Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0246(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0406/2007

Testi mressqa :

A6-0406/2007

Dibattiti :

PV 14/01/2008 - 18
CRE 14/01/2008 - 18

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2008 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0005

Testi adottati
PDF 289kWORD 59k
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2008 - Strasburgu
L-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi ***I
P6_TA(2008)0005A6-0406/2007
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi (COM(2006)0745 – C6-0439/2006 – 2006/0246(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0745),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0439/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0406/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jieħu nota ta' l-istqarrija tal-Kummissjoni annessa magħha;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi
P6_TC1-COD(2006)0246

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 689/2008.)


Anness

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-merkurju u ta' l-arseniku fl-applikazzjoni tar-Regolament CIP

Il-Kummissjoni tenfasizza li, f'konformità ma' l-Artikolu 22, (2), tar-Regolament (KE) Nru 304/2003, jekk l-arseniku metalliku jkun pprojbit jew irregolat strettament fil-Komunità, għandha tiġi mfassla proposta biex l-anness ikkonċernat jiġi adattat. Hija tikkummenta wkoll li għaddejja ħidma fil-Kunsill u l-Parlament bil-ħsieb li tiġi elaborata proposta biex jiġu pprojbiti l-esportazzjonijiet tal-merkurju mill-Komunità, li tmur lil hinn mir-rekwiżit ta' kunsens ikkomunikat minn qabel previst fil-konvenzjoni ta' Rotterdam u fir-regolament komunitarju li jimplimentaha.

Avviż legali - Politika tal-privatezza