Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2114(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0502/2007

Testi mressqa :

A6-0502/2007

Dibattiti :

PV 15/01/2008 - 18
CRE 15/01/2008 - 18

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2008 - 4.4
CRE 16/01/2008 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0013

Testi adottati
PDF 322kWORD 93k
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2008 - Strasburgu
It-tagħlim għall-Adulti: Qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem
P6_TA(2008)0013A6-0502/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2008 dwar tagħlim għall-adulti: qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem (2007/2114(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Tagħlim għall-Adulti: qatt m'hu tard wisq biex titgħallem" (COM(2006)0614),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar sfidi demografiċi u solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet"(3),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 149 sa 150 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-25 ta" Settembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta" statistiki dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim għal tul il-ħajja(4),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-24 ta" Ottubru 2007 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Qafas ta" Kwalifiki Ewropew għal tagħlim għal tul il-ħajja(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta" Settembru 2007 dwar l-effiċjenza u l-ugwaljanza f'sistemi ta" edukazzjoni u taħriġ Ewropej(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta" Marzu 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2006-2010)(7) u tas-27 ta" Settembru 2007 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea - 2007(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0502/2007),

A.   billi t-tagħlim għall-adulti qiegħed isir prijorità politika u jeħtieġ programmi konkreti u xierqa, viżibilità, aċċess, riżorsi u metodi ta" analiżi,

B.   billi l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fatturi kritiċi sabiex jinkisbu l-għanijiet ta" l-Istrateġija ta" Liżbona sabiex jiżdiedu t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-inklużjoni soċjali,

C.   billi jeħtieġ li 4 miljun adult addizzjonali jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja sabiex jiksbu r-rata ta" parteċipazzjoni tal-benchmark li sar qbil dwaru mill-Istati Membri fil-qafas tal-proċess ta" l-"Edukazzjoni u Taħriġ 2010",

D.   billi sistema ta" tagħlim għall-adulti effiċjenti bi prijoritajiet ċari u implimentazzjoni mmonitorjata, integrata fi strateġiji ta" tagħlim għal tul il-ħajja, tista" tappoġġja l-integrazzjoni lingwistika, soċjali u kulturali ta" gruppi esklużi, bħal emigranti u r-Roma, li bosta minnhom jħallu l-iskola minn kmieni,

E.   billi l-investiment fl-edukazzjoni adulta jżid ir-riżultati soċjali u kulturali f'termini ta' żieda fil-benessri u s-sodisfazzjon individwali u fiċ-ċittadinanza attiva,

F.   billi l-kontribut essenzjali tat-tagħlim għall-adulti, permezz tal-kisba ta' kompetenzi importanti, huwa essenzjali għall-impjegabilità u l-mobilità fis-suq tax-xogħol u għall-inklużjoni soċjali,

G.   billi data effiċjenti hija meħtieġa biex tkun osservata, mqabbla u analizzata l-multipliċità ta" l-alternattivi tat-tagħlim għall-adulti biex ikunu żviluppati politiki,

H.   billi l-informazzjoni dwar u l-aċċess għas-sistemi tat-tagħlim tul il-ħajja jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor,

I.   billi r-rikonoxximent u l-validar ta' tagħlim formali, mhux formali u informali jifformaw il-pedament fi strateġija għal tagħlim għal tul il-ħajja,

J.   billi huwa urġenti li ssir konnessjoni bejn it-tagħlim għall-adulti mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u li jiżdied il-potenzjal tiegħu fir-rigward ta' kompetenzi ewlenin u ta' kompetenzi soċjali u personali.

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta' Azzjoni għat-Tagħlim għall-Adulti;

2.  Jirrikonoxxi li miżuri għandhom jittieħdu f'livelli varji li fihom, minbarra l-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea trid tkun involuta wkoll, biex tippromwovi, issaħħaħ u tistabbilixxi t-tkabbir ta" kultura ta" tagħlim, b'mod speċjali għall-adulti;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintroduċu kultura ta' tagħlim tul il-ħajja, li primarjament tiffoka fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti, billi jimplimentaw politiki u azzjonijiet maħsuba biex jippromwovu l-kisba ta' l-għarfien, billi jagħmlu dan iżjed attraenti u aċċessibbli, u billi jaġġornaw il-kwalifiki b'mod permanenti;

4.  Jenfasizza l-importanza ta" l-ugwaljanza tas-sessi fir-rigward ta" programmi relatati mat-tagħlim għal tul il-ħajja, biex kemm l-irġiel u n-nisa jistgħu jieħdu vantaġġ bl-istess mod tal-possibilitajiet offruti b'tagħlim bħal dan; jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-għodod disponibbli kollha għall-immonitorjar ta" politiki sensittivi ta" l-ugwaljanza tas-sessi fil-preparazzjoni tat-tagħlim għall-adulti, b'koperazzjoni ma" l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi;

It-titjib tal-motivazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti

5.  Iħeġġeġ it-titjib fil-promozzjoni ta' l-edukazzjoni adulta sabiex iżjed nies ikunu motivati biex jieħdu sehem f'edukazzjoni bħal din; jikkunsidra li l-edukazzjoni għall-adulti għandha tilgħab rwol ewlieni f'politiki li jippromwovu kultura ġenerali ta' tagħlim, permezz ta' kampanji mill-media u ta' servizzi ta' informazzjoni, ta' gwida u ta' pariri, u b'mod partikulari, b'servizzi ta' informazzjoni, ta' gwida u ta' pariri maħsubin għal gruppi żvantaġġjati; jikkunsidra li, jekk se tkun effettiva, promozzjoni bħal din għandha tkun akkumpanjata b'politiki attivi min-naħa ta' l-Istati Membri li se jagħmluha aktar faċli għal persuni li jikkombinaw l-edukazzjoni max-xogħol u l-ħajja tal-familja;

6.  Jaqbel li linji speċjali tat-telefon u websites huma mezz ta" suċċess ħafna li bih tkun promossa l-edukazzjoni għall-adulti;

7.  Jikkunsidra li l-promozzjoni tat-tagħrif tal-media b'mod ġenerali u l-edukazzjoni vokazzjonali għandhom l-irwol essenzjali biex tintgħeleb il-qasma diġitali bejn il-ġenerazzjonijiet;

Data statistika

8.  Huwa tal-fehma li hemm il-ħtieġa ta' data statistika kumparabbli sabiex jiġu żviluppati u ssorveljati politiki fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti kif ukoll biex jiġu pprovduti indikazzjonijiet u orjentazzjonijiet għall-Programm integrat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja;

9.  Jikkunsidra li l-Istħarriġ Ewropew dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti għandu jkun appoġġjat bħala mezz biex tinġabar l-informazzjoni kumparabbli dwar l-edukazzjoni għall-adulti u biex jiġu promossi kunċetti komuni;

10.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jinkuraġġixxu l-iskambju ta' prattiki tajba;

Ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-familja u t-tagħlim tul il-ħajja u l-provvediment effettiv tat-tagħlim

11.  Ifakkar fl-objettivi tal-Kunsill Ewropew ta" Barċellona tal-15 u tas-16 ta" Marzu 2002 u jenfasizza l-progress imwettaq mill-Istati Membri lejn il-kisba ta" l-objettivi tal-provvediment ta" postijiet ta" nursery u kindergarten u edukazzjoni ta" qabel l-iskola, kif ukoll l-istabbiliment tal-"ġurnata ta" kura tat-tfal u kura ta" persuni dipendenti oħrajn"; jinnota li fl-istess waqt xi Stati Membri jinsabu lura ħafna fl-iskeda biex jilħqu l-objettivi ta' Barċellona;

12.  Jinnota li r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja max-xogħol u t-tagħlim tul il-ħajja teħtieġ mhux biss iżjed flessibilità fl-immaniġġjar tal-ħin u l-ispazju, iżda wkoll inċentivi soċjali, ekonomiċi u fiskali sabiex ikun promoss l-aċċess ta' l-adulti għall-programmi ta' tagħlim u edukazzjoni;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa għal użu mtejjeb ta" teknoloġiji ġodda u josserva, f'dan ir-rigward, li l-iżvilupp ta" l-aċċess għall-internet u ta' programmi ta' inklużjoni diġitali mfassla biex jevitaw il-qasma diġitali għandhom ikunu promossi u li sorsi ġodda ta' tagħrif u mezzi ta' tagħlim, bħal programmi ta' tagħlim bid-distanza u l-provvediment ta' positjiet ta' tagħlim għandhom ikunu inkoraġġuti u l-aċċess possibbli għal kulħadd;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-aċċess tan-nisa għal teknoloġiji ġodda, inklużi nisa li jgħixu f'zoni remoti u rurali u nisa anzjani, b'hekk jingħataw possibilità ugwali li jikkompetu fis-suq tax-xogħol; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jappoġġja passi li jnaqqsu l-qasma bejn l-irġiel u n-nisa f'termini ta" kwalifiki tekniċi u xjentifiċi;

15.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitwessa" l-iskop tal-faċilitajiet pubbliċi u privati tal-kura tat-tfal u biex ikunu involuti u inkoraġġuti impjegati, li jistgħu jipprovdu faċilitajiet tal-kura tat-tfal tal-kumpanija u skop għal ġenituri biex jirritornaw għax-xogħol, b'mod partikulari ommijiet, u sabiex il-ġenituri jkollhom l-opportunità li jkomplu bit-taħriġ għal tul il-ħajjawaqt li jkomplu jaħdmu. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal provvediment imtejjeb ta" faċilitajiet pubbliċi biex jassistu lil min hu dipendenti u lill-anzjani;

Solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (kontra l-" getto tal- etajiet") u solidarjetà interkulturali

16.  Ifakkar li l-bidliet demografiċi se jippreżentaw lill-Istati Membri sensiela ta' sfidi interkonnessi u kumplessi, u li s-soċjetajiet tagħna se jkollhom jiżviluppaw forom ġodda ta' solidarjetà bejn il-kulturi u bejn il-ġenerazzjonijiet;

17.  Jipproponi, għalhekk, li tittejjeb it-trażmissjoni u l-iskambju ta' l-għarfien, tal-kapaċitajiet u ta' l-esperjenza ta' l-adulti, b'mod partikulari bejn il-ġenerazzjonijiet, fil-forma ta' skemi ta' taħriġ li jappoġġjaw diversi attivitajiet ta' l-imprenditorija u ta' l-artiġġjanat; jikkunsidra ukoll li huwa importanti li l-għalliema responsabbli jkunu konnessi b'netwerk li permezz tiegħu jkunu jistgħu jaqsmu u jiskambjaw l-informazzjoni;

18.  Jenfasizza l-importanza ta' "approċċ ta' tagħlim fil-familja", fejn il-ġenituri jkunu motivati li jkomplu jistudjaw għax ikunu jridu jgħinu lil uliedhom biex jirnexxu fl-iskola;

19.  Jappoġġja l-iżvilupp ta' programmi ta' volontarjat f'dak li għandu x'jaqsam mas-sehem li jagħtu fis-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u fir-rikonoxximent ta' l-esperjenza u l-kwalifiki;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa, fil-kuntest tal-mobilità u tal-koeżjoni soċjali, li jiġu provduti, speċjalment għall-immigranti, opportunitajiet flessibbli għall-edukazzjoni u għall-programmi ta' taħriġ kif ukoll kundizzjonijiet xierqa biex iwettquhom;

L-importanza tat-tagħlim tal-lingwi u l-bżonnijiet speċifiċi ta' gruppi f'riskju

21.  Jikkunsidra t-twaqqif ta' ċentri nazzjonali u lokali għall-appoġġ ta' l-immigranti bħala għodda ewlenija li tagħmel disponibbli informazzjoni utli u tipprovdi kjarifika dwar kwistjonijiet konnessi ma' l-integrazzjoni sħiħa ta' l-immigranti fis-soċjetà;

22.  Itenni l-importanza li jkun provdut appoġġ akbar għal korsijiet tal-lingwa – b'mod speċjali għal dawk immirati lejn l-emigranti – u biex jinkoraġġixxi t-tagħlim ta" lingwi barranin fost il-popolazzjoni b'mod ġenerali;

23.  Jappoġġja l-idea li jitwaqqfu "verifiki tal-kompetenzi" għall-immigranti, għal dawk li ma tantx għandhom kwalifiki u għall-persuni b'diżabilità; jemmen li minbarra li jġibu benefiċċji ekonomiċi, dawn il-verifiki tal-kwalifiki jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-razziżmu, tal-ksenofobija, tad-diskriminazzjoni u ta' l-esklużjoni;

L-aċċess għal edukazzjoni ogħla

24.  Jikkunsidra li aċċess għal edukazzjoni ogħla għandha tinkludi pubbliku aktar wiesa", inklużi adulti bl-esperjenza tax-xogħol u persuni aktar anzjani, għal liema skop sistemi ta" edukazzjoni għandhom ikunu adattati u magħmula aktar flessibbli; u li miżuri ta" infrastruttura xierqa u provvediment ta' riżorsi ta' persunal iridu jkunu promossi;

25.  Jinnota li l-imodernizzar tas-sistemi ta' l-iskejjel sekondarji huwa neċessarju sabiex dawn isiru iżjed kompetittivi, flessibbli, aċċessibbli u effiċjenti;

It-titjib fil-kwalità, fit-tagħlim u fil-varjetà tal-provvediment

26.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' persunal ta' kwalità għolja fil-qasam ta' l-edukazzjoni għall-adulti; jemmen li għandu jingħata appoġġ għal programmi speċifiċi għall-għalliema ta' l-adulti u jinkuraġġixxi t-twaqqif ta' programmi ta' gradi universitarji li jwasslu għal diploma fl-edukazzjoni għall-adulti;

27.  Jappoġġja azzjonijiet maħsubin biex iżidu t-trasferiment tal-kompetenzi u l-mobilità fit-tagħlim għall-adulti, bħal:

   a) l-implimentazzjoni u t-tkabbir tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki ta' l-EUROPASS;
   b) ir-rikonoxximent u l-ivvalidar ta' ħiliet bażiċi, ta' kompetenzi ewlenin, u ta' kwalifiki u edukazzjoni formali, mhux formali u informali sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tar-riżultati tat-tagħlim, u b'hekk jiġu ffaċilitati s-suċċess fit-tagħlim u t-tranżizzjoni bejn toroq differenti ta' tagħlim;

Perspettivi ta" impjieg

28.  Jaqbel mal-ħsieb li t-tagħlim għal tul il-ħajja għandu l-irwol importanti l-ewwel u qabel kollox biex itejjeb l-inklużjoni soċjali u l–possibilità ta" impjieg, iżda wkoll fl-iżvilupp personali ta" l-individwu u biex jintgħelbu l-possibilitajiet ta" nuqqas ta" konverġenza fis-suq tax-xogħol u l-kisba tal-mira ta" Lisbona għal rata ta" parteċipazzjoni ogħla għal dawk ta" "l fuq minn 50 sena, kif ukoll għal kompetittività;

29.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim ta" l-adulti biex tinkiseb il-mira li jinħolqu impjiegi aħjar fl-Ewropa kif ukoll li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u jkun promoss l-iżvilupp individwali, is-sodisfazzjoni personali u ċ-ċittadinanza attiva; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta" kumpaniji li jipprevedu kompetenzi ġodda u rekwiżiti tas-suq tax-xogħol biex il-provvediment ta" edukazzjoni għall-adulti tirrifletti t-talba għal ħiliet; jinnota li l-kontenut għal edukazzjoni jrid ikun imfassal għal rekwiżiti vokazzjonali u prattiċi; jenfasizza l-importanza ta" l-irwol ta' sħubija soċjali f'dan ir-rigward;

30.  Jinnota li t-tagħlim għal tul il-ħajja ma jżidx biss il-possibilità ta" impjieg għal ħaddiema, iżda jżid ukoll l-adattabilità tagħhom kif ukoll il-mobilità ġeografika u vokazzjonali, li hija importanti għall-iffunzjonar tas-suq intern; jenfasizza l-valur tal-promozzjoni tat-tagħlim tat-tieni (u t-tielet) lingwa biex tkun faċilitata aktar mobilità tal-ħaddiem;

31.  Jenfasizza l-fatt li livell baxx ta" kwalifika, li hija s-sitwazzjoni attwali ta" terz tal-ħaddiema Ewropej (72 miljun ħaddiem), jimplika riskju għoli ta" qgħad, u li permezz tat-taħriġ l-individwu se jkompli jkollu jew jakkwista kompetenzi meħtieġa biex jiggwadanja xogħol u jtejjeb il-kwalità tiegħu. Jenfasizza l-importanza ta" rikonoxximent u validazzjoni tal-ħiliet akkwistati permezz ta" tagħlim mhux formali u informali, li jipprovdi bażi għall-iżvilupp ta" tagħlim għal tul il-ħajja kemm fl-oqfsa nazzjonali ta" kwalifiki vokazzjonali u kemm fil-Qafas ta" Kwalifiki Ewropew;

32.  Jenfasizza l-importanza taċ-ċittadini kollha li jkollhom aċċess u opportunitajiet ugwali biex jieħdu sehem fi programmi ta" tagħlim għal tul il-ħajja; jiddispjaċih f'dan il-kuntest bil-fatt li dawk bl-aktar livelli baxxi ta' edukazzjoni tal-bidu, nisa, immigranti, anzjani, persuni f'zoni rurali u l-persuni b'diżabilità huma dawk li l-anqas għandhom tendenza li jipparteċipaw; u jikkunsidra lijridu jkunu offruti metodi u programmi differenti u adattati; f'dan il-kuntest huwa tal-ħsieb li enfasi speċjali għandha tingħata għal edukazzjoni u taħriġ f'teknoloġiji ġodda għal ħaddiema u l-persuniqegħda, u jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-użu ta" informazzjoni ġdida u komunikazzjonijiet tat-tekonoloġiji għal skopijiet edukattivi, billi għandhom l–irwol ewlieni biex jiżguraw opportunitajiet ugwali għal kulħadd, jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni għat-tagħlim għal tul il-ħajja, u għal dawk bl-aktar livelli baxxi ta" edukazzjoni li jirċievu promozzjoni u ffinanzjar partikulari;

33.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim ta" l-adulti inklużi l-lingwa u l-ħiliet vokazzjonali biex ikunu integrati l-emigranti u tiżdied il-possibilità tagħhom li jkunu impjegati u tittejjeb il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol kif ukoll tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali tagħhom;

34.  Jenfasizza l-importanza li l-imsieħba soċjali jkunu involuti b'mod attiv kif ukoll partijiet oħra li għandhom sehem, inklużi NGOs soċjali, peress li permezz ta' sħubiji soċjali li jiffunzjonaw biss li dawk li jimpjegaw u l-impjegati jistgħu jipproċedu fuq l-istess livell; jikkunsidra li fl-Istati Membri mingħajr struttura żviluppata ta" sħubija soċjali l-ħolqien tagħha għandu jingħata appoġġ;

35.  Jenfasizza l-importanza ta" l- Fond Soċjali Ewropew (ESF) u ta" fondi strutturali oħrajn biex jilħaq il-mira ta" tagħlim għal tul il-ħajja għal kulħadd u jħeġġeġ għall-immonitorjar tal-Fondi Strutturali biex ikun żgurat li jkun allokat aktar għal dawk li jeħtieġu l-aktar it-tagħlim għal tul il-ħajja; jiddispjaċih li f'xi Stati Membri ma ingħatawx prijorità u finanzjar biżżejjed biex jiżdied l-aċċess għal opportunitajiet ta" tagħlim għal adulti, b'mod speċjali għal ħaddiema anzjani u ta" ħiliet baxxi; jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-Fondi Strutturali b'mod aktar attiv, u b'mod partikulari l-ESF; jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-programmi speċifiċi f'dan il-qasam;

36.  Jenfasizza li t-titjib tal-provvista tat-tagħlim għal adulti, il-provvediment ta" informazzjoni u l-iffaċilitar li jingħaqqad ix-xogħol mal-ħajja tal-familja huma essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni u huma stimulanti jekk ikunu magħquda ma" inċentivi; jinnota li miżuri biex jippromwovu provvediment effettiv jinkludu d-disponibilità ta' siti ta' tagħrif, faċilitar ta' tagħrif fil-post tax-xogħol bl-aġġustament tas-sigħat tax-xogħol, il-provvediment ta' faċilitajiet tal-kura tat-tfal lokalment, servizzi ta" tagħlim bid-distanza għal persuni b'diżabilità jew vulnerabbli f'zoni remoti, informazzjoni u gwidar dwar miżuri tat-tagħlim għal tul il-ħajja u dwar opportunitajiet ta" xogħol, programmi mfassla b'mod speċifiku u disponibilità ta" arranġamenti ta" tagħlim flessibbli; jenfasiżża li tali miżuri jridu jiġu rikonoxxuti wkoll b'mod ġenerali u għandhom jikkontribwixxu għal avvanz professjonali;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw r-rati baxxi ta" xogħol ta" ħaddiema anzjani, b'mod partikulari dawk li kellhom karrieri atipiċi jew nuqqas ta" ħiliet fl-ICT, u biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta" tagħlim għal tul il-ħajja f'kull livell biex jiffaċilitaw il-progress fix-xogħol, kemm jekk huwa l-ewwel impjieg, kemm jekk huwa ritorn għax-xogħol jew ix-xewqa li jtawwlu l-ħajja tax-xogħol; jikkunsidra li huwa importanti wkoll li kumpaniji jkunu inkoraġġuti, u li jinħolqu inċentivi għal dan il-għan, biex jimpjegaw jew jaħtru impjegati anzjani għal aktar żmien, peress li bħala regola huma kompetenti ħafna, ta" l-esperjenza, effiċjenti u mħarrġa ħafna;

38.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ħaddiema li huma obbligati li jibdlu l-impjieg tagħhom wara inċident fil-post tax-xogħol jew mard jistgħu jipparteċipaw fit-tkomplija tat-taħriġ u jtejbu l-prospetti tal-karriera tagħhom;

39.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jipprovdu inċentivi ekonomiċi u oħrajn sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu joqgħodu aktar fuq ix-xogħol u biex jenkoraġġixxu lill-min iħaddem jimpjega u jżomm ħaddiema anzjani, billi jipprovdi opportunitajiet ta" tagħlim għal tul il-ħajja u billi jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità fix-xogħol;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kull Stat Membru jieħu l-passi legali u finanzjarji meħtieġa biex joffri u jipprovdi aċċess għal tagħlim għal tul il-ħajja għal impjegati kollha u għal dawk li jfittxu x-xogħol;

Finanzjar

41.  Jistieden lill-investituri biex jiffukaw l-attenzjoni fuq l-iżvilupp ta" programmi, ħiliet u kwalifiki li jippermettu n-nisa li jakkwistaw bażi fil-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u biex itejbu l-kwalifiki tagħhom bil-ħsieb li javanzaw għal pożizzjonijiet eżekuttivi;

42.  Jistieden biex il-prattika tal-finanzjament u l-organizzar ta' tagħlim minn min iħaddem għall-impjegati tagħhom isiru iżjed wesgħin u appoġġjati permezz ta' konċessjonijiet fiskali, minħabba li l-kwalifiki u l-ħiliet ta' l-impjegati huma aspett ewlieni ta' l-innovazzjoni, tal-produttività u tal-kompetittività;

43.  Jikkunsidra li l-edukazzjoni għall-adulti għandha tilħaq livelli ta" ħiliet għoli fis-setturi kollha permezz ta" attivitajiet edukattivi u kulturali ta" kwalità għolja u mudelli ta" taħriġ, biex tiżgura li t-tagħrif u l-ħiliet ta" l-individwu jkunu jaqblu mat-tibdiliet f'dak li huwa meħtieġ għal ħaddiema u t-tibdiliet fl-organizzazzjoni tax-xogħol u fil-metodi tax-xogħol;

44.  Iħeġġeġ il-koordinazzjoni, il-koperazzjoni, l-effiċjenza u t-trasparenza bejn il-miżuri leġiżlattivi u l-oqfsa istituzzjonali, in-networks u l-isħubijiet ta' korpi jew assoċjazzjonijiet istituzzjonali li huma konnessi mat-tagħlim għall-adulti, bl-użu ta' riżorsi finanzjarji lokali, reġjonali u Ewropej (pubbliċi jew privati);

45.  Jikkunsidra li huwa essenzjali li jiġu offruti inċentivi finanzjarji li jippermettu li n-nies ikollhom aċċess liberu għat-taħriġ u l-edukazzjoni u għall-benefiċċji li dawn iġibu magħhom; jinnota li inċentivi finanzjarji bħal dawn jistgħu jieħdu l-forma ta' inċentivi fiskali, konċessjonijiet, għotjiet, finanzjament konġunt, jew tnaqqis fit-taxxi jew fl-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għal dawk li jimpjegaw li jwaqqfu kundizzjoni tax-xogħol xierqa għat-tagħlim għall-adulti;

46.  Japprezza l-importanza ta" taħriġ intern u jenfasizza li trid tingħata prijorità għolja għal intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u negozji żgħar ħafna u kumpaniji ġodda, perezz li dawn huma l-inqas li jistgħu jindirizzaw l-ispejjeż biex iħarrġu l-persunal tagħhom;

47.  Jinkoraġġixxi lil dawk li jħaddmu, fil-kunstest ta" responsabilità soċjali tal-kumpaniji, biex jiffinanzjaw programmi ta" taħriġ vokazzjonali li jippromwovi t-tagħlim għal tul il-ħajja, b'mod partikulari għal persunal femminili, bil-ħsieb li l-ħajja tax-xogħol attiva tagħhom tkun estiża u biex jissaħħew l-opportunitajiet tan-nisa għal parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-iżvilupp professjonali;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri.

(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.
(2) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(3) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 131.
(4) Testi adottati, P6_TA(2007)0400.
(5) Testi adottati, P6_TA(2007)0463.
(6) Testi adottati, P6_TA(2007)0417.
(7) Testi adottati, P6_TA(2007)0063.
(8) Testi adottati, P6_TA(2007)0423.

Avviż legali - Politika tal-privatezza