Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Hans-Peter Martin (2007/2215(IMM))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Hans-Peter Martin, imressqa mir-Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika ta' l-Awstrija fl-24 ta' Settembru 2007, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-27 ta' Settembru 2007,
– wara li sema' lil Hans-Peter Martin skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Bundesverfassungsgesetz ta' l-Awstrija,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0071/2008),
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Hans-Peter Martin;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika ta' l-Awstrija.