Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2019(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0065/2008

Testi mressqa :

A6-0065/2008

Dibattiti :

PV 10/03/2008 - 21
CRE 10/03/2008 - 21

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2008 - 10.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0082

Testi adottati
PDF 286kWORD 39k
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2008 - Strasburgu
Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea
P6_TA(2008)0082A6-0065/2008
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0014 – C6-0036/2008 – 2008/2019(ACI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0014),

–  Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0065/2008),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma" l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).


ANNESS:

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta" Solidarjetà ta" l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta" Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà ta" l-Unjoni Ewropea(2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta" reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta" EUR 1 biljun.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)  Ir-Renju Unit ippreżenta talba bil-għan li jimmobilizza l-Fond, dwar diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u f'Lulju 2007,

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 162 387 985 fi krediti ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta" Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

Avviż legali - Politika tal-privatezza