Relazzjonijiet bejn il-Korea tat-Tramuntana u l-Korea tan-Nofsinhar, Paċi u Prosperità adottata fl-4 ta' Ottubru 2007, mir-Repubblika tal-Korea (sussegwentement msejħa l-"Korea" u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (sussegwentement imsejħa "Korea tat-Tramuntana"),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0463/2007),
A. billi s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz ta" l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), tkompli tirrappreżenta l-aktar qafas xieraq għar-regolazzjoni u l-promozzjoni ta" kummerċ ġust u bilanċjat bl-iżvilupp ta" regoli xierqa u l-iżgurar tal-konformità ma" dawn ir-regoli,
B. billi l-UE għandha tkompli tagħti prijorità għall-kisba ta" riżultat bilanċjat ta" l-Aġenda ta" l-Iżvilupp ta" Doha (DDA), li għandu jassisti l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikollhom parti sħiħa fis-sistema ta' kummerċ internazzjonali,
C. billi ftehimiet kummerċjali bilaterali u bejn ir-reġjuni jistgħu madankollu jikkumplimentaw ir-regoli stabbiliti tad-WTO billi jkopru kwistjonijiet bħal standards soċjali u ambjentali fejn huwa diffiċli fil-preżent li jintlaħaq qbil multilaterali,
D. billi l-ftehima mal-Korea tista" tindirizza wkoll kwistjonijiet ta" investiment u ta" kummerċ fis-servizzi, iżda għandha twettaq dan b'mod li jiżgura li l-ftuħ tas-suq ma jikkompromettix la r-regoli Ewropej u lanqas dawk Koreani għall-ħarsien tas-servizzi pubbliċi u d-diversità kulturali, u lanqas tissottovaluta s-servizzi pubbliċi fil-pajjiżi msieħba ta" l-UE għal ftehimiet bħal dawn, jew l-ispazju tal-politika meħtieġ biex ikunu attwati politiki soċjali, ekonomiċi u ambjentali sostenibbli fl-UE kif ukoll fil-Korea,
E. billi l-Korea hija waħda mill-ekonomiji ewlenin tad-dinja bi dħul ras għal ras li huwa ekwivalenti għal Stat Membru ta' l-UE ta' livell medju,
F. billi l-faqar jibqa" problema mhux solvuta u li dejjem qed tinfirex fil-Korea li, skond l-istatistika ta" l-OECD, hija klassifikata fost it-tliet membri ta" l-OECD bl-akbar qasma fid-dħul u li qed jesperjenzaw l-akbar tifrix tal-qasma tad-dħul; billi l-Korea hija klassifikata l-aħħar fost il-pajjiżi ta" l-OECD b'inqas minn 5% ta" l-infiq tad-dħul tat-taxxa fuq is-sikurezza soċjali, meta mqabbla mal-medja ta" l-OECD ta" 43%,
G. billi l-Korea hija r-raba" fost l-akbar imsieħba kummerċjali ta" l-UE barra l-Ewropa u l-UE kienet l-akbar investitur barrani fil-Korea fl-2006,
H. billi l-Korea iffirmat Ftehimiet ta" Kummerċ Ħieles (FTAs) ma" l-Istati Uniti u ma" numru ta" imsieħba kummerċjali ewlenin oħrajn u għandha ftehimiet oħrajn f'fażi ta" negozjar,
I. billi l-aċċess għas-suq qed ikun ostakolat aktar b" tipi varji ta" ostakoli mhux tarrifarji (NTB), inkluż il-falliment ta' l-adozzjoni ta' normi u standards internazzjonali, li huma responsabbli b'mod parzjali tad-defiċit strutturali ta' l-UE fir-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali,
J. billi l-istudji juru li ftehima bejn l-UE u l-Korea tista" tipproduċi gwadanni ekonomiċi sostanzjali għaż-żewġ partijiet, iżda li, fi kwalunkwe possibilità meqjusa, il-Korea għandha tirċievi żewġ terzi tal-benefiċċji,
Kwistjonijiet ġenerali
1. Iqis li riżultat b'suċċess tad-DDA jibqa" l-prijorità kummerċjali ta" l-UE u jkun imħasseb jekk in-negozjati bilaterali mal-Korea jew ma" msieħba oħrajn iwasslu għal distrazzjoni minn dan l-objettiv;
2. Jemmen li negozjati bilaterali ma" msieħba jew reġjuni kummerċjali ewlenin jistgħu jissupplimentaw b'mod utli r-regoli stabbiliti multilaterali dejjem jekk dawn jipproduċu ftehimiet ambizzjużi u ta" kwalità għolja li jmorru lil hinn mit-tnaqqis tat-tariffi;
3. Iqis li d-daqs u tkabbir mgħaġġel ta" l-ekonomija Koreana jikkontribwixxu biex il-Korea tkun kandidat adattat għal ftehima bħal din iżda jiġbed l-attenzjoni għall-problemi sinifikattivi – inklużi NTBs sostanzjali – li se jeħtieġu li jkunu indirizzati biex tintlaħaq ftehima sodisfaċenti;
4. Jemmen li ftehima limitata għal tnaqqis ta" tariffi għandha tipproduċi biss benefiċċji fuq perjodu ta" żmien qasir u għalhekk jitlob it-tneħħija ta" l-NTBs kif ukoll il-ftuħ tas-settur tas-servizzi fil-Korea;
5. Iqis li kwalunkwe FTA mal-Korea għandha tqis l-erba" "l hekk imsejħa Kwistjonijiet ta" Singapore (kummerċ u investiment, politika dwar il-kummerċ u l-kompetizzjoni, trasparenza fl-akkwist pubbliku u faċilitar tal-kummerċ);
6. Jikkonkludi li l-kontenut ta" benefiċċju reċiproku tal-ftehima huwa ħafna aktar importanti minn kalendarju rapidu u għalhekk ikun imħasseb jekk skadenzi artifiċjali jwasslu għal ftehima li ma tkunx b'miri wiesgħa, ambizzjuża u ekwilibrata b'mod xieraq;
Żvilupp sostenibbli
7. Iqis li prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent għandu jkollhom tariffi mnaqqsa aktar malajr u b'ammont akbar minn prodotti oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u lin-negozjaturi Koreani biex jipproduċu definizzjoni ċara ta" prodotti bħal dawn; jirrakkomanda b'mod qawwi li, f'definizzjoni bħal din, jitqiesu b'mod xieraq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-prodotti;
8. Jiddispjaċih li l-Analiżi ta" l-Impatt tas-Sostenibilità (SIA) ma ġietx imwettqa fi stadju minn qabel minkejja l-kalendarju ta' negozjar pjanat; iqis li huwa importanti ħafna li r-riżultati ta" l-SIA ikunu pubblikati ferm qabel l-iffirmar tal-ftehima u li jkun permess biżżejjed żmien għal konsultazzjoni sħiħa pubblika biex ir-riżultati ta" l-SIA ikunu jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultat tan-negozjati; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta lill-Parlament, lill-Kunsill u lis-soċjetà ċivili jekk l-istudju ta" l-SIA jissuġġerixxi li hemm rekwiżiti ta" tnaqqis u biex tkun negozjata l-FTA finali b'mod xieraq;
9. Jemmen li l-livell ta" ambizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda ta" l-aċċess għas-suq għandu jkun bilanċjat b'approċċ ambizzjuż ukoll għall-iżvilupp sostenibbli; jinsisti wkoll li m'għandu jkun hemm ebda eċċezzjoni għar-regola li l-aċċess għas-suq intern Ewropew huwa bil-kundizzjoni fuq il-konformità ma" l-istandards ta" protezzjoni ambjentali;
10. Jilqa" l-introduzzjoni ta" klawsoli soċjali u ambjentali aktar b'saħħithom fl-FTA li ġiet konkluża reċentement bejn l-Istati Uniti u l-Korea bħala r-riżultat minn pressjoni min-naħa tal-Kungress ta' l-Istati Uniti;
11. Iqis li n-negozjaturi ta" l-UE jridu jaraw dan bħala bażi li minnha jista" jsir aktar progress, b'mod partikulari fir-rigward tar-ratifika u l-infurzar ta' standards ewlenin ta" l-ILO u l-involviment tal-Korea f'reġim ta" wara l-2012 għal ġlieda tal-bidla fil-klima u r-rikonoxximent ta" l-istandards u l-leġiżlazzjoni ambjentali attwali ta" l-UE;
12. Jistieden għal kwalunkwe ftehima kummerċjali mal-Korea biex tinkorpora klawsoli soċjali u ambjentali li jorbtu;
13. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, waqt in-negozjati bilaterali mal-Korea, biex jappoġġjaw u jippromwovu l-Prinċipji ta' Governanza Korporattiva u Responsabbilta' Soċjali Korporattiva ta' l-OECD, kemm għall-kumpaniji Koreani li joperaw fl-Ewropa u l-kumpaniji Ewropej stabbiliti fil-Korea;
14. Iqis kapitolu ambizzjuż ta' Żvilupp Sostenibbli bħala parti essenzjali ta' kull ftehima iżda jfakkar li l-objettiv aħħari huwa l-infurzar ta' standards li seħħ qbil dwarhom; huwa tal-ħsieb li dan jeħtieġ biex il-kapitolu ikun suġġett tal-mekkaniżmu standard tas-soluzzjoni ta' konflitti;
15. Jemmen li l-Forum tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, magħmul minn rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta" dawk li jimpjegaw u minn NGOs jista" jkollu l-irwol essenzjali fl-iżgurar li aktar ftuħ tas-suq ikun akkumpanjat minn standards ambjentali u soċjali dejjem jogħlew;
16. Jipproponi li jkun stabbilit mekkaniżmu fejn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta" min iħaddem ta" l-UE u tal-Korea rikonoxxuti għandhom ikunu jistgħu jressqu talbiet għal azzjoni li jkunu trattati fi ħdan perjodu ta" żmien speċifiku u jistgħu jirriżultaw f'dispożizzjonijiet ta" segwitu kontinwu u reviżjoni, biex tinżamm pressjoni kontra dawk li jiksru d-drittijiet tal-ħaddiema;
Kwistjonijiet settorjali
17. Jitlob li tintlaħaq FTA mal-Korea, li tkopri l-kummerċ ta' oġġetti u servizzi, tirrappreżenta element essenzjali tan-negozjati bilaterali fil-qasam tal-koperazzjoni xjentifika u teknika u tal-proprjetà intelletwali, tħeġġeġ il-koperazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika, tfittex li tiġġieled il-bidla fil-klima u tiġbor fiha dispożizzjonijiet dwar aspetti esterni oħra tal-politika għall-enerġija, l-enerġija nukleari, kif ukoll is-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u l-programm Galileo;
18. Iqis li d-diverġenza tal-Korea min-normi internazzjonali u mir-rekwiżiti ta" tikkettar jiffurmaw NTBs maġġuri li jirrappreżentaw problemi partikulari għall-industriji tal-vetturi, dawk farmaċewtiċi, dawk tal-kosmetiċi u dawk ta" l-elettronika; jistieden lill-gvern Korean biex jipprovdi spjegazzjonijiet sodisfaċenti għal diverġenzi bħal dawn jew, mod ieħor, biex jimpenja ruħu biex ineħħihom waqt in-negozjati ta" l-FTA;
19. Jappoġġja l-objettiv tal-Kummissjoni biex tassisti l-esportaturi ta" l-UE ta" prodotti farmaċewtiċi u apparati mediċi billi tkun żgurata aktar trasparenza fis-sistema tal-kura tas-saħħa Koreana iżda jinsisti li l-Ftehima m'għandhiex toħloq xi ostakolu legali jew prattiku għal kumpaniji Koreani bl-użu ta" l-elementi flessibbli stipulati fil-paragrafi 4 u 5 tad-dikjarazzjoni dwar il-ftehima TRIPs u s-saħħa pubblika, adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO fl-14 ta" Novembru 2001 f'Doha, biex tippromwovi l-aċċess għal mediċini f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;
20. Jenfasizza li ftehima ta" rikonoxximent reċiproku (MRA) għandha tkun inkorporata fl-FTA UE-Korea biex telimina aktar ostakoli kummerċjali kkawżati bi proċeduri doppji mhux meħtieġa mwettqa mill-awtoritajiet Koreani li jippreżentaw ostakoli għal kumpaniji ta" l–UE fi ħdan industriji varji li jkunu jridu jbigħu il-prodotti tagħhom fil-Korea;
21. Jiddispjaċih li l-falliment Korean biex ikunu segwiti normi internazzjonali iwassal biex l-annimali jkunu suġġetti għal testijiet mhux meħtieġa u doppji; iqis li l-Ftehima għandha tfittex li tiżgura li alternattivi validati xjentifikament għal testjar ta" l-annimali li kienu approvati minn parti waħda għandhom ikunu meqjusa bħala aċċettabbli mill-parti l-oħra;
22. Huwa mħasseb li l-FTA UE-Korea jista' jkollha impatt negattiv serju fuq l-industrija tal-vetturi Ewropea; għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tqis strateġija li telimina b'salvagwardji t-tariffi ta" importazzjoni ta" l-UE; jirrakkomanda li din l-eliminazzjoni għandha tkun konnessa mat-tneħħija ta" NTBs maġġuri min-naħa tal-Korea;
23. Jinnota, fir-rigward ta" l-industrija tal-vetturi, li l-Korea iffirmat u rratifikat il-Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar it-Twaqqif ta" Regolamenti Tekniċi Globali għal Vetturi bir-Roti, Apparat u Partijiet li jistgħu jkunu stallati u/jew użati fuq Vetturi bir-Roti, u għalhekk impenjat ruħha biex timplimenta r-regolamenti standard; jistieden lill-Kummissjoni biex tinsisti dwar l-implimentazzjoni rapida tagħhom; fl-istess waqt jistieden lill-Kummisjoni biex tinsisti li l-vetturi ta" l-UE li jikkonformaw ma" l-istandards ta" l-UNECE jkunu jistgħu jiġu impurtati fil-Korea mingħajr testjar jew omologazzjoni; jopponi dispożizzjonijiet li jeżentaw il-vetturi Koreani minn standards ta" emissjoni kontra t-tniġġis;
24. Iqis li, fir-rigward ta" l-esperjenzi problematiċi ta" l-UE ma" l-industrija tal-bini tal-vapuri Koreana, trid tingħata attenzjoni speċjali lil dan is-settur fin-negozjati;
25. Iqis li waqt in-negozjati l-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-ħsibijiet tas-setturi ta" l-agrikoltura kemm Koreani u kemm Ewropej, b'mod partikulari fir-rigward ta" l-effetti negattivi possibbli ta" l-FTA fuq prodotti sensittivi kkonċernati;
26. Iqis il-punt massimu tat-tariffi u r-rekwiżiti tat-tikkettar eċċessiv iffaċċjati mill-industrija tax-xorb distillat bħala prijorità għan-negozjati; jistieden għal miżuri biex jittieħdu immedjatament fil-ġlieda kontra l-NTBs li jaffettwaw frott u ħxejjex u t-tariffi għoljin b'mod eċċessiv applikati għal frott fil-bottijiet; iqis bħala importanti ħafna l-kisba ta" riżultat sodisfaċenti b'rispett għal Indikaturi Ġeografiċi;
27. Huwa mħasseb dwar id-diffikultajiet ta" kumpaniji barranin biex ikollhom aċċess għas-suq Korean għal servizzi inklużi dawk bankarji, l-assigurazzjoni u l-parir legali;
28. Jagħti prijorità għolja għall-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, anke permezz ta" l-introduzzjoni ta" pieni xierqa għal prodotti foloz u l-piraterija; iqis li mekkaniżmi speċjali ta" soluzzjoni ta" konflitt malajr u effiċjenti, fil-kuntest tar-regoli eżistenti tad-WTO, għandhom ikunu inklużi biex dawn u prattiki kompetittivi mhux ġusti oħrajn ikunu jistgħu jiġu indirizzzati b'mod xieraq; isostni li n-negozjar attwali mal-Korea dwar il-protezzjoni IPR m'għandux jissottovaluta miri ta" politika leġittimi bħal aċċess għal mediċini billi jmur lil hinn mill-obbligi tal-Ftehima TRIPs, iżda li minflok għandu jinkoraġġixxi l-użu ta" l-elementi flessibbli tat-TRIPs;
29. Iħeġġeġ lill-Korea biex tintroduċi drittijiet ta" prestazzjoni pubblika għal produtturi ta' rekordjar tal-ħoss f'konfomita' mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Prestazzjonijiet, il-Produtturi ta' Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Konvenzjoni ta' Ruma) ta' l-1961, it-Trattat ta" Prestazzjonijiet u Fonogrammi (WPPT) ta" l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjeta' Intellettwali (WIPO) ta' l-1996 u d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar id-dritt tal-kera u tas-self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-dritt ta" l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali(4).;
30. Jistieden lill-Korea biex tikkonforma b'mod sħiħ mat-"Trattati ta" l-Internet" tad-WIPO (it-Trattat dwar id-Dritt ta' l-Awtur tad-WIPO (WCT) ta' l-1996 u d-WPPT) inklużi: appoġġ legali sħiħ għal miżuri ta" protezzjoni teknoloġika użati mill-pussessuri tad-dritt ta" l-awtur, inkluża projbizzjoni kontra l-att tal-possibilità li wieħed jaħrab mil-liġi; provvediment ta" proċeduri ta" reġistrar sodi bi drittijiet esklussivi fuq il-forom kollha ta" tifrix ta" l-internet; twaqqif ta" avviż u proċedura 'takedown' effettivi; rikonoxximent tal-protezzjoni għal kopji temporanji u limitar ta" l-eċċezzjoni ta" kupjar privat fil-qasam diġitali;
31. Iħeġġeġ lill-Korea tan-Nofsinhar biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-piraterija ta" l-internet billi: ittejjeb l-inċentivi għal koperazzjoni mill-fornituri tan-netwerk fil-ġlieda kontra l-piraterija; tinkoraġġixxi ċ-Ċentru għall-Protezzjoni tad-Dritt ta" l-Awtur biex jiżgura l-protezzjoni tal-pussessuri tad-dritt barranin kontra l-piraterija online; tinvestiga u tressaq entitajiet involuti ma' siti ta' l-internet illegali, servers, servizzi ta' ħażna u servizzi ta' qsim ta' fajls;
32. Jenfasizza li kull FTA mal-Korea għandha tiżgura dan li ġej:
—
· it-titjib u s-simplifikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini tal-Komunità,
—
· armonizzazzjoni mwessgħa tan-normi u l-istandards internazzjonali li jeżistu diġà minflok l-introduzzjoni ta" standards ġodda,
—
· rekwiżiti ta" żvelar aktar stretti u l-promozzjoni ta" l-aqwa prattiki fir-regolamentazzjoni,
—
· it-trasparenza tal-mekkaniżmi ta' appoġġ nazzjonali u t-tneħħija ta' l-NTBs attwali;
Il-Korea tat-Tramuntana u l-Kaesong
33. Jilqa" l-irwol tal-Kumpless Industrijali Kaesong fil-kontribuzzjoni tal-paċi u tas-sigurtà reġjonali; madankollu jemmen li l-inklużjoni tal-prodotti mill-Kumpless Industrijali tal-Kaesong tqajjem problemi legali u tekniċi;
34. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex teżamina b'mod serju sa liema punt ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Korea tat-Tramuntana u l-Korea tan-Nofsinhar jistgħu jkunu assistiti permezz ta" FTA ma' l-UE;
35. Jenfasizza li kull ftehima għandha tinkludi impenn biex l-istandards tax-xogħol ma jitbaxxewx biex jinġibed l-investiment barrani f'kull parti tat-territorju tal-partijiet inklużi zoni ta' proċessar ta' esportazzjoni;
Kwistjonijiet oħrajn
36. Jemmen li, biex juri impenn kontinwu għal negozjati multilaterali, il-Korea għandha tkun lesta li toffri aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għal Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs), fuq l-eżempju ta" l-iskema ta" l-UE Kollox Minbarra Armi (EBA), taħt kondizzjonijiet li jirrispettaw l-istandards tax-xogħol u ambjentali ekwivalenti;
L-irwol tal-Parlament
37. Iqis li l-leġittimità u l-fatt li ftehima tkun aċċettata mill-pubbliku jeħtieġu li l-Parlament ikun involut mill-qrib f'kull stadju tan-negozjati u jingħata l-possibilità li jesprimi l-ħsieb tiegħu dwar il-fatt li t-test negozjat ikun aċċettat; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill ifittxu li jippreżentaw il-ftehima f'forma li tkun teħtieġ il-kunsens tal-Parlament skond l-Artikolu 300(3) it-tieni sub paragrafu tat-Trattat KE;
o o o
38. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tal-Korea.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-Bniedem fiċ-Ċad,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-operazzjoni tal-PESD fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentrali Afrikana(1),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1778(2007) tal-25 ta' Settembru 2007 li tipprovdi għall-iskjerament ta' preżenza multidimensjonali internazzjonali fiċ-Ċad tal-Lvant u fil-Grigal tar-Repubblika Ċentrali Afrikana (CAR) inkluża l-missjoni tal-PESD, EUFOR TCHAD/RCA,
– wara li kkunsidra l-azzjoni konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESC tal-15 ta' Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali(2) (EUFOR TCHAD/RCA),
- wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU Nru 1769 (2007) tal-31 ta' Lulju 2007 li twaqqaf, għal perjodu inizjali ta' 12-il xahar, operazzjoni ibrida ta' l-Unjoni Afrikana/Nazzjonijiet Uniti (AU/UN) fid-Darfur (UNAMID),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU Nru 1325 (2000) tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-26 ta' Novembru 2007, mijiet ta' ġellieda ribelli miċ-Ċad inqatlu tul il-fruntieri tal-Lvant taċ-Ċad mill-armata taċ-Ċad, u fit-3 ta' Diċembru 2007, l-armata taċ-Ċad illanċjat attakk ieħor kontra l-forzi ta' ribelljoni taċ-Ċad,
B. billi issoktat ġlieda armata bejn l-armata taċ-Ċad u r-ribelli ta' l-Unjoni ta' Forzi għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (UFDD) u l-Għaqda ta' Forzi għal Bidla (RFC) wara l-patt fraġli ta' paċi li sfaxxa fi tmiem Novembru; billi l-gruppi ribelli, l-uffiċjali tal-gvern u l-osservaturi barranin kollha kkonfermaw li l-ġlied li seħħ mis-26 ta' Novembru 2007 kienu l-iktar iebsin fiċ-Ċad sa minn meta ħa l-poter il-President Idriss Deby Itno f'Diċembru 1990,
C. billi madwar 238,000 refuġjat mis-Sudan, 44,600 refuġjat mill-CAR u 170,000 persuna mċaqalqa internament (IDPs) qed jinżammu fi tnax-il kamp tul il-fruntiera tal-Lvant taċ-Ċad, li tmiss mas-Sudan,
D. billi l-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) ħareġ twissija fl- 4 ta' Diċembru 2007, li l-bidu tal-ġlied fil-Lvant taċ-Ċad bejn il-forzi tal-gvern u r-ribelli tul l-aħħar għaxart ijiem illimita l-aċċess tan-NU għal kampijiet li fihom jgħixu mijiet ta' eluf ta' refuġjati u ta' IDPs u dan żied it-tensjoni fiz-zona,
E. billi l-ġlied qed ixekkel l-operazzjonijiet tal-Programm Dinji ta' l-Ikel (WFP) fiċ-Ċad tal-Lvant, billi ma jippermettix aċċess għal xi kampijiet ta' refuġjati u joħloq dewmien għall-għoti ta' ikel lil kampijiet oħra; billi l-ġlied qrib Farchana, fejn jinsabu tliet kampijiet ta' refuġjati, għamel li l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja jkunu f'diffikultà; billi f'mill-inqas okkażjoni waħda, trakk ta' l-WFP b'kuntratt mimli b'ikel tal-WFP ġie attakkat mill-banditi armati;
F. billi l-ġlied kien ikkonċentrat prinċipalment fiz-zoni ta' Farchana, Iriba, Biltine u Guereda, li jinsabu fit-tramuntana u fil-lvant tal-belt prinċipali ta' Abeché, li hija l-bażi operattiva prinċipali ta' mill-inqas tnax-il kamp ta' refuġjati; billi z-zoni qrib il-kampijiet ta' refuġjati fin-nofsinhar ta' Abeché, bħal Goz Beida, saru wkoll inqas siguri,
G. billi skond il-Kumitat Internazzjonali tar-Red Cross (ICRC), l-attivitajiet ta' għajnuna umanitarja qed jiġu mhedda l-iktar minn serq armat u minn banditi fir-reġjun, u l-attakki militari qed iżidu l-kriminalità; billi ż-żieda fl-attivitajiet tal-banditi fil-Lvant taċ-Ċad qed iġġiegħel lill-aġenziji umanitarji li jnaqqsu l-istaff u ċ-ċaqliq fil-bliet prinċipali, u b'hekk inaqqsu iktar il-kapaċità tagħhom li jipprovdu l-għajnuna umanitarja tant bżonnjuża,
H. billi l-President taċ-Ċad reċentement keċċa l-kap tal-United Front for Change, Mahamat Nour Abdelkerim, mill-post tiegħu ta' ministru tad-difiża, u dan indika t-tensjonijiet u n-nuqqas ta' qbil fil-livell governattiv,
I. billi fil-15 ta' Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-azzjoni konġunta msemmija hawn fuq dwar l-operazzjoni EUFOR TCHAD/RCA, maħsuba biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta' persuni ċivili f'periklu, partikolarment refuġjati u persuni mċaqalqa, biex tiffaċilita l-għoti ta' għajnuna umanitarja u l-moviment liberu ta' l-istaff umanitarju billi tgħin fit-titjib tas-sigurtà fiz-zona ta' l-operazzjoniijiet, u tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta' l-istaff, il-faċilitajiet, l-installazzjonijiet u t-tagħmir tan-NUi u jiġu żgurati s-sigurtà u l-libertà tal-moviment għall-istaff tan-NU u ta' l-istaff assoċjat man-NU,
J. billi l-kalendarju ta' l-iskjerament ta' l-EUFOR TCHAD/RCA, li kellu jiġi llanċjat qabel tmiem Novembru 2007, qed jiġi gradwalment ittardjat; billi kien previst li ladarba l-istaġun tax-xita jieqaf fi tmiem Ottubru 2007, il-gruppi ribelli jkunu għal darb'oħra iktar mobbli u attivi fir-reġjun; billi l-kap ta' l-informazzjoni taċ-Ċad akkuża lis-Sudan bl-għoti ta' armi lir-ribelli,
K. billi kwalunkwe nuqqas ta' stabilità interna fiċ-Ċad - flimkien man-nuqqas ta' sigurtà tar-reġjun ta' fruntiera tal-Lvant taċ-Ċad, id-Darfur u r-Repubblika Ċentrali Afrikana - se jkollha effett u impatt negattiv fuq l-operazzjoni EUFOR TCHAD/RCA ladarba din tiġi skjerata,
L. billi l-preokkupazzjonijiet internazzjonali dwar il-kunflitt żdiedu minn meta l-UFDD hedded li jattakka l-forza Franċiża jew kwalunkwe forza oħra skjerata fil-missjoni EUFOR TCHAD/RCA,
M. billi l-krimini ta' gwerra tal-vjolenza sesswali, inkluż l-abbuż sesswali bħala għodda ta' gwerra, huwa prevalenti fil-kampijiet ta' refuġjati u band'oħra fir-reġjun ta' kunflitt, u n-nisa u l-bniet huma l-iżjed vulnerabbli għall-attakki,
1. Jenfasizza li l-vjolenza reċenti u l-ferment fiċ-Ċad jenfasizzaw il-bżonn urġenti ta' skjerament ta' l-EUFOR TCHAD/RCA mingħajr dewmien ulterjuri; jenfasizza li l-Istati Membri ta' l-UE u n-NU għandhom ''responsabilità li jipproteġu'' r-refuġjati u l-persuni mċaqalqa internament fir-reġjun; jenfasizza li dawn il-forzi għandu jkollhom il-mezzi kollha neċessarji, u għandhom jużawhom b'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u mal-liġi umanitarja, biex jipproteġu l-persuni ċivili f'riskju;
2. Jiddispjaċiħ madankollu dwar il-fatt li din il-missjoni għad m'għandhiex it-tagħmir fundamentali biex it-truppi jkunu jistgħu iwettqu dmirijiethom, bħall-ħelikopters u l-fornituri tal-mediċini;
3. Jitlob lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jonoraw id-deċiżjoni politika magħmula u jipprovdu lill-missjoni b'iktar truppi u b'appoġġ finanzjarju, loġistiku u ta' l-arju adegwat, inkluż l-ammont meħtieġ ta' ħelikopters, mill-aktar fis; jenfasizza li l-kredibilità tal-politika esterna ta' l-UE fil-livell dinji hija pperikolata jekk l-Unjoni ma tkunx tista' timmobilizza truppi u tagħmir biżżejjed biex din il-missjoni tkun operattiva;
4. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaġġornawh dwar l-inizjattivi kurrenti (bħal dawk fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża) biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċità f'oqsma prinċipali u b'mod speċifiku fir-rigward ta' ħelikopters u unitajiet ta' appoġġ mediku, u biex jitressqu proposti konġunti għal soluzzjonijiet fuq medda ta' żmien qasir u twil biex jiġi garantit l-aċċess għal dawn il-kapaċitajiet kemm għal skopijiet umanitarji kif ukoll għal skopijiet ta' PESD;
5. Jenfasizza d-dimensjoni reġjonali tal-kriżi tad-Darfur u l-bżonn urġenti li jiġi indirizzat l-impatt destabbilizzanti tal-kriżi fuq is-sitwazzjoni umanitarja u ta' sigurtà f'pajjiżi ġirien, u jtenni l-volontà tiegħu li jwettaq l-operazzjoni ta' konnessjoni militari ta' l-UE b'appoġġ għall-preżenza multidimensjonali tan-Nazzjonijiet Uniti;
6. Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-27 ta' Settembru 2007 li tappoġġja l-illanċjar ta' l-operazzjoni tal-PESD fiċ-Ċad tal-Lvant u fit-Tramuntana tal-CAR, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-illanċjar ta' din l-operazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-ewwel skjerament ta' suldati jseħħ qabel tmiem l-2007 u l-missjoni tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha sa Frar jew sal-bidu ta' Marzu ta' l-2008;
7. Jilqa' l-iffinanzjar tal-Kummissjoni ta' 'l fuq minn EUR 50 miljun għall-missjoni, inkluż il-EUR 10 miljuni mill-Istrument għall-Istabilità għall-komponent ta' taħriġ tal-pulizija tan-NU ta' l-operazzjoni ta' żamma tal-paċi; josserva li dan jikkostitwixxi xhieda ta' approċċ interistituzzjonali ta' l-UE koerenti għall-Politika ta' sigurtà u difiża Ewropea;
8. Jiddeplora l-insistenza tal-President tas-Sudan li l-Forza UNAMID, li l-EUFOR TCHAD/RCA għandha tappoġġjaha dalwaqt, għandha tkun esklussivament ta' natura Afrikana, kuntrarjament għar-riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU; jenfasizza l-bżonn li jitħaffef l-iskjerament tal-forza ta' żamma tal-paċi UN-AU għad-Darfur; iħeġġeġ lill-gvern tas-Sudan biex jikkopera mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), u jissuġġerixxi l-inklużjoni fil-mandat tal-forza ibrida ta' setgħat ta' tiftix u ta' arrest ta' dawk li kontrihom l-ICC ħarġet mandati ta' arrest;
9. Jinnota żieda f'attakki volontarji u immirati fuq il-popolazzjoni ċivili minn milizja Janjaweed li taqsam mis-Sudan u minn gruppi Għarab lokali taċ-Ċad u minn xi gruppi mhux Għarab; jinnota l-firxa ta' vjolenza, turment, intimidazzjoni u stupru bbażati fuq is-sessi, u li qed iseħħu f'dan ir-reġjun mingħajr ma jiġu kkastigati; jitlob lill-awtoritajiet taċ-Ċad biex jinvestigaw ir-rapporti ta' abbużi sesswali u ta' ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-Bniedem u li jikkastigaw lil min iwettaq tali krimini;
10. Jenfasizza l-kwistjoni partikolari ta' l-isfruttament sesswali f'dan ir-reġjun ta' kunflitt u jenfasizza l-importanza li l-forzi ta' kontribuzzjoni ta' l-Istati Membri għal UNAMID u EUFOR TCHAD/RCA jiġi mgħarrfa dwar dan l-abbuż u li jiġi adottat approċċ ibbażat fuq is-sessi f'kull livell ta' rispons għall-vjolenza sesswali fil-kunflitt, inkluż taħriġ biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet partikolari tal-vittmi; jenfasizza li hija r-responsabilità ta' pajjiżi li jikkontribwixxu bi truppi u bil-pulizija għall-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi li jiżguraw li jiġu implimentati kodiċi ta' kondotta b'saħħithom u taħriġ adegwat, u li jkun hemm persuni li jiġu kkastigati għall-vjolenza sesswali; jinnota li ż-żieda fl-iskjerament ta' nisa fiż-żamma tal-paċi mhux biss ikkontribwixxiet għal relazzjonijiet aħjar mal-komunitajiet lokali, iżda wkoll għal imġieba aħjar min-naħa tal-persuni li jwettqu ż-żamma tal-paċi;
11. Huwa mħasseb ħafna dwar rapporti ta' ħaddiema umanitarji li jgħidu li kemm ir-ribelli kif ukoll il-gvern żaru l-kampijiet tar-refuġjati biex jirreklutaw tfal fil-forzi tagħhom;
12. Iħeġġeġ lill-UE biex tagħmel pressjoni biex ikun hemm proċess ta' paċi komprensiv, bl-użu ta' pressjoni u ta' inċentivi bħala inkoraġġamenti għall-partijiet kollha biex dawn jerġgħu jibdew in-negozjati u biex id-diskussjonijiet jindirizzaw il-livelli kollha ta' kunlitt li qed iseħħu bħalissa fiċ-Ċad, inklużi tensjonijiet bejn il-gvern u r-ribelli u l-kunflitt interetniku;
13. Iħeġġeġ liċ-Ċad biex, b'koperazzjoni mas-Sudan u mal-Libja, joħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għal soluzzjoni politika dewwiema fl-implimentazzjoni tal-Ftehima ta' paċi Sirte, u jħeġġeġ lill-gvernijiet tas-Sudan u taċ-Ċad biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-ftehimiet Tripoli u Sirte;
14. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fil-bejgħ illegali u l-kuntrabandu ta' armi, speċjalment armi żgħar u ħfief;
15. Ifakkar li l-ebda missjoni ta' żamma tal-paċi fil-Lvant taċ-Ċad u fit-Tramuntana tal-CAR ma jista' jkollha suċċess mingħajr proċess ta' rikonċiljazzjoni politika reali;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kopresidenti ta' l-Assemblea Konġunta ACP-UE, u lill-Presidenti, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti taċ-Ċad, tar-Repubblika Ċentrali Afrikana u tas-Sudan.
– wara li kkunsidra r-ratifika mill-Arabja Sawdita tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta" Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) fis-7 ta' Settembru 2000,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament jew il-Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, li kienet irratifikata mill-Arabja Sawdita fit-23 ta' Settembru 1997,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Arabja Sawdita hija Parti Statali għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal sa mis-26 ta' Jannar 1996,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Arabja Sawdita ġiet eletta għal siġġu fil-Kunsill il-ġdid tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Mejju 2007,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdita, tat-18 ta' Jannar 1996(1) u ta' l-10 ta' Marzu 2005(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 (5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi n-nisa fl-Arabja Sawdita għadhom qed jaffaċċjaw ħafna forom ta' diskriminazzjoni fil-ħajja privata u f'dik pubblika, ta' spiss huma vittmi ta' vjolenza sesswali u ta' sikwiet jiffaċċjaw xkiel enormi fis-sistema tal-ġustizzja kriminali,
B. billi f'Ottubru ta' l-2006, mara ta' 19-il sena, magħrufa bħala 'it-Tfajla minn Qatif', ġiet ikkundannata għal 90 daqqa ta' frosta wara avveniment fejn hija kienet waħidha f'karozza titkellem ma' raġel li ma' kienx qarib strett x'ħin ġiet attakkata u stuprata minn grupp ta' persuni,
C. huwa mħasseb ħafna bill-fatt li l-Qorti Ġenerali ta' Qatif (Arabja Sawdita) irrevediet is-sentenza f'Novembru 2007 u kkundannatha għal sitt xhur il-ħabs u għal 200 daqqa ta' frosta,
D. billi uffiċjali tal-Qorti Ġenerali ta' Qatif iddikjara li l-Qorti żiedet is-sentenza tal-mara, fuq ordni mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura, minħabba li ppruvat taggrava u tinfluwenza lill-ġudikatura permezz tal-midja,
E. billi l-avukat tal-vittma, Abdul Rahman Al-Lahem, ġie pprojbit milli jidħol fis-sala tal-qorti u anki minn kwalunkwe rappreżentanza futura tal-klijenta tiegħu wara ħafna tentattivi biex jieħu azzjoni legali kontra l-Ministru tal-Ġustizzja minħabba li dan ta' l-aħħar naqas milli jipprovdilu kopja tal-verdett li jikkonċerna lill-klijenta tiegħu li kellu bżonn sabiex ikun jista' jħejji l-appell; billi s-Sur Al-Lahem issa qed jaffaċċja smigħ dixxiplinarju fil-Ministeru tal-Ġustizzja, fejn is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu sospensjoni għal tliet snin u t-tneħħija mil-lista ta' l-avukati;
F. billi s-Sur Al-Lahem iddefenda wkoll il-każijiet tal-koppja Fatima u Mansour Al-Taimani, ġenituri ta' żewġt itfal, li ġew sfurzati biex jiddivorzjaw f'Lulju ta' l-2007, fuq it-talba ta' ħu l-mara, ibbażata fuq l-argument li l-linja tribali ta' Fatima kienet superjuri għal dik tar-raġel tagħha; billi t-tnejn li huma nżammu l-ħabs għal ġranet, saħansitra xhur, flimkien mat-tfal tagħhom talli rrifjutaw li jaċċettaw id-divorzju, u billi minn dak iż-żmien 'l hawn Fatima ġiet obbligata tgħix f'kenn minħabba li tirrifjuta li tmur lura għand il-familja tagħha,
G. huwa mħasseb b'mod partikulari li l-kriminalizzazzjoni ta' kwalunkwe kuntatt mill-qrib bejn individwi mhux miżżewġin tas-sess oppost fl-Arabja Sawdita ma tħallix li l-vittmi ta' stupru jirrikorru għall-ġustizzja, u mħasseb ukoll dwar il-fatt li meta mara tagħmel akkuża ta' stupru, il-qorti tista' tqis dan bħala ammissjoni ta' relazzjoni sesswali barra miż-żwieġ sakemm hija ma tippruvax, permezz ta' evidenza soda, li dan il-kuntatt ma kienx kunsenswali,
H. billi bejn wieħed u ieħor hemm żewġ miljuni ta' nisa migranti impjegati bħala ħaddiema domestiċi fl-Arabja Sawdita, li ta' sikwiet jiġu soġġetti għal abbużi mill-awtoritajiet statali u minn min iħaddem fis-settur privat, inklużi trattament fiżiku u psikoloġiku ħażin u nuqqas ta' ħlas ta' salarju, detenzjoni mingħajr akkuża jew proċess u saħansitra piena kapitali wara proċedimenti legali inġusti,
I. jiġbed attenzjoni partikulari għall-każijiet ta' Rizana Nafeek, mis-Sri Lanka, impjegata bħala ħaddiem domestiku li ġiet ikkundannata għall-piena kapitali f'Ġunju ta' l-2007, minħabba l-mewt ta' tarbija li kienet fil-kustodja tagħha meta kellha biss 17-il sena, u tal-ħaddiema domestiċi mill-Indonesja, Siti Tarwiyah Slamet u Susmiyati Abdul Fulan, li ġew imsawta sal-mewt mill-familja li kienet qed timpjegahom f'Awwissu ta' l-2007 filwaqt li tnejn oħra ġew feruti serjament,
J. jinnota li l-Partijiet Statali għall-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem (bħas-CEDAW) għandhom l-obbligu li jiżguraw id-drittijiet ugwali ta' l-irġiel u tan-nisa,
1. Jinsisti li l-gvern ta' l-Arabja Sawdita jieħu passi ulterjuri immirati biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet minn fuq id-drittijiet tan-nisa, inkluż il-moviment ħieles tagħhom, minn fuq il-projbizzjoni tas-sewqan, minn fuq l-opportunitajiet ta' impjieg tagħhom, minn fuq il-persunalità legali tagħhom u minn fuq ir-rappreżentanza tagħhom fil-proċessi ġudizzjarji, u biex jiġu eliminati l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-ħajja pubblika u f'dik privata u biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tagħhom fl-isferi ekonomiċi, soċjali u politiċi;
2. Jiddeplora d-deċiżjoni meħuda hawn fuq mill-Qorti Ġenerali ta' Qatif biex tikkastiga vittma ta' stupru; jistieden lill-awtoritajiet ta' l-Arabja Sawdita biex jannullaw is-sentenza u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontra l-vittma ta' l-istupru;
3. Jinnota li, fit-3 ta' Ottubru 2007, ir-Re Abdullah ħabbar riforma ġudizzjarja, filwaqt li wiegħed it-twaqqif ta' qrati speċjalizzati ġodda u taħriġ aħjar għall-imħallfin u għall-avukati; ifakkar li, f'Mejju ta' l-2007, ġie rrapportat li r-Re Abdullah ordna li titwaqqaf qorti ġdida li għandha tispeċjalizza fis-smigħ ta' każijiet ta' vjolenza domestika;
4. Iqis li kampanja għall-promozzjoni ta' kuxjenza rigward il-vjolenza kontra n-nisa fl-Arabja Sawdita, speċjalment il-vjolenza domestika, tkun inizjattiva ferm milqugħa, li għandha tiddaħħal bħala kwistjoni ta' urġenza;
5. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jirrevedu u jinfurzaw il-liġijiet nazzjonali tax-xogħol sabiex tiġi pprovduta l-istess protezzjoni għall-ħaddiema domestiċi bħal dik li teżisti għal ħaddiema ta' fergħat oħra u biex jiżguraw il-prosekuzzjoni ta' dawk li jħaddmu u li jkunu responsabbli għal abbużi sesswali jew fiżiċi, u għal abbużi ta' drittijiet tax-xogħol li jiksru l-liġijiet nazzjonali eżistenti;
6. Jistieden lill-Gvern ta' l-Arabja Sawdita biex jirrevedi l-każijiet kollha ta' tfal delinkwenti li ġew ikkundannati għall-mewt, biex jissospendi s-sentenzi tal-mewt għal tfal delinkwenti u biex jintroduċi moratorium fuq il-piena kapitali;
7. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu dawn il-kwistjonijiet fil-Kunsill Konġunt u l-Laqgħa Ministerjali li jmiss bejn l-UE u l-Kunsill ta' Koperazzjoni għall-Istati Arabi tal-Golf;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Gvern ta' l-Arabja Sawdita, lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Islamika u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għall-Istati Arabi tal-Golf.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar ġustizzja għan-nisa tas-serħan (skjavi sesswali fl-Asja qabel u matul it-Tieni Gwerra Dinjija)
– wara li kkunsidra l-200 anniversarju mill-abolizzjoni tal-kummerċ ta' l-ilsiera fl-2007,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Qerda ta' l-Ittraffikar tan-Nisa u t-Tfal (1921), li l-Ġappun huwa firmatarju tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 29 dwar ix-Xogħol Sfurzat ta' l-ILO(1930), li hija rratifikata mill-Ġappun,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti1325 (2000) dwar in-Nisa u l-Paċi u s-Sigurtà,(
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Gay McDougall, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-Istupru Sistematiku, l-Iskjavitù Sesswali u l-Prattiċi ta' l-Iskjavitù waqt il-Kunflitti Armati (22 ta' Ġunju 1998),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tat-38 sessjoni tal-Kumitat tan-NU ta' Kontra t-Tortura (9-10 ta' Mejju 2007),
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' Studju ta' Dokumenti tal-Gvern Olandiż dwar il-Prostituzzjoni Sfurzata ta' Nisa Olandiżi fl-Indji tal-Lvant Olandiżi Matul l-Okkupazzjoni Ġappuniża, L-Aja (2004),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet dwar in-nisa tas-serħan tal-Kungress Amerikan, adottati fit-30 ta' Lulju 2007, u dawk tal-Parlament Kanadiż, adottati fid-29 ta' Novembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-gvern tal-Ġappun, matul il-kolonjaliżmu u l-okkupazzjoni ta' żmien il-gwerra ta' l-Asja u tal-Ġżejjer tal-Paċifiku mis-snin 1930 sa l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, kien ikkummissjona b'mod uffiċjali l-akkwist ta' xebbiet, li kienu saru magħrufa mad-dinja bħala ianfu jew 'nisa tas-serħan', għall-għan waħdieni ta' jasar sesswali għall-Forzi Armati Imperjali tiegħu,
B. billi s-sistema tan-'nisa tas-serħan' inkludiet l-istupru ta' nisa minn bosta rġiel (gang rape), aborti sfurzati, umiljazzjonijiet u vjolenza sesswali li rriżultat f'mutilazzjoni, mewt jew suwiċidju eventwali, f'wieħed mill-ikbar każijiet ta' traffikar ta' bnedmin fis-seklu 20,
C. billi bosta każi li tressqu min-'nisa tas-serħan' quddiem qrati Ġappuniżi spiċċaw kollha fiċ-ċaħda tat-talbiet tal-vittmi għall-kumpens, minkejja li diversi sentenzi tal-qrati jirrikonoxxu l-involviment dirett jew indirett tal-Forzi Armati Imperjali u r-responsabilità ta' l-istat,
D. billi bosta mill-vittmi tas-sistema tan-'nisa tas-serħan' diġà mietu, u dawk li għadhom ħajjin għandhom 80 sena jew iżjed;
E. billi matul dawn l-aħħar snin bosta membri u uffiċjali għoljin tal-Gvern Ġappuniż għamlu stqarrijiet ta' apoloġija dwar is-sistema tan-'nisa tas-serħan', filwaqt li sfortunatament ċerti uffiċjali Ġappuniżi riċentement esprimew ix-xewqa li jdgħajjfu jew li jirrevokaw dawk l-istqarrijiet,
F. billi l-iskala sħiħa tas-sistema ta' l-iskjavitù sesswali qatt ma nkixfet kollha kemm hi mill-gvern Ġappuniż u xi kotba ġodda u obbligatorji wżati fl-iskejjel Ġappuniżi jippruvaw jimminimizzaw it-traġedja tan-'nisa tas-serħan' u reati tal-gwerra Ġappuniżi oħrajn li saru matul it-Tieni Gwerra Dinjija,
G. billi l-mandat tal-Fond għan-Nisa Asjatiċi, li huwa fondazzjoni privata mibdija mill-gvern u li l-għan tagħha hu l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti li jikkumpensaw l-abbuż u s-sofferenza tan-'nisa tas-serħan', ġie fi tmiemu fil-31 ta' Marzu 2007,
1. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-relazzjoni eċċellenti li hemm bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun li hija bbażata fuq il-valuri komuni tad-demokrazija b'diversi partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem;
2. Jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nisa li kienu vittmi tas-sistema tan-'nisa tas-serħan' matul it-Tieni Gwerra Dinjija;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrijiet tas-Segretarju tal-Kabinett Ġappuniż Yohei Kono fl-1993 u tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Tomiichi Murayama fl-1995 dwar in-'nisa tas-serħan', kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament (id-Diet) Ġappuniż ta' l-1995 u ta' l-2005 li esprimew l-apoloġiji tagħhom lejn il-vittmi ta' żmien il-gwerra, inklużi dawk tas-sistema tan-'nisa tas-serħan';
4. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva li kien ħa l-Gvern Ġappuniż fl-1995 li jwaqqaf il-Fond għan-Nisa Asjatiċi (li llum intemm) - fondazzjoni privata li fil-biċċa l-kbira tagħha kienet iffinanzjata mill-gvern - li qassmet xi kumpens għad-dannu lil bosta mijiet ta' 'nisa tas-serħan', iżda jqis li din l-inizjattiva umanitarja ma tistax tissodisfa t-talbiet tal-vittmi għal rikonoxximent legali skond il-liġi internazzjonali, kif stqarret ir-Rapporteur Speċjali Gay McDougall, fir-rapport tagħha imsemmi hawn fuq ta' l-1998;
5. Jitlob lill-Gvern Ġappuniż biex jirrikonoxxi, japoloġizza u jaċċetta formalment ir-responsabilità storika u legali, b'mod ċar u bla ekwivoki, għall-isfurzar tax-xebbiet fl-iskjavitù sesswali mill-Forzi Armati Imperjali, magħrufa mad-dinja bħala 'nisa tas-serħan', matul l-okkupazzjoni ta' żmien il-gwerra u kolonjali ta' l-Asja u tal-Ġżejjer tal-Paċifiku mis-snin 1930 sa l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija,
6. Jitlob lill-Gvern Ġappuniż biex jimplimenta l-mekkaniżmi amministrattivi effettivi biex jipprovdi kumpens għall-vittmi kollha li għadhom ħajjin tas-sistema ''comfort women'' u lill-familji tal-vittmi li mietu;
7. Jitlob lill-Parlament Ġappuniżabiex jieħu miżuri legali biex jelimina l-ostakli eżistenti għall-kisba ta' kumpens quddiem il-qrati Ġappuniżi; b'mod partikolari, id-dritt għall-individwi biex jitlobu permezz ta' każ kontra l-gvern li jingħatalhom kumpens għandu jiġi rikonoxxut b'mod espliċitu fil-liġi nazzjonali, u każijiet għal għoti ta' kumpens għall-vittmi li baqgħu ħajjin wara skjavitu' sesswali, li huwa att kriminali skond il-liġi internazzjonali, għandhom jingħataw prijorità, billi jittieħed kont ta' l-età tal-vittmi;
8. Jitlob lill-gvern tal-Ġappun biex jiċħad pubblikament dikjarazzjonijiet li jgħidu li s-sottomissjoni u l-iskjavitu' ta' ''nisa tas-serħan'' qatt ma seħħet;
9. Iħeġġeġ lin-nies Ġappuniżi u lill-gvern biex jieħdu passi ulterjuri biex jirrikonoxxu l-istorja sħiħa tan-nazzjon tagħhom bħalma hu d-dmir morali tal-pajjiżi kollha, biex iqajmu kuxjenza fil-Ġappun fir-rigward ta' l-azzjonijiet ta' dan in-nazzjon fl-1930s u fl-1940s, inkluż b'konnessjoni man-''nisa tas-serħan''; jitlob lill-gvern tal-Ġappun biex jeduka lill-ġenerazzjonijiet kurrenti u futuri dwar dawk l-avvenimenti;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' Istati Membri lill-Gvern u lill-Parlament Ġappuniż, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvernijiet ta' l-istati ta' l-ASEAN, lir-Repubblika Popolari Demokratika tal-Korea, lir-Repubblika tal-Korea, lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lit-Taiwan u lit-Timor-Leste.