Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2017(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0058/2008

Testi mressqa :

A6-0058/2008

Dibattiti :

PV 10/03/2008 - 21
CRE 10/03/2008 - 21

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2008 - 10.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0083
P6_TA(2008)0084

Testi adottati
PDF 208kWORD 38k
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2008 - Strasburgu
Baġit ta' Emenda Nru 1/2008
P6_TA(2008)0084A6-0058/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Abbozz tal-baġit ta' Emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewopea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (7259/2008 – C6-0124/2008 – 2008/2017(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Jannar 2008 (COM(2008)0015),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru  1/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fl-4 ta' Marzu 2008 (7259/2008 – C6-0124/2008)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0058/2008),

A.  Billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

   Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għal ammont ta' EUR 162 387 985 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta" ħlas relatati ma" danni kbar minħabba l-maltemp fir-Renju Unit f'Ġunju u f'Lulju 2007,
   Il-ħolqien ta' l-istruttura baġitarja meħtieġa sabiex tiġi akkomodata l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA),
   Il-modifika tal-pjan ta" organizzazzjoni ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta" Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX).
   Il-ħolqien tal-punt tal-baġit 06 01 04 12 Programm Galileo – nefqa għall-ġestjoni amministrattiva, kif stipulat fil-proposta riveduta tal-Kummissjoni COM(2007)0535,
   Il ħolqien ta" l-Artikolu tal-baġit 27 01 11 Nefqa eċċezzjonali għall-kriżijiet, sabiex ikun jista' jiġi ffinanzjat infiq eċċezzjonali relatat ma' kriżi ddikjarata. Fil-linja għandu jiddaħħal "p.m."

B.  Billi l-iskop ta' l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2008;

1.  Jinnota l-Abbozz Preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 1/2008;

2.  Ifakkar fl-emenda tiegħu għall-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008 bl-iskop li tinħoloq linja għan-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva li terġa' tistabilixxi l-ammont oriġinali tal-linja operazzjonali għal Galileo;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(2) ĠU L 71, 14.3.2008.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

Avviż legali - Politika tal-privatezza