Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (SEC(2007)1013 – C6-0417/2007 – 2007/0151(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (SEC(2007)1013),
– wara li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni bil-miktub fl-20 ta' Lulju 2007 (C6-0417/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0069/2008),
1. Japprova l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni kif emendat;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel l-abbozz ta' regolament tagħha skond dan;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 PREMESSA 3 A (ġdida)
(3a)Minħabba d-differenzi fl-iskadenzi bejn id-deċiżjoni ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew fir-rigward tal-baġit ġenerali, li hija l-15 ta' Mejju tas-sena n+2, u d-deċiżjoni ta' kwittanza tiegħu fir-rigward ta' l-aġenziji, li hija t-30 ta' April tas-sena n+2, il-partijiet involuti kollha għandhom jippruvaw jevitaw diffikultajiet fil-prattika u jistinkaw sabiex fil-ġejjieni jkun hemm armonizzazzjoni tal-bażijiet legali.
Emenda 2 ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid) Artikolu 2, punt 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(-1) Fl-Artikolu 2, il-punt 1 huwa sostitwit b'li ġej:
"1. "Entità tal-Komunità" tfisser kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
Entitajiet tal-Komunità li fil-fatt jirċievu kontribuzzjonijiet li huma mħallsa mill-baġit kif imsemmija fl-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali tfisser kwalunkwe entitajiet tal-Komunità li jirċievu għotjiet diretti mill-baġit u kwalunkwe entitajiet oħra tal-Komunità li jirċievu kontribuzzjonijiet mill-baġit;"
Emenda 3 ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (C A) (ġdid) Artikolu 10, paragrafu 7 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(ca)Il-paragrafu 7 għandu jinbidel bit-test li ġej:
"7. L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta' Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 19 jinġarru awtomatikament. L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorispondu mad-dħul assenjat li jkun inġarr iridu jintużaw l-ewwel. Sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, l-entità tal-Komunità għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat li jkun inġarr. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport fil-qosor dwar l-użu tad-dħul assenjat ta' l-entitajiet tal-Kummissjoni kollha lill-awtorità baġitarja sa mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju tas-sena ta' wara."
4. Id-Direttur għandu/ha j/tinforma lill-bord ta' tmexxija bit-trasferimenti mwettqa malajr kemm jista' jkun.
4. Id-Direttur għandu/ha j/tinforma lill-bord ta' tmexxija bit-trasferimenti mwettqa malajr kemm jista' jkun. Id-Direttur għandu j/informa lill-awtorità baġitarja bit-trasferimenti kollha mwettqa skond paragrafu 2.
Emenda 6 ARTIKOLU 1, PUNT 9, PUNT (A) Artikolu 26, paragrafu 2 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
2. Taqsira tal-baġits u l-baġits ta' emenda għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati.
2. Taqsira tal-baġits u l-baġits ta' emenda għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati. Din it-taqsira għandha tindika d-dħul u l-infiq, il-bidliet imqabbla mas-sena ta' qabel, il-ħames intestaturi prinċipali ta' l-infiq għall-amministrazzjoni u l-baġit operazzjonali, il-ħames intestaturi prinċipali tad-dħul, il-pjan ta' stabbiliment bil-ipersunal permanenti u temporanju, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn in-numru ta' aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali u l-bidliet imqabbla mas-sena preċedenti.
Emenda 7 ARTIKOLU 1, PUNT 9, PUNT (B) Artikolu 26, paragrafu 3 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
3. Il-baġit u l-baġits ta' emenda, kif adottati finalment, għandhom jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit ta' l-internet ta' l-entità Komunitarja kkonċernata fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.
3. Il-baġit u l-baġits ta' emenda, kif adottati b' mod definittiv,inkluża l-organigramma (bl-ipersunal permanenti u temporanju, , għandhom, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn in-numru ta' aġenti kuntrattwali u l-esperti nazzjonali) jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit ta' l-internet ta' l-entità Komunitarja kkonċernata fi żmien xahrejn mill-adozzjoni tagħhom.
Emenda 8 Artikolu 1, Punt 9 B Artikolu 26, paragrafu 4 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
4. L-entità tal-Komunità għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni, b'mod xieraq, tagħrif dwar il-benefiċjarji ta' fondi li jirriżultaw mill-baġit tagħha. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà, partikolarment il-ħarsien tad-data personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4. L-entità tal-Komunità għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni, fuq is-sit tagħha ta' l-Internet, tagħrif dwar il-benefiċjarji ta' fondi li jirriżultaw mill-baġit tagħha. Il-pubblikazzjoni għandha tkun b'mod li tinstab faċilment, ċara u komprensiva (pubblikazzjoni sħiħa). Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà, partikolarment il-ħarsien tad-data personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data. Sakemm ma ssirx pubblikazzjoni sħiħa, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji għandha tiġi mgħarrfa b'mod xieraq lill- tal-kumitat għall-kontroll tal-baġit tal-Parlament Ewropew. L-informazzjoni dwar il-fondi mogħtija mill-baġit għandha tiġi ppubblikata b'mod anonimizzat, tistipula r-raġunijiet għall-kunfidenzjalità u t-taqsima responabbli għad-deċiżjoni dwar iż-żamma tal-kunfidenzjalità, b'konformità ma' l-ewwel żewġ sentenzi ta" dan il-pargrafu.
Emenda 9 ARTIKOLU 1, PUNT 9 A (ġdid) Artikolu 27, paragrafu 3, punt (b a) (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(9a)Fl-Artikolu 27(3), il-punt li ġej (ba) hu miżjud:
"(ba) dokumentazzjoni dettaljata dwar id-dħul assenjat, b'mod partikulari stima tal-bilanċ pożittiv operazzjonali mis-sena n-1 sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni diġà disponibbli dwar il-bilanċ pożittiv ta' n-2;"
Emenda 10 ARTIKOLU 1, PUNT 9 B (ġdid) Artikolu 27, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(9b)Fl-Artikolu 27(3), il-punt li ġej (da) hu miżjud: "(da) stima tal-bilanċ tal-kont ta' l-eżitu skond it-tifsira ta' l-Artikolu 81 mis-sena n-1."
Emenda 11 ARTIKOLU 1, PUNT 9 C) (ġdid) Artikolu 27, paragrafu 3 a (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(9c)Fl-Artikolu 27, jidħol il-paragrafu 3a li ġej: "3a. L-entità tal-Komunità għandha wkoll tibgħat lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena: (a) l-abbozz tal-programm ta' ħidma tagħha, (b) il-pjan multiannwali aġġornat tagħha tal-politika ta' l-ipersunal, stabbilit skond il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni, (c) informazzjoni dwar in-numru ta' uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali għas-sena n-1 u n kif ukoll stima għas-sena n+1, (d) informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji mogħtija mill-Istat Membru ospitanti lill-entità tal-Komunità."
(9d)Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'li ġej:
"5. L-awtorità tal-budget taddotta l-organigramma ta" l-entità tal-Komunità u kull emenda li ssirlu skond l-Artikolu 32(1). L-organigramma approvata għandha tiġi ppubblikata f'anness għal Taqsima III - Kummissjoni - tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' stima tan-numru ta' persunal kuntrattwali ppjanat u maħsub fil-baġit b'mod proviżorju għas-sena finanzjarja inkwistjoni.'
Emenda 13 ARTIKOLU 1, PUNT 9 e (ġdid) Artikolu 31, punt 1 (b) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(9e)Fl-Artiklu 31, il-punt 1(b) hu sostitwit b'dan li ġej:
"(b) id-dħul stmat għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n - 2, inkluż id-dħul assenjat;"
1. L-uffiċjal ta" l-awtorizzazzjoni għandu jirrapporta lill-bord ta" tmexxija dwar il-qadi ta" dmirijietu fil-forma ta" rapport ta" attività annwali, flimkien ma" l-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta veduta reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma' oqsma ta' dħul u nfiq definiti.
1. L-uffiċjal ta" l-awtorizzazzjoni għandu jirrapporta lill-bord ta" tmexxija dwar il-qadi ta" dmirijietu fil-forma ta" rapport ta" attività annwali, flimkien ma" l-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma f'dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta veduta reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma' oqsma ta' dħul u nfiq definiti.
Emenda 16 ARTIKOLU 1, PUNT 15 A (ġdid) Artikolu 40, paragrafu 2 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(15a)L-Artikolu 40, paragrafu 2 jiġi sostitwit bit-test li ġej:
"2. Sa mhux iktar tard mil-15 ta' Ġunju ta' kull sena, il-bord ta' ġestjoni għandu jibgħat analiżi u evalwazzjoni tar-rapport annwali ta' l-uffiċċjal li jawtorizza dwar is-sena finanzjarja ta' qabel, li tinkludi d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni, lill-awtorita tal-budget u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Din l-analiżi u evalwazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport annwali ta' l-entità tal-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-istrument kostitwenti."
Emenda 17 ARTIKOLU 1, PUNT 16 Artikolu 43, paragrafu 2 a, subparagrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
2a. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid-Direttur, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b'dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta" l-entità Komunitarja.
2a. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-bord ta'ġestjoni, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b'dan jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta" l-entità Komunitarja.
4. Il-panel speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 66(4) tat-Trattat tal-KE għandu jeżerċita l-istess setgħat fir-rigward ta" l-entità Komunitarja li jeżerċita fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni, sakemm il-bord ta' tmexxija ma jiddeċidix li jwaqqaf panel funzjonalment indipendenti, jew li jipparteċipa f'panel konġunt imwaqqaf minn diversi entitajiet Komunitarji.
Fuq il-bażi tal-fehma ta' dan il-panel, id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, dan għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal ta" l-awtorizzazzjoni u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur, il-panel għandu jibgħatha lill-bord ta' tmexxija u awditur intern tal-Kummissjoni.
4. Il-panel speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandu jeżerċita l-istess setgħat fir-rigward ta" l-entità Komunitarja li jeżerċita fir-rigward ta" Dipartimenti tal-Kummissjoni. Għal każijiet dwar aġenziji, il-panel għandu jipprevedi siġġu għar-rappreżentant ta' l-aġenziji.
Fuq il-bażi tal-fehma ta' dan il-panel, id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, dan għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill- uffiċjal ta" l-awtorizzazzjoni u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur, il-panel għandu jibgħatha lill-bord ta' tmexxija u awditur intern tal-Kummissjoni. L-indikazzjonijiet tad-direttur f'dawn il-każijiet u l-ispjega tad-deċiżjonjiet tas-segwitu tiegħu għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali ta" l-attivitajiet tad-direttur.
L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista ta' l-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-Komunità jkunu miġbura skond id-data tal-ħruġ ta" l-ordni ta" rkupru. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport ta" l-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja.
L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista ta' l-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-Komunità jkunu miġbura skond id-data tal-ħruġ ta" l-ordni ta" rkupru. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport ta" l-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Din għandha tispeċifika wkoll l-ordnijiet ta' rkupru li ġew parzjalment jew kompletament irrinunzjati.
Emenda 20 Artikolu 1, Punt 23 Artikolu 59, punt 1 (b) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
Fejn id-drittijiet u l-ispejjeż huma ddeterminati kompletament permezz ta' leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-bord ta' tmexxija, l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni jista' jastjeni milli joħriġ ordnijiet ta' rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta" debitu. F'dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha ta' l-intitolament ta' l-entità Komunitarja.
Fejn id-drittijiet u l-ispejjeż huma ddeterminati kompletament permezz ta' leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-bord ta' tmexxija, l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni jista' jastjeni milli joħriġ ordnijiet ta' rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta" debitu. F'dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha ta' l-intitolament ta' l-entità Komunitarja. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jżomm lista tan-noti ta' debitu. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport ta" l-entità Komunitarja dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Din għandha tispeċifika wkoll in-noti ta' debitu li ġew parzjalment jew kompletament irrinunzjati.
Emenda 21 Artikolu 1, Punt 25 a (ġdid) Artikolu 69 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(25a)L-Artikolu 69 hu sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 69 Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta' l-ispejjeż għandhom isiru fiż-żmien stipulat fir-Regolament Finanzjarju ġenerali, u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu u mar-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tiegħu. F'każ ta' sistemi ta' ħlas ibbażati fuq l-IT, l-uffiċjali tal-kontijiet għandu jivvalida s-sigurtà ta' dawn is-sistemi, u li jkunu ta' min jorbot fuqhom."
Fl-għażla ta" esperti għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 265a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Tali esperti għandhom jitħallsu abbażi ta" ammont fiss, għall-għajnuna li jagħtu lill-entità Komunitarja, b'mod partikolari fil-valutazzjoni ta' proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet jew offerti għal akkwisti pubbliċi, u għall-għoti ta" għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-entità Komunitarja tista" tuża l-listi ta' esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn entitajiet Komunitarji oħrajn.
Fl-għażla ta" esperti għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 265a ta" Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Tali esperti għandhom jitħallsu abbażi ta" ammont fiss, għall-għajnuna li jagħtu lill-entità Komunitarja, b'mod partikolari fil-valutazzjoni ta' proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet jew offerti għal akkwisti pubbliċi, u għall-għoti ta" għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-entità Komunitarja tista" tuża l-listi ta' esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn entitajiet Komunitarji oħrajn. Lista bl-ismijiet ta' l-esperti li kkoperaw ma' l-entità Komunitarja matul is-sena finanzjarja kkonċernata u l-ħlas li rċevew dawn l-esperti għandha tiġi mehmuża mar-rapport ta' l-entità Komunitarja lill-awtorità baġitarja dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, filwaqt li tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lill-ħarsien tad-data personali.
Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontijiet irid jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mar-rapport fuq it-tmexxija tal-baġit u finanzjarja matul is-sena, msemmi fl-Artikolu 76(7) ta' dan ir-Regolament, biex l-uffiċjal tal-kontijiet ikun jista' jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontijiet irid jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mar-rapport fuq it-tmexxija tal-baġit u finanzjarja matul is-sena, msemmi fl-Artikolu 76(7) ta' dan ir-Regolament, biex l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jipprovdi lill-awtorità baġitarja b'rapport dwar il-konsolidazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji kollha.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu tas-sena ta" wara, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu tas-sena ta" wara, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, flimkien mad-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni tiegħu, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Id-direttur, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji ta' l-entità tal-Komunità, irid iħejji l-kontijiet finali ta' l-entità tal-Komunità skond l-Artikolu 43, b'responsabbilta tiegħu stess, u jibgħathom lill-bord ta" tmexxija, li jagħti fehma fuq dawn il-kontijiet.
2. Id-direttur, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji ta' l-entità tal-Komunità, irid iħejji l-kontijiet finali ta' l-entità tal-Komunità skond l-Artikolu 43, b'responsabbiltà tiegħu stess. Il-kontijiet finali jridu jiġu approvati mill-bord ta'ġestjoni.
3. Id-Direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-fehma tal-bord ta' tmexxija, lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iktar tard mill-1 Lulju tas-sena ta' wara.
3. Id-Direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, kif approvati mill-bord ta' tmexxija, lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara.
Emenda 27 ARTIKOLU 1, PUNT 30 A (ġdid) Artikolu 94, paragrafu 1 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002
(30a)Fl-Artikolu 94, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
"1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 t'April tas-sena n+2, għandu jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n;id-direttur għandu javża lill-bord ta' ġestjoni dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew imdaħħla fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza."
Emenda 28 ARTIKOLU 1, PUNT 30 B (ġdid) Artikolu 94, paragrafu 3 (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(30b)Fl-Artikolu 94, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:
"3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti kwittanza, id-direttur, f'koperazzjoni mal-bord ta' tmexxija, irid jagħmel l-isforzi kollha biex malajr kemm jista' jkun jieħu miżuri biex ineħħi jew jgħin it-tneħħija ta' l-ostakli sabiex tittieħed dik id-deċiżjoni.
Emenda 29 ARTIKOLU 1, PUNT 31 A (ġdid) Artikolu 98 a (ġdid) (Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002)
(31a)L-Artikolu 98a li ġej huwa mdaħħal:
"Artikolu 20 Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-Annessi ma" din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 98a (3)." 22. Qiegħed jiżdied l-Artikolu 20a li ġej: "Artikolu 20a Sentejn qabel l-iskadenza ta' perspettiva finanzjarja jew ta" qafas finanzjarju plurijennali, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'opinjoni li tikkonċerna t-tħaddim u l-ħtieġa ta' kull aġenzija."
(32) Fl-Artikolu 99, tiżdied is-sentenza li ġejja: "Id-Direttur għandu jgħaddi dawn ir-regoli lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.";
(32) L-Artikolu 99 hu sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 99 Sa fejn meħtieġ, u bi qbil mal-Kummissjoni, il-bord ta' ġestjoni għandu jaddotta regoli dettaljati biex jimplimenta r-Regolament Finanzjarju ta' l-entità tal-Komunità, fuq proposta tad-Direttur tagħha."